20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 694/2013

tad-19 ta’ Lulju 2013

li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 sas-7 ta’ Lulju 2013 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mill-1 sas-7 ta’ Lulju 2013 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 tal-25 ta’ Frar 2013 li jistipula miżuri ta’ tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (4), jaqbżu l-kwantità disponibbli skont is-serje li ġġib in-numru 09.4367.

(2)

Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mill-1 sas-7 ta’ Lulju 2013 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 huma daqs il-kwantità disponibbli skont is-serje li ġġib in-numru 09.4325.

(3)

Għalhekk, għandu jiġi ffissat koeffiċjent tal-allokazzjoni għal-liċenzji li għandhom jinħarġu fir-rigward tas-serje li ġġib in-numru 09.4367 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006.

(4)

It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għan-numri tas-serje 09.4325 u 09.4367 għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mill-1 sas-7 ta’ Lulju 2013 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 u skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2012/2013.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

(4)  ĠU L 55, 27.2.2013, p. 1.


ANNESS

Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL

Is-sena tas-suq 2012/2013

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2013 sas-7.7.2013

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(%)

Iktar applikazzjonijiet

09.4317

L-Awstralja

Sospiżi

09.4318

Il-Brażil

 

09.4319

Il-Kuba

Sospiżi

09.4320

Kwalunkwe pajjiż terz

Sospiżi

09.4321

L-Indja

Sospiżi

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


Iz-zokkor mill-Balkani

Is-sena tas-suq 2012/2013

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2013 sas-7.7.2013

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(%)

Iktar applikazzjonijiet

09.4324

L-Albanija

 

09.4325

Il-Bosnija-Ħerzegovina

 (1)

Sospiżi

09.4326

Is-Serbja

 (1)

 

09.4327

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


Il-miżuri ta’ tranżizzjoni, iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali

Is-sena tas-suq 2012/2013

Applikazzjonijiet li tressqu minn mill-1.7.2013 sas-7.7.2013

In-numru tas-serje

It-tip

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4367

Tranżizzjonali (il-Kroazja)

33,333333

Sospiżi

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

 

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


(1)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.