25.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/12

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 485/2013

tal-24 ta’ Mejju 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żerriegħa trattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3), l-Artikolu 49(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2) permezz tad-Direttivi tal-Kummissjoni 2006/41/KE (3), 2007/6/KE (4) u 2008/116/KE (5).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/21/UE (6) emendat l-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward tal-provvisti speċifiċi b’rabta man-neonikotinojdi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid.

(3)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huma meqjusa bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (7).

(4)

Fir-rebbiegħa tal-2012, ġiet ippubblikata informazzjoni xjentifika ġdida dwar l-effetti sottoletali tan-neonikotinojdi fuq in-naħal. Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”, għal assistenza xjentifika u teknika biex tivvaluta din l-informazzjoni l-ġdida u biex tirrevedi l-valutazzjoni tar-riskju tan-neonikotinojdi fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq in-naħal.

(5)

L-Awtorità ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju fil-każ tan-naħal għall-klotijanidin, it-tijametossam u l-imidakloprid fis-16 ta’ Jannar 2013 (8).

(6)

L-Awtorità identifikat, fil-każ ta’ ċerti għelejjel, riskji għoljin u akuti għan-naħal minn prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam jew imidakloprid. L-Awtorità identifikat, b’mod partikolari, riskji għolja u akuti għan-naħal minħabba esponiment permezz tat-trab fil-każ ta’ bosta għelejjel, minħabba l-konsum tar-residwi fit-trab tad-dakra u n-nektar ikkontaminati fil-każ ta’ ċerti għelejjel u minħabba esponiment permezz tal-likwidu ta’ guttazzjoni fil-każ tal-qamħirrun. Minbarra dan, fil-każ ta’ bosta għelejjel, ma setgħux jiġu esklużi riskji inaċċettabbli minħabba effetti akuti jew kroniċi fuq is-soppravivenza u l-iżvilupp tal-kolonji. Barra minn hekk l-Awtorità identifikat għadd ta’ nuqqasijiet fid-dejta għal kull wieħed mill-għelejjel evalwati. B’mod partikolari fir-rigward tar-riskji fuq żmien twil għan-naħal tal-għasel mill-esponiment għat-trab, mir-residwi fid-dakra u n-nektar u mill-esponiment għal-likwidu ta’ guttazzjoni.

(7)

Fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku ġdid, il-Kummissjoni kkunsidrat li hemm indikazzjonijiet li l-użi approvati tal-klotijanidin, tat-tijametossam u l-imidakloprid ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta’ approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq in-naħal u li r-riskju għoli għan-naħal ma setax jiġi eskluż ħlief billi jiġu imposti aktar restrizzjonijiet. B’mod partikolari, sakemm issir l-evalwazzjoni tal-Awtorità dwar l-użu fuq il-weraq, qieset li r-riskju għan-naħal minħabba applikazzjonijiet fuq il-weraq huwa simili għar-riskju identifikat mill-Awtorità fil-każ li jiġi applikat it-trattament taż-żerriegħa u t-trattament tal-ħamrija, minħabba t-traslokazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid permezz tal-pjanta.

(8)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikaturi jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(9)

Il-konklużjonijiet tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fil-15 ta’ Marzu 2013 fil-format ta’ addenda tar-rapporti ta’ reviżjoni għall-klotijanidin, it-tijametossam u l-imidakloprid.

(10)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li jista’ jiġi eskluż riskju għoli għan-naħal biss billi jiġu imposti aktar restrizzjonijiet.

(11)

Huwa kkonfermat li s-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid għandhom jitqiesu bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Sabiex jiġi mminimizzat l-esponiment tan-naħal, huwa madankollu xieraq li jiġu limitati l-użi ta’ dawk is-sustanzi attivi sabiex jiġu previsti l-miżuri speċifiċi ta’ mitigazzjoni tar-riskju għall-protezzjoni tan-naħal u sabiex l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi jiġu limitati għal utenti professjonali. B’mod partikolari, l-użi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti bħala trattamenti taż-żerriegħa u trattamenti tal-ħamrija li fihom il-klotijanidin, it-tijametossam u l-imidakloprid għandhom jiġu pprojbiti fil-każ ta’ dawk l-għelejjel li jiġbdu lejhom in-naħal u fil-każ ta’ ċereali, ħlief jekk huma għall-użu fis-serer u għaċ-ċereali tax-xitwa. It-trattamenti fuq il-weraq permezz tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klotijanidin, it-tijametossam jew l-imidakloprid għandhom jiġu pprojbiti fil-każ ta’ għelejjel li jiġbdu lejhom in-naħal u fil-każ taċ-ċereali, bl-eċċezzjoni tal-użi fis-serer u l-użi wara li joħorġu l-fjuri. Ma jitqiesx li l-għelejjel li jinħasdu qabel ma joħorġu l-fjuri huma attraenti għan-naħal.

(12)

Fir-rigward tal-applikazzjonijiet tal-klotijanidin, tat-tijametossam u tal-imidakloprid li jistgħu jiġu awtorizzati fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, huwa xieraq li tintalab aktar informazzjoni konfermattiva.

(13)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(14)

Ġew identifikati riskji għan-naħal minn żrieragħ trattati, b’mod partikolari minħabba esponiment permezz tat-trab fil-każ ta’ bosta għelejjel, minħabba l-konsum tar-residwi fit-trab tad-dakra u n-nektar ikkontaminat fil-każ ta’ ċerti għelejjel u minħabba esponiment permezz tal-likwidu ta’ guttazzjoni fil-każ tal-qamħirrun. Filwaqt li jitqiesu dawk ir-riskji marbuta mal-użu taż-żerriegħa trattata, l-użu u t-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ trattati permezz tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klotijanidin, it-tijametossam u l-imidakloprid, għandhom ikunu pprojbiti għaż-żrieragħ ta’ għelejjel li jiġbdu lejhom in-naħal u għal żrieragħ taċ-ċereali ħlief iċ-ċereali tax-xitwa u ż-żrieragħ użati fis-serer.

(15)

L-Istati Membri għandhom jingħataw żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klotijanidin, it-tijametossam u l-imidakloprid.

(16)

Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klotijanidin, it-tijametossam jew l-imidakloprid, fejn l-Istati Membri jagħtu kull perjodu ta’ konċessjoni skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2013. Fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni minnufih se tibda analiżi tal-informazzjoni xjentifika l-ġdida li rċeviet.

(17)

L-Artikolu 36(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jipprevedi li Stat Membru jista’, taħt ċerti ċirkostanzi, jimponi aktar miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju jew restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klotijanidin, it-tijametossam jew l-imidakloprid. Dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klotijanidin, it-tijametossam jew l-imidakloprid, ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jipprevedi l-possibbiltà li l-Istati Membri jieħdu miżuri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 71 tiegħu.

(18)

Il-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ trattati għandhom japplikaw biss mill-1 ta’ Diċembru 2013 sabiex jippermettu perjodu suffiċjenti ta’ tranżizzjoni. Il-miżuri interim nazzjonali protettivi diġà meħuda skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jistgħu jinżammu sa dik id-data skont l-Artikolu 71(3) ta’ dak ir-Regolament.

(19)

Iż-żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klotijanidin, it-tijametossam jew l-imidakloprid, li huma suġġetti għar-restrizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jintużaw għall-esperimenti jew it-testijiet għal skopijiet ta’ riċerka jew ta’ żvilupp skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(20)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni. Ġie kkunsidrat li hemm bżonn ta’ att ta’ implimentazzjoni u l-president ressaq l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-kumitat tal-appell għal aktar deliberazzjoni. Il-kumitat tal-appell ma tax opinjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ trattati

Iż-żrieragħ tal-għelejjel elenkati fl-Anness II u li ġew trattati bil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klotijanidin, it-tijametossam jew l-imidakloprid, ma għandhomx jintużaw jew jitqiegħdu fis-suq, ħlief iż-żrieragħ użati fis-serer.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klotijanidin, it-tijametossam jew l-imidakloprid bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Settembru 2013.

Artikolu 4

Perjodu ta’ konċessjoni

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru 2013.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u jibda japplika mill-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)   ĠU L 187, 8.7.2006, p. 24.

(4)   ĠU L 43, 15.2.2007, p. 13.

(5)   ĠU L 337, 16.12.2008, p. 86.

(6)   ĠU L 65, 13.3.2010, p. 27.

(7)   ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(8)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju fil-każ tan-naħal għas-sustanza attiva klotijanidin. Il-Ġurnal tal-EFSA 2013; 11(1):3066. [58 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2013.3066.

Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju fil-każ tan-naħal għas-sustanza attiva imidakloprid. Il-Ġurnal tal-EFSA 2013; 11(1):3068. [55 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2013.

Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju fil-każ tan-naħal għas-sustanza attiva tijametossam. Il-Ġurnal tal-EFSA 2013; 11(1):3067. [68 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2013.3067. Disponibbli fuq l-Internet: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.

ANNESS I

Emendi tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

(1)

Il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 121, Klotijanidin, tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

L-użu professjonali bħala insettiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

L-użu bħala trattament taż-żerriegħa jew trattament tal-ħamrija ma għandux jiġi awtorizzat għaċ-ċereali li ġejjin, meta dawn iċ-ċereali jinżergħu minn Jannar sa Ġunju.

xgħir, millieġ, ħafur, ross, segala, sorgu, triticale, qamħ.

It-trattamenti fuq il-weraq ma għandhomx ikunu awtorizzati għaċ-ċereali li ġejjin:

xgħir, millieġ, ħafur, ross, segala, sorgu, triticale, qamħ.

L-użu bħala trattament taż-żerriegħa, trattament tal-ħamrija jew fil-każ li jiġi applikat fuq il-weraq ma għandhomx ikunu awtorizzati għall-għelejjel li ġejjin, bl-eċċezzjoni tal-użu fis-serer u tat-trattamenti fuq il-weraq wara li joħorġu l-fjuri:

Alfalfa (Medicago sativa)

lewż (Prunus amygdalus; P. communis; Amygdalus communis)

anisi (Pimpinella anisum); badjan jew anisi stilla (Illicium verum); karwija (Carum carvi); kosbor (Coriandrum sativum); kemmun (Cuminum cyminum); bużbież (Foeniculum vulgare); frott tal-ġnibru (Juniperus communis)

tuffieħ (Malus pumila; M. sylvestris; M. communis; Pyrus malus)

berquq (Prunus armeniaca)

avokado (Persea americana)

banana (Musa sapientum; M. cavendishii; M. nana)

fażola (Phaseolus spp.)

għollieq (Rubus fruticosus)

blueberry, blueberry Ewropea, wild bilberry, whortleberry (Vaccinium myrtillus); blueberry Amerikana (V. corymbosum)

ful, ful iż-żwiemel, (Vicia faba var. major; var. equina; var. Minor)

qamħ Saraċin (Fagopyrum esculentum)

ħarrub, siġra tal-ħarrub, ħarrub (‘locust bean’) (Ceratonia siliqua)

żerriegħa taż-żejt tar-rignu (Ricinus communis)

ċiras (Prunus avium)

qastan (Castanea spp.)

ċiċri (Cicer arietinum)

bżar aħmar (Capsicum frutescens; C. annuum); bżar tal-kukki, bżar tal-Ġamajka (Pimenta officinalis)

silla (Trifolium spp.)

kafe (Coffea spp. arabica, robusta, liberica)

qoton (Gossypium spp.)

fażola tal-għajn, fażola għajnha sewda (Vigna unguiculata)

cranberries (Vaccinium macrocarpon); European cranberries (Vaccinum oxycoccus)

ħjar (Cucumis sativus)

passolina sewda (Ribes nigrum); ħamra u bajda (R. rubrum)

tamal (Phoenix dactylifera)

frott tas-sebuqa (Sambucus nigra)

ir-ribes (Ribes uva-cripsa)

grejpfrut (C. paradisi)

għeneb (Vitis vinifera)

ġewż tal-art/karawett (Arachis hypogea)

ġellewż (Corylus avellana)

qanneb (Cannabis sativa)

japanese rose (Rosa rugosa)

kiwi (Actinidia chinensis)

mill-familja tal-legumi: sieq l-għasfur/trifoll (Lotus corniculatus); lespedeza (Lespedeza spp.); kudzu (Pueraria lobata); sesbania (Sesbania spp.); sanfwan, esparcette (Onobrychis sativa); silla (Hedysarum coronarium)

lumi u lajm (Citrus limon); lajm qares (C. aurantiifolia); lajm ħelu (C. limetta)

għads (Lens esculenta; Ervum lens)

żerriegħa tal-kittien (Linum usitatissimum)

lupini (Lupinus spp.)

qamħirrun/qamħ (Zea mays)

żerriegħa tal-bettieħ (Cucumis melo)

żerriegħa tal-mustarda: mustarda bajda (Brassica alba; B. hirta; Sinapis alba); mustarda sewda (Brassica nigra; Sinapis nigra)

okra (Abelmoschus esculentus); gombo (Hibiscus esculentus)

żebbuġ (Olea europaea)

larinġ: larinġa ħelwa (Citrus sinensis); larinġa qarsa (C. aurantium)

ħawħ u nuċiprisk (Prunus persica; Amygdalus persica; Persica laevis)

lanġas (Pyrus communis)

piżelli piżella tal-ġnien (Pisum sativum); piżelli (field pea) (P. arvense)

nagħniegħ (Mentha spp.: M. piperita)

kaki (Diospyros kaki: D. virginiana)

pistaċċi (Pistacia vera)

għanbaqar u prun selvaġġ greengage, mirabelle, damson (Prunus domestica); prun selvaġġ (P. spinosa)

żerriegħet il-pepprin (Papaver somniferum)

qargħa aħmar, qargħa xitwi (‘squash’), gourds u qargħa bagħli (Cucurbita spp.)

pyrethrum, (Chrysanthemum cinerariifolium)

sfarġel (Cydonia oblonga; C. vulgaris; C. japonica)

żerriegħa tal-kolza (Brassica napus var. oleífera)

lampun (Rubus idaeus)

żerriegħa tal-għosfor (Carthamus tinctorius)

serradella/sieq l-għasfur (Ornithopus sativus)

ġulġlien (Sesamum indicum)

fażola tas-sojja (Glycine soja)

ħwawar: weraq randa (Laurus nobilis); xibta (Anethum graveolens); żerriegħa tal-fienu (Trigonella foenumgraecum); żagħfran (Crocus sativus): sagħtar (Thymus vulgaris); żagħfran tal-Indja (Curcuma longa)

frawli (Fragaria spp.)

żerriegħa tal-ġirasol (Helianthus annuus)

mandolin (Citrus tangerina); mandolin (Citrus reticulata) klementini (C. unshiu);

liftija u rapa tan-nevew (Brassica rapa var. rapifera u oleifera spp.)

ġulbiena sewda/ġulbiena komuni (Vicia sativa)

viper’s Grass (Scorzonera hispanica)

ġewż (Jugland spp.: J. regia)

dulliegħ (Citrullus vulgaris)

ħruġ ta’ fjuri ornamentali fis-sena tat-trattament.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-klotijanidin, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġie ffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-27 ta’ Jannar 2006 u l-konklużjonijiet tal-addendum tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-klotijanidin kif ġie ffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar l-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tal-15 ta’ Marzu 2013 għandhom jiġu kkunsidrati.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu każ b’mod partikolari:

tal-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’kundizzjonijiet vulnerabbli tal-ħamrija u/jew tal-klima,

tar-riskju għall-għasafar granivori u l-mammiferi meta s-sustanza tintuża bħala kisja taż-żrieragħ.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

il-kisi taż-żerriegħa jsir biss f’faċilitajiet professjonali għat-trattament taż-żerriegħa. Dawk il-faċilitajiet iridu japplikaw l-aqwa metodi disponibbli biex jiżguraw li r-rilaxx ta’ trab ikun minimizzat waqt l-applikazzjoni għaż-żerriegħa, il-ħażna u t-trasport,

għandu jintuża tagħmir xieraq tal-ħrit u ż-żrigħ biex jiżgura livell għoli ta’ inkorporazzjoni fil-ħamrija, jimminimizza t-tixrid ta’ żerriegħa u jimminimizza l-emissjoni tat-trab,

il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jkunu jinkludu, fejn xieraq, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jiġu protetti n-naħal,

jinbdew programmi ta’ monitoraġġ biex tiġi vverifikata l-esponiment vera tan-naħal għall-klotijanidin f’inħawi użati b’mod estensiv min-naħal għall-għalf jew minn min irabbi n-naħal, fejn u kif ikun xieraq.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.

In-notifikatur għandu jressaq informazzjoni konfermattiva fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

ir-riskju għal pollinaturi li mhumiex in-naħal tal-għasel;

(b)

ir-riskju għan-naħal tal-għasel li jfittxu n-nektar jew it-trab tad-dakra għall-ikel f’għelejjel sussegwenti;

(c)

l-assorbiment potenzjali permezz tal-għeruq sabiex joħorġu l-fjuri mill-ħxejjex slavaġ;

(d)

ir-riskju għan-naħal tal-għasel li jfittxu n-nida tal-għasel tal-insetti għall-ikel;

(e)

l-esponiment ta’ guttazzjoni potenzjali u r-riskju akut u fit-tul għas-soppravivenza u l-iżvilupp tal-kolonja, u r-riskju għad-duqqajs tan-naħal li jirriżulta minn tali esponiment;

(f)

l-esponiment għat-trab li jinġarr mir-riħ wara l-ħrit u ż-żrigħ u r-riskju akut u fuq perjodu twil ta’ żmien għas-soppravivenza u l-iżvilupp tal-kolonja, u r-riskju għad-duqqajs tan-naħal li jirriżulta minn tali esponiment;

(g)

ir-riskju akut u fuq terminu twil ta’ żmien għas-soppravivenza u l-iżvilupp tal-kolonja u r-riskju għad-duqqajs tan-naħal fil-każ tan-naħal tal-għasel minħabba l-inġestjoni tan-nektar u t-trab tad-dakra.

In-notifikatur għandu jippreżenta tali informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta’ Diċembru 2014.”

(2)

Il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 140, Tijametossam, tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

L-użu professjonali bħala insettiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

L-użu bħala trattament taż-żerriegħa jew trattament tal-ħamrija ma għandux jiġi awtorizzat għaċ-ċereali li ġejjin, meta dawn iċ-ċereali jinżergħu minn Jannar sa Ġunju.

xgħir, millieġ, ħafur, ross, segala, sorgu, triticale, qamħ.

It-trattamenti fuq il-weraq ma għandhomx ikunu awtorizzati għaċ-ċereali li ġejjin:

xgħir, millieġ, ħafur, ross, segala, sorgu, triticale, qamħ.

L-użu bħala trattament taż-żerriegħa, trattament tal-ħamrija jew applikazzjoni fuq il-weraq ma għandhomx ikunu awtorizzati għall-għelejjel li ġejjin, bl-eċċezzjoni tal-użu fis-serer u tat-trattamenti fuq il-weraq wara li joħorġu l-fjuri:

Alfalfa (Medicago sativa)

lewż (Prunus amygdalus; P. communis; Amygdalus communis)

anisi (Pimpinella anisum); badjan jew anisi stilla (Illicium verum); karwija (Carum carvi); kosbor (Coriandrum sativum); kemmun (Cuminum cyminum); bużbież (Foeniculum vulgare); frott tal-ġnibru (Juniperus communis)

tuffieħ (Malus pumila; M. sylvestris; M. communis; Pyrus malus)

berquq (Prunus armeniaca)

avokado (Persea americana)

banana (Musa sapientum; M. cavendishii; M. nana)

fażola (Phaseolus spp.)

għollieq (Rubus fruticosus)

blueberry, blueberry Ewropea, wild bilberry, whortleberry (Vaccinium myrtillus); blueberry Amerikana (V. corymbosum)

ful, ful iż-żwiemel, (Vicia faba var. major; var. equina; var. Minor)

qamħ Saraċin (Fagopyrum esculentum)

ħarrub, siġra tal-ħarrub, ħarrub (‘locust bean’) (Ceratonia siliqua)

żerriegħa taż-żejt tar-rignu (Ricinus communis)

ċiras (Prunus avium)

qastan (Castanea spp.)

ċiċri (Cicer arietinum)

bżar aħmar (Capsicum frutescens; C. annuum); bżar tal-kukki, bżar tal-Ġamajka (Pimenta officinalis)

silla (Trifolium spp.)

kafe (Coffea spp. arabica, robusta, liberica)

qoton (Gossypium spp.)

fażola tal-għajn, fażola għajnha sewda (Vigna unguiculata)

cranberries (Vaccinium macrocarpon); European cranberries (Vaccinum oxycoccus)

ħjar (Cucumis sativus)

passolina sewda (Ribes nigrum); ħamra u bajda (R. rubrum)

tamal (Phoenix dactylifera)

frott tas-sebuqa (Sambucus nigra)

ir-ribes (Ribes uva-cripsa)

grejpfrut (C. paradisi)

għeneb (Vitis vinifera)

ġewż tal-art/karawett (Arachis hypogea)

ġellewż (Corylus avellana)

qanneb (Cannabis sativa)

japanese rose (Rosa rugosa)

kiwi (Actinidia chinensis)

mill-familja tal-legumi: sieq l-għasfur/trifoll (Lotus corniculatus); lespedeza (Lespedeza spp.); kudzu (Pueraria lobata); sesbania (Sesbania spp.); sanfwan, esparcette (Onobrychis sativa); silla (Hedysarum coronarium)

lumi u lajm (Citrus limon); lajm qares (C. aurantiifolia); lajm ħelu (C. limetta)

għads (Lens esculenta; Ervum lens)

żerriegħa tal-kittien (Linum usitatissimum)

lupini (Lupinus spp.)

qamħirrun/qamħ (Zea mays)

żerriegħa tal-bettieħ (Cucumis melo)

żerriegħa tal-mustarda: mustarda bajda (Brassica alba; B. hirta; Sinapis alba); mustarda sewda (Brassica nigra; Sinapis nigra)

okra (Abelmoschus esculentus); gombo (Hibiscus esculentus)

żebbuġ (Olea europaea)

larinġ: larinġa ħelwa (Citrus sinensis); larinġa qarsa (C. aurantium)

ħawħ u nuċiprisk (Prunus persica; Amygdalus persica; Persica laevis)

lanġas (Pyrus communis)

piżelli piżella tal-ġnien (Pisum sativum); piżelli (field pea) (P. arvense)

nagħniegħ (Mentha spp.: M. piperita)

kaki (Diospyros kaki: D. virginiana)

pistaċċi (Pistacia vera)

għanbaqar u prun selvaġġ greengage, mirabelle, damson (Prunus domestica); prun selvaġġ (P. spinosa)

żerriegħet il-pepprin (Papaver somniferum)

qargħa aħmar, qargħa xitwi (‘squash’), gourds u qargħa bagħli (Cucurbita spp.)

pyrethrum, (Chrysanthemum cinerariifolium)

sfarġel (Cydonia oblonga; C. vulgaris; C. japonica)

żerriegħa tal-kolza (Brassica napus var. oleífera)

lampun (Rubus idaeus)

żerriegħa tal-għosfor (Carthamus tinctorius)

serradella/sieq l-għasfur (Ornithopus sativus)

ġulġlien (Sesamum indicum)

fażola tas-sojja (Glycine soja)

ħwawar: weraq randa (Laurus nobilis); xibta (Anethum graveolens); żerriegħa tal-fienu (Trigonella foenumgraecum); żagħfran (Crocus sativus): sagħtar (Thymus vulgaris); żagħfran tal-Indja (Curcuma longa)

frawli (Fragaria spp.)

żerriegħa tal-ġirasol (Helianthus annuus)

mandolin (Citrus tangerina); mandolin (Citrus reticulata) klementini (C. unshiu);

liftija u rapa tan-nevew (Brassica rapa var. rapifera u oleifera spp.)

ġulbiena sewda/ġulbiena komuni (Vicia sativa)

viper’s Grass (Scorzonera hispanica)

ġewż (Jugland spp.: J. regia)

dulliegħ (Citrullus vulgaris)

ħruġ ta’ fjuri ornamentali fis-sena tat-trattament.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-tijametossam, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġie ffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-14 ta’ Lulju 2006 u l-konklużjonijiet tal-addendum tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-tijametossam kif ġie ffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-15 ta’ Marzu 2013 għandhom jiġu kkunsidrati.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti:

għall-potenzjal ta’ kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, partikolarment tas-sustanza attiva u l-prodotti metaboliċi tagħha NOA 459602, SYN 501406 u CGA 322704, meta s-sustanza attiva tiġi applikata fir-reġjuni li għandhom ħamrija vulnerabbli u/jew kundizzjonijiet klimatiċi,

il-protezzjoni tal-organiżmi akkwatiċi,

ir-riskji fit-tul għall-annimali erbivori żgħar jekk is-sustanza tintuża fit-trattament taż-żrieragħ.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

il-kisi taż-żerriegħa jsir biss f’faċilitajiet professjonali għat-trattament taż-żerriegħa. Dawk il-faċilitajiet iridu japplikaw l-aqwa metodi disponibbli biex jiżguraw li r-rilaxx ta’ trab ikun minimizzat waqt l-applikazzjoni għaż-żerriegħa, il-ħażna u t-trasport,

għandu jintuża tagħmir xieraq tal-ħrit u ż-żrigħ biex jiżgura livell għoli ta’ inkorporazzjoni fil-ħamrija, jimminimizza t-tixrid ta’ żerriegħa u jimminimizza l-emissjoni tat-trab,

il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jkunu jinkludu, fejn xieraq, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jiġu protetti n-naħal,

jinbdew programmi ta’ monitoraġġ biex jivverifikaw l-esponiment reali tan-naħal għat-tijametossam f’inħawi użati b’mod estensiv min-naħal għat-tfittxija tal-ikel jew minn min irabbi n-naħal, fejn u kif ikun xieraq.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.

In-notifikatur għandu jressaq informazzjoni konfermattiva fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

ir-riskju għal pollinaturi li mhumiex in-naħal tal-għasel;

(b)

ir-riskju għan-naħal tal-għasel li jfittxu n-nektar jew it-trab tad-dakra għall-ikel f’għelejjel sussegwenti;

(c)

l-assorbiment potenzjali permezz tal-għeruq sabiex joħorġu l-fjuri mill-ħxejjex slavaġ;

(d)

ir-riskju għan-naħal tal-għasel li jfittxu n-nida tal-għasel tal-insetti għall-ikel;

(e)

l-esponiment ta’ guttazzjoni potenzjali u r-riskju akut u fit-tul għas-soppravivenza u l-iżvilupp tal-kolonja, u r-riskju għad-duqqajs tan-naħal li jirriżulta minn tali esponiment;

(f)

l-esponiment għat-trab li jinġarr mir-riħ wara l-ħrit u ż-żrigħ u r-riskju akut u fuq perjodu twil ta’ żmien għas-soppravivenza u l-iżvilupp tal-kolonja, u r-riskju għad-duqqajs tan-naħal li jirriżulta minn tali esponiment;

(g)

ir-riskju akut u fuq terminu twil ta’ żmien għas-soppravivenza u l-iżvilupp tal-kolonja u r-riskju għad-duqqajs tan-naħal fil-każ tan-naħal tal-għasel minħabba l-inġestjoni tan-nektar u t-trab tad-dakra.

In-notifikatur għandu jippreżenta tali informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta’ Diċembru 2014.”

(3)

Il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 216, Imidakloprid, tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

L-użu professjonali bħala insettiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

L-użu bħala trattament taż-żerriegħa jew trattament tal-ħamrija ma għandux jiġi awtorizzat għaċ-ċereali li ġejjin, meta dawn iċ-ċereali jinżergħu minn Jannar sa Ġunju.

xgħir, millieġ, ħafur, ross, segala, sorgu, triticale, qamħ.

It-trattamenti fuq il-weraq ma għandhomx ikunu awtorizzati għaċ-ċereali li ġejjin:

xgħir, millieġ, ħafur, ross, segala, sorgu, triticale, qamħ.

L-użu bħala trattament taż-żerriegħa, trattament tal-ħamrija jew applikazzjoni fuq il-weraq ma għandhomx ikunu awtorizzati għall-għelejjel li ġejjin, bl-eċċezzjoni tal-użu fis-serer u tat-trattamenti fuq il-weraq wara li joħorġu l-fjuri:

Alfalfa (Medicago sativa)

lewż (Prunus amygdalus; P. communis; Amygdalus communis)

anisi (Pimpinella anisum); badjan jew anisi stilla (Illicium verum); karwija (Carum carvi); kosbor (Coriandrum sativum); kemmun (Cuminum cyminum); bużbież (Foeniculum vulgare); frott tal-ġnibru (Juniperus communis)

tuffieħ (Malus pumila; M. sylvestris; M. communis; Pyrus malus)

berquq (Prunus armeniaca)

avokado (Persea americana)

banana (Musa sapientum; M. cavendishii; M. nana)

fażola (Phaseolus spp.)

għollieq (Rubus fruticosus)

blueberry, blueberry Ewropea, wild bilberry, whortleberry (Vaccinium myrtillus); blueberry Amerikana (V. corymbosum)

ful, ful iż-żwiemel, (Vicia faba var. major; var. equina; var. Minor)

qamħ Saraċin (Fagopyrum esculentum)

ħarrub, siġra tal-ħarrub, ħarrub (‘locust bean’) (Ceratonia siliqua)

żerriegħa taż-żejt tar-rignu (Ricinus communis)

ċiras (Prunus avium)

qastan (Castanea spp.)

ċiċri (Cicer arietinum)

bżar aħmar (Capsicum frutescens; C. annuum); bżar tal-kukki, bżar tal-Ġamajka (Pimenta officinalis)

silla (Trifolium spp.)

kafe (Coffea spp. arabica, robusta, liberica)

qoton (Gossypium spp.)

fażola tal-għajn, fażola għajnha sewda (Vigna unguiculata)

cranberries (Vaccinium macrocarpon); European cranberries (Vaccinum oxycoccus)

ħjar (Cucumis sativus)

passolina sewda (Ribes nigrum); ħamra u bajda (R. rubrum)

tamal (Phoenix dactylifera)

frott tas-sebuqa (Sambucus nigra)

ir-ribes (Ribes uva-cripsa)

grejpfrut (C. paradisi)

għeneb (Vitis vinifera)

ġewż tal-art/karawett (Arachis hypogea)

ġellewż (Corylus avellana)

qanneb (Cannabis sativa)

japanese rose (Rosa rugosa)

kiwi (Actinidia chinensis)

mill-familja tal-legumi: sieq l-għasfur/trifoll (Lotus corniculatus); lespedeza (Lespedeza spp.); kudzu (Pueraria lobata); sesbania (Sesbania spp.); sanfwan, esparcette (Onobrychis sativa); silla (Hedysarum coronarium)

lumi u lajm (Citrus limon); lajm qares (C. aurantiifolia); lajm ħelu (C. limetta)

għads (Lens esculenta; Ervum lens)

żerriegħa tal-kittien (Linum usitatissimum)

lupini (Lupinus spp.)

qamħirrun/qamħ (Zea mays)

żerriegħa tal-bettieħ (Cucumis melo)

żerriegħa tal-mustarda: mustarda bajda (Brassica alba; B. hirta; Sinapis alba); mustarda sewda (Brassica nigra; Sinapis nigra)

okra (Abelmoschus esculentus); gombo (Hibiscus esculentus)

żebbuġ (Olea europaea)

larinġ: larinġa ħelwa (Citrus sinensis); larinġa qarsa (C. aurantium)

ħawħ u nuċiprisk (Prunus persica; Amygdalus persica; Persica laevis)

lanġas (Pyrus communis)

piżelli piżella tal-ġnien (Pisum sativum); piżelli (field pea) (P. arvense)

nagħniegħ (Mentha spp.: M. piperita)

kaki (Diospyros kaki: D. virginiana)

pistaċċi (Pistacia vera)

għanbaqar u prun selvaġġ greengage, mirabelle, damson (Prunus domestica); prun selvaġġ (P. spinosa)

żerriegħet il-pepprin (Papaver somniferum)

qargħa aħmar, qargħa xitwi (‘squash’), gourds u qargħa bagħli (Cucurbita spp.)

pyrethrum, (Chrysanthemum cinerariifolium)

sfarġel (Cydonia oblonga; C. vulgaris; C. japonica)

żerriegħa tal-kolza (Brassica napus var. oleífera)

lampun (Rubus idaeus)

żerriegħa tal-għosfor (Carthamus tinctorius)

serradella/sieq l-għasfur (Ornithopus sativus)

ġulġlien (Sesamum indicum)

fażola tas-sojja (Glycine soja)

ħwawar: weraq randa (Laurus nobilis); xibta (Anethum graveolens); żerriegħa tal-fienu (Trigonella foenumgraecum); żagħfran (Crocus sativus): sagħtar (Thymus vulgaris); żagħfran tal-Indja (Curcuma longa)

frawli (Fragaria spp.)

żerriegħa tal-ġirasol (Helianthus annuus)

mandolin (Citrus tangerina); mandolin (Citrus reticulata) klementini (C. unshiu);

liftija u rapa tan-nevew (Brassica rapa var. rapifera u oleifera spp.)

ġulbiena sewda/ġulbiena komuni (Vicia sativa)

viper’s Grass (Scorzonera hispanica)

ġewż (Jugland spp.: J. regia)

dulliegħ (Citrullus vulgaris)

ħruġ ta’ fjuri ornamentali fis-sena tat-trattament.

PARTI B

Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-imidakloprid, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-kriterji fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u għandhom jaċċertaw li kull dejta u informazzjoni meħtieġa tiġi pprovduta qabel ma tingħata tali awtorizzazzjoni.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-imidakloprid, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-26 ta’ Settembru 2008 u l-konklużjonijiet tal-addendum tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-imidakloprid kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tal-15 ta’ Marzu 2013 għandhom jiġu kkunsidrati.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti:

għas-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali adegwat,

għall-impatt fuq organiżmi akkwatiċi, artropodi mhux fil-mira, ħniex, u makroorganiżmi oħra tal-ħamrija u għandhom jassiguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

il-kisi taż-żerriegħa jsir biss f’faċilitajiet professjonali għat-trattament taż-żerriegħa. Dawk il-faċilitajiet iridu japplikaw l-aqwa metodi disponibbli biex jiżguraw li r-rilaxx ta’ trab ikun minimizzat waqt l-applikazzjoni għaż-żerriegħa, il-ħażna u t-trasport,

għandu jintuża tagħmir xieraq tal-ħrit u ż-żrigħ biex jiżgura livell għoli ta’ inkorporazzjoni fil-ħamrija, jimminimizza t-tixrid ta’ żerriegħa u jimminimizza l-emissjoni tat-trab,

il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jkunu jinkludu, fejn xieraq, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jiġu protetti n-naħal,

jinbdew programmi ta’ monitoraġġ biex jiġi vverifikat l-esponiment reali tan-naħal għall-imidakloprid f’inħawi użati b’mod estensiv min-naħal għat-tfittxija tal-ikel jew minn min irabbi n-naħal, fejn u kif ikun xieraq.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.

In-notifikatur għandu jressaq informazzjoni konfermattiva fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

ir-riskju għal pollinaturi li mhumiex in-naħal tal-għasel;

(b)

ir-riskju għan-naħal tal-għasel li jfittxu n-nektar jew it-trab tad-dakra għall-ikel f’għelejjel sussegwenti;

(c)

l-assorbiment potenzjali permezz tal-għeruq sabiex joħorġu l-fjuri mill-ħxejjex slavaġ;

(d)

ir-riskju għan-naħal tal-għasel li jfittxu n-nida tal-għasel tal-insetti għall-ikel;

(e)

l-esponiment ta’ guttazzjoni potenzjali u r-riskju akut u fit-tul għas-soppravivenza u l-iżvilupp tal-kolonja, u r-riskju għad-duqqajs tan-naħal li jirriżulta minn tali esponiment;

(f)

l-esponiment għat-trab li jinġarr mir-riħ wara l-ħrit u ż-żrigħ u r-riskju akut u fuq perjodu twil ta’ żmien għas-soppravivenza u l-iżvilupp tal-kolonja, u r-riskju għad-duqqajs tan-naħal li jirriżulta minn tali esponiment;

(g)

ir-riskju akut u fuq terminu twil ta’ żmien għas-soppravivenza u l-iżvilupp tal-kolonja u r-riskju għad-duqqajs tan-naħal fil-każ tan-naħal tal-għasel minħabba l-inġestjoni tan-nektar u t-trab tad-dakra.

In-notifikatur għandu jippreżenta tali informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta’ Diċembru 2014.”

ANNESS II

Lista ta’ żrieragħ, kif imsemmija fl-Artikolu 2

Iż-żrieragħ trattati bil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klotijanidin, it-tijametossam u l-imidakloprid u li l-użu u t-tqegħid fis-suq tagħhom huwa pprojbit:

xgħir, millieġ, ħafur, ross, segala, sorgu, triticale, qamħ meta dawn iċ-ċereali jinżergħu minn Jannar sa Ġunju.

Alfalfa (Medicago sativa)

anisi (Pimpinella anisum); badjan jew anisi stilla (Illicium verum); karwija (Carum carvi); kosbor (Coriandrum sativum); kemmun (Cuminum cyminum); bużbież (Foeniculum vulgare); frott tal-ġnibru (Juniperus communis)

fażola (Phaseolus spp.)

ful, ful iż-żwiemel, (Vicia faba var. major; major; var. equina; var. minor)

qamħ Saraċin (Fagopyrum esculentum)

Żerriegħa taż-żejt tar-rignu (Ricinus communis)

ċiċri (Cicer arietinum)

bżar aħmar (Capsicum frutescens; C. annuum); bżar tal-kukki, Bżar tal-Ġamajka (Pimenta officinalis)

silla (Trifolium spp.). kafè (Coffea spp. arabica, robusta, liberica)

qoton (Gossypium spp.)

fażola tal-għajn, fażola għajnha sewda (Vigna unguiculata)

ħjar (Cucumis sativus)

ġewż tal-art, karawett (Arachis hypogea)

qanneb (Cannabis sativa)

mill-familja tal-legumi: sieq l-għasfur/trifoll (Lotus corniculatus); lespedeza (Lespedeza spp.); kudzu (Pueraria lobata); sesbania (Sesbania spp.); sanfwan, esparcette (Onobrychis sativa); silla (Hedysarum coronarium)

għads (Lens esculenta; Ervum lens)

żerriegħa tal-kittien (Linum usitatissimum), lupini (Lupinus spp.)

qamħirrun/qamħ (Zea mays)

żerriegħa tal-bettieħ (Cucumis melo)

żerriegħa tal-mustarda: mustarda bajda (Brassica alba; B. hirta; Sinapis alba); mustarda sewda (Brassica nigra; Sinapis nigra)

okra (Abelmoschus esculentus); gombo (Hibiscus esculentus).