16.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 671/2013
tad-9 ta’ Lulju 2013
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun ipprovdut li, soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza minn qabel u retrospettiva ta’ oġġetti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, id-detentur ikun jista’ għal perjodu ta’ 60 jum ikompli joqgħod fuq tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomeklatura Magħquda iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. (2) |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
Suġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza retrospettiva ta’ prodotti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, wieħed jista’ għal perjodu ta’ 60 jum jibqa’ jinvoka t-tagħrif vinkolanti fuq it-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifika tal-merkanzija fin-Nomeklatura Magħquda u li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Oġġett li huwa magħmul minn drapp lixx, li t-tul tiegħu huwa ta’ madwar 26 ċm × 32 ċm, magħmul minn diversi materjali tessili, fil-forma ta’ għasfur. Il-parti prinċipali tal-oġġett huwa magħmul minn saff wieħed ta’ drapp tal-pil long-looped li fuq naħa għandu meħjut miegħu ġewnaħ ta’ materjal tessili minsuġ, forma ta’ kuruna, fuq naħa waħda. Fuq in-naħa l-oħra, id-drapp tal-pil long-looped huwa mberfel b’żigarella magħmula minn materjal tessili minsuġ meħjuta miegħu. Biċċa drapp minsuġ ta’ forma trijangolari hi meħjuta fuq id-drapp tal-pil long-looped u tirrappreżenta l-munqar. L-għajnejn huma stampati fuq ħoloq u żewġ biċċiet ta’ drapp ta’ tessut minsuġ maqtugħin fil-forma ta’ riġlejn huma meħjutin mad-drapp tal-pil. Materjal tessili maqtugħ b’mod dekorattiv jirrappreżenta d-denb. Fuq it-tarf ta’ fuq tad-drapp tal-pil hemm imwaħħla ħoloq numerati u faxex ta’ materjal tessili minsuġ b’diversi kuluri. |
6307 90 10 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 7(f) u 8(a) għat-Taqsima XI, nota 2(A) għat-Taqsima XI, Nota 1 tal-Kapitolu 63 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 6307 , 6307 90 u 6307 90 10 . Il-prodott mhuwiex intenzjonat essenzjalment għall-gost ta’ trabi jew tfal żgħar, minħabba li la l-forma tal-oġġett, u lanqas in-numerar u t-tikketti ma jintgħarfu minnhom bħala, iżda jservi pjuttost bħala ċarruta biex it-tarbija tikkalma biha. Għalhekk, dan l-Artikolu ma jistax jiġi kklassifikat bħala “ġugarelli oħra” taħt l-intestatura 9503 (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għall-intestatura 9503 (D) l-ewwel paragrafu). Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6307 90 10 bħala “oġġetti oħrajn manifatturati - maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted)”. |
(ara l-illustrazzjonijiet Nri 665 A u 665 b) (*) |
|
|
|
|
665 A |
665 B |
(*) Ir-ritratti jservu biss skop ta’ informazzjoni.