22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/43


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 594/2013

tal-21 ta’ Ġunju 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jikkoreġi dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 121 u l-Artikolu 127 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u l-frott u tal-ħxejjex ipproċessati (2) jipprovdu għal standards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-frott u l-ħxejjex.

(2)

Ċerti prodotti tal-frott u tal-ħxejjex jistgħu jkollhom qies jew karatteristiċi oħra li ma jikkonformawx mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni applikabbli, minħabba l-karatteristiċi organolettiċi speċjali tagħhom jew għal raġunijiet oħra. Kultivazzjoni tradizzjonali u l-konsum lokali jistgħu madankollu jkunu stabbiliti sew fir-rigward ta’ dawk il-prodotti. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti meqjusa tajbin għall-konsum mill-komunitajiet lokali iżda li ma humiex konformi mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni ma jiġux ostakolati milli jiġu kummerċjalizzati lokalment, dawk il-prodotti jistgħu jiġu eżentati mill-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda fuq talba tal-Istat Membru konċernat. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li tali prodotti jistgħu jinbiegħu min-negozju bl-imnut ta’ dak l-Istat Membru, u eċċezzjonalment saħansitra barra r-reġjun konċernat.

(3)

Il-pajjiżi terzi li l-verifiki tal-konformità tagħhom ġew approvati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jitħallew jadottaw iċ-ċertifikati ta' konformità fir-rigward tal-konformità ma' standards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni. Sabiex jitħaffef il-kummerċ u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv, dawk il-pajjiżi terzi għandhom jitħallew joħorġu ċertifikati ta' konformità għall-frott u l-ħxejjex kollha.

(4)

Matul il-kriżi tal-E-coli fl-2011 deher li mhuwiex dejjem possibbli li jkunu identifikati l-produtturi ta’ lottijiet tal-frott u l-ħxejjex. Għall-finijiet ta’ traċċabbiltà, l-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jippermetti identifikazzjoni aħjar tal-produtturi.

(5)

Fl-2011 il-Grupp ta’ Ħidma tal-Istandards tal-Kwalità Agrikola tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) irreveda l-istandards tal-NU/KEE dwar it-tuffieħ u l-lanġas. Sabiex jiġu evitati ostakli bla bżonn għall-kummerċ, l-istandards speċifiċi għat-tuffieħ u l-lanġas previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandhom jiġu allinjati mal-istandards il-ġodda tal-NU/KEE. Fl-istess waqt huwa xieraq li jiġu rranġati xi inkonsistenzi u imperfezzjonijiet fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-ħawħ u n-nuċiprisk u dawk għall-frott taċ-ċitru.

(6)

Ċerti mandolin minbarra s-satsumi u l-klementini li qed jitkabbru bħalissa, partikolarment fil-Mandoras u Minneolas, jistgħu jittieklu bi proporzjon aktar baxx ta’ zokkor/aċidità minn dak li ġie stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, permezz tal-allinjament standard tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni mal-istandard tan-NU/KEE. Biex il-produtturi jingħataw żmien jadattaw għall-istandard tan-NU/KEE bi tħawwil mill-ġdid tar-rimja tat-tilqima, għandu jkun permess temporanjament proporzjon aktar baxx ta’ zokkor/aċidità.

(7)

L-Iżrael huwa pajjiż terz li l-verifiki tal-konformità tiegħu ġew approvati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. L-Iżrael jista’ għalhekk joħroġ ċertifikati ta’ konformità. Għal raġunijiet ta’ trasparenza tas-suq u skont il-liġi pubblika internazzjonali, għandu jiġi ċċarat li l-kopertura territorjali taċ-ċertifikati hija limitata għat-territorju tal-Istat tal-Iżrael minbarra t-territorji taħt l-Amministrazzjoni Iżraeljana sa minn Ġunju 1967, jiġifieri tal-Artijiet Għoljin tal-Golan, tal-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(8)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, xi żbalji ovvji relatati mar-referenzi u d-dati għandhom jiġu kkoreġuti.

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat u kkoreġut skont dan.

(10)

Sabiex ikun possibbli għall-Istati Membru, il-kummerċjanti u l-pakkjaturi jħejju għad-dispożizzjonijiet il-ġodda introdotti marbutin mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2013. Madankollu, peress li l-korrezzjoni tal-iżbalji ovvji għandu jkollha effett retroattiv li jirrispetta b’mod xieraq l-aspettattivi leġittimi ta’ dawk ikkonċernati, il-korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4(1), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

il-prodotti rrikonoxxuti, f’deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda fuq talba ta’ Stat Membru skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, bħala prodotti ta’ reġjun partikolari li jinbiegħu minn negozju bl-imnut ta’ dak ir-reġjun jew, f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati b’mod xieraq, ta' dak l-Istat Membru, f’każ ta’ konsum lokali tradizzjonali stabbilit sew;"

(2)

Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.   Fuq talba ta’ pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ tapprova, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, verifiki tal-konformità mal-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni mwettqin minn dak il-pajjiż terz qabel l-importazzjoni fl-Unjoni.”

(3)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness IV jinbidel bit-test tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 12(5), id-dati "it-30 ta’ Ġunju 2009" u "l-1 ta' Lulju 2009" jinbidlu bil-"21 ta’ Ġunju 2011" u "it-22 ta’ Ġunju 2011" rispettivament;

(2)

Fl-Artikolu 26(4), "il-paragrafu 3" jinbidel b’"il-paragrafu 2";

(3)

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 126(2), "l-Artikolu 96(1)" jinbidel b’"il-Artikolu 96(2)".

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2013. Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mit-22 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS I

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti A (Standard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni), il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

"4.   Immarkar

A.   Identifikazzjoni

L-isem u l-indirizz tal-pakkjatur u/jew tal-kunsinnatur.

Din l-informazzjoni tista' tinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew minn jibgħathom, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Il-pakkjatur u/jew il-kunsinnatur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikat b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:" jew referenza ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li tirrappreżenta lil min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew il-kunsinnatur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li l-korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja dwar it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Oriġini

L-isem sħiħ tal-pajjiż tal-oriġini (*). Għall-prodotti li joriġinaw fi Stat Membru, dan għandu jkun fil-lingwa tal-pajjiż tal-oriġini, jew fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż destinatarju. Għal prodotti oħrajn, dan għandu jkun fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż destinatarju.

(*)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.”"

(2)

Il-Parti B (Standards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni) hija emendata kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 (l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għat-tuffieħ) hija emendata kif ġej:

(i)

fit-Taqsima VI, il-punt B jinbidel b’dan li ġej:

"B.   It-tip ta’ prodott

‘Tuffieħ’ jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra

Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' tuffieħ ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. L-isem tal-mutant jew l-isem kummerċjali (**) jista' jingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.

(**)  L-isem kummerċjali jista’ jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.”"

(ii)

l-Appendiċi jinbidel bit-test fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness;

(b)

Il-Parti 2 (l-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni għall-frott taċ-ċitru) hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt B (ħtiġijiet ta’ maturazzjoni tat-Taqsima II (id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kwalità) huwa emendat kif ġej:

fit-tieni paragrafu, it-tieni inċiż, dwar "il-kontenut minimu tat-total tas-solidi solubbli", jitħassar;

fit-tabella, it-tielet kolonna, dwar "il-kontenut minimu taz-zokkor (oBrix)", titħassar;

fit-tabella, fir-ringiela dwar "il-varjetajiet oħra tal-mandolin u l-ibridi tagħhom", fir-raba’ kolonna, dwar "il-proporzjon minimu ta 'zokkor/aċidità", tiżdied in-nota tal-qiegħ li ġejja:

"Għall-varjetajiet Mandora u Minneola li proporzjon minimu taz-zokkor/l-aċidità huwa 6.0:1 sa tmiem is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni li tibda fl-1 ta' Jannar 2023."

(ii)

fil-punt D (speċifikazzjonijiet kummerċjali) tat-Taqsima VI (id-dispożizzjonijiet dwar l-immarkar), it-tieni subinċiż tat-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

Kodiċi/jiet tad-daqs segwiti, b'mod fakultattiv, bid-daqs minimu jew massimu jew bl-għadd;”;

(c)

Il-Parti 5 (l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-ħawħ u n-nuċiprisk) hija emendata kif ġej:

(i)

fil-punt C (il-klassifikazzjoni) tat-Taqsima II (id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kwalità), il-kliem "Id-difetti żgħar fil-qoxra li ġejjin" fil-punt (ii) il-Klassi I u l-kliem "Id-difetti fil-qoxra li ġejjin" fil-punt (iii) il-Klassi II jinbidlu b’"Id-difetti żgħar li ġejjin" u "Id-difetti li ġejjin" rispettivament;

(ii)

fit-Taqsima III (id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-daqs), il-kliem "(jekk imkejjel)," jitħassru;

(d)

Il-Parti 6 (l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal-lanġas) hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt B (it-tip tal-prodott) tat-Taqsima VI (id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-immarkar) jinbidel b’dan li ġej:

“B.   It-tip tal-prodott

‘Lanġas’ jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali (***) tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.

(***)  Isem kummerċjali jista’ jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.”"

(ii)

fl-Appendiċi, il-lista mhux eżawrjenti tal-varjetajiet tal-lanġas meqjusa bħala frotta kbira u tas-sajf, tiġi emendata kif ġej:

it-tieni paragrafu tal-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

"Xi varjetajiet elenkati fil-lista li ġejja jistgħu jkunu kkummerċjalizzati taħt ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet il-protezzjoni tal-marka kummerċjali f'wieħed mill-pajjiżi jew aktar. L-ewwel u t-tieni kolonni tat-tabella t'hawn taħt ma għandhomx l-iskop li tinkludi tali ismijiet kummerċjali. Ir-referenzi għal marki kummerċjali magħrufa li ġew inklużi fit-tielet kolonna huma għal skop ta' informazzjoni biss."

fit-tielet kolonna tat-tabella, il-kliem "ismijiet kummerċjali" jinbidel bil-kliem "marki kummerċjali"

(e)

Fil-parti 9 (l-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni għall-għeneb tal-mejda), l-Appendiċi jitħassar.


Appendiċi tal-Anness I

“Appendiċi

Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet tat-tuffieħ

Frott ta' varjetajiet li ma jiffurmawx parti mil-lista jridu jkunu kklassifikati skont il-karatteristiċi tal-varjetajiet tagħhom.

Varjetajiet

Mutant

Sinonimi

Grupp ta’ kulur

Ħmura samranija

African Red

 

 

B

 

Akane

 

Tohoku 3, Primerouge

B

 

Alborz Seedling

 

 

C

 

Aldas

 

 

B

 

Alice

 

 

B

 

Alkmene

 

Early Windsor

C

 

Alro

 

 

B

 

Alwa

 

 

B

 

Amasya

 

 

B

 

Angold

 

 

C

 

Antej

 

Antei

B

 

Apollo

 

Beauty of Blackmoor

C

 

Arkcharm

 

Arkansas No 18, A 18

C

 

Arlet

 

 

B

R

Aroma

 

 

C

 

Mutanti tal-Aroma eż:

 

C

 

Amorosa

 

C

 

Auksis

 

 

B

 

Beacon

 

 

A

 

Belfort

 

Pella

B

 

Belle de Boskoop

 

 

 

R

Mutanti tal-Belle de Boskoop eż.

 

 

R

Boskoop rouge

Red Boskoop

Roter Boskoop

 

R

Belle fleur double

 

 

 

 

Belorrusskoje Maļinovoje

 

Belorusskoe Malinovoe, Byelorusskoe Malinovoe

B

 

Berlepsch

 

Freiherr von Berlepsch

C

 

Mutanti tal-Berlepsch eż.

 

C

 

Berlepsch rouge

Red Berlepsch, Roter Berlepsch

C

 

Blushed Golden

 

 

 

 

Bogatir

 

Bogatyr

 

 

Bohemia

 

 

B

 

Braeburn

 

 

B

 

Mutanti tal-Braeburn eż.

 

B

 

Hidala

 

B

 

Joburn

 

B

 

Lochbuie Red Braeburn

 

B

 

Mahana Red

 

B

 

Mariri Red

 

B

 

Redfield

 

B

 

Royal Braeburn

 

B

 

Bramley's Seedling

 

Bramley, Triomphe de Kiel

 

 

Brettacher Sämling

 

 

 

 

Calville Groupe des

 

 

 

 

Cardinal

 

 

B

 

Carola

 

Kalco

C

 

Caudle

 

 

B

 

Charden

 

 

 

 

Charles Ross

 

 

 

 

Civni

 

 

B

 

Coop 38

 

 

 

 

Coromandel Red

 

Corodel

A

 

Cortland

 

 

B

 

Cox's Orange Pippin

 

Cox Orange

C

R

Mutanti tal-Cox's Orange Pippin eż.

 

C

R

Cherry Cox

 

C

R

Crimson Bramley

 

 

 

 

Cripps Pink

 

 

C

 

Mutanti tal-Cripps Pink eż:.

 

C

 

Pink Rose

 

C

 

Rosy Glow

 

C

 

Ruby Pink

 

C

 

Cripps Red

 

 

C (*)

 

Dalinbel

 

 

B

R

Delblush

 

 

 

 

Delcorf

 

 

C

 

Mutanti tal-Delcorf eż.

 

C

 

Dalili

 

C

 

Monidel

 

C

 

Delgollune

 

 

B

 

Delicious ordinaire

 

Ordinary Delicious

B

 

Deljeni

 

 

 

 

Delikates

 

 

B

 

Delor

 

 

C

 

Discovery

 

 

C

 

Doč Melbi

 

Doch Melbi

C

 

Dunn's Seedling

 

 

 

R

Dykmanns Zoet

 

 

C

 

Egremont Russet

 

 

 

R

Elan

 

 

 

 

Elise

 

Red Delight

A

 

Ellison's orange

 

Ellison

C

 

Elstar

 

 

C

 

Mutanti tal-Elstar eż.

 

C

 

Bel-El

 

C

 

Daliest

 

C

 

Daliter

 

C

 

Elshof

 

C

 

Elstar Armhold

 

C

 

Elstar Reinhardt

 

C

 

Goedhof

 

C

 

Red Elstar

 

C

 

Valstar

 

C

 

Empire

 

 

A

 

Falstaff

 

 

C

 

Fiesta

 

Red Pippin

C

 

Florina

 

 

B

 

Forele

 

 

B

 

Fortune

 

 

 

R

Fuji

 

 

B

 

Mutanti tal-Fuji eż.

 

B

 

Fuji Brak

 

B

 

Gala

 

 

C

 

Mutanti tal-Gala eż.

 

C

 

Annaglo

 

C

 

Baigent

 

C

 

Galaxy

 

C

 

Mitchgla

 

C

 

Obrogala

 

C

 

Regala

 

C

 

Regal Prince

 

C

 

Tenroy

 

C

 

Garcia

 

 

 

 

Gloster

 

 

B

 

Goldbohemia

 

 

 

 

Golden Delicious

 

 

 

 

Mutanti tal-Golden Delicious eż.

 

 

 

Golden Russet

 

 

 

R

Goldstar

 

 

 

 

Granny Smith

 

 

 

 

Gradigold

 

 

 

 

Gravensteiner

 

Gravenstein

 

 

Mutanti tal-Gravensteiner eż.

 

 

 

Gravenstein rouge

Red Gravenstein, Roter Gravensteiner

 

 

Greensleeves

 

 

 

 

Holsteiner Cox

 

Holstein

 

R

Mutanti tal-Holsteiner Cox eż.

 

 

R

Holstein rouge

Red Holstein, Roter Holsteiner Cox

 

R

Honeycrisp

 

 

C

 

Honeygold

 

 

 

 

Horneburger

 

 

 

 

Howgate Wonder

 

Manga

 

 

Idared

 

 

B

 

Iedzēnu

 

 

B

 

Ilga

 

 

B

 

Ingrid Marie

 

 

B

R

Iron

 

 

C

 

Isbranica

 

Izbranica

C

 

Jacob Fisher

 

 

 

 

Jacques Lebel

 

 

 

 

Jamba

 

 

C

 

James Grieve

 

 

 

 

Mutanti ta' James Grieve eż.

 

 

 

James Grieve rouge

Red James Grieve

 

 

Jarka

 

 

C

 

Jerseymac

 

 

B

 

Jester

 

 

 

 

Jonagold

 

 

C

 

Mutanti tal-Jonagold eż.

 

C

 

Crowngold

 

C

 

Daligo

 

C

 

Daliguy

Jonasty

C

 

Dalijean

Jonamel

C

 

Decosta

 

C

 

Jomar

 

C

 

Jomured

Van de Poel

C

 

Jonabel

 

C

 

Jonabres

 

C

 

Jonagold Boerekamp

 

C

 

Jonagold 2000

Excel

C

 

Jonagored Supra

 

C

 

Jonaveld

 

C

 

King Jonagold

 

C

 

New Jonagold

Fukushima

C

 

Novajo

Veulemanns

C

 

Primo

 

C

 

Red Jonaprince

 

C

 

Romagold

Surkijn

C

 

Rubinstar

 

C

 

Schneica

Jonica

C

 

Wilmuta

 

C

 

Jonalord

 

 

C

 

Jonathan

 

 

B

 

Julia

 

 

B

 

Jupiter

 

 

 

 

Karmijn de Sonnaville

 

 

C

R

Katja

 

Katy

B

 

Kent

 

 

 

R

Kidd's orange red

 

 

C

R

Kim

 

 

B

 

Koit

 

 

C

 

Koričnoje Novoje

 

Korichnoe Novoe, Korichnevoe Novoe

C

 

Kovaļenkovskoje

 

 

B

 

Krameri Tuvioun

 

 

B

 

Kulikovskoje

 

 

B

 

Lady Williams

 

 

B

 

Lane's Prince Albert

 

 

 

 

Laxton's Superb

 

 

C

R

Ligol

 

 

B

 

Lobo

 

 

B

 

Lodel

 

 

A

 

Lord Lambourne

 

 

C

 

Maigold

 

 

B

 

McIntosh

 

 

B

 

Meelis

 

 

B

 

Melba

 

 

C

 

Melodie

 

 

B

 

Melrose

 

 

C

 

Meridian

 

 

C

 

Moonglo

 

 

C

 

Morgenduft

 

Imperatore

B

 

Mountain Cove

 

 

 

 

Mutsu

 

Crispin

 

 

Noris

 

 

B

 

Normanda

 

 

C

 

Nueva Europa

 

 

C

 

Nueva Orleans

 

 

B

 

Odin

 

 

B

 

Ontario

 

 

B

 

Orlik

 

 

B

 

Orlovskoje Polosatoje

 

 

C

 

Ozark Gold

 

 

 

 

Paula Red

 

 

B

 

Pero de Cirio

 

 

 

 

Piglos

 

 

B

 

Pikant

 

 

B

 

Pikkolo

 

 

C

 

Pilot

 

 

C

 

Pimona

 

 

C

 

Pinova

 

 

C

 

Pirella

 

 

B

 

Piros

 

 

C

 

Prima

 

 

B

 

Rafzubin

 

 

C

 

Mutanti ta Rafzubin, eż.

 

C

 

Rafzubex

 

C

 

Rajka

 

 

B

 

Rambour d'hiver

 

 

 

 

Rambour Franc

 

 

B

 

Reanda

 

 

B

 

Rebella

 

 

C

 

Red Delicious

 

 

A

 

Mutanti tar-Red Delicious eż.

 

A

 

Campsur

 

A

 

Erovan

 

A

 

Fortuna Delicious

 

A

 

Otago

 

A

 

Red King

 

A

 

Red Spur

 

A

 

Red York

 

A

 

Richared

 

A

 

Royal Red

 

A

 

Shotwell Delicious

 

A

 

Stark Delicious

 

A

 

Starking

 

A

 

Starkrimson

 

A

 

Starkspur

 

A

 

Topred

 

A

 

Trumdor

 

A

 

Well Spur

 

A

 

Red Dougherty

 

 

A

 

Redkroft

 

 

A

 

Regal

 

 

A

 

Regina

 

 

B

 

Reglindis

 

 

C

 

Reine des Reinettes

 

Gold Parmoné, Goldparmäne

C

 

Reineta Encarnada

 

 

B

 

Reinette Rouge du Canada

 

 

B

 

Reinette d'Orléans

 

 

 

 

Reinette Blanche du Canada

 

Reinette du Canada, Canada Blanc, Kanadarenette, Renetta del Canada

 

R

Reinette de France

 

 

 

 

Reinette de Landsberg

 

 

 

 

Reinette grise du Canada

 

Graue Kanadarenette

 

R

Relinda

 

 

C

 

Remo

 

 

B

 

Renora

 

 

B

 

Resi

 

 

B

 

Resista

 

 

 

 

Retina

 

 

B

 

Rewena

 

 

B

 

Roja de Benejama

 

Verruga, Roja del Valle, Clavelina

A

 

Rome Beauty

 

Belle de Rome, Rome

B

 

Mutanti tar-Rome Beauty eż.

 

B

 

Red Rome

 

B

 

Rosana

 

 

B

 

Royal Beauty

 

 

A

 

Rubin (varjetà mnissla mill-kultivazzjoni Ċeka)

 

 

C

 

Rubin(imnissel mill-kultivazzjoni tal-Kazakistan)

 

 

B

 

Rubinola

 

 

B

 

Rudens Svītrainais

 

Osennee Polosatoe, Rudeninis Dryzuotasis, Rudens Svītrotais, Streifling, Streifling Herbst,Sügisjoonik, Syysjuovikas u bosta oħrajn

C

 

Saltanat

 

 

B

 

Sciearly

 

 

A

 

Scifresh

 

 

B

 

Sciglo

 

 

A

 

Sciray

 

GS48

A

 

Scired

 

 

A

R

Sciros

 

 

A

 

Selena

 

 

B

 

Shampion

 

 

B

 

Sidrunkollane Talioun

 

 

 

 

Sinap Orlovskij

 

 

 

 

Snygold

 

Earlygold

 

 

Sommerregent

 

 

C

 

Spartan

 

 

A

 

Splendour

 

 

A

 

St. Edmunds Pippin

 

 

 

R

Stark's Earliest

 

 

C

 

Štaris

 

Staris

A

 

Sturmer Pippin

 

 

 

R

Summerred

 

 

B

 

Sügisdessert

 

 

C

 

Sunrise

 

 

A

 

Sunset

 

 

 

R

Suntan

 

 

 

R

Sweet Caroline

 

 

C

 

Talvenauding

 

 

B

R

Tellisaare

 

 

B

 

Tiina

 

Tina

C

 

Topaz

 

 

B

 

Tydeman's Early Worcester

 

Tydeman's Early

B

 

Veteran

 

 

B

 

Vista Bella

 

Bellavista

B

 

Wealthy

 

 

B

 

Worcester Pearmain

 

 

B

 

York

 

 

B

 

Zailijskoje

 

Zailiyskoe

B

 

Žigulovskoje

 

Zhigulovskoe

C

 


(*)  B’minimu ta’ 20 % għall-Klassi I u l-Klassi II”


ANNESS II

“ANNESS IV

PAJJIŻI TERZI FEJN IL-VERIFIKI TAL-KONFORMITÀ ĠEW APPROVATI SKONT L-ARTIKOLU 15 U L-PRODOTTI KKONĊERNATI

Pajjiż

Prodotti

L-Isvizzera

Frott u ħxejjex friski minbarra frott taċ-ċitru

Il-Marokk

Frott u ħxejjex friski

L-Afrika t’Isfel

Frott u ħxejjex friski

L-Iżrael (*)

Frott u ħxejjex friski

L-Indja

Frott u ħxejjex friski

In-New Zealand

Tuffieħ, lanġas u frott tal-kiwi

Is-Senegal

Frott u ħxejjex friski

Il-Kenja

Frott u ħxejjex friski

It-Turkija

Frott u ħxejjex friski


(*)  L-approvazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tingħata għall-frott u l-ħxejjex li joriġinaw fl-Istat tal-Iżrael, minbarra t-territorji taħt l-Amministrazzjoni Iżraeljana minn Ġunju 1967, jiġifieri tal-Artijiet Għoljin tal-Golan, tal-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.”