|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 494/2013
tad-29 ta’ Mejju 2013
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006. |
|
(2) |
Il-Kunsill iqis li persuna waħda u żewġ entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa b’dan emendat kif previst fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. BRUTON
ANNESS
Il-persuna u l-entitajiet li ġejjin jitħassru mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006:
|
(1) |
Persuna Shadryna, Hanna Stanislavauna |
|
(2) |
Entitajiet
|