|
11.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 159/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 531/2013
tal-10 ta’ Ġunju 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 341/2007 rigward is-sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni tat-tewm minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (1) li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 joħloq distinzjoni bejn importaturi tradizzjonali u ġodda fir-rigward ta’ kummerċjanti li jistgħu japplikaw għal liċenzji tal-importazzjoni tat-tewm skont il-kwoti tariffarji li huma miftuħa u amministrati skont dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Minħabba l-adeżjoni mistennija tal-Kroazja mal-UE fl-1 ta’ Lulju 2013, għandhom jiġu stabbiliti regoli tranżitorji biex jippermettu lill-importaturi fil-Kroazja jibbenefikaw mill-kwoti tal-importazzjoni bħala importaturi tradizzjonali. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw biss sakemm jasal il-waqt li l-importaturi jkunu jistgħu jissodisfaw ir-regoli eżistenti. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 341/2007
Fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, għandu jiżdied ir-raba’ sottoparagrafu li ġej:
“Għall-Kroazja, għall-perjodi tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni 2013/2014, 2014/2015 u 2015/2016:
|
(a) |
il-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu ma għandux japplika; u wkoll |
|
(b) |
‘importazzjoni fl-Unjoni’ għandha tinftiehem bħala importazzjoni minn pajjiżi ta’ oriġini minbarra l-Istati Membri tal-Unjoni kif kostitwita fl-1 ta’ Lulju 2013.” |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għad-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u f’din l-istess data.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO