17.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 460/2013
tas-16 ta’ Mejju 2013
dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi ffissat bi tweġiba għat-tielet sejħa parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċedura tal-offerti li nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 36/2013 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2012/2013 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 14 10 u 1701 99 10 b’dazju doganali mnaqqas. |
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013, fid-dawl tal-offerti li jkunu waslu bi tweġiba għas-sejħa parzjali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li jew tiffissa dazju doganali minimu jew li ma tiffissax dazju doganali minimu għal kull kodiċi NM bi tmien ċifri. |
(3) |
Abbażi tal-offerti li jkunu waslu għat-tielet sejħa parzjali għall-offerti, għandu jiġi ffissat dazju doganali minimu għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 1701 14 10 u 1701 99 10. |
(4) |
Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għat-tielet sejħa parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċedura tal-offerti li nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013, li fil-15 ta’ Mejju 2013 skadielha l-limitu taż-żmien biex jitressqu l-offerti, ġie ffissat dazju doganali minimu kif inhu stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 1701 14 10 u 1701 99 10.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
Dazji doganali minimi
(EUR/tunnellata) |
|||||
Kodiċi NM bi tmien ċifri |
Dazji doganali minimi |
||||
1 |
2 |
||||
1701 14 10 |
141,00 |
||||
1701 99 10 |
161,00 |
||||
|