|
28.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 490/2013
tas-27 ta’ Mejju 2013
li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Bidu
|
(1) |
Nhar id-29 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni Ewropea (‘il-Kummissjoni’) ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (‘notifika ta’ bidu’), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ bijodiżil fl-Unjoni li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja (‘il-pajjiżi kkonċernati’). |
|
(2) |
L-investigazzjoni nfetħet wara lment imressaq fis-17 ta’ Lulju 2012 mill-European Biodiesel Board (‘l-ilmentatur’) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw iktar minn 60% tal-produzzjoni totali tal-bijodiżil tal-Unjoni. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u tal-ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex tkun iġġustifikata t-tnedija tal-investigazzjoni. |
|
(3) |
Fit-30 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni għamlet importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati soġġetti għal reġistrazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2013 tat-28 ta’ Jannar 2013 (3). |
|
(4) |
Nhar l-10 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), il-bidu ta’ proċediment kontra s-sussidji li jirrigwarda l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bijodiżil li joriġina mill-Arġentina u mill-Indoneżja, u bdiet investigazzjoni separata. |
2. Il-perjodu ta’ investigazzjoni
|
(5) |
L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 (‘il-perjodu ta’ investigazzjoni’ jew ‘PI’). L-eżami tax-xejriet relevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-aħħar tal-PI (‘il-perjodu kkunsidrat’). |
3. Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
|
(6) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fl-Arġentina u fl-Indoneżja, lill-importaturi magħrufa, lil fornituri, distributuri, utenti u assoċjazzjonijiet ikkonċernati magħrufa, u lill-awtoritajiet tal-Arġentina u tal-Indoneżja bil-bidu tal-investigazzjoni. In-notifika ta’ bidu stiednet lill-partijiet kollha kkonċernati mill-investigazzjoni biex jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jippreżentaw ruħhom. |
|
(7) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ bidu. |
|
(8) |
L-ilmentatur, il-produtturi esportaturi fl-Arġentina u fl-Indoneżja, l-importaturi u l-awtoritajiet tal-Arġentina u tal-Indoneżja ressqu l-fehmiet tagħhom. Il-partijiet kollha interessati li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta. |
3.1. Kampjunar
|
(9) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fl-Arġentina u fl-Indoneżja, importaturi mhux relatati fl-Unjoni u produtturi tal-Unjoni involuti fl-investigazzjoni, u biex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni ħabbret fin-notifika ta’ bidu li għandha mnejn tillimita għal numru raġonevoli l-għadd ta’ produtturi esportaturi fl-Arġentina u fl-Indoneżja, l-importaturi mhux relatati u l-produtturi tal-Unjoni li kellhom jiġu investigati billi tagħżel kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku (dan il-proċess jissejjaħ ukoll ‘kampjunar’). |
3.2. Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fl-Arġentina
|
(10) |
Biex jippermettu lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fl-Arġentina ntalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-notifika ta’ bidu. |
|
(11) |
Għaxar produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Madankollu, żewġ kumpaniji rrappurtaw li ma kien hemm l-ebda esportazzjoni lejn l-Unjoni (jew l-ebda produzzjoni) matul il-PI. |
|
(12) |
It-tmien (gruppi ta’) produtturi esportaturi li kien fadal kienu jammontaw għall-volum sħiħ esportat lejn l-Unjoni matul il-PI. |
|
(13) |
Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi bbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, li seta’ jkun investigat b’mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Il-kampjun magħżul kien jammonta għal 86% tal-volum totali tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI kif irrappurtat mit-tmien produtturi esportaturi msemmija hawn fuq fil-premessa (12). |
|
(14) |
Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha, kif ukoll l-assoċjazzjoni tal-produtturi Arġentini u l-awtoritajiet tal-Arġentina, kienu kkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun u ma qajmu l-ebda oġġezzjoni. |
3.3. Analiżi individwali
|
(15) |
L-ebda kumpanija Arġentina li ma kinitx inkluża fil-kampjun ma talbet analiżi individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. |
3.4. Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fl-Indoneżja
|
(16) |
Biex jippermettu lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fl-Indoneżja ntalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-notifika ta’ bidu. |
|
(17) |
Tmien produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Madankollu, tliet kumpaniji rrappurtaw li ma kien hemm ebda esportazzjonijiet lejn l-Unjoni waqt il-PI. |
|
(18) |
Il-ħames (gruppi ta’) produtturi esportaturi li kien fadal kienu jammontaw għall-volum sħiħ esportat lejn l-Unjoni matul il-PI. |
|
(19) |
Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ erba’ produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi bbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, li seta’ jkun investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-kampjun magħżul kien jammonta għal 99% tal-volum totali tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI kif irrappurtat mill-ħames produtturi esportaturi msemmija fil-premessa hawn fuq (18). |
|
(20) |
Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha, kif ukoll l-awtoritajiet Indoneżjani, kienu kkonsultati u ma qajmu l-ebda oġġezzjoni. |
3.5. Analiżi individwali
|
(21) |
L-ebda kumpanija Indoneżjana li ma kinitx inkluża fil-kampjun ma talbet analiżi individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. |
3.6. Kampjunar ta’ importaturi indipendenti
|
(22) |
Biex jippermettu lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha indipendenti ntalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-notifika ta’ bidu. Madankollu l-ebda importatur ma kkoopera f’din l-investigazzjoni. |
3.7. Kampjunar ta’ produtturi tal-Unjoni
|
(23) |
Il-Kummissjoni ħabbret fin-notifika ta’ bidu li b’mod proviżorju kienet għażlet kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tmien produtturi tal-Unjoni li qabel ma nbdiet l-investigazzjoni kienu magħrufa mal-Kummissjoni li jipproduċu l-bijodiżil. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ u l-qagħda ġeografika. Il-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun kienu jirrappreżentaw 27% tal-produzzjoni tal-Unjoni. |
|
(24) |
Fin-notifika ta’ bidu, il-partijiet interessati kienu mistiedna wkoll iressqu l-fehmiet tagħhom dwar il-kampjun proviżorju. Wara l-pubblikazzjoni tal-kampjun propost, tnejn mill-kumpaniji li kellhom ikunu parti mill-kampjun irtiraw il-kooperazzjoni tagħhom u posthom ittieħed minn żewġ kumpaniji oħra. L-industrija tal-Unjoni kkummentat ukoll li minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi SME tal-bijodiżil, tal-anqas SME wieħed kellu jiġi inkluż fil-kampjun. Din it-talba ntlaqgħet. |
|
(25) |
Il-kampjun huwa meqjus rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
3.8. It-tweġibiet tal-kwestjonarju
|
(26) |
Intbagħtu kwestjonarji lit-tliet produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi fl-Arġentina fil-kampjun, lill-erba’ produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi fl-Indoneżja fil-kampjun, u lit-tmien produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(27) |
Ir-risposti għall-kwestjonarju ġew riċevuti mingħand is-seba’ produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi fl-Arġentina u fl-Indoneżja fil-kampjun, it-tmien produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u tliet utenti. |
3.9. Żjarat ta’ verifika
|
(28) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li tqieset neċessarja għal determinazzjoni proviżorja tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
|
(29) |
Il-prodott ikkonċernat hu magħmul minn esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew minn żejt tal-gass paraffiniku, li jinkisbu minn sinteżi u/jew minn trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili, f’forma pura jew f’taħlita, li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja, li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 1516 20 98 , ex 1518 00 91 , ex 1518 00 95 , ex 1518 00 99 , ex 2710 19 43 , ex 2710 19 46 , ex 2710 19 47 , 2710 20 11 , 2710 20 15 , 2710 20 17 , ex 3824 90 97 , 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (‧il-prodott ikkonċernat‧, b’mod komuni msejjaħ ‘bijodiżil’). |
|
(30) |
L-investigazzjoni wriet li l-bijodiżil prodott fl-Arġentina huwa esklussivament “ester metiliku tas-sojja” (SME) li jkun ġej miż-żejt tal-fażola tas-sojja, u li l-bijodiżil prodott fl-Indoneżja huwa esklussivament “ester metiliku tal-palm” (PME) li jkun ġej miż-żejt tal-palm, waqt li l-bijodiżil prodott fl-Unjoni huwa prinċipalment “ester metiliku tal-kolza” (RME), imma li jinkiseb ukoll minn materja prima oħra, li tinkludi żjut użati u żjut verġni. |
|
(31) |
L-SME, il-PME u l-RME kollha jagħmlu parti mill-kategorija tal-esteri metiliċi ta' aċidi xaħmin (FAME). It-terminu “ester” jirreferi għat-transesterifikazzjoni taż-żjut veġetali, jiġifieri, it-taħlit taż-żejt mal-alkoħol, li jiġġenera l-bijodiżil u, bħala prodott sekondarju, il-gliċerina. It-terminu “metil” jirreferi għall-metanol, l-iżjed alkoħol komunement użat fil-proċess. |
|
(32) |
Il-bijodiżils SME u PME jistgħu jintużaw fil-forom puri tagħhom imma ġeneralment jitħalltu, jew bejniethom stess jew mal-RME, qabel jintużaw fl-Unjoni Ewropea. Ir-raġuni għat-taħlit tal-SME mal-PME hija li l-SME fil-forma pura tiegħu ma jilħaqx l-istandard Ewropew EN 14214 fir-rigward tan-numri tal-jodju u taċ-ċetan. Ir-raġuni għat-taħlit tal-PME (u l-SME) mal-RME hija li l-PME u l-SME għandhom il-punt limitu tal-filtrabbiltà fil-ksieħ (CFPP) ogħla minn tal-RME u għalhekk mhumiex adattati biex jintużaw fil-forma pura tagħhom matul ix-xhur xitwin fir-reġjuni kesħin tal-Unjoni Ewropea. |
|
(33) |
It-taħlitiet ta’ bijodiżils u diżil minerali finalment jintużaw fis-settur tat-trasport bħala fjuwil f’magni ta’ vetturi tat-triq li jaħdmu bid-diżil, bħal karozzi, trakkijiet, karozzi tal-linja, u anke ferroviji. Il-bijodiżils fil-forom puri tagħhom jew imħalltin ma’ diżils minerali jistgħu jintużaw ukoll bħala fjuwil tat-tisħin f’bojlers domestiċi, kummerċjali jew industrijali u bħala fjuwil għall-ġeneraturi biex jipproduċu l-elettriku. |
2. Prodott simili
|
(34) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat, il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Arġentina u fl-Indoneżja, u l-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni huma simili fil-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, u fl-użi tagħhom. Għaldaqstant huma kkunsidrati proviżorjament bħala simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. Talba għall-esklużjoni tal-prodott
|
(35) |
Produttur Indoneżjan talab li l-esteri metiliċi frazzjonati jiġu esklużi mill-prodotti koperti mill-proċediment. Id-distillazzjoni frazzjonali tissepara l-esteri metiliċi ta’ aċidi xaħmin f’komponenti b’karatteristiċi kimiċi differenti għal użi finali differenti. Huma sostnew li l-esteri metiliċi frazzjonati, li l-kumpanija tipproduċi u tesporta lejn l-UE, ma kinux bijodiżil u ma jintużawx għall-fjuwil, imma għal applikazzjonijiet industrijali oħra. Huma sostnew ukoll li l-materja prima użata għal dawn l-esteri metiliċi frazzjonati kienet żejt tal-ġewż tal-Indi jew żejt tal-qalba tal-palm, u mhux żejt tal-palm mhux raffinat li jintuża biex isir il-bijodiżil fl-Indoneżja. |
|
(36) |
L-esteri metiliċi frazzjonati jaqgħu fi ħdan id-deskrizzjoni tal-prodott ikkonċernat, għaliex jibqgħu esteri metiliċi ta' aċidi xaħmin u jiġu manifatturati minn materja prima li tintuża biex jiġi manifatturat il-bijodiżil. Għalkemm minnhom innifishom ma jissodisfawx l-istandard Ewropew (EN 14214) jistgħu jitħalltu ma’ bijodiżils oħrajn biex tinħoloq taħlita li tissodisfa l-istandard. L-istess bħall-bijodiżil tal-ester metiliku tal-palm, li minnu nnifsu ma jissodisfax l-istandard Ewropew mingħajr ma jitħallat. Għaldaqsant dan l-argument ġie miċħud. |
|
(37) |
Madankollu importatur Ewropew tal-ester metiliku ta' aċidi xaħmin ibbażat fuq iż-żejt tal-qalba tal-palm mill-Indoneżja talab li jingħata eżenzjoni mid-dazju għall-użu finali għall-importazzjonijiet tiegħu li ma kinux destinati jintużaw bħala fjuwil imma biex jiġu pproċessati f’alkoħol xaħmi mhux saturat. |
|
(38) |
L-eżenzjoni mid-dazju għall-użu finali hija skema amministrata mill-amministrazzjonijiet Doganali nazzjonali li biha d-dazji mħallsa fuq l-importazzjoni huma suġġetti għal eżenzjoni fuq il-bażi tal-użu finali ċċertifikat tal-materja prima importata. Din l-iskema hija stipulata fid-Dispożizzjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju. (6) |
|
(39) |
Din it-talba se tiġi indirizzata fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet kummenti mingħand il-partijiet interessati dwar jekk din it-talba speċifika għandhiex tiġi aċċettata għall-importazzjonijiet ta’ ester metiliku ta' aċidi xaħmin taż-żejt tal-qalba tal-palm li ma jkunx se jintuża għall-fjuwil. Dawn il-kummenti għandhom jindirizzaw jekk din l-eżenzjoni tistax tintuża biex jiġu skartati xi dazji definittivi kemm-il darba jiġu imposti, u l-effett fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li ma jkunx se jintuża għall-fjuwil minn pajjiżi diġà soġġetti għal miżuri. |
C. DUMPING
1. L-Arġentina
1.1. Il-valur normali
|
(40) |
Il-Kummissjoni, għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun, l-ewwel eżaminat jekk il-volum tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fl-Arġentina kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dak il-bejgħ kienx jirrappreżenta mill-inqas 5% tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni waqt il-PI, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni sabet li, għal kull kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji fil-kampjun, il-volum totali ta' dak il-bejgħ kien jirrappreżenta mill-inqas 5% tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni waqt il-PI. |
|
(41) |
Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat għal kull kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji inkluż fil-kampjun dawk it-tipi ta’ prodotti mibjugħa domestikament li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(42) |
Għal kull tip ta’ prodott mibjugħ minn kull kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji inkluż fil-kampjun fis-suq domestiku tagħhom u li nstab li kien identiku jew komparabbli mat-tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari ġie meqjus rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PI kien jirrappreżenta mill-inqas 5% tal-volum totali tat-tip ta’ prodott komparabbli mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(43) |
Sussegwentement, għal kull kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji inkluż fil-kampjun, il-Kummissjoni evalwat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili sarx fl-andament ordinarju tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit għal kull prodott il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-PI. |
|
(44) |
L-investigazzjoni wriet li s-suq Arġentin huwa rregolat ħafna mill-Istat. It-taħlit tad-diżil ta’ oriġini fossili mal-bijodiżil huwa obbligatorju fl-Arġentina (7% tal-bijodiżil matul il-PI). L-ammont totali ta’ bijodiżil meħtieġ biex jissodisfa dan il-kriterju tat-taħlit jinqasam, permezz ta' attribuzzjoni ta’ kwoti, bejn għadd magħżul ta’ produtturi Arġentini tal-bijodiżil. Il-kumpaniji taż-żejt huma obbligati jixtru l-bijodiżil mingħand dawn il-kumpaniji Arġentini li jipproduċu l-bijodiżil biex jissodisfaw il-kriterju tat-taħlit obbligatorju. Il-prezz jiġi ffissat mill-Istat u ppubblikat mill-Ministeru tal-Enerġija Arġentin. Matul il-PI, dan il-prezz ta’ referenza ffissat mill-Istat kien ikkalkulat skont formula kumplessa li tqis il-kost tal-produzzjoni (materja prima, trasport u kosti oħra) u li tassigura l-kisba ta’ ċertu ammont ta’ profitt. Il-parametri użati biex ġie ddeterminat il-prezz ta’ referenza kienu stabbiliti fuq il-bażi ta’ stima tal-kosti tal-iktar produttur ineffiċjenti li jinsab fl-iktar parti remota tal-pajjiż u dan wassal għal profittabilità sinifikanti għall-produtturi Arġentini. |
|
(45) |
F’dawn il-kundizzjonijiet, il-bejgħ domestiku ma ġiex ikkunsidrat li sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ u l-valur normali tal-prodott simili kellu jiġi stabbilit b’mod proviżorju skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku billi mal-kosti tal-kumpanija nnifisha waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni, ġew miżjuda l-ispejjeż tal-bejgħ, flimkien ma’ dawk ġenerali u amministrattivi (‘SG&A’), u marġni raġonevoli ta' profitt. L-ilmentaturi ddikjaraw li s-sistema ta' taxxa differenzjali fuq l-esportazzjonijiet fl-Arġentina tbaxxi l-prezz tal-fażola tas-sojja u taż-żejt tas-sojja u għalhekk toħloq distorsjoni fil-kosti tal-produtturi tal-bijodiżil. Il-Kummissjoni għad m'għandhiex biżżejjed informazzjoni f'dan l-istadju biex tieħu deċiżjoni dwar l-aktar mod xieraq li bih tiġi indirizzata din id-dikjarazzjoni. Għalhekk, il-kwistjoni dwar jekk il-kosti jirriflettux b’mod raġonevoli l-kosti assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat se tkun eżaminata aktar fl-istadju definittiv kif ukoll fl-investigazzjoni kontra s-sussidji li għaddejja bħalissa. |
|
(46) |
Wara li kkunsidrat il-kundizzjoni prevalenti tas-suq, kif deskritta fil-premessa (44) hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li l-ammont ta’ profitt ma setax ikun ibbażat fuq id-dejta attwali tal-kumpaniji fil-kampjun. Għaldaqstant, l-ammont ta’ profitt użat biex ġie stabbilit il-valur normali kien iddeterminat skont l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-ammont raġonevoli ta’ profitt li industrija żagħżugħa u innovattiva ta’ kapital intensiv ta’ dan it-tip, tista’ tikseb taħt il-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni f’suq ħieles u miftuħ, jiġifieri 15% ibbażat fuq il-fatturat. |
1.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(47) |
Il-produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati. |
|
(48) |
Fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew li jkunu jridu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat. |
|
(49) |
Fejn il-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpaniji tal-kummerċ relatati li jinsabu fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat kien reġa' nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. F’dawn il-każijiet saru aġġustamenti għall-kosti kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u għall-profitti li akkumulaw. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, livell ta’ profitt ta’ 5% ibbażat fuq il-fatturat tqies raġonevoli. |
1.3. Tqabbil
|
(50) |
Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun ġew mqabbla fuq bażi ta’ kif joħorġu mill-fabbrika. |
|
(51) |
Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, sar provvediment xieraq fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
|
(52) |
Fuq din il-bażi, fil-każijiet kollha fejn intwera li tiġi affettwata l-komparabbiltà tal-prezzijiet, saru aġġustamenti għall-kosti tat-trasport, tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni, għall-kosti tal-immaniġġjar, tat-tagħbija u għal dawk anċillari, għad-dazji fuq l-esportazzjoni u għall-kummissjonijiet. |
|
(53) |
Fejn il-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpaniji tal-kummerċ relatati li jinsabu barra mill-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk kummerċjanti relatati bħal dawn għandhomx jiġu ttrattati jew le bħala d-dipartiment tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-produttur esportatur jew bħala aġenti li jaħdmu fuq bażi ta’ kummissjoni. |
|
(54) |
Kumpanija tal-kummerċ li kienet relatata mill-qrib ma’ produttur esportatur u kkontrollata kompletament minnu, ma kellha l-ebda saħħa ta’ negozjar jew influwenza fuq il-prezzijiet jew fuq it-termini tal-konsenja, u kienet qed tinnegozja esklussivament prodotti manifatturati mill-produttur esportatur fl-Arġentina. Għaldaqstant ġiet ikkunsidrata bħala dipartiment tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-produttur esportatur u ma sar l-ebda aġġustament għall-kummissjoni. Kumpanija tal-kummerċ li tinsab barra mill-UE, instab li kellha rabtiet iktar remoti mal-produttur esportatur fl-Arġentina, li ma kinitx taħt il-kontroll tiegħu u li kienet qed tinnegozja għadd ta’ prodotti oħra manifatturati minn produtturi oħra. F’dan il-każ il-kumpanija tal-kummerċ ġiet ikkunsidrata li qed taqdi funzjonijiet simili għal dawk ta’ kummerċjant li jaġixxi fuq bażi ta’ kummissjoni. Għalhekk il-prezzijiet tal-bejgħ bl-esportazzjoni ġew aġġustati skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku biex titqies iż-żieda ipotetika fil-valur li rċieva l-kummerċjant. |
|
(55) |
Id-differenza reali bejn il-prezzijiet tal-bejgħ imposti mill-produttur esportatur fl-Arġentina lill-kummerċjant relatat u l-prezzijiet tal-bejgħ imposti mill-kummerċjanti relatati lill-ewwel klijent indipendenti fl-UE ma ntużatx biex jiġi kkalkulat l-aġġustament. L-aġġustament kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-SG&A tal-kummerċjant relatat u ammont raġonevoli ta’ profitt. Il-profitt reali tal-kumpanija ma ġiex ikkunsidrat li hu affidabbli minħabba n-natura tar-relazzjoni. |
1.4. Il-marġni tad-dumping
|
(56) |
Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-valur normali medju peżat ta’ kull tip ta’ prodott simili kien imqabbel mal-prezz medju peżat tal-esportazzjoni, kif previst fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(57) |
Il-marġni medju peżat tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ikkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Dan il-marġni kien stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet li ġew stabbiliti għat-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun. |
|
(58) |
Rigward il-produtturi esportaturi l-oħra kollha fl-Arġentina, il-marġni ta’ dumping kien stabbilit fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan il-livell ta’ kooperazzjoni kien stabbilit l-ewwel billi ġie mqabbel il-volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni rrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, mal-istatistika ekwivalenti tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet. Billi l-livell tal-kooperazzjoni kien għoli ħafna (100% tat-total tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI), il-marġni tad-dumping residwu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fl-Arġentina kien stabbilit f’livell li jikkorrispondi għal dak li nstab għall-produttur esportatur li kkoopera fil-kampjun bl-ogħla marġni tad-dumping. |
|
(59) |
Il-marġnijiet proviżorji tad-dumping kif ġew stabbiliti, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej: Il-marġni tad-dumping
|
2. L-Indoneżja
2.1. Il-valur normali
|
(60) |
Il-Kummissjoni, għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun, l-ewwel eżaminat jekk il-volum tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fl-Indoneżja kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dak il-bejgħ kienx jirrappreżenta mill-inqas 5% tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni waqt il-PI, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni sabet li, bl-eċċezzjoni ta’ żewġ produtturi esportaturi, il-bejgħ domestiku ma kienx rappreżentattiv. |
|
(61) |
Għall-produtturi esportaturi b’rappreżentanza globali, il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa domestikament li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(62) |
Għal dawn it-tipi ta’ prodotti identiċi jew komparabbli, ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari ġie meqjus rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ mill-produtturi esportaturi fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PI kien jirrappreżenta mill-inqas 5% tal-volum totali tal-bejgħ tiegħu tat-tip ta’ prodott komparabbli esportat lejn l-Unjoni. Għall-produtturi esportaturi b’rappreżentanza globali, ma nstab l-ebda bejgħ rappreżentattiv jew assolutament l-ebda bejgħ fis-suq domestiku tat-tip ta’ prodott li ġie esportat. |
|
(63) |
Għaldaqstant, għall-produtturi esportaturi kollha, il-valur normali tal-prodott simili ġie stabbilit b’mod proviżorju skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku billi mal-kosti tal-produzzjoni tal-kumpanija nnifisha waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni, ġew miżjuda l-ispejjeż tal-bejgħ, flimkien ma’ dawk ġenerali u amministrattivi (‘SG&A’), u marġni raġonevoli ta' profitt. L-ilmentaturi ddikjaraw li s-sistema ta' taxxa differenzjali fuq l-esportazzjonijiet fl-Indoneżja tbaxxi l-prezz taż-żejt tal-palm u għalhekk toħloq distorsjoni fil-kosti tal-produtturi tal-bijodiżil. Il-Kummissjoni għad m'għandhiex biżżejjed informazzjoni f'dan l-istadju biex tieħu deċiżjoni dwar l-aktar mod xieraq li bih tiġi indirizzata din id-dikjarazzjoni. Għalhekk, il-kwistjoni dwar jekk il-kosti jirriflettux b’mod raġonevoli l-kosti assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat se tkun eżaminata aktar fl-istadju definittiv kif ukoll fl-investigazzjoni kontra s-sussidji li għaddejja bħalissa. |
|
(64) |
L-investigazzjoni wriet li s-suq domestiku tal-bijodiżil fl-Indoneżja huwa rregolat ħafna mill-Istat. Il-kumpanija taż-żejt u l-gass Pertamina, li tappartjeni kollha kemm hi lill-Istat, hija bil-bosta l-ikbar kumpanija attiva fis-suq domestiku (b’iktar minn 90% tax-xiri domestiku tal-bijodiżil mill-produtturi fil-kampjun). Pertamina għandha l-mandat mill-Istat li tħallat il-bijofjuwils mal-fjuwils ta’ oriġini fossili għall-bejgħ fil-pompi tal-petrol tagħha. Kull xahar, il-Ministeru tal-Kummerċ Indoneżjan amministrattivament jistabbilixxi l-hekk imsejjaħ “prezz HPE (jew il-Prezz Standard tal-Esportazzjoni)” li huwa l-prezz ta’ riferiment li jintuża biex jiġi kkalkulat il-livell tad-dazju fuq l-esportazzjoni għal dak ix-xahar. Pertamina tixtri l-bijodiżil fil-livell tal-prezz HPE stabbilit mill-gvern Indoneżjan. |
|
(65) |
F’dawn il-kundizzjonijiet l-ammont ta’ profitt ma setax jiġi msejjes fuq id-dejta attwali mill-kumpaniji fil-kampjun minħabba li l-bejgħ domestiku ma ġiex ikkunsidrat li sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ. Għaldaqstant, l-ammont ta’ profitt użat biex ġie stabbilit il-valur normali kien iddeterminat skont l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-ammont raġonevoli ta’ profitt li industrija żagħżugħa u innovattiva ta’ kapital intensiv ta’ dan it-tip, tista’ tikseb taħt il-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni f’suq ħieles u miftuħ, jiġifieri 15% ibbażat fuq il-fatturat. |
2.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(66) |
Il-produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati. |
|
(67) |
Fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew li jkunu jridu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat. |
|
(68) |
Fejn il-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kien magħmul permezz ta’ kumpaniji tal-kummerċ relatati li jinsabu fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa' nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. F’każijiet bħal dawn saru aġġustamenti għall-kosti kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u livell ta’ profitt ta’ 5% ibbażat fuq il-fatturat tqies raġonevoli. |
|
(69) |
Il-primjums imposti fuq il-klijenti fi Stat Membru partikolari li – wara xirja ta’ bijodiżil – kienu qed ifittxu li jibbenefikaw mill-“għadd doppju” għall-bijodiżil previst mill-qafas regolatorju li kien fis-seħħ (7), ma ġewx ikkunsidrati bħala parti mill-prezz tal-esportazzjoni. Primjums bħal dawn mhumiex marbutin mal-prodott ikkonċernat per se, pjuttost huma marbuta mal-provvista ta’ dokumenti mill-importatur relatat sabiex jikseb ċertifikat tal-gvern li jippermetti lill-klijent tal-importatur relatat jissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji biex iħallat biss nofs il-kwantità tal-bijodiżil (minħabba li dan il-bijodiżil jista’ jingħadd "doppju"). |
2.3. Tqabbil
|
(70) |
Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun ġew mqabbla fuq bażi ta’ kif joħorġu mill-fabbrika. |
|
(71) |
Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, sar provvediment xieraq fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
|
(72) |
Fuq din il-bażi, fil-każijiet kollha fejn intwera li tiġi affettwata l-komparabbiltà tal-prezzijiet, saru aġġustamenti għall-kosti tat-trasport, tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni, għall-kosti tal-immaniġġjar, tat-tagħbija u għal dawk anċillari, għall-ispejjeż ta’ kreditu, għad-dazji fuq l-esportazzjoni, għat-tariffi tal-istħarriġ, għall-imposti bankarji u għall-kummissjonijiet. |
|
(73) |
Fejn il-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpaniji tal-kummerċ relatati li jinsabu barra mill-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk kummerċjanti relatati bħal dawn għandhomx jiġu ttrattati jew le bħala d-dipartiment tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-produttur esportatur jew bħala aġenti li jaħdmu fuq bażi ta’ kummissjoni. |
|
(74) |
Kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji nstab li kien stabbilixxa kuntratt ma’ kumpanija kummerċjali relatata biex jinnegozja, fost affarijiet oħra, il-bijodiżil u ta’ dan tingħata kummissjoni. F’dan il-każ, ġie kkunsidrat li l-kummerċjant relatat għandu jiġi ttrattat bħala aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni u għalhekk il-prezzijiet tal-bejgħ bl-esportazzjoni ġew aġġustati skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku biex titqies iż-żieda li rċieva l-kummerċjant. |
|
(75) |
Fil-każ ta’ produttur esportatur partikolari, il-prodott ikkonċernat (PME) ġie mħallat mal-RME qabel ma nbiegħ lill-ewwel klijent indipendenti. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 2(10)(a), sar aġġustament għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott ikkonċernat. |
2.4. Il-marġni tad-dumping
|
(76) |
Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-valur normali medju peżat ta’ kull tip ta’ prodott simili kien imqabbel mal-prezz medju peżat tal-esportazzjoni, kif previst fl-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku. |
|
(77) |
Il-marġni medju peżat tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ikkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Dan il-marġni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet stabbiliti għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, bla ma jitqies il-marġni tal-produttur esportatur b’marġni tad-dumping żero. |
|
(78) |
Rigward il-produtturi esportaturi l-oħra kollha fl-Indoneżja, il-marġni tad-dumping kien stabbilit fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan il-livell ta’ kooperazzjoni kien stabbilit l-ewwel billi ġie mqabbel il-volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni rrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, mal-istatistika ekwivalenti tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet. Billi l-livell tal-kooperazzjoni kien għoli ħafna (99% tat-total tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI), il-marġni tad-dumping residwu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fl-Indoneżja kien stabbilit f’livell li jikkorrespondi għal dak li nstab għall-produttur esportatur li kkoopera fil-kampjun bl-ogħla marġni tad-dumping. |
|
(79) |
Il-marġnijiet proviżorji tad-dumping kif ġew stabbiliti, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej: Il-marġni tad-dumping
|
D. ĦSARA
1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(80) |
Il-prodott simili huwa manifatturat minn 254 produttur fl-Unjoni. Dawn jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku u minn hawn ’il quddiem se jissejħu ‘l-industrija tal-Unjoni’. |
|
(81) |
Saru allegazzjonijiet li għadd sinifikanti ta’ produtturi kbar tal-Unjoni kienu relatati ma’ esportaturi fl-Arġentina u/jew kienu qed jimportaw il-bijodiżil mill-Arġentina u li għalhekk kellhom ikunu esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(82) |
Wara li saret investigazzjoni, tliet kumpaniji ġew esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni minħabba d-dipendenza tagħhom fuq importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, fejn l-importazzjonijiet laħqu rispettivament it-63%, il-85% u l-71% tal-produzzjoni tagħhom stess matul il-PI. Żewġ kumpaniji oħra ġew esklużi billi ma kinux ipproduċew bijodiżil matul il-perjodu investigat. Ma ntużat l-ebda dejta minn dawn il-kumpaniji fis-sezzjonijiet ta’ hawn taħt. B’mod proviżorju ġie konkluż li ma kienx hemm bażi li fuqha setgħu jiġu esklużi produtturi oħra tal-Unjoni mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(83) |
L-informazzjoni kollha disponibbli li tikkonċerna l-industrija tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mingħand il-produtturi tal-Unjoni qabel u wara t-tnedija tal-investigazzjoni, intużat biex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PI. Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni nstab li l-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PI kienet ta' madwar 9 052 871 tunnellata. Kif ġie indikat qabel, it-tmien produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun jirrappreżentaw 27% tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
2. Il-konsum tal-Unjoni
Tabella 1
|
Il-konsum tal-Unjoni |
2009 |
2010 |
2011 |
PI |
||
|
Tunnellati |
11 165 831 |
11 538 511 |
11 159 706 |
11 728 400 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
103 |
100 |
105 |
||
|
||||||
|
(84) |
Il-konsum tal-Unjoni kien stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni, wara li jitnaqqsu l-esportazzjonijiet tagħhom, u jiżdiedu l-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra. |
|
(85) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Arġentina u l-Indoneżja ttieħed mid-dejta tal-Eurostat għall-kodiċijiet NM differenti li l-prodott ġie kklassifikat taħthom. |
|
(86) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, il-konsum tal-bijodiżil tal-Unjoni żdied b’5% bejn l-2009 u t-tmiem tal-PI. |
3. Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(87) |
Kif stipulat fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, valutazzjoni tal-effett tal-importazzjonijiet minn żewġ pajjiżi tista’ ssir b’mod kumulattiv biss jekk jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet. |
|
(88) |
L-ewwel waħda hija li l-marġni tad-dumping b'rabta mal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi ikun ogħla mil-limitu de minimis, u li l-volum tal-importazzjonijiet ma jkunx negliġibbli. Il-marġni tad-dumping stabbilit b'rabta mal-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja kien ogħla mil-limitu de minimis kif definit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku u l-volum tal-importazzjonijiet minn kull wieħed miż-żewġ pajjiżi kkonċernati ma kienx negliġibbli fis-sens tal-Arikolu 5(7) tar-Regolament bażiku, b’ishma mis-suq ta’ 10,8% u 8,5% rispettivament fil-PI. |
|
(89) |
It-tieni waħda hija li l-prodotti importati jkunu f’kompetizzjoni bejniethom, u f’kompetizzjoni mal-prodott simili tal-Unjoni. L-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina u mill-Indoneżja jiġu mħalltin mad-diżil minerali mill-istess kumpaniji ta’ kummerċ u mibjugħa lil klijenti madwar l-Unjoni f’kompetizzjoni diretta mal-bijodiżil prodott mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(90) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa proviżorjament ikkunsidrat li l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku huma ssodisfati u li l-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja għandhom jiġu eżaminati b’mod kumulattiv għall-fini tal-analiżi tal-ħsara. |
4. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
Tabella 2
|
|
2009 |
2010 |
2011 |
PI |
||
|
Importazzjonijiet mill-Arġentina |
||||||
|
Tunnellati |
853 589 |
1 179 285 |
1 422 142 |
1 263 230 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
138 |
167 |
148 |
||
|
Sehem mis-suq |
7,6 % |
10,2 % |
12,7 % |
10,8 % |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
135 |
167 |
141 |
||
|
Importazzjonijiet mill-Indoneżja |
||||||
|
Tunnellati |
157 915 |
495 169 |
1 087 518 |
995 663 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
314 |
689 |
631 |
||
|
Sehem mis-suq |
1,4 % |
4,3 % |
9,7 % |
8,5 % |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
303 |
689 |
600 |
||
|
|
|
|
|
|
||
|
Sehem totali mis-suq |
9,1 % |
14,5 % |
22,5 % |
19,3 % |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
160 |
248 |
213 |
||
|
||||||
|
(91) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja żdiedu b’mod sinifikanti mill-2009 sal-PI, bl-importazzjonijiet mill-Indoneżja jiżdiedu b’rata iktar mgħaġġla mill-importazzjonijiet mill-Arġentina. Is-sehem mis-suq żdied minn 9,1% għal 19,3% matul l-istess perjodu. |
5. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz
5.1. Evoluzzjoni tal-prezzijiet
Tabella 3
|
Prezz tal-importazzjoni EUR/tunnellata |
2009 |
2010 |
2011 |
PI |
||
|
L-Arġentina |
629 |
730 |
964 |
967 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
116 |
153 |
154 |
||
|
L-Indoneżja |
597 |
725 |
864 |
863 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
121 |
145 |
145 |
||
|
Total |
624 |
728 |
920 |
921 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
117 |
147 |
148 |
||
|
||||||
|
(92) |
Minkejja li l-prezzijiet tal-importazzjoni għolew matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod partikolari bejn l-2010 u l-2011, il-prezzijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina kif ukoll mill-Indoneżja baqgħu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat. |
5.2. It-twaqqigħ tal-prezz
|
(93) |
Biex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzjiet medji peżati tal-bejgħ li l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun imponew fuq il-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal-livell ta' kif joħorġu mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet medji peżati korrespondenti tal-importazzjonijiet mingħand il-produtturi Arġentini u Indoneżjani fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq bażi CIF, bl-aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u l-kosti ta’ wara l-importazzjoni. |
|
(94) |
L-SME mill-Arġentina u l-PME mill-Indoneżja ġew imqabbla mal-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq tal-Unjoni fuq il-bażi tal-Punt Limitu ta' Filtrabbiltà fil-Ksieħ (CFPP), li huwa t-temperatura li fiha l-bijodiżil jerġa’ jsir xaħam u ma jkunx jista’ jintuża bħala fjuwil. |
|
(95) |
Il-bejgħ kollu mill-Arġentina lill-UE kellu CFPP ta’ 0 gradi Ċentigradi. Dan il-bejgħ kien għalhekk imqabbel mal-bejgħ tal-produtturi tal-bijodiżil tal-Unjoni b’CFPP ta’ 0. |
|
(96) |
Il-bejgħ kollu mill-Indoneżja lill-UE kellu CFPP ta’ 13-il grad Ċentigrad. Minħabba l-volum żgħir ħafna ta’ bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni b’dan is-CFPP – billi l-PME mill-Indoneżja kważi dejjem jiġi mħallat ma’ bijodiżil ieħor minn sorsi oħra qabel ma jinbiegħ lill-ewwel klijent indipendenti – tqabbil dirett ma tqiesx raġonevoli. Għalhekk il-prezz tal-esportazzjoni tal-PME mill-Indoneżja b'CFPP ta’ 13 ġie aġġustat ’il fuq għal prezz b’CFPP ta’ 0, billi ttieħdet id-differenza fil-prezz fis-suq tal-Unjoni bejn il-bejgħ tal-PME b'CFPP ta’ 13 imanifatturat mill-industrija tal-Unjoni u l-prezz medju tal-bijodiżil b'CFPP ta’ 0. |
|
(97) |
Fuq il-bażi tal-metodoloġija msemmija hawn fuq, id-differenza bejn il-prezzijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja u l-prezzijiet tal-Unjoni, espressa bħala perċentwal tal-prezz medju peżat ta' kif joħroġ mill-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz, kienet tvarja minn 2,5% sa 9,1%. |
6. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
|
(98) |
B’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni tal-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha stabbiliti għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu analizzat. |
|
(99) |
Kif issemma iżjed ’il fuq, id-dejta vverifikata minn kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni ntużat biex tiġi eżaminata l-ħsara possibbli mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(100) |
Biex tanalizza l-ħsara, il-Kummissjoni ddistingwiet bejn l-indikaturi tal-ħsara makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi makroekonomiċi għall-perjodu kkunsidrat fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-industrija tal-Unjoni relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta vverifikata miġbura mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(101) |
L-indikaturi makroekonomiċi li ġejjin ġew evalwati fuq il-bażi ta’ informazzjoni relatata mal-produtturi kollha tal-bijodiżil fl-Unjoni: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni ta’ dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(102) |
L-indikaturi mikroekonomiċi li ġejjin ġew evalwati fuq il-bażi ta’ informazzjoni relatata mal-produtturi kollha tal-bijodiżil fl-Unjoni fil-kampjun: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost unitarju, il-kostijiet tax-xogħol, l-inventarji, il-profittabilità, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital. |
7. L-indikaturi makroekonomiċi
7.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni, il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
Tabella 4
|
|
2009 |
2010 |
2011 |
PI |
||
|
Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati) |
20 359 000 |
21 304 000 |
21 517 000 |
22 227 500 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
105 |
106 |
109 |
||
|
Volum ta’ produzzjoni (tunnellati) |
8 745 693 |
9 367 183 |
8 536 884 |
9 052 871 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
107 |
98 |
104 |
||
|
Użu tal-kapaċità |
43 % |
44 % |
40 % |
41 % |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
102 |
92 |
95 |
||
|
||||||
|
(103) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet id f’id mal-konsum. Il-kapaċità baqgħet relattivament stabbli b’mod partikolari bejn l-2010 u l-PI; għalhekk l-użu tal-kapaċità baqa’ baxx matul il-perjodu kollu. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tuża l-kapaċità li kienet installata qabel jew tisfrutta b’xi mod iż-żieda fil-kapaċità matul il-perjodu, magħmula biex tantiċipa xi effetti eventwali tal-impożizzjoni ta’ miżuri kontra l-Istati Uniti, jew tas-sistemi tal-kwoti mistennija u l-mandati miżjuda minn xi Stati Membri. |
7.2. Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
Tabella 5
|
|
2009 |
2010 |
2011 |
PI |
||
|
Volumi ta’ bejgħ (tunnellati) |
9 454 786 |
9 607 731 |
8 488 073 |
9 294 137 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
102 |
90 |
98 |
||
|
Sehem mis-suq |
84,7 % |
83,3 % |
76,1 % |
79,2 % |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
98 |
90 |
94 |
||
|
||||||
|
(104) |
Il-volumi ta’ bejgħ lil kumpaniji mhux relatati tal-Unjoni baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu. Billi l-konsum żdied xi ftit matul il-perjodu, il-volum stabbli ta’ bejgħ wassal għal tnaqqis tas-sehem mis-suq (tnaqqis ta’ 5.5 punti perċentwali), li ttieħed mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. |
7.3. It-tkabbir
|
(105) |
It-tkabbir tal-industrija tal-Unjoni huwa rifless fl-indikaturi tal-volum tagħha, bħall-produzzjoni u l-bejgħ imma b’mod partikolari fis-sehem mis-suq tagħha. Minkejja ż-żieda fil-konsum matul il-perjodu analizzat, is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni ma kibirx id f’id mal-konsum. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni niżel matul il-perjodu hekk kif il-volum tal-importazzjonijiet żdied. Matul l-istess perjodu, l-importazzjonijiet mill-Indoneżja u mill-Arġentina rnexxielhom jirbħu iktar minn 10 punti perċentwali mis-sehem mis-suq. Il-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika b’mod sħiħ mit-tkabbir tas-suq kellu impatt negattiv b’mod ġenerali fuq is-sitwazzjoni ekonomika. |
7.4. L-impjiegi u l-produttività
Tabella 6
|
|
2009 |
2010 |
2011 |
PI |
||
|
Impjiegi – Ekwivalenti għall-full time (FTE) |
1 858 |
2 055 |
2 061 |
2 079 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
111 |
111 |
112 |
||
|
Produttività (tunnellati/FTE) |
4 707 |
4 558 |
4 142 |
4 354 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
97 |
88 |
93 |
||
|
||||||
|
(106) |
Billi l-industrija tal-bijodiżil hija industrija ta’ kapital intensiv li ma teħtieġx forza kbira tax-xogħol fil-proċess tal-produzzjoni, u meta jitqies l-ammont ta’ sottokuntratti fil-produzzjoni attwali tal-bijodiżil, in-numru ta’ nies impjegati fil-manifattura mhuwiex kbir. Peress li l-volumi tal-produzzjoni matul il-perjodu żdiedu xi ftit, l-impjiegi żdiedu wkoll. |
|
(107) |
Billi l-impjiegi żdiedu, imma b’rata ogħla minn tal-produzzjoni, il-produttività naqset b’7 punti perċentwali bejn l-2009 u t-tmiem tal-PI. |
7.5. Il-kobor tal-marġni attwali tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat
|
(108) |
L-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda ssofri ħsara minħabba importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti tal-Amerika sal-2009, meta beda l-perjodu ta’ investigazzjoni għal dan il-proċediment. Id-dazji fis-seħħ kontra importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika kienu maħsuba biex jipprovdu kundizzjonijiet indaqs fejn l-industrija tal-Unjoni setgħet tikkompeti b’mod ġust ma’ dawn l-importazzjonijiet u tirkupra mill-ħsara li ġarrbet. |
|
(109) |
Jidher biċ-ċar li dan ma seħħx. L-industrija tal-Unjoni llum hija inqas kapaċi li tagħmel profitt mill-2009 u tilfet is-sehem tagħha mis-suq, anke sa mill-2009, għall-benefiċċju tal-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja li qegħdin iwaqqgħu il-prezzijiet tal-Unjoni. L-użu tal-kapaċità naqas ukoll hekk kif il-konsum fl-Unjoni żdied. Jidher biċ-ċar li l-irkupru minn dumping tal-passat ma seħħx. |
|
(110) |
Il-marġni ta’ dumping għall-produtturi esportaturi fl-Arġentina u fl-Indoneżja huma speċifikati aktar ’il fuq fit-taqsima tad-dumping. Esportatur produttur fl-Indoneżja, li jirrappreżenta livell baxx ta’ importazzjonijiet mill-Indoneżja, instab li ma kienx responsabbli ta’ dumping. Madankollu l-produtturi esportaturi l-oħra fl-Indoneżja u l-produtturi esportaturi kollha fl-Arġentina nstabu li kienu responsabbli ta’ dumping ta’ bijodiżil fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet ta’ dumping miż-żewġ pajjiżi kkonċernati, l-impatt tal-marġni attwali tad-dumping ma jistax jitqies li hu negliġibbli. |
8. Indikaturi mikroekonomiċi
8.1. Prezzijiet medji tal-unità, kosti unitarji u kosti tal-pagi
Tabella 7
|
|
2009 |
2010 |
2011 |
PI |
||
|
Prezz ta’ unità EUR kull tunnellata |
797 |
845 |
1 096 |
1 097 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
106 |
137 |
138 |
||
|
Kost unitarju EUR kull tunnellata |
760 |
839 |
1 089 |
1 116 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
110 |
143 |
147 |
||
|
Kosti tal-pagi EUR/FTE |
57 391 |
63 490 |
62 141 |
61 004 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
111 |
108 |
106 |
||
|
||||||
|
(111) |
Għalkemm tul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezz tal-bejgħ tagħha, minħabba ħsad batut tal-kolza fl-2011, il-kost tal-produzzjoni għola tant li ma setax jiġi kopert b’żieda fil-prezz tal-bejgħ. Ma kienx ekonomikament vijabbli li l-industrija tal-Unjoni timporta materja prima alternattiva mill-Arġentina u mill-Indoneżja minħabba r-reġimi ta' taxxa fis-seħħ f’dawn il-pajjiżi, u għalhekk kellha tirrikorri għall-importazzjoni ta’ bijodiżil lest biex iżżomm il-kosti tagħha baxxi u b’hekk tnaqqas it-telf b’mod ġenerali. |
|
(112) |
Fl-istess ħin il-kosti tal-pagi tal-kumpaniji fil-kampjun żdiedu matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, li mill-ġdid ġiegħlu lill-kumpaniji jsibu modi kif inaqqsu l-piż tal-kosti ġenerali. |
8.2. Ħażniet
Tabella 8
|
|
2009 |
2010 |
2011 |
PI |
||
|
Ħażniet (tunnellati) |
74 473 |
87 283 |
90 249 |
103 058 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
117 |
121 |
138 |
||
|
||||||
|
(113) |
Matul il-perjodu analizzat, il-ħażniet tal-bijodiżil żdiedu b’madwar 40%. Dan it-tkabbir fl-inventarji seħħ matul il-perjodu analizzat kollu. Madankollu, minħabba li l-bijodiżil ma jistax jinħażen għal iktar minn 6 xhur (il-perjodu medju tal-ħażna huwa biss ta’ madwar 3 xhur), id-dejta relatata mal-ħażniet għandha biss valur limitat għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
8.3. Il-kapaċità ta’ profitt, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-flussi tal-flus u l-kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital
Tabella 9
|
|
2009 |
2010 |
2011 |
PI |
||
|
Profittabilità |
3,5 % |
–0,3 % |
–0,2 % |
–2,5 % |
||
|
Investimenti f’EUR 000 |
188 491 |
156 927 |
149 113 |
141 578 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
83 |
79 |
75 |
||
|
Redditu mill-investimenti |
19 % |
–2 % |
–2 % |
–24 % |
||
|
Flussi tal-flus f’EUR 000 |
244 001 |
–48 649 |
21 241 |
23 984 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
–20 |
9 |
10 |
||
|
||||||
|
(114) |
Il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ġiet stabbilita billi l-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Matul il-perjodu analizzat il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun naqset b’mod konsiderevoli minn 3,5 % għal – 2,5 %. |
|
(115) |
Il-livell ta’ investimenti fil-produzzjoni tal-bijodiżil manifatturat mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun waqa’ matul il-perjodu, li juri li waqt li l-produtturi fil-kampjun kienu għadhom jistgħu jinvestu fil-produzzjoni tal-bijodiżil, l-ammont ta’ riżorsi disponibbli għal investiment bħal dan kien naqas mas-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(116) |
Ir-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, li jesprimi r-riżultat tagħhom qabel it-taxxa bħala perċentwal tal-valur nett deprezzat medju tal-ftuħ u tal-għeluq tal-assi użati fil-produzzjoni tal-bijodiżil segwa t-tendenza negattiva fil-profittabilità. Id-deterjorament tar-redditu fuq l-investimenti huwa indikazzjoni ċara tad-deterjorament fil-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu li ġie investigat. |
|
(117) |
Il-flussi tal-flus, li jirrappreżentaw l-abbiltà tal-industrija li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha, jirriflettu tnaqqis sinifikanti matul il-perjodu analizzat, u juru d-diffikultà tal-kumpaniji fil-kampjun li jikkompetu ma’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-Arġentina u mill-Indoneżja. |
9. Konklużjoni dwar il-ħsara
|
(118) |
Analiżi tad-dejta vverifikata turi biċ-ċar li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali kif definit mill-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. Fi żmien ta’ żieda fil-konsum huma tilfu mis-sehem mis-suq u mill-profittabilità, waqt li l-importazzjonijiet żiedu s-sehem mis-suq u waqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(119) |
Indikaturi oħra wkoll juru tendenza stabbli jew ta’ tnaqqis, anke wara l-impożizzjoni ta’ miżuri kontra l-Istati Uniti tal-Amerika u l-estensjoni tad-dazji għall-importazzjonijiet mill-Kanada li kienu qed iduru mal-miżuri. |
|
(120) |
Il-produtturi tal-Unjoni rnexxielhom jgħaddu l-biċċa l-kbira taż-żieda fil-kost tal-produzzjoni mill-2010 għall-2011 (+33 punt perċentwali) imma biss billi naqqsu l-profittabilità sal-punt tal-pariġġ. Madankollu ma rnexxilhomx jgħaddu ż-żieda ulterjuri fil-kost mill-2011 għall-PI, minħabba żieda fil-prezz tal-materja prima, li tirrappreżenta kważi 80 % tal-kost totali tal-produzzjoni tal-bijodiżil. Iż-żidiet fil-kosti ma setgħux jgħaddu kompletament fuq il-klijenti tas-suq tal-Unjoni, u dan ikkawża t-telf fil-PI. |
E. KAWŻALITÀ
1. Introduzzjoni
|
(121) |
B’konformità mal-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping li oriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni sal-punt li setgħet tiġi kklassifikata bħala ħsara materjali. |
|
(122) |
Fatturi oħra magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, li setgħu fl-istess ħin jikkaġunaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni, kienu eżaminati wkoll sabiex ikun żgurat li l-ħsara li setgħet ġiet ikkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma tkunx attribwita għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. |
2. L-effett tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping
|
(123) |
Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, livell baxx (bejn 2% u 6%) tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja lejn l-UE nstab li ma kienx l-oġġett ta’ dumping. Il-bqija tal-volum mill-Indoneżja, u l-importazzjonijiet kollha mill-Arġentina, instabu li kienu l-oġġett ta’ dumping. Jekk titnaqqas il-kwantità żgħira ta’ importazzjonijiet li ma kinux l-oġġett ta’ dumping mit-total tal-importazzjonijiet ddikjarati mill-Indoneżja, it-tendenza tal-importazzjonijiet deskritti hawn fuq ma tiġix affettwata. |
|
(124) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod sinifikanti f’termini ta’ volum (b’iktar mid-doppju) matul il-perjodu kkunsidrat. Dan irriżulta f’żieda sinifikanti ta’ 10 punti perċentwali fis-sehem tagħhom mis-suq, minn 9.1% fl-2009 għal 18.8% sat-tmiem tal-PI. |
|
(125) |
Fl-istess ħin, minkejja ż-żieda fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni tilfet 5.5 punti perċentwali mis-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(126) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping żdiedu bi 48% bejn l-2009 u l-PI imma kienu ferm iktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu. L-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’marġni medju ta’ twaqqigħ ta’ 4% għall-Indoneżja u ta’ 8% għall-Arġentina matul il-PI. |
|
(127) |
Il-pressjoni eżerċitata fuq is-suq tal-Unjoni miż-żieda tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx ma ħallitx lill-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha skont il-kundizzjonijiet tas-suq u ż-żidiet fil-kosti. Il-kumpaniji fil-kampjun setgħu jgħaddu biss fuq il-klijenti tagħhom żieda fil-prezz limitata għal 38% filwaqt li l-kosti sħaħ tagħhom żdiedu b’47% matul l-istess perjodu. |
|
(128) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, huwa proviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati, li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI u li wkoll żdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, kellhom sehem determinanti fil-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
3. L-effett ta’ fatturi oħra
3.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra
Tabella 10
|
Pajjiżi terzi oħra |
2009 |
2010 |
2011 |
PI |
||
|
L-importazzjonijiet totali (tunnellati) |
699 541 |
256 327 |
161 973 |
175 370 |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
37 |
23 |
25 |
||
|
Sehem mis-suq |
6,3 % |
2,2 % |
1,5 % |
1,5 % |
||
|
Indiċi 2009 = 100 |
100 |
35 |
23 |
24 |
||
|
||||||
|
(129) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, prinċipalment l-Istati Uniti, in-Norveġja u l-Korea t’Isfel, naqsu sostanzjalment mill-2009 sat-tmiem tal-PI. Dan it-tnaqqis kien dovut għall-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti fl-2009 u b'segwitu għal investigazzjoni kontra l-evażjoni fuq importazzjonijiet konsenjati mill-Kanada fl-2010. Meta jitqies it-tnaqqis mis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra fi żmien id-deterjorament tal-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma setgħux ikkontribwew ħlief b’mod negliġibbli għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. B’hekk ma jistax jiġi konkluż li kisru r-rabta kawżali bejn il-ħsara u l-effett tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. |
3.2. Importazzjonijiet li ma kinux l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati
|
(130) |
Instabu importazzjonijiet li ma kinux l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, imma fit-tieni nofs tal-2011 biss. Meta jitqies il-perjodu qasir ta’ żmien li fih saru dawn l-importazzjonijiet, u l-kwantitajiet limitati tagħhom, dawn setgħu jikkawżaw biss ammont negliġibbli ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni u ma jistgħux jiksru r-rabta kawżali bejn il-ħsara u l-effett tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. |
3.3. Produtturi oħra tal-Unjoni
|
(131) |
Meta jitqies il-volum żgħir ta’ produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li kienu esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, u l-volum żgħir tal-importazzjonijiet tagħhom b’kollox, dawn il-produtturi ma tqisux li kienu kawża ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni. |
3.4. Importazzjonijiet magħmula mill-industrija tal-Unjoni
|
(132) |
CARBIO, l-assoċjazzjoni tal-produtturi Arġentini tal-bijodiżil, allegat li l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata minn importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja magħmula minn produtturi tal-Unjoni. Hi ddeskriviet dawn l-importazzjonijiet bħala ħsara kkaġunata mill-industrija stess, u ddikjarat li huma m’għandhomx jitqiesu kawża ta’ ħsara fuq il-bażi tal-imġiba tal-produtturi Arġentini. |
|
(133) |
Mid-dejta pprovduta mill-industrija tal-Unjoni jidher ċar li hija impurtat kwantitajiet ta’ bijodiżil mill-Arġentina u mill-Indoneżja matul il-perjodu kkunsidrat, li waslu sa 60% tal-importazzjonijiet kollha minn dawn il-pajjiżi matul il-PI. Madankollu l-industrija tal-Unjoni ddikjarat li dawn l-importazzjonijiet għamlithom biex tiddefendi lilha nnifisha. Il-fatt li setgħu jibbenefikaw mill-prezzijiet ta’ dumping ta’ dawn l-importazzjonijiet, fuq perjodu qasir ta’ żmien, għen lill-produtturi tal-Unjoni biex ikunu jistgħu jibqgħu fin-negozju għal perjodu medju ta’ żmien. |
|
(134) |
L-importazzjonijiet tal-bijodiżil bi prezzijiet ta’ dumping mill-industrija tal-Unjoni żdiedu sostanzjalment fl-2011 u fil-PI, meta kien jinħass l-aktar l-effett tat-taxxa differenzjata tal-esportazzjoni fuq il-bijodiżil u l-materja prima tiegħu, għaliex kien f'dak iż-żmien li l-importazzjonijiet tal-materja prima (żejt tas-sojja u żejt tal-palm) ma baqgħux ekonomikament vijabbli meta mqabbla mal-importazzjonijiet tal-prodott lest. Is-sistema tat-taxxa differenzjata tal-esportazzjoni fiż-żewġ pajjiżi tqiegħed taxxa ogħla fuq l-esportazzjoni tal-materja prima mit-taxxa fuq il-prodott lest. Jekk din it-taxxa differenzjata tal-esportazzjoni tistax titqies bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji se jkun eżaminat fl-investigazzjoni kontra s-sussidji li tinsab għaddejja bħalissa. |
|
(135) |
Pereżempju matul xi xhur tal-PI l-prezz tal-importazzjoni taż-żejt tas-sojja mill-Arġentina kien ogħla mill-prezz tal-importazzjoni tal-SME, u dan għamel ix-xiri taż-żejt tas-sojja ekonomikament żvantaġġuż. F’din is-sitwazzjoni, ix-xiri tal-SME kien l-unika possibbiltà ekonomikament ġustifikabbli. |
|
(136) |
Fi kwalunkwe każ, kieku l-industrija tal-Unjoni ma impurtatx dawn il-volumi ta’ bijodiżil, il-kumpaniji tal-kummerċ fl-Unjoni kienu jimpurtawhom huma, iwaqqgħu l-industrija tal-Unjoni u jbigħuhom fis-suq tal-Unjoni, billi huma diġà jimpurtaw minn dawn il-pajjiżi biex ibigħu lir-raffinaturi tad-diżil li huma f’kompetizzjoni mal-industrija tal-Unjoni. Ir-rabta kawżali ma nkisritx b’dawn l-importazzjonijiet u għalhekk dan l-argument proviżorjament mhuwiex aċċettabbli. |
3.5. Il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni
|
(137) |
CARBIO tallega wkoll li l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kienet dovuta għall-kapaċità eċċessiva kkawżata mill-espansjoni żejda. B’użu tal-kapaċità ta’ 50% fl-2008, hi tallega li l-industrija kompliet tespandi mingħajr ma kien hemm żieda korrelativa fid-domanda. |
|
(138) |
Tassew li matul il-perjodu kkunsidrat, l-użu tal-kapaċità madwar l-Unjoni baqa' baxx, sal-punt baxx ta’ 40% matul il-PI. Għalhekk xi kumpaniji ma kinux qegħdin jużaw il-kapaċità li kellhom installata. |
|
(139) |
Madankollu l-użu tal-kapaċità kien diġà baxx fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat u baqa' baxx tul il-perjodu kollu, u anke kien stabbli fil-kumpaniji fil-kampjun. |
|
(140) |
Fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat il-kumpaniji fil-kampjun kienu kapaċi jagħmlu profitt, u fi tmiemu spiċċaw jagħmlu t-telf, b’użu tal-kapaċità stabbli. Huwa raġonevoli li wieħed jiddeduċi li l-industrija kollha kemm hi wkoll saret inqas profittabbli waqt li l-użu tal-kapaċità tagħha baqa' stabbli. Għaldaqstant dan il-fattur ma jistax jitqies kawża maġġuri ta’ ħsara, għaliex ma jidhirx li hemm xi rabta kawżali. Għalhekk dan l-argument proviżorjament mhuwiex aċċettabbli. |
3.6. In-nuqqas ta’ aċċess għall-materja prima u l-integrazzjoni vertikali
|
(141) |
CARBIO allegat ukoll li l-industrija tal-Unjoni qed issofri ħsara minħabba nuqqas ta’ effiċjenza, b’mod partikolari minħabba li mhijiex integrata vertikalment u ma tinsabx qrib il-materja prima. |
|
(142) |
Dawn l-argumenti proviżorjament ġew miċħuda. Uħud mill-kumpaniji fil-kampjun jinsabu ħdejn il-portijiet b’aċċess kontinwu għall-materja prima li tiddaħħal bil-baħar, u kumpaniji oħra fil-kampjun bnew l-impjanti tagħhom tal-bijodiżil fl-istess sit tal-impjanti tagħhom li jipproduċu ż-żejt veġetali. Ħafna produtturi tal-bijodiżil fin-nofsinhar tal-Ewropa jinsabu apposta f’siti ta’ portijiet biex ikollhom aċċess għall-materja prima importata mill-Arġentina u mill-Indoneżja jew fl-istess siti tal-klijenti tagħhom (li huma r-raffineriji taż-żejt ta’ oriġini fossili). Meta jitqies li l-effett tat-taxxa differenzjata tal-esportazzjoni kien li ġab il-materja prima ogħla mill-prodott lest, jidher biċ-ċar li dan kien ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni billi għamel il-manifattura tal-PME u l-SME fl-UE ekonomikament impossibbli. |
3.7. Fatturi regolatorji oħra
|
(143) |
CARBIO rreferiet ukoll għal xi fatturi regolatorji u allegat li dawn ikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni, bi wħud minnhom li huma proposti u sal-lum għadhom ma ddaħħlux fis-seħħ. Madankollu hi tagħmel enfasi fuq is-sistema tal-‘għadd doppju’, li hija deskritta hawn taħt. |
|
(144) |
Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (‘RED’) titlob li l-Istati Membri jagħmlu obbligatorju t-taħlit ta’ ċertu proporzjon ta’ bijodiżil mad-diżil minerali qabel jinbiegħ lill-utenti. Xi Stati Membri approfittaw ruħhom mid-dispożizzjoni fir-RED li tippermetti li dak il-proporzjon jitnaqqas bin-nofs jekk il-bijodiżil użat ikun ġie magħmul minn żjut użati jew minn xaħmijiet użati tal-annimali. Pereżempju jekk l-Istat Membru kkonċernat jitlob li 7% ta’ bijodiżil jiġi mħallat ma’ 93% ta’ diżil minerali, dak is-7% jitnaqqas għal 3,5% jekk ikun bijodiżil minn żejt użat. |
|
(145) |
CARBIO allegat li r-regoli tal-għadd doppju kkawżaw tnaqqis ta’ miljun tunnellata metrika fil-bejgħ tal-hekk imsejjaħ bijodiżil ‘tal-ewwel ġenerazzjoni’ matul il-PI, u li dan huwa kawża ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Din l-allegazzjoni ġiet miċħuda, għaliex il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni fih xi kumpaniji li qed jimmanifatturaw bijodiżil tal-għadd doppju u l-qagħda finanzjarja tagħhom mhix wisq differenti minn ta’ dawk il-kumpaniji li jimmanifatturaw il-bijodiżil minn żjut veġetali verġni. Dawn il-kumpaniji wrew waqt il-verifikazzjoni tad-dejta tagħhom, li l-prezz tal-bijodiżil tagħhom ġie affettwat mill-prezz baxx tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-Arġentina u mill-Indoneżja, billi huma jinsabu f’kompetizzjoni indiretta mal-PME u l-SME mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(146) |
Tressaq ukoll l-argument li l-industrija tal-Unjoni qiegħda ssofri ħsara billi ma nvestitx aktar f’bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni, bħal pereżempju l-użu ta’ żjut użati. Dan l-argument proviżorjament ġie miċħud, għaliex m’hemmx biżżejjed żejt użat disponibbli fl-Unjoni li jista’ jżid b’mod sinifikanti l-ammont ta’ pproċessar li diġà jeżisti. |
3.8. Restrizzjonijiet fl-Istati Membri
|
(147) |
CARBIO allegat ukoll li l-ħsara li saret lill-industrija tal-Unjoni ma setgħetx ġiet ikkawżata mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati minħabba s-sistemi tal-kwoti u r-reġimi ta' taxxa f’diversi Stati Membri li jirrestrinġu l-aċċess għal dawn is-swieq. Hi tallega wkoll li xi swieq fl-UE huma magħluqa għall-SME u l-PME minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi. |
|
(148) |
CARBIO hija korretta meta tgħid li l-Punt Limitu ta' Filtrabbiltà fil-Ksieħ (CFPP) tal-PME (+13 Ċentigrad) ifisser li l-PME ma jistax jintuża madwar l-Unjoni mingħajr ma jiġi mħallat ma’ bijodiżils oħra biex jitniżżel is-CFPP. Is-CFPP tal-SME, ta’ 0 gradi Ċentigradi, madankollu, jippermettilu li jintuża ħafna iktar, speċjalment matul ix-xhur tas-sajf. |
|
(149) |
L-argument li hija s-sistema regolatorja f’xi Stati Membri li qed tikkawża ħsara lill-industrija tal-Unjoni ġie eżaminat mill-qrib matul l-investigazzjoni kollha. |
|
(150) |
F’xi Stati Membri jeżistu sistemi ta’ kwoti li jagħtu kwota ta’ produzzjoni partikolari lill-kumpaniji f’dak l-Istat Membru jew fi Stati Membri oħra madwar l-Unjoni. Madankollu l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi taw vantaġġi billi nqdew bis-sistema ta' taxxa u dawn il-vantaġġi qegħdin jitnaqqsu jew jitneħħew. |
|
(151) |
Franza, pereżempju, għandha ‘vantaġġ ta’ tneħħija ta’ taxxa’ ta’ EUR90 għal kull tunnellata ta’ bijodiżil prodott bil-kwota. Madankollu, minħabba l-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, l-importazzjoni tal-bijodiżil ħafna drabi tiġi irħas milli kieku jinxtara mill-industrija tal-Unjoni anke jekk jitqies il-vantaġġ ta' taxxa. Dan jidher mill-fatt li l-importazzjonijiet Arġentini huma preżenti b’mod ċar fis-suq Franċiż. |
|
(152) |
F’xi Stati Membri l-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja mhumiex preżenti, jew minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima jew minħabba s-sistemi tal-kwoti. Madankollu l-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja huma preżenti fis-suq fil-biċċa l-kbira tal-Unjoni, jew minħabba n-nuqqas ta’ sistema tal-kwoti jew minħabba li l-prezz huwa irħas minn kwalunkwe vantaġġ ta' taxxa li Stat Membru jista’ jagħti. |
|
(153) |
Minħabba li meta l-PME u l-SME jitħalltu mal-RME manifatturat fl-Unjoni jew ma’ xi bijodiżil ieħor, jistgħu jinbiegħu madwar l-Unjoni, u li l-importazzjonijiet huma preżenti fi kwantitajiet kbar u waqqgħu l-prezzijiet anke fi Stati Membri b’sistemi ta’ vantaġġi ta' taxxa fis-seħħ, dan l-argument proviżorjament huwa miċħud għaliex is-sistemi tal-kwoti eżistenti u r-reġimi ta' taxxa mhumiex kapaċi jiksru r-rabta kawżali bejn il-ħsara u l-effett tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. |
4. Konklużjoni fuq il-kawżalità
|
(154) |
L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati. Fl-istess ħin instab li dawn l-importazzjonijiet kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI. |
|
(155) |
Id-dejta turi li kif jiżdied il-volum tal-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati, il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tiddeterjora b’mod sinifikanti. |
|
(156) |
L-analiżi ta’ hawn fuq b’mod xieraq iddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Fuq il-bażi ta’ din l-analiżi, il-konklużjoni proviżorja hija li l-importazzjonijiet ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
|
(157) |
Il-fatturi magħrufa, apparti l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, ġew evalwati kif jitlob l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, u ma nstabet l-ebda evidenza li kisru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet ta’ dumping u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
F. L-INTERESS TAL-UNJONI
|
(158) |
B’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni ta’ dumping dannuż, jeżistux raġunijiet kostrinġenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tal-interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-fornituri tal-materja prima u tal-utenti. |
1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(159) |
Kif issemma hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati. In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri aktarx li jwassal għal tkomplija tat-tendenza negattiva tal-qagħda finanzjarja fl-industrija tal-Unjoni. Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni kienet partikolarment immarkata bi tnaqqis fil-profittabilità minn +3 % fl-2009 għal 2,5 % sa tmiem il-PI. Iktar tnaqqis fil-prestazzjoni fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal twaqqif tal-produzzjoni u l-għeluq ta’ aktar siti tal-produzzjoni, li jservu ta' theddida għall-impjiegi u għall-investimenti fl-Unjoni. |
|
(160) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri għandha treġġa’ lura l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. It-tendenza ’l isfel fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni hija r-riżultat tad-diffikultà tagħha li tikkompeti mal-importazzjonijiet bi prezz baxx li kienu l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati, fatt dovut ukoll għar-reġim ta' taxxa tal-esportazzjoni fiż-żewġ pajjiżi li jbaxxi l-prezz tal-importazzjonijiet tal-SME u tal-PME fis-suq tal-Unjoni, waqt li jgħolli l-prezz tal-materja prima. L-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping għandha għalhekk tqiegħed lill-industrija tal-Unjoni f’pożizzjoni li ttejjeb il-profittabilità tagħha lejn il-livelli meqjusa neċessarji għal din l-industrija ta’ kapital intensiv. |
|
(161) |
Il-miżuri għandhom jagħtu l-opportunità lill-industrija tal-Unjoni li tibda tirkupra mid-dumping dannuż li nstab matul l-investigazzjoni. |
2. L-interess ta’ importaturi/kummerċjanti indipendenti fl-Unjoni
|
(162) |
Importaturi/kummerċjanti indipendenti fl-Unjoni kienu mistiedna jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Madankollu l-ebda importatur ma kkoopera f’din l-investigazzjoni. |
|
(163) |
Fin-nuqqas ta’ dejta minn importaturi jew kummerċjanti indipendenti, ma kien hemm l-ebda evidenza li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun tmur b’mod ċar kontra l-interessi ta’ dawn il-partijiet. |
3. L-interess tal-utenti u tal-konsumaturi
|
(164) |
Il-kumpaniji utenti magħrufa kollha involuti fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tad-diżil minerali, u involuti wkoll fit-taħlit obbligatorju tad-diżil minerali mal-bijodiżil intbagħtulhom kwestjonarji malli bdiet l-investigazzjoni. |
|
(165) |
Tliet utenti tal-bijodiżili wieġbu għall-kwestjonarju tal-utenti imma ddikjaraw li l-bijodiżil kien biss parti żgħira ħafna mill-attività kummerċjali ġenerali tagħhom. Huma ddikjaraw li, billi jkunu obbligati legalment li jixtru l-bijodiżil u bħal qabel, jekk xi dazju jgħolli l-prezz tal-bijodiżil, dan jgħaddi awtomatikament għand il-klijenti tagħhom. |
|
(166) |
Minħabba l-ammont limitat ta’ informazzjoni disponibbli, l-impożizzjoni ta’ miżuri għandu jkollha effett estremament limitat fuq il-konsumatur finali, meta jitqies il-perċentwal żgħir ta’ bijodiżil li jitħallat mad-diżil minerali li jinxtara mill-pompi tal-petrol. Ma nstabet l-ebda evidenza li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun tmur b’mod ċar kontra l-interess tal-utenti jew tal-konsumaturi. |
4. L-interess tal-fornituri tal-materja prima
|
(167) |
Assoċjazzjoni waħda ta' fornituri tal-materja prima, il-FEDIOL (il-federazzjoni li tirrappreżenta l-Industrija Ewropea taż-Żejt Veġetali u l-Proteinmeal), wieġbet il-kwestjonarju li ntbagħat lill-fornituri tal-materja prima. Hija ddikjarat li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqqsu d-domanda għaż-żejt tal-kolza madwar l-Unjoni, fejn id-domanda naqset b’iżjed minn miljun tunnellata bejn l-2009 u l-2011. |
|
(168) |
Hija tqis li l-impożizzjoni ta’ miżuri se jkollha effett pożittiv fuq l-industrija tal-fornituri fl-UE għaliex se tiżdied l-użu tal-kapaċità. Kwalunkwe żieda fid-domanda għaż-żejt tal-kolza mbagħad se tasal għand is-settur tal-għalf kompost – billi dan huwa r-residwu mill-produzzjoni taż-żejt tal-kolza, u għand is-settur agrikolu fl-UE bħala l-produttur tal-kolza. |
|
(169) |
L-evidenza riċevuta għaldaqstant turi li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun tiffavorixxi l-interessi tal-fornituri tal-materja prima fl-Unjoni. |
5. Konklużjoni fuq l-interess tal-Unjoni
|
(170) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina mill-Arġentina u mill-Indoneżja tkun b’mod ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. Hija tkun tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tikber u tibda tirkupra mill-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Madankollu jekk ma jiġu imposti l-ebda miżuri, il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tkompli tiddeterjora u aktar operaturi jispiċċaw ifallu. Għalkemm ma setgħet tintlaħaq l-ebda konklużjoni ċara rigward l-utenti u l-importaturi, l-impożizzjoni ta’ miżuri għandha tkun fl-interess tal-fornituri tal-materja prima. |
|
(171) |
Ma teżisti l-ebda raġuni kostrinġenti li tindika biċ-ċar li l-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja, tmur kontra l-interess tal-Unjoni. |
G. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI
|
(172) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa rigward id-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji biex ma jħallux li ssir aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni bl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
1. Il-livell tal-eliminazzjoni ta’ ħsara
|
(173) |
Bil-għan li jiġi ddeterminat il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġnijiet ta’ dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex, mingħajr ma jinqabżu, tiġi eliminata l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(174) |
Waqt il-kalkolu tal-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, ġie kkunsidrat li kwalunke miżuri għandhom jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li tkopri l-kosti tal-produzzjoni u li tagħmel profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. |
|
(175) |
Għal dan il-għan, marġni ta’ profitt ta’ 15% fuq il-fatturat jista’ jitqies bħala livell xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet tistenna li tikseb fl-assenza tad-dumping dannuż ibbażat fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni preċedenti li tikkonċerna l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika, fejn kien tqies raġonevoli biex jiggarantixxi l-investiment produttiv għal din l-industrija fuq tul ta’ żmien. |
|
(176) |
Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz għall-prodott simili li ma jkunx ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz li ma jkunx ta’ ħsara nkiseb bl-aġġustament tal-prezz tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun bil-qligħ/telf attwali magħmul matul il-PI u biż-żieda tal-marġni ta’ qligħ imsemmi hawn fuq. |
|
(177) |
Iż-żieda neċessarja fil-prezz ġiet imbagħad iddeterminata fuq il-bażi ta’ tqabbil bejn il-prezz medju peżat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fil-pajjiżi kkonċernati, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, u l-prezz mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil kienet imbagħad imfissra bħala perċentwal tal-valur totali CIF tal-importazzjoni. |
2. Il-miżuri proviżorji
|
(178) |
B’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti dazji anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja skont ir-regola dwar id-dazju iżjed baxx, jiġifieri dak li miż-żewġ marġnijiet ikkalkulati jkun iżjed baxx, jew tad-dumping jew tal-ħsara. |
|
(179) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping ġew stabbiliti bit-tqabbil tal-marġni tal-eliminazzjoni tal-ħsara mal-marġni tad-dumping. Għalhekk, ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju, espressi fuq il-prezz CIF fuq il-fruntieri tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(180) |
Madankollu, billi d-dazju anti-dumping se jkun japplika wkoll għal taħlitiet li jinkludu l-bijodiżil (b’mod proporzjonat għall-kontenut ta’ bijodiżil li jkollhom, skont il-piż), kif ukoll għall-bijodiżil pur, ikun aktar preċiż, u aktar xieraq għall-implimentazzjoni korretta tad-dazju mill-awtoritajiet Doganali tal-Istati Membri, li d-dazju jiġi espress bħala ammont fiss f’Euro għal kull tunnellata netta u hekk jiġi applikat għall-bijodiżil pur importat, jew għall-proporzjon ta’ bijodiżil fil-prodott imħallat. |
|
(181) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk dawn jirriflettu l-qagħda li nstabet waqt din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (kuntrarju għad-dazju fil-pajjiż kollu applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha’) huma b’hekk esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u manifatturat mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodott importat ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha’. |
|
(182) |
Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpanija individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitatjiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (8) flimkien mal-informazzjoni relevanti kollha, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbutin mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u ma' dak għall-esportazzjoni, assoċjata, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament għandu jiġi emendat kif xieraq bl-aġġornament tal-listi tal-kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali. |
|
(183) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati soġġetti għal reġistrazzjoni bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2013 tat-28 ta’ Jannar 2013. Dan sar fid-dawl tal-possibbiltà tal-applikazzjoni retroattiva tal-miżuri anti-dumping, skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. F’dan l-istadju tal-proċediment ma tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar il-possibbiltà tal-applikazzjoni retroattiva tal-miżuri anti-dumping. |
H. DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(184) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-partijiet interessati li ppreżentaw ruħhom fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ bidu jistgħu jressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jistgħu jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-fini ta’ kwalunkwe miżuri definittivi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Bil-preżenti qiegħed jiġi impost dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku, miksuba minn sinteżi u/jew minn trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili, f’forma pura jew f’taħlita, li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 1516 20 98 (Kodiċi TARIC 1516 20 98 21, 1516 20 98 29 u 1516 20 98 30), ex 1518 00 91 (Kodiċi TARIC 1518 00 91 21, 1518 00 91 29 u 1518 00 91 30), ex 1518 00 95 (Kodiċi TARIC 1518 00 95 10), ex 1518 00 99 (Kodiċi TARIC 1518 00 99 21, 1518 00 99 29 u 1518 00 99 30), ex 2710 19 43 (Kodiċi TARIC 2710 19 43 21, 2710 19 43 29 u 2710 19 43 30), ex 2710 19 46 (Kodiċi TARIC 2710 19 46 21, 2710 19 46 29 u 2710 19 46 30), ex 2710 19 47 (Kodiċi TARIC 2710 19 47 21, 2710 19 47 29 u 2710 19 47 30), 2710 20 11 , 2710 20 15 , 2710 20 17 , ex 3824 90 97 (Kodiċi TARIC 3824 90 97 01, 3824 90 97 03 u 3824 90 97 04), 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (Kodiċi TARIC 3826 00 90 11, 3826 00 90 19 u 3826 00 90 30), u li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju li huma applikabbli għall-prodott deskritt f’paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, huma kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Rata tad-dazju proviżorju Euro għal kull tunnellata netta |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
L-Arġentina |
Aceitera General Deheza S.A., General Deheza, Rosario; Bunge Argentina S.A., Buenos Aires |
104,92 |
B782 |
|
|
Louis Dreyfus Commodities S.A., Buenos Aires |
69,16 |
B783 |
|
|
Molinos Río de la Plata S.A., Buenos Aires; Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.F.I.C.I. y A., Bahia Blanca; Vicentin S.A.I.C., Avellaneda |
65,24 |
B784 |
|
|
Kumpaniji oħra li kkooperaw: Cargill S.A.C.I., Buenos Aires; Unitec Bio S.A., Buenos Aires; Viluco S.A., Tucuman |
75,97 |
B785 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
104,92 |
B999 |
|
L-Indoneżja |
PT Ciliandra Perkasa, Ġakarta |
0 |
B786 |
|
|
PT Musim Mas, Medan |
24,99 |
B787 |
|
|
PT Pelita Agung Agrindustri, Medan |
45,65 |
B788 |
|
|
PT Wilmar Bioenergi Indonesia, Medan; PT Wilmar Nabati Indonesia, Medan |
83,84 |
B789 |
|
|
Kumpaniji oħra li kkooperaw: PT Cermerlang Energi Perkasa, Ġakarta |
57,14 |
B790 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
83,84 |
B999 |
3. Id-dazju anti-dumping fuq it-taħlitiet ikun applikabbli bi proporzjon fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali tal-esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u taż-żejt tal-gass paraffiniku, miksuba minn sinteżi u/jew minn trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili (kontenut tal-bijodiżil).
4. F’każijiet fejn il-prodotti jġarrbu ħsara qabel ma jkunu tqiegħdu għaċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz imħallas realment jew li jkun irid jitħallas ikun allokat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (9) l-ammont ta’ dazju anti-dumping, ikkalkulat fuq l-ammonti stipulati hawn fuq, jitnaqqas b’perċentwali li jikkorrespondi mal-allokazzjoni tal-prezz imħallas realment jew li jkun irid jitħallas.
5. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 ikun soġġett għall-provvista ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
6. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali għandhom japplikaw.
Artikolu 2
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba għall-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgħu verbalment mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ.
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2013.
2. Id-dejta miġbura fir-rigward ta’ prodotti li jkunu ddaħħlu għall-konsum mhux iktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament se tinżamm sakemm jiddaħħlu fis-seħħ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 260, 29.8.2012, p. 8.
(3) ĠU L 27, 29.1.2013, p. 10.
(4) ĠU C 342, 10.11.2012, p. 12.
(5) Fl-istabbiliment ta’ WET BV, kienu vverifikati wkoll il-kontijiet tal-kumpaniji l-oħra tal-grupp Wilmar li jinsabu fl-Ewropa: Wilmar Italia SrL, Milan, L-Italja; Oxem Oleo, Mezzana Bigli, L-Italja
(6) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 kif emendat, b’mod partikolari mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1602/2000, Artikoli 291 sa 300
(7) Madankollu, dan l-Istat Membru jirrikonoxxi li l-bijodiżil magħmul mid-Distillat tal-Aċidi Xaħmin tal-Palm (“PFAD”) “jgħodd doppju”, li jfisser li l-kontribuzzjoni magħmula mill-bijofjuwils manifatturati mill-PFAD tiġi kkunsidrata d-doppju ta’ dik magħmula minn bijofjuwils oħra. Għaldaqstant ikollok tħallat biss id-diżil minerali ma’ nofs minn dan il-bijodiżil li jgħodd doppju. Il-bijodiżil tal-għadd doppju huwa ogħla fil-prezz mill-bijodiżil normali/tal-għadd waħdieni, u għalhekk jiġi impost primjum fuq il-klijent. Madankollu, hija prassi nazzjonali li għall-bijodiżil tal-għadd doppju, il-klijent iħallas dan il-primjum biss mal-approvazzjoni mill-gvern (permezz ta’ ċertifikat) li dak id-diżil tal-għadd doppju jissodisfa l-kriterji kollha biex jikkwalifika bħala bijodiżil tal-għadd doppju. Meta l-gvern ikun ħareġ dan iċ-ċertifikat, l-importatur relatat ikun jista’ jibgħat fattura separata lill-klijent bil-primjum pendenti li jrid jitħallas.
(8) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali gћall-Kummerċ, id-Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.
(9) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).