20.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 574/2013

tad-19 ta’ Ġunju 2013

li jiffissa koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-kwantitajiet disponibbli ta' zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 505/2013 tal-31 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu.

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor barra mill-kwota mressqin bejn l-4 u l-11 ta' Ġunju 2013 u nnotifikati lill-Kummissjoni bejn il-11 u l-14 ta' Ġunju 2013 jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 505/2013.

(2)

Għalhekk, f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 505/2013 huwa meħtieġ li jiġi stabbilit koeffiċjent tal-allokazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni nnotifikata għaċ-ċertifikat.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor barra mill-kwota skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 505/2013 bejn l-4 u l-11 ta' Ġunju 2013 u nnotifikati lill-Kummissjoni bejn il-11 u l-14 ta' Ġunju 2013 għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 22,108861 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 147, 1,6.2013, p. 3.