25.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 704/2013
tat-23 ta’ Lulju 2013
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella. |
(4) |
Hu f'loku li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
Tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista’ jkompli jkun invokat għal perjodu ta’ tliet xhur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||
|
8537 10 99 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatur Magħquda, Nota 2(f) tat-Taqsima XVII u tat-test fil-kodiċi NM 8537 , 8537 10 u 8537 10 99 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8512 hija eskluża hekk kif l-unità ma għandha l-ebda tagħmir ta' sinjalazzjoni viżwali jew bil-ħoss iżda tattivata biss tali tagħmir. Il-klassifikazzjoni taħt l-intetatura 9032 hija eskluża wkoll hekk kif l-unità ma teżegwix il-funzjoni ta' kontroll awtomatiku ta' kwantitajiet elettriċi jew mhux elettriċi (ara n-Nota 7 tal-Kapitolu 90). L-unità hija mfassla biex twettaq żewġ funzjonijiet jew aktar, b'mod komplimentari jew b'mod alternattiv koperti mill-kodiċi NM 8537 10 91 u 8537 10 99 . Twettaq il-funzjoni ta' kontrollur b'memorja programmabbli li jintuża għall-kontroll elettriku ta' magni, pereżempju, il-wajpers tal-windskrin u t-tisħin tat-twieqi (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) taħt l-intestatura 8537 , il-punt (3), u n-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda (NSNM) taħt is-sottointestatura 8537 10 91 ). Twettaq ukoll il-funzjoni ta' kontroll elettriku tal-attivazzjoni ta' apparati ta' sinjalar, pereżempju, ifakkrek fiċ-ċinturin tas-sikurezza u twissija ta' sewqan eċċessiv. Hekk kif iż-żewġ funzjonijiet huma importanti ndaqs għat-tħaddim tal-unità, mhuwiex possibbli li tiġi ddeterminata l-funzonji prinċipali tal-unità. Għalhekk l-unità għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM 8537 10 99 bħala bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn għall-kontroll elettriku għal vultaġġ mhux ogħla minn 1 000 V. |
||||||
|
8537 10 99 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2(f) tat-Taqsima XVII u tat-test fil-kodiċi tan-NM 8537 , 8537 10 u 8537 10 99 . Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8537 10 91 hija eskluża hekk kif l-unità tintuża biss għal kontroll elettriku biex jintgħażel liema ger għandu jintuża għat-trażmissjoni awtomatika ta' vettura bil-mutur u l-kontrollur mhuwiex programmabbli. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9032 hija eskluża wkoll hekk kif l-unità ma teżegwix il-funzjoni ta' kontroll awtomatiku ta' kwantitajiet elettriċi jew mhux elettriċi (ara n-Nota 7 tal-Kapitolu 90). Għalhekk l-unità għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM 8537 10 99 bħala bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn għall-kontroll elettriku għal vultaġġ mhux ogħla minn 1 000 V. |
||||||
|
8537 10 99 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2(f) tat-Taqsima XVII u tat-test fil-kodiċi NM 8537 , 8537 10 u 8537 10 99 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intetatura 8512 hija eskluża hekk kif l-unità ma għandhiex tagħmir viżwali u ta' ħoss ta' sinjalar iżda tixgħel biss tali tagħmir. Il-klassifikazzjoni taħt l-intetatura 9032 hija eskluża wkoll hekk kif l-unità ma teżegwix il-funzjoni ta' kontroll awtomatiku ta' kwantitajiet elettriċi jew mhux elettriċi (ara n-Nota 7 tal-Kapitolu 90). L-unità hija mfassla biex twettaq żewġ funzjonijiet jew aktar, b'mod komplimentari jew b'mod alternattiv koperti mill-kodiċi NM 8537 10 91 u 8537 10 99 . Twettaq il-funzjoni ta' kontrollur ta' memorja programmabbli użat għall-kontroll elettriku ta' makkinarju, pereżempju, isakkar jew jiftaħ il-bibien tal-vettura u jixgħel il-magna (ara wkoll in-NSSA tal-intestatura 8537 , il-punt (3), u n-NSNM tas-sottointestatura 8537 10 91 ). Twettaq ukoll il-funzjoni ta' kontroll elettriku li jixgħel l-apparati ta' sinjalar, pereżempju, il-funzjonijiet ta' kontroll ta' aċċess mingħajr ċavetta fosthom twissija akustika meta ċ-ċavetta elettronika tinħareġ mill-vettura. Hekk kif iż-żewġ funzjonijiet huma importanti ndaqs għat-tħaddim tal-unità, mhuwiex possibbli li tiġi ddeterminata l-funzjoni prinċipali tal-unità. Għalhekk l-unità għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM 8537 10 99 bħala bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn għall-kontroll elettriku għal vultaġġ mhux ogħla minn 1 000 V. |