28.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 178/109 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 577/2013
tat-28 ta’ Ġunju 2013
dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 21(2) u l-Artikolu 25(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn territorju jew pajjiż terz, u r-regoli għall-kontrolli tal-konformità fuq movimenti ta’ dan it-tip. Il-proposta tirrevoka u tissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (2). |
(2) |
Il-klieb, il-qtates u l-inmsa huma elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, bħala speċi ta’ annimali koperti minn dan ir-Regolament. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprovdi li l-frieħ tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa ma għandhomx jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn territorji jew pajjiżi terzi sakemm ma jkunux irċevew tilqima kontra l-idrofobija li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness III tiegħu. Madankollu, il-moviment tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa li mhumiex mlaqqma jew li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness III tiegħu jista’ jiġi awtorizzat minn Stati Membri jew minn territorji jew pajjiżi terzi elenkati skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, fejn, inter alia, is-sid jew il-persuna awtorizzata tipprovdi dikjarazzjoni ffirmata li minn meta twieldu sal-ħin tal-moviment mhux kummerċjali tagħhom, l-annimali domestiċi ma ġewx f’kuntatt ma’ annimali selvaġġi ta’ speċijiet suxxettibbli għall-idrofobija. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi għal dik id-dikjarazzjoni f’dan ir-Regolament. |
(4) |
Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistipula li l-Kummissjoni għandha tadotta żewġ listi ta’ territorji jew pajjiżi terzi li minnhom il-klieb, il-qtates jew l-inmsa jiġu mċaqilqa għal skopijiet mhux kummerċjali lejn Stat Membru mhumiex meħtieġa li jgħaddu mit-test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tal-idrofobija. Waħda minn dawn il-listi għandha tinkludi dawk it-territorji jew pajjiżi terzi li jkunu wrew li japplikaw regoli li l-kontenut u l-effett tagħhom huma l-istess bħal dawk applikati mill-Istati Membri u l-lista l-oħra għandha tinkludi dawk it-territorji jew pajjiżi terzi li jkunu wrew li huma jissodisfaw mill-inqas il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti dawk il-listi f’Anness ta' dan ir-Regolament. |
(5) |
Barra minn hekk, dawk il-listi għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, skont liema l-Kroazja għandha ssir membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013 u skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta’ Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (3) li jipprovdi li mill-1 ta’ Jannar 2014 il-Majott ma jibqax pajjiż jew territorju lil hinn mix-xtut li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għandu jsir reġjun ultraperiferiku skont it-tifsira tal-Artikolu 349 ta’ dak it-Trattat. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprovdi wkoll li l-klieb, il-qtates u l-inmsa ma għandhomx jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru minn territorju jew pajjiż terz għajr dawk elenkati f’Anness ta' dan ir-Regolament sakemm ma jkunx sarilhom test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tal-idrofobija li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 576/2013. It-tranżitu minn wieħed minn dawk it-territorji jew pajjiżi terzi madankollu mhuwiex suġġett għal dak it-test fejn is-sid jew il-persuna awtorizzata tipprovdi dikjarazzjoni ffirmata li l-annimali ma ġewx f’kuntatt ma’ annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-idrofobija u jinzammu b'mod sikur fi ħdan mezz ta’ trasport jew fil-perimetru ta’ ajruport internazzjonali. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi għal dik id-dikjarazzjoni f’dan ir-Regolament. |
(7) |
Ir-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jinkludu l-obbligu tat-twettiq ta' dak it-test f'laboratorju approvat f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandarizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (4), li tipprovdi li l-laboratorju Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA) ta' Nancy, Franza (li mill-1 ta' Lulju 2010 ġie integrat fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l’environnement et du travail, ANSES) għandu jevalwa dawk il-laboraturji fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni tagħhom sabiex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex isegwu l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa. |
(8) |
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprovdi wkoll li l-klieb, il-qtates u l-inmsa mċaqilqa lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor għal skopijiet mhux kummerċjali għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni fil-format ta’ passaport skont il-mudell li se jiġi adottat mill-Kummissjoni. Dak il-mudell għandu jkun fih entrati biex tiddaħħal l-informazzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 576/2013. Il-mudell u r-rekwiżiti addizzjonali tal-passaport għandu jkun stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u, għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta' simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE tas-26 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi mudell ta’ passaport tal-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u nemes (5) għandha tiġi mħassra. |
(9) |
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprovdi wkoll li l-klieb, il-qtates u l-inmsa mċaqilqa lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor għal għanijiet mhux kummerċjali għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni fil-format ta’ passaport tas-saħħa tal-annimali skont il-mudell li se jiġi adottat mill-Kummissjoni. Dak il-mudell għandu jkun fih entrati biex tiddaħħal l-informazzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 576/2013. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit dak il-mudell f’Anness ta' dan ir-Regolament. |
(10) |
B’deroga mill-format taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stipulat fil-każ ta’ moviment lejn Stat Membru minn territorju jew pajjiż terz, ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa minn territorju jew pajjiż terz li jkun ippruvat li japplika regoli li l-kontenut u l-effett tagħhom huma l-istess bħal dawk applikati mill-Istati Membri, fejn id-dokument tal-identifikazzjoni li jakkumpanjawhom jkun inħareġ f’konformità mal-proċedura prevista fil-każ ta’ moviment lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor. Madankollu, huma meħtieġa numru ta’ adattamenti tekniċi sabiex il-mudell tal-passaport li għandu jintuża f’dawn il-każijiet, f’dak li għandu x’jaqsam b’mod partikolari ma’ karatteristiċi fuq il-paġna tal-qoxra li ma jistgħux jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti applikabbli għal passaporti maħruġa minn Stat Membru. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa għalhekk xieraq li jkun stabbilit mudell għal tali passaporti f’dan ir-Regolament. |
(11) |
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprovdi li fejn in-numru ta’ klieb, qtates jew inmsa li ġew imċaqilqa għal raġunijiet mhux kummerċjali jaqbeż il-ħamsa matul moviment uniku, ir-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (6) tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) ta’ Direttiva 90/425/KEE għandhom japplikaw għal dawk l-annimali, għajr skont kundizzjonijiet speċifiċi u għal ċerti kategoriji ta’ annimali. |
(12) |
Barra minn hekk id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/839/KE tat-3 ta’ Diċembru 2004 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet taċ-ċaqliq non-kummerċjali ta’ klieb u qtates żgħar minn pajjiżi terzi għall-Komunità (7) u d-Deċiżjoni 2005/91/KE tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2005 li tistabbilixxi l-perjodu li warajh it-tilqim kontra l-idrofobija/rabja huwa kkunsidrat bħala validu (8) ġew adottati sabiex jipprovdu għal regoli uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 998/2003. Ir-regoli stipulati f’dawk l-atti ġew riveduti u issa huma inkorporati fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 576/2013. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta' simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjonijiet 2004/839/KE u 2005/91/KE għandhom għalhekk jiġu mħassra. |
(13) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (9) tistipula r-regoli li għandhom jiġu osservati fil-ħruġ taċ-ċertifikati mitluba mil-leġiżlazzjoni veterinarja biex tiġi evitata ċ-ċertifikazzjoni qarrieqa jew falza. Huwa xieraq li jiġi żgurat li r-regoli u l-prinċipji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dik id-Direttiva jiġu applikati mill-uffiċjali veterinarji tal-pajjiżi terzi. |
(14) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 tal-14 ta’ Lulju 2011 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (10) jipprovdi li mill-1 ta’ Jannar 2012, klieb li jidħlu l-Istati Membri jew partijiet minnhom elenkati fl-Anness I tiegħu għandhom jiġu ttrattati kontra l-parassita Echinococcus multilocularis skont ir-rekwiżiti stipulati f’dak ir-Regolament. |
(15) |
Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/146/KE tal-21 ta’ Frar 2006 dwar ċerti miżuri protettivi rigward ċerti friefet-il-lejl tal-frott, klieb u qtates ġejjin mill-Malażja (Peniżola) u l-Awstralja (11) li tipprojbixxi l-importazzjonijiet ta’ klieb u qtates mill-Malażja (Peniżola) u ta' qtates mill-Awstralja sakemm ma jintlaħqux ċerti kundizzjonijiet rigward il-mard Nipah u Hendra rispettivament. |
(16) |
Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 576/2013. |
(17) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Format, tqassim u rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 7, 11 u 12 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013
1. Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandhom jitfasslu f’konformità mal-format u t-tqassim stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u għandhom jikkonformaw ma’ r-rekwiżiti lingwistiċi stipulati fil-Parti 3 ta’ dak l-Anness.
2. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandhom jitfasslu f’konformità mal-format u t-tqassim stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti lingwistiċi stipulati fil-Parti 3 ta’ dak l-Anness.
Artikolu 2
Listi ta' territorji u ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13 tar- Regolament (UE) Nru 576/2013
1. Il-lista ta’ territorji u pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jidher fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-lista ta’ territorji u pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jidher fil-Parti 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artiikolu 3
Mudell tal-passaporti għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates jew inmsa
1. Il-passaport imsemmi fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandu jitfassal f’konformità mal-format u t-tqassim stipulati fil-Parti 1 tal-Anness III ta' dan ir-Regolament u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-passaporti maħruġa, skont il-punt (a) tal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, f’wieħed mit-territorji jew pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandhom jitfasslu skont il-mudell stipulat fil-Parti 3 tal-Anness III ta' dan ir-Regolament u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fil-Parti 4 ta’ dak l-Anness.
Artikolu 4
Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment mhux kummerċjali lejn l-Unjoni ta' klieb, qtates jew inmsa
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandu
(a) |
jkun imħejji f’konformità mal-mudell stipulat fil-Parti 1 tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament; |
(b) |
jimtela skont in-noti ta' spjegazzjoni stabbiliti fil-Parti 2 ta' dak l-Anness: |
(c) |
jkun issuppplimentat minn dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 li għandha titfassal f’konformità mal-mudell stipulat fit-Taqsima A tal-Parti 3 ta' dak l-Anness u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fit-Taqsima B tal-Parti 3 ta’ dak l-Anness. |
Artikolu 5
Revoki
Id-Deċiżjonijiet 2003/803/KE, 2004/839/KE u 2005/91/KE huma mħassra.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-29 ta' Diċembru 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.
(3) ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.
(4) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.
(5) ĠU L 312, 27.11.2003, p. 1.
(6) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(7) ĠU L 361, 8.12.2004, p. 40.
(9) ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.
(10) ĠU L 296, 15.11.2011, p. 6.
(11) ĠU L 55, 25.2.2006, p. 44.
ANNESS I
Format, tqassim u rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet
imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u tal-Artikolu 11(2) u fil-punt (c) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013
PARTI 1
Format u tqassim tad-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013
Test ta 'immaġni
PARTI 2
Format, tqassim u rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013
Test ta 'immaġni
PARTI 3
Rekwiżiti lingwistiċi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u tal-Artikolu 11(2) u fil-punt (c) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013
Id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu abbozzati fil-lingwi uffiċjali tal-Stat Membru tad-destinazzjoni/tad-dħul u bl-Ingliż.
ANNESS II
Listi ta' territorji u pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013
PARTI 1
Lista ta' territorji u ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013
Kodiċi ISO |
Territorju jew pajjiż terz |
AD |
Andorra |
CH |
L-Isvizzera |
FO |
Il-Gżejjer Faeroe |
GI |
Ġibiltà |
GL |
Il-Groenlandja |
HR (*) |
Il-Kroazja |
IS |
L-Islanda |
LI |
Il-Liechtenstein |
MC |
Monako |
NO |
In-Norvegja |
SM |
San Marino |
VA |
L-Istat tal-Belt tal-Vatikan |
PARTI 2
Lista ta' territorji u ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013
Kodiċi ISO |
Territorju jew pajjiż terz |
Territorji inklużi |
AC |
Il-Gżira ta' Ascension |
|
AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
|
AG |
Antigwa u Barbuda |
|
AR |
L-Arġentina |
|
AU |
L-Awstralja |
|
AW |
Aruba |
|
BA |
Il-Bosnja-Ħerzegovina |
|
BB |
Il-Barbados |
|
BH |
Il-Baħrejn |
|
BM |
Il-Bermuda |
|
BQ |
Bonaire, Sint Eustatius u Saba (il-Gżejjer BES) |
|
BY |
Il-Belarus |
|
CA |
Il-Kanada |
|
CL |
Iċ-Ċilì |
|
CW |
Curaçao |
|
FJ |
Fiġi |
|
FK |
Il-Gżejjer Falkland |
|
HK |
Ħong Kong |
|
JM |
Il-Ġamajka |
|
JP |
Il-Ġappun |
|
KN |
Saint Kitts u Nevis |
|
KY |
Il-Gżejjer Kajman |
|
LC |
Santa Luċija |
|
MS |
Montserrat |
|
MU |
Il-Mawrizju |
|
MX |
Il-Messiku |
|
MY |
Il-Malasja |
|
NC |
Il-Kaledonja Ġdida |
|
NZ |
In-New Zealand |
|
PF |
Il-Polineżja Franċiża |
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
RU |
Ir-Russja |
|
SG |
Singapor |
|
SH |
Sant’Elena |
|
SX |
Sint Maarten |
|
TT |
Trinidad u Tobago |
|
TW |
It-Tajwan |
|
l-Istati Uniti |
L-Istati Uniti tal-Amerika |
AS — Is-Samoa Amerikana GU — Gwam MP — Il-Gżejjer tal-Marjanas tat-Tramuntana PR — Puerto Riko VI — Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti |
VC |
Saint Vincent u l-Grenadini |
|
VG |
Gżejjer Verġni Brittaniċi |
|
VU |
Il-Vanwatu |
|
WF |
Wallis u Futuna |
|
YT (**) |
Il-Majott |
|
(*) Applikabbli biss sakemm dan l-Istat tal-Adeżjoni isir Stat Membru tal-Komunità.
(**) Applikabbli biss sakemm dan it-territorju jsir reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-TFUE.
ANNESS III
Mudelli tal-passaporti għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates jew inmsa
PARTI 1
Mudell ta’ passaport maħruġ fi Stat Membru
PARTI 2
Rekwiżiti addizzjonali li jikkonċernaw il-passaport maħruġ fi Stat Membru
1. |
Format tal-passaport: Id-dimensjoni tal-passaport għandu jkun 100 × 152 mm. |
2. |
Qoxra tal-passaport:
|
3. |
Sekwenzi tal-intestaturi u tan-numerazzjoni tal-paġni tal-passaport:
|
4. |
Lingwi: It-test stampat kollu għandu jkun fil-lingwa(i) uffiċjali tal-Istat Membru tal-ħruġ u bl-Ingliż. |
5. |
Karatteristiċi tas-sigurtà:
|
PARTI 3
Mudell ta’ passaport maħruġ f’wieħed mit-territorji jew mill-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament
PARTI 4
Rekwiżiti addizzjonali li jikkonċernaw il-passaport maħruġ f’wieħed mit-territorji jew mill-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament
1. |
Format tal-passaport: Id-dimensjoni tal-passaport għandu jkun 100 × 152 mm. |
2. |
Qoxra tal-passaport:
|
3. |
Sekwenzi tal-intestaturi u tan-numerazzjoni tal-paġni tal-passaport:
|
4. |
Lingwi It-test stampat kollu għandu jkun fil-lingwa(i) uffiċjali tat-territorju jew tal-pajjiż terz tal-ħruġ u bl-Ingliż. |
5. |
Karatteristiċi ta' sigurtà
|
(1) Gwida tal-grafika tal-emblema Ewropea: http://publications.europa.eu/code/mt/mt-5000100.htm
ANNESS IV
PARTI 1
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment mhux kummerċjali lejn Stat membru minn territorju jew pajjiż terz ta' klieb, qtates jew inmsa skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
PARTI 2
Noti ta’ spjegazzjoni dwar kif għandhom jimtlew iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali
(a) |
Fejn iċ-ċertifikat jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif imiss, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jistgħu jkunu ingassati, inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal veterinarju, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat. |
(b) |
L-oriġinali ta' kull ċertifikat għandu jkun magħmul minn folja waħda jew, fejn aktar test huwa meħtieġ, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli. |
(c) |
Iċ-ċertifikat għandu jiġi abbozzat f'tal-anqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-dħul u bl-Ingliż. Għandu jimtela b'ittri kapitali f'tal-anqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-dħul jew bl-Ingliż. |
(d) |
Jekk maċ-ċertifikat jinhemżu folji ta' karta addizzjonali jew dokumenti ta' sostenn, dawk il-folji ta' karta jew dokument jitqiesu bħala parti mill-kopja oriġinali taċ-ċertifikat billi tiġi ffirmata u ttimbrata kull waħda mill-paġni mill-uffiċjal veterinarju. |
(e) |
Meta ċ-ċertifikat, inklużi l-folji addizzjonali msemmija fil-punt (d), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tiġi nnumerata, (numru tal-paġna minn numru totali tal-paġni), fl-aħħar tal-paġna u għandu jkollha fuqha n-numru tar-referenza taċ-ċertifikat indikat mill-awtorità kompetenti fin-naħa ta’ fuq ta kull paġna. |
(f) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jkun maħruġ minn veterinarju uffiċjali tat-territorju jew tal-pajjiżi terz tal-konsenja jew minn veterinarju awtorizzat u sussegwentement approvat mill-awtorità kompetenti tat-territorju jew f’pajjiżi terzi tal-konsenja. L-awtorità kompetenti tat-territorju jew tal-pajjiż terz tal-konsenja għandhom jiżguraw li jiġu osservati r-regoli u l-prinċipji għaċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE. Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal timbri għajr dawk ibbuzzati jew b’marka li tidher meta mqiegħda kontra d-dawl. |
(g) |
In-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-kaxxi I.2 u II.a. għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tat-territorju jew tal-pajjiż terz tal-konsenja. |
PARTI 3
Parti 3 Dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013
Taqsima A
Mudell ta' dikjarazzjoni
Test ta 'immaġni
Taqsima B
Rekwiżiti addizzjonali għad-dikjarazzjoni
Id-dikjarazzjoni għandha tiġi abbozzata f'tal-anqas waħda mil-lingwa(i) uffiċjali tal-Istat Membru tad-dħul u bl-Ingliż u għandha timtela b'ittri kapitali.