15.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 412/2013

tat-13 ta’ Mejju 2013

li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea, wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Il-Kummissjoni, bir-Regolament (UE) Nru 1072/2012 (2) (“ir-Regolament provviżorju”), imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintuzaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Il-proċedura bdiet wara lment li ġie ppreżentat fis-16 ta’ Frar 2012 (3) f’isem il-produtturi tal-UE (“il-kwerelanti”), li jirrappreżentaw aktar minn 30 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina.

(3)

Kif stipulat fil-premessa (22) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet relevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sa tmiem il-PI (il-“perjodu kkunsidrat”).

1.2.   Il-proċedura sussegwenti

(4)

Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li abbazi tagħhom ġie deċiż li jkun impost dazju proviżorju tal-antidumping (“żvelar proviżorju”), għadd ta’ partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom urew il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet proviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw opportunità li jinstemgħu. Żewġ importaturi u produttur esportatur wieħed talbu u ngħataw smigħ fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġeneral għall-Kummerċ.

(5)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-kummenti verbali u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet proviżorji ġew immodifikati skont dan.

(6)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (55) hawn taħt, saret żjara ta' verifika lil produttur Tajlandiż li l-għan tagħha kien li tkun investigata l-idoneita tat-Tajlandja bħala pajjiż analogu xieraq.

(7)

Sussegwentement, il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom huwa maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina, li joriġinaw fir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju (“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu kummenti dwar id-divulgazzjoni finali. Il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Prodotti Industrijali Żgħar u Prodotti Artistiċi u Artiġjanali (Chinese Chamber of Commerce for Import and Export of Light Industrial Products and Arts-crafts (CCCLA)) u grupp ta' importatuti talbu u ngħataw id-dritt li jinstemgħu il-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ.

(8)

Il-kummenti sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn kien xieraq.

1.3.   Kampjunar

(9)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, diversi partijiet interessati appellaw il-kampjun tal-produtturi esportaturi mir-RPĊ u argumentaw li l-kampjun ma kienx wieħed rappreżentattiv, peress li hu bbażat biss fuq l-ikbar volumi esportati u għaldaqstant ma kkunsidrax fatturi oħra li jikkaratterizzaw id-diversità u l-frammentazzjoni tal-industrija taċ-ċeramika fir-RPĊ.

(10)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (“ir-Regolament bażiku”), l-għażla tal-kumpaniji li għandhom ikunu inklużi fil-kampjun tista' tkun limitata għall-ikbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet li jistgħu jkunu investigati b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Fl-isfond tal-frammentazzjoni tal-industrija, ġie kkunsidrat li għażla bbażata fuq volumi ta' esportazzjoni jippermettu kampjun rappreżentattiv li jista' jkun investigat fiż-żmien disponibbli. F'dan ir-rigward, għandu madanakollu jkun innutat li l-kumpaniji magħżula jinsabu fi tliet reġjuni differenti fir-RPĊ u għandhom produzzjoni sinifikanti tal-prodott ikkonċernat ta' tipi differenti ta' materjal taċ-ċeramika, pereżempju l-porċellana u oġġetti tal-ġebel kif ukoll produzzjoni ta' varjetà wiesgħa ta' tipi ta' prodotti. B'hekk, din l-allegazzjoni ma tistax tiġi milqugħa.

(11)

Produttur esportatur wieħed talab li l-użu ta' metodoloġiji differenti għall-għażla tal-kampjun għall-industrija u l-importaturi tal-Unjoni kif imqabbla mal-ikkampjunar ta' produtturi esportaturi jwassal għal diskriminazzjoni u li għandhom jintużaw l-istess kriterji L-użu ta' metodoloġiji differenti huwa diskriminatorju fil-konfront ta' produtturi esportaturi u jmur kontra t-trattament ugwali.

(12)

L-għażla ta' kampjun ta' produtturi esportaturi sservi biss biex tkun investigata l-eżistenza ta' dumping tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li jkun kopert il-volum massimu ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-perjodu ta' investigazzjoni. Min-naħa l-oħra, il-kampjun ta' produtturi tal-Unjoni ntgħażel sabiex ikun determinat jekk l-industrija tal-Unjoni kinetx qed tbati minn dannu materjali abbażi ta' diversi indikaturi differenti. Rigward l-importaturi, l-informazzjoni miġbura fil-biċċa l-kbira hija użata fil-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Jirriżulta li għall-importaturi u l-produtturi tal-Unjoni, huwa importanti li tinġabar informazzjoni minn firxa ta' kumpaniji attivi pereżempju, f'segmenti differenti tal-prodott. Peress li l-motivazzjoni sottostanti għall-għażla tal-kumpaniji li għandhom ikunu inklużi fil-kampjuni hija differenti, il-produtturi u l-importaturi tal-Unjoni u min-naħa l-oħra, il-produtturi esportaturi, mhumiex f'sitwazzjoni simili. Għaldaqstant, la l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u lanqas it-trattament ugwali ma jirrikjedu l-użu ta' metodoloġija identika għall-għażla ta' kampjuni rispettivi. Jirriżulta li din it-talba hija għal kollox mhux iġġustifikata u għaldaqstant hija miċħuda.

(13)

Barra minn hekk, produttur/esportatur żamm it-talba tiegħu kif imsemmi fil-premessa (8) tar-Regolament provviżorju, li kellu jkun inkluż fil-kampjun. Madankollu, l-kumpanija ma ppreżentat ebda argument ġdid li jiġġustifika l-inklużjoni tagħha fil-kampjun. Għaldaqstant, u b'kunsiderazzjoni għas-sejbiet fil-premessa (10) hawn fuq, il-konklużjonijiet fil-premessa (9) tar-Regolament provviżorju huma permezz ta' dan ikkonfermati.

(14)

L-istess produttur esportatur li ma ġiex inkluż fil-kampjun ilmenta li ma ngħatax biżżejjed żmien biex jissottometti l-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali u li, barra minn hekk, id-divulgazzjoni kienet insuffiċjenti peress li ma ddivulgatx, pereżempju, iċ-ċifri tal-allowances, tal-prezzijiet tal-bejgħ, l-aġġustamenti eċċ. Għaldaqstant id-drittijiet tad-difiża tiegħu ma ġewx irrispettati.

(15)

Skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku, parti interessata għandha tingħata perjodu ta' żmien ta' mill-inqas għaxart (10) ijiem biex tissottometti l-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali. Il-produttur/esportatur inkwistjoni rċieva d-divulgazzjoni finali permezz ta' posta elettronika fil-25 ta' Frar 2013 u ngħata sat-8 ta' Marzu 2013, jiġifieri 11-il ġurnata biex jissottometti kummenti. Barra minn hekk, id-dokument ta' divulgazzjoni intbagħat ukoll l-għada permezz ta' posta rreġistrata. Jirriżulta li l-parti kkonċernata ngħatat żmien biżżejjed biex tissottometti l-kummenti u għaldaqstant, it-talba tagħha għandha tiġi miċħuda. F'dan ir-rigward, ta' min wieħed jinnota wkoll li l-kummenti tal-parti kienu pprovduti sal-iskadenza u ma saret ebda talba għal estensjoni tad-data tal-iskadenza. Barra minn hekk, b'kunsiderazzjoni għall-obbligu tagħha li tħares il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali kollha li abbażi tagħhom hija kellha l-intenzjoni li tipproponi l-impożizzjoni ta' miżuri definittivi. B'mod aktar partikolari, ir-rispett għad-drittijiet tad-difiża ma jirrikjedix li ċifri tal-bejgħ speċifiċi għal kumpanija jew allowances li jingħataw lil kumpaniji inklużi fil-kampjun, użati biex ikunu stabbiliti marġni individwali ta' dumping, għandhom ikunu kkomunikati lil parti li għaliha ma ġie kkalkulat ebda marġni individwali.

(16)

Minn dak li għidna sa issa jirriżulta li l-ilment li d-drittijiet tad-difiża ma kinux irrispettati huwa mingħajr bażi u għaldaqstant huwa miċħud.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Introduzzjoni

(17)

Kif stipulat fil-premessa 24 u l-premessi 56 u 57 tar-Regolament provviżorju, il-prodott ikkonċernat kif definit provviżorjament huwa oġġett taċ-ċeramika li jintuża fuq il-mejda u fil-kċina minbarra skieken taċ-ċeramika (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 6911 10 00, ex 6912 00 10, ex 6912 00 30, ex 6912 00 50 u ex 6912 00 90 u joriġina mir-Repubblika Popolari tar-RPĊ.

2.2.   Talbiet

(18)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, ebda parti ma kkontestat li skieken taċ-ċeramika (tal-kċina) kienu fundamentalment differenti minn tipi oħra ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda jew fil-kċina minħabba differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, proċessi ta' produzzjoni u użi aħħarija. Wara li kienu analizzati l-kummenti kollha mill-partijiet, it-talba li s-skieken taċ-ċeramika jkunu esklużi mill-ambitu tal-prodott ta' din l-investigazzjoni hija aċċettata b'mod definittiv.

(19)

Wara pubblikazzjoni ta' miżuri provviżorji, diversi partijiet talbu li ċerti oġġetti taċ-ċeramika li jaħżnu kondiment jew imtieħen żgħar tal-ħwawar u l-partijiet taċ-ċeramika tagħhom li jitħnu, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott.

(20)

Din it-talba hija bbażata fuq l-allegazzjoni li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, tali mtieħen u tipi oħra ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina ma jistgħux jitqiesu bħala li jifformaw prodott wieħed. Tali mtieħen għandhom materjal taċ-ċeramika magħmul minn alumina għall-platt tat-tħin li ma jintużax għall-oġġetti taċ-ċeramika “standard” li jintużaw fuq il-mejda bħall-kikkri u platti u li t-tisjir tagħhom isir f'temperaturi ogħla. Il-grad ta’ interkambjabilità tagħhom mal-kateogiriji ewlenin tal-prodott taħt investigazzjoni sejjer ikun limitat. Dan japplika wkoll għal mekkaniżmi taċ-ċeramika tat-tħin mingħajr ebda qafas li normalment huma ddikjarati taħt il-kodiċijiet imsemmija hawn fuq.

(21)

L-investigazzjoni wriet li l-element taċ-ċeramika f'dawn l-imtieħen normalment jirrappreżenta parti żgħira mill-mitħna. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-imtieħen li għandhom platt tat-tħin taċ-ċeramika, inklużi l-partijiet tat-tħin tagħhom taċ-ċeramika, ma kellhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi u użi bażiċi bħall-oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina. Il-forma, is-saħħa u d-disinn tal-partijiet taċ-ċeramika li jitħnu huma differenti mill-oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina.

(22)

Xi partijiet issottomettew li l-imtieħen inkwistjoni għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-prodott fuq il-bażi li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, disinn industrijali u użu aħħari bħala mtieħen b'mekkaniżmi ta' tħin tal-metall u li meta jkunu inklużi f'ċertu settijiet ta' mtieħen, normalment jiġu kklassifikati taħt l-intestatura tariffarja 8210. Huma sostnew ukoll li f'dawn iċ-ċirkustanzi, l-elementi taċ-ċeramika ġeneralment jirrappreżentaw sa 2 % tal-valur tal-prodott. Madankollu, minħabba d-diversi possibbiltajiet ta' klassifikazzjoni ta' mtieħen u settijiet ta' mtieħen, l-investigazzjoni ma setgħetx iżżomm dawn l-argumenti biex tiddetermina jekk l-imtieħen taċ-ċeramika għandhomx jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni.

(23)

Diversi partijiet sostnew it-talba tagħhom li l-imtieħen inkwistjoni għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott fuq il-bażi li għal ċertu mtieħen, bħall imtieħen tal-melħ, ikun meħtieġ li jintużaw platti tat-tħin taċ-ċeramika iktar milli tal-metall, peress li l-melħ jikkorrodi l-imtieħen tal-metall. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-imtieħen tal-melħ mhux neċessarjament jużaw mekkaniżmi li jitħnu taċ-ċeramika.

(24)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi ta' hawn fuq, l-investigazzjoni kkonkludiet li l-imtieħen tal-kondimenti u tal-ħwawar b'elementi li jitħnu taċ-ċeramika huma fundamentalment differenti minn tipi oħra ta' ċeramika użata għal oġġetti li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina minħabba d-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi bażiċi u minħabba l-użi tal-materjal taċ-ċeramika użat għall-partijiet tal-mekkaniżmu. Għaldaqstant, it-talba sabiex jiġu esklużi, inklużi mekkaniżmi indipendenti li jitħnu taċ-ċeramika u l-partijiet tagħhom, mill-ambitu tal-prodott ta' din l-investigazzjoni, hija aċċettata.

(25)

Wara l-pubblikazzjoni ta' miżuri provviżorji, xi partijiet talbu li senniena tas-skieken taċ-ċeramika għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott minħabba differenzi fil-proċessi ta' produzzjoni, użu aħħari u l-fatt li dawn l-oġġetti mhumiex immirati biex iżommu prodott tal-ikel minħabba d-disinn speċifiku u l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom. L-investigazzjoni kkonfermat dawn il-punti. Għaldaqstant, it-talba sabiex dawn l-oġġetti jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni ġiet aċċettata.

(26)

Fl-istess waqt, kien investigat ukoll jekk għodod li jqaxxru l-frott u l-ħaxix magħmula miċ-ċeramika għandhomx jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. Tabilħaqq, l-investigazzjoni kkonfermat li għodod li jqaxxru l-frott u l-ħaxix magħmula miċ-ċeramika, huma fundamentalment differenti minn tipi oħra ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina minħabba d-differenzi fid-disinn u l-karatteristiċi fiżiċi (forma u saħħa) tal-materjal taċ-ċeramika użat għall-partijiet tal-mekkaniżmu, fil-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u l-użu aħħari. Għodod li jqaxxru l-frott u l-ħaxix magħmula miċ-ċeramika, għaldaqstant għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-prodott ta' din l-investigazzjoni

(27)

Wara l-pubblikazzjoni ta' miżuri provviżorji, parti talbet ukoll li ġebel tal-pizza magħmul minn ċeramika cordierite għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott minħabba l-karatteristiċi fiżiċi speċifiċi tiegħu (forma u ebusija), disinn industrijali u użu. Ċeramika cordierite hija tip ta' alumina magnesia silicate b'karatteristiċi speċifiċi, jiġifieri reżistenza eċċellenti għal xokkijiet termali. L-investigazzjoni kkonfermat li ġebel tal-pizza magħmul minn ċeramika cordierite għandu l-istess karatteristiċi (forma u ebusija), disinn industrijali u użu bħall-briks għall-fuklari ta' bajla jew il-fran. Konsegwentement, huma differenti minn oġġetti taċ-ċeramika oħra li jintużaw fuq il-mejda jew fil-kċina. Waqt id-divulgazzjoni finali, il-kwerelanti nnutaw is-similarità tal-ġebel tal-pizza magħmul minn ċeramika cordierite kif imqabbel ma' prodotti oħra koperti mill-proċediment. Madankollu ma setgħux juru li l-ġebel tal-pizza magħmul miċ-ċeramika cordierite għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi u użi aħħarija. Għaldaqstant, it-talba sabiex dawn l-oġġetti jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni ġiet aċċettata.

(28)

Wara l-pubblikazzjoni ta' miżuri provviżorji, assoċjazzjoni Olandiża talbet li oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda jew fil-kċina, li għandhom jintużaw bħala prodotti promozzjonali għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott fuq il-bażi li mhumiex mibjugħa biex jintużaw fuq il-mejda jew fil-kċina, li huma katalizzatur ekonomiku importanti għas-settur tal-bejgħ bl-imnut, li huma apprezzati ħafna mill-konsumaturi u li produtturi mir-RPĊ biss jistgħu joffru l-kwantitajiet meħtieġa f'perjodu qasir. It-talba sabiex oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina, li se jintużaw bħala prodotti promozzjonali jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott ta' din l-investigazzjoni, ma tistax madanakollu tiġi aċċettata minħabba li l-karatteristiċi fiżiċi, il-proċessi ta' produzzjoni u l-użu aħħari huma l-istess bħal dawk ta' tipi oħra ta' ċeramika li tintuża fuq il-mejda u fil-kċina.

(29)

Wara li kienu ppubblikati miżuri provviżorji u għal darb'oħra wara d-divulgazzjoni finali, importatur u bejjiegħ bl-imnut Ġermaniż u produttur esportatur Ċiniż li kkoopera talbu li prodotti tal-ġebel miksija b'taħlita speċjali tat-tip tal-proċess tal-istampar bis-sublimazzjoni u li għalihom il-kisi ta' sublimazzjoni jista' jitneħħa billi jinbarax b'mod mekkaniku, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott peress li huma prodotti mhux kompluti għal kollox (semi-finished) u li l-photofinishing tagħhom fl-Unjoni jsir permezz ta' kanali speċifiċi, minħabba l-perspettiva differenti tal-konsumaturi, il-fatt li l-kisja ta' sublimazzjoni taqbeż il-valur tal-oġġetti taċ-ċeramika mhux miksija u l-ineżistenza ta' produtturi tal-Unjoni ta' dan it-tip ta' prodott. L-investigazzjoni żvelat li l-prodott huwa viżibbilment identiku għal prodotti oħra li jintużaw fuq il-mejda mingħajr sublimazzjoni, u li għaldaqstant, diffiċli li ssir distinzjoni bejniethom, jekk hemm. L-investigazzjoni wriet ukoll li dawn il-prodotti normalment għandhom l-istess użu aħħari bħat-tipi l-oħra ta' prodotti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda. L-investigazzjoni sabet ukoll li bosta produtturi tal-Unjoni jimmanifatturaw dawn il-prodotti u li l-prodotti importati u dawk magħmula fl-Unjoni huma f’kompetizzjoni diretta. Fl-isfond ta' dak li ntqal, it-talba biex jiġu esklużi prodotti tal-ġebel miksija tat-tip għall-proċess tal-istampar bis-sublimazzjoni, hija miċħuda.

(30)

Wara l-pubblikazzjoni ta' miżuri provviżorji u għal darb'oħra wara d-divulgazzjoni finali, l-importatur li kien talab l-esklużjoni ta' prodotti li jintużaw fuq il-mejda figurattivi u mpittra bl-idejn qabel ma jingħata l-verniċ mill-ambitu tal-prodott, allega li l-analiżi provviżorja tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward kienet żbaljata minħabba li injorat l-eżistenza ta' segmenti tas-suq, id-differenzi fil-kwalità bejn it-tipi differenti ta' prodotti li jintużaw fuq il-mejda, in-natura lussuża u iktar fraġli ta' prodotti li jintużaw fuq il-mejda figurattivi u mpittra bl-idejn qabel ma jingħata l-verniċ u l-interkambjalità limitata bħala konsegwenza tal-perċezzjoni relatata tal-konsumatur. Huwa allega wkoll li prodotti li jintużaw fuq il-mejda figurattivi u mpittra bl-idejn qabel ma jingħata l-verniċ, jistgħu jintużaw ukoll bħala dekorazzjoni.

(31)

Fir-rigward tat-talbiet dwar id-differenzi fil-kwalità bejn it-tipi differenti ta' prodotti li jintużaw fuq il-mejda u prodotti li jintużaw fuq il-mejda figurattivi u mpittra bl-idejn qabel ma jingħata l-verniċ, dawn il-karatteristiċi mhumiex speċifiċi għal prodotti li jintużaw fuq il-mejda figurattivi u mpittra bl-idejn qabel ma jingħata l-verniċ. Barra minn hekk, fir-rigward ta' interkambjalità limitata bħala konsegwenza ta' perċezzjoni relatata tal-konsumatur, ma tqajjem ebda argument ġdid li jbiddel il-konklużjoni tal-premessa 45 tar-Regolament provviżorju li l-konsumatur medju ma jagħmilx differenza bejn prodotti li jintużaw fuq il-mejda figurattivi u mpittra bl-idejn qabel ma jingħata l-verniċ u tipi oħra ta' prodotti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kienet analizzat l-eżistenza ta' segmenti tas-suq fil-premessi 157 sa 158 tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant dawn l-argumenti ma jistgħux ireġġgħu lura l-konklużjonijiet tal-premessa 45 tar-Regolament provviżorju.

(32)

It-talba mressqa fil-premessa 50 tar-Regolament provviżorju kienet elaborata iktar wara l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji. Dawn it-talbiet kienu mtennija wara d-divulgazzjoni definittiva. L-importatur bi produzzjoni fir-RPĊ talab li prodotti li jintużaw fuq il-mejda/fil-kċina li l-wiċċ tagħhom huwa 100 % miksi għal kollox bil-verniċ jew bl-enemel minbarra l-qiegħ jew parti minnu, u fejn 100 % mill-wiċċ huwa miksi bil-verniċ jew l-enemel huwa kkulurit b'kulur li mhux abjad, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. It-talba kienet analizzata kif dovut u l-investigazzjoni wriet li l-karatteristiċi fiżiċi, il-proċessi tal-produzzjoni u l-użi aħħarija ta' dawn il-prodotti huma l-istess bħal dawk ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li huma miksija bil-verniċ jew bl-enemel. Għalhekk, it-talba ġiet definittivament miċħuda.

(33)

Ic-CCCLA insistiet li l-porċellana fina għandha tiġi eskluża mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni abbażi tal-lussu u l-fraġilità tal-prodott li għandu saħħa mekkanika baxxa u kkontestat ukoll jekk hijiex reżistenti milli tixxellef. Madankollu huwa nnutat li s-CCCLA stess preċedentement issottomettiet li l-porċellana fina kellha saħħa mekkanika għolja u kienet reżistenti milli tixxellef. Dawn id-dikjarazzjonijiet kontradittorji ċertament dgħajfu t-talbiet tas-CCCLA. Fi kwalunkwe każ, l-argumenti mqajma ma jibdlux il-konklużjonijiet imqassra fil-premessa 28 tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant, it-talba għall-esklużjoni tal-porċellana fina mill-ambitu tal-prodott hija għaldaqstant ċertament miċħuda.

(34)

L-istess parti tenniet li l-porċellana li ddum isservi għandha tiġi eskluża mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. Hija lmentat li d-dikjarazzjoni li ma fihiex karatteristiċi mhux ikkontestati mhix vera, u li kienet b'saħħitha ħafna minħabba kontenut ta' iktar minn 24 % ta' tafal u aluminju u mbagħad ikkontestat il-kapaċità ta' manifattura tal-Unjoni għal dan il-prodott. Madankollu, is-sottomissjonijiet differenti dwar porċellana li sservi ħafna huma kontradittorji fir-rigward pereżempju tal-proporzjonijiet tal-materja prima u l-kontenut tat-trab tal-alumina. Madanakollu, ma kienx ikkontestat li l-porċellana li sservi kienet manifatturata wkoll fl-Unjoni u li l-produtturi fir-RPĊ pproduċew porċellana sostenibbli li kienet f'kompetizzjoni diretta mal-porċellana li sservi manifatturata fl-Unjoni kif ukoll ma' prodotti oħra koperti mill-investigazzjoni. Għaldaqstant it-talba biex il-porċellana li sservi tiġi eskluża hija definittivament miċħuda.

(35)

It-tipi kollha ta' prodotti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda jew fil-kċina jistgħu jkunu meqjusa bħala tipi differenti tal-istess prodott. Għaldaqstant, it-talba li saret wara d-divulgazzjoni provviżorja u għal darb'oħra wara d-divulgazzjoni finali li l-investigazzjoni tkopri firxa kbira ta' prodotti simili u li konsegwentement ikun meħtieġ li jsiru analiżi separati dwar il-pożizzjoni, id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni għal kull segment tal-prodott, instab li hija bla bażi. Parti li lmentat li l-ambitu tal-prodott huwa wiesa' wisq, ressqet paragun ta' prodotti b'livelli differenti ta' dekorazzjoni, iżda d-dikjarazzjonijiet tagħha rigward l-użu aħħari (f'każ minnhom għall-ġnien u għat-tfal, u f'każ ieħor għal dekorazzjoni) huma diskutibbli minħabba li ma hemmx distinzjoni ċara u dawk id-dikjarazzjonijiet jistgħu jidhru iktar bħala konferma tal-punt li sar fil-premessa 55 tar-Regolament provviżorju. Għandu jkun innutat ukoll li importatur bi produzzjoni fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina issottometta li iktar minn 99 % tal-prodotti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li jinbiegħu fl-Unjoni kienu b'mod predominanti jew esklussiv bojod. Xi partijiet ikkontestaw il-premessa 58 tar-Regolament provviżorju fuq il-bażi li fil-kuntest tal-investigazzjoni, l-istituzzjonijiet ma wettqu ebda test dwar jekk ċertu merkanzija kinetx adattata għall-kummerċ ħieles fl-Unjoni. Madankollu, dan il-fatt ma' jtellifx il-konklużjoni tal-premessa 63 tar-Regolament provviżorju.

2.3.   Konklużjoni

(36)

Fl-isfond ta' dak li ntqal sa issa, l-ambitu tal-prodott huwa definit b'mod definittiv bħala oġġett taċ-ċeramika li jintuża fuq il-mejda u fil-kċina minbarra skieken taċ-ċeramika, oġġetti taċ-ċeramika li jaħżnu kondiment jew imtieħen żgħar tal-ħwawar u l-partijiet taċ-ċeramika tagħhom li jitħnu, għodod li jqaxxru l-frott u l-ħaxix magħmula miċ-ċeramika, senniena tas-skieken taċ-ċeramika, ġebel tal-pizza taċ-ċeramika cordierite tat-tip użat għall-ħami tal-pizza jew il-ħobż, li joriġina mir-RPĊ, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 6911 10 00, ex 6912 00 10, ex 6912 00 30, ex 6912 00 50 u ex 6912 00 90

(37)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, id-determinazzjonijiet kollha fil-premessi 24 sa 63 tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Trattament tal-Ekonomija tas-Suq (Market Economy Treatment (MET))

(38)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, esportatur produttur, produttur mill-Unjoni u importatur wieħed ilmentaw li d-determinazzjoni tal-MET saret barra miż-żmien jiġifieri, wara l-perjodu ta' tliet xhur stabbilit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u li għaldaqstant l-investigazzjoni għandha tkun itterminata mingħajr impożizzjoni ta' kwalunkwe miżuri antidumping. Dan l-ilment b'relazzjoni għad-determinazzjoni tal-MET diġà kien sar fl-istadju provviżorju u kien miċħud mill-Kummissjoni fil-premessi 72 u 73 tar-Regolament provviżorju. Wara d-divulgazzjoni finali, ħames produtturi esportaturi oħra ressqu lment simili. Bħala sostenn għal dak l-ilment huma bbażaw fuq is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każijiet Brosmann and Aokang Shoes (4).

(39)

L-ewwelnett huwa mfakkar li l-kawżi Brosmann u Aokang Shoes mhumiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-legalità tal-analiżi tal-MET fl-investigazzjoni kurrenti peress li dawk il-każijiet, għall-kuntrarju ta' din l-investigazzjoni, jirrelataw ma' sitwazzjonijiet fejn il-valutazzjonijiet MET totalment ma sarux.

(40)

Barra minn hekk, il-kawżi Brosmann u Aokang Shoes mhumiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-legalità tal-investigazzjoni inkwistjoni, fid-dawl tal-fatt li r-Regolament bażiku sadanittant ġie emendat (5). Fi kwalunkwe eventwalità, l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, kif emendat, jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tagħmel determinazzjonijiet tal-MET biss fir-rigward ta' kumpaniji inklużi fil-kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku u li għandha tagħmel tali determinazzjoni fi żmien seba' xhur minn, imma fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, huwa applikabbli għall-investigazzjonijiet ġodda u pendenti kollha mill-15 ta' Diċembru 2012, inkluż għaldaqstant dik attwali.

(41)

Fi kwalunkwe każ, l-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza li ma jkunx hemm ksur per se tad-dritt għal determinazzjoni tal-MET minkejja l-fatt li l-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur ma kienx rispettat, għandha tinżamm. Għalhekk, il-konklużjoni fil-premessa (73) tar-Regolament provviżorju għandha tinżamm.

(42)

Minħabba n-numru kbir ta' lmenti tal-MET li waslu u l-bżonn ta' dak iż-żmien li jitwettqu diversi żjarat ta' verifika biex dawk l-ilmenti jiġu eżaminati, id-determinazzjoni tal-MET ma saritx fi żmien seba' xhur. Madankollu, id-determinazzjonijiet saru fi żmien tmien xhur mid-data tal-bidu kif rikjest mir-Regolament bażiku, kif emendat bir-Regolament 1168/2012. L-allegazzjoni li kwalunkwe dritt f'dan ir-rigward tneħħa b'effett retroattiv mhux iġġustifikat kif spjegat hawn fuq.

(43)

Fl-isfond ta' dak li ntqal, it-talba li l-investigazzjoni antidumping għandha tiġi tterminata mingħajr impożizzjoni ta' kwalunkwe miżura antidumping, minħabba li ma saritx determinazzjoni tal-MET fi żmien tliet xhur, hija miċħuda.

(44)

Barra minn hekk, produttur esportatur wieħed li mhux parti mill-kampjun li ma weriex li għandu sett ċar ta' rekords tal-kontabbiltà li kienu awditjati b'mod indipendenti f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u li għaldaqstant li kellu t-talba MET tiegħu miċħuda, sostna l-ilment li l-allegati żbalji ta' kontabbiltà, jekk kien hemm, li abbażi tagħhom it-talba tiegħu ġiet miċħuda, ma kinux materjali u li għaldastant, id-deċiżjoni li MET tiġi miċħuda kienet sproporzjonata u tikser il-prinċipju tal-proporzjonalità. Wara d-divulgazzjoni finali dan il-produttur esportatur tenna l-ilment tiegħu iżda ma ressaq ebda argument ġdid.

(45)

L-argumenti dwar is-severità tar-rekords tal-kontabbiltà huma essenzjalment identiċi għal dawk li saru matul l-investigazzjoni MET u li ġew miċħuda mill-Kummissjoni qabel id-determinazzjoni tal-MET. Minkejja dan, fir-rigward tal-argument li ċ-ċaħda tal-konċessjoni tal-MET tikser il-prinċipju tal-proporzjonalità, għandu jiġi mfakkar li l-kriterji MET stipulati fl-Artiolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku huma kumulattivi u sakemm ma jkunux kollha ssodisfati, il-MET legalment ma tistax tingħata. Barra minn hekk, minħabba li l-piż tal-prova qiegħed fuq il-kumpanija li titlob MET u l-kumpanija naqset milli turi li kellha sett ċar ta' kontijiet, l-unika għażla disponibbli għall-Kummissjoni kienet li tiċħad il-MET. Għaldaqstant, id-deċiżjoni li tiġi miċħuda MET ma tistax tkun ikkunsidrata li qed tikser il-prinċipju tal-proporzjonalità. Fi kwalunkwe każ, skont l-Artikolu 2(7)(d) tar-Regolament bażiku, kif emendat bir-Regolament 1168/2012 (6) meta l-Kummissjoni tkun illimitat l-analiżi tagħha bl-użu ta' kampjuni, determinazzjoni dwar MET għandha tkun limitata għall-partijiet inklużi fil-kampjun.

3.2.   Trattament Individwali (‘TI’)

(46)

Wieħed għandu jiftakar li għalkemm 16-il produttur/esportatur talbu TI, l-ilmenti li waslu mill-kumpaniji fil-kampjun kienu eżaminati skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku u kienu sussegwentement aċċettati. Mill-11-il importatur esportatur li fadal, seba' talbu analiżi individwali.

(47)

Skont l-Artikoli 9(5) u 9(6) tar-Regolament bażiku, id-dazji individwali għandhom jiġu applikati għall-importazzjonijiet mingħand kull esportatur jew produttur li se jingħata eżami individwali, kif previsti fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, l-erba' kumpaniji li talbu Trattament Individwali iżda mhux analiżi individwali ma setgħux jingħataw dazji individwali.

(48)

Produttur esportatur wieħed ilmenta li kien issottometta l-informazzjoni kollha meħtieġa sal-iskadenzi u għaldaqstant għandu jkollu t-talba għal TI tiegħu eżaminata u marġni individwali stabbilit skont id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Brosmann  (7).

(49)

Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Minħabba li l-kumpanija inkwistjoni ma kinetx inkluża fil-kampjun, it-talba tagħha għal Trattament Individwali tista' tkun valutata biss fil-kuntest ta' analiżi individwali, jekk issir waħda skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

(50)

Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor dwar l-IT, il-premessi minn 79 sa 81 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.3.   Analiżi Individwali (Individual Examination (IE))

(51)

Ġew sottomessi talbiet għal analiżi individwali skont l-Artiklu 17(3) tar-Regolament bażiku minn seba' importaturi esportaturi, li jkopru għaxar entitajiet legali. Kif spjegat fil-premessi 82 u 83 tar-Regolament provviżorju, ma ttieħdet ebda deċiżjoni fir-rigward ta' dawn it-talbiet fl-istadju tal-miżuri provviżorji.

(52)

Fil-21 ta' Diċembru 2012 il-produtturi esportaturi kienu infurmati li t-talbiet tagħhom għal analiżi individwali ma setgħux jiġu aċċettati peress li jkunu ta' piż żejjed u jevitaw it-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin dovut.

(53)

Produttur esportatur wieħed talab li, skont l-Artiklu 17(3) tar-Regolament bażiku, analiżi individwali hija dritt statutorju u li ċ-ċaħda tal-Kummissjoni li tanalizza individwalment mhix iġġustifikata peress li la n-numru ta' kumpaniji u lanqas l-analiżi meħtieġa ma jkunu, skont ir-riżorsi tal-Kummissjoni, ta' piż żejjed jew jipprevjenu t-tlestija tal-investigazzjoni fiż-żmien dovut. Wara d-divulgazzjoni dan l-ilment reġa' ġie mtenni, iżda ma tressaq ebda argument ulterjuri.

(54)

Id-deċiżjoni dwar jekk jiġux aċċettati jew le analiżijiet individwali jittieħdu fuq bażi ta' każ b'każ, filwaqt li jitqies l-għadd ta’ pretensjonijiet imressqa u ż-żmien disponibbli biex jiġu vvalutati dawn il-pretensjonijiet. F'dan il-każ, wieħed għandu jiftakar li l-Kummissjoni kienet legalment obbligata li twettaq analiżijiet MET f'16-il entità legali fir-RPĊ, inklużi kumpaniji mhux magħżula fil-kampjun. Meta wieħed iqis il-limitazzjonijiet taż-żmien imposti mill-iskadenzi proċedurali ġuridiċi, ebda analiżi individwali ma tista' titwettaq qabel is-sejbiet provviżorji. Fid-dawl taż-żmien limitat disponibbli minn dakinhar 'il quddiem, u b'kunsiderazzjoni għall-għadd ta' pretensjonijiet imressqa u r-riżorsi limitati disponibbli għas-servizzi responsabbli għall-investigazzjonijiet antidumping tal-Kummissjoni, ġie konkluż li f'dan il-każ, analiżi individwali tkun ta' piż żejjed.

3.4.   Valur Normali

3.4.1.   Għażla ta' pajjiż analogu

(55)

Wara l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji, kienet eżaminata iktar l-għażla ta' pajjiż analogu xieraq. F'dan il-kuntest, twettqet żjara ta' verifika fil-bini tal-produttur/esportatur mit-Tajlandja li kien issottometta kwestjonarju mwieġeb, kif imsemmi fil-premessa 87 tar-Regolament provviżorju. Wara li l-informazzjoni li waslet kienet analizzata u vverifikata mill-produttur li kkoopera fit-Tajlandja, ġie madanakollu konkluż li l-produttur mit-Tajlandja ma setax jipprovdi dejta b'livell ta' dettall suffiċjenti rigward it-tipi ta' prodotti mibjugħa fis-suq domestiku. Għalhekk ġie kkunsidrat li l-Brażil għandu jinżamm bħala l-iktar pajjiż analogu xieraq.

(56)

Minkejja dan, l-informazzjoni miksuba mit-Tajlandja serviet biex ikunu appoġġjati s-sejbiet li saru fil-Brażil, speċjalment il-livell ta' differenza fil-prezz bejn prodotti tad-ditta u prodotti mingħajr ditta (ara l-premessa 91 iktar 'l isfel).

(57)

Wara d-divulgazzjoni finali, assoċjazzjoni industrijali waħda ressqet u kkontestat l-għażla tal-Brażil bħala pajjiż analogu xieraq. Essenzjalment hija argumentat li l-unika raġuni għalfejn intgħażel il-Brażil jidher li hija bbażata fuq il-fatt li ebda pajjiż ieħor ma kien xieraq. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Jirriżulta b'mod ċar mill-premessi 84 sa 88 tar-Regolament provviżorju li l-Brażil kien meqjus bħala pajjiż analogu xieraq abbażi tas-sitwazzjoni fattwali tas-suq domestiku. Il-fatt li l-Kummissjoni wara miżuri provviżorji kompliet tanalizza wkoll pajjiżi analogi potenzjali, ma jwassalx għall-konklużjoni li l-Brażil mhux għażla xierqa.

(58)

Fl-isfond ta' dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor dwar is-sustanza fl-għażla tal-Brażil bħala l-pajjiż analogu xieraq, il-premessi 84 sa 88 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.4.2.   Id-determinazzjoni tal-valur normali

(59)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, diversi partijiet interessati lmentaw li d-determinazzjoni tal-valur normali kienet żbaljata peress li allegatament ma ġietx stabbilita għall-bejgħ ta' prodotti simili fil-Brażil u għaldaqstant wasslet għal riżultati mgħawġa u inġusti b'mod partikolari fir-rigward ta' prodotti tal-ġebel u tipi oħra ta' prodotti li ma kinux manifatturati u mibjugħa fil-pajjiż analogu. Xi produtturi esportaturi argumentaw ukoll li l-metodoloġija għall-istabbiliment tal-valur normali kostruwit, imsemmi fil-premessa 94 tar-Regolament provviżorju, ma kenitx divulgata kif xieraq.

(60)

Il-kummenti li waslu wara d-divulgazzjoni provviżorja juru li l-metodoloġija użata għad-determinazzjoni tal-valur normali ma kenitx ċara għalkollox għal xi partijiet interessati. Sabiex ikunu indirizzati dawn il-kummenti, qed jiġi spjegat b'mod ulterjuri li l-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valur normali hija din li ġejja.

(61)

Fid-dawl tal-fatt li t-talbiet kollha għal MET ġew miċħuda, il-valur normali għall-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun li joriġinaw mill-RPĊ, ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(62)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ tal-prodott simili fil-Brażil lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv. Il-bejgħ tal-prodott simili mill-produttur Brażiljan li kkoopera nstab li kien sar fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku Brażiljan meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. F'dan ir-rigward, wieħed għandu jiftakar li skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku, it-terminu “prodott simili” jfisser prodott li jkun identiku, jiġifieri, l-istess f'kull aspett, bħall-prodott taħt kunsiderazzjoni, jew fin-nuqqas ta' prodott bħal dan, prodott ieħor li għalkemm ma jkunx l-istess f'kull aspett, ikollu karatteristiċi li jixbhu mill-qrib dawk tal-prodott ikkunsidrat.

(63)

Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat jekk dan il-bejgħ jistax jitqies bħala li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ tqiesu bħala profittabbli fejn il-prezz tal-unità kien ekwivalenti għall-ispiża tal-produzzjoni, jew ogħla minnha. B’hekk ġiet stabbilita l-ispiża tal-produzzjoni tal-produttur Brażiljan li kkoopera.

(64)

Din l-analiżi wriet li għat-tipi kollha ta' prodotti, iktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ fis-suq domestiku, kien ogħla mill-ispejjeż u li l-prezz medju ppiżat tal-bejgħ għat-tipi kollha kien ekwivalenti għal jew ogħla mill-ispejjeż tal-unità tal-produzzjoni.

(65)

Għaldaqstant, il-valur normali, skont it-tip tal-prodott kien ikkalkulat bħala l-medja ppiżata tal-prezzijiet domestiċi attwali tal-bejgħ kollu, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ kienx profittabbli jew le. Jirriżulta li għall-kuntrarju ta' dak li kien indikat fil-premessa 94 tar-Regolament provviżorju, ma ġie stabbilit ebda valur normali kostruwit għall-bejgħ mhux profittabbli.

3.4.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(66)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment rigward il-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-premessa (95) tar-Regolament provviżorju qiegħda b’dan tiġi kkonfermata.

3.4.4.   Paragun

(67)

Wara d-divulgazzjonijiet provviżorji, diversi partijiet interessati talbu li, b'mod ġenerali, il-metodoloġija użata għall-paragun tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni kienet żbaljata peress li ma qabblitx prodotti simili u li l-bażi li fuqha saru l-aġġustamenti ma kinetx spjegata biżżejjed. B'mod partikolari, produttur esportatur wieħed talab li għall-prodotti tal-ġebel, li ma kinux manifatturati u mibjugħa mill-produttur analogu, il-Kummissjoni kellha tqabbel il-prezz tal-esportazzjoni mal-prezz domestiku għall-prodotti tal-fuħħar, aġġustat kif xieraq iktar milli toħloq valur normali. Barra minn hekk, diversi produtturi esportaturi argumentaw li għal diversi tipi ta' prodotti oħra, li kienu manifatturati u mibjugħa minn produtturi esportaturi, paragun bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-prezz medju għal kull kilo għal tip ta' prodott ġeneriku mibjugħ fil-Brażil ibbażat biss fuq it-tip tal-materjal taċ-ċeramika użat, b'mod inevitabbli wassal għal paragun bejn prodotti li mhumiex l-istess u għaldaqstant għal riżultat żbaljat. Barra minn hekk, produttur esportatur ilmenta li l-aġġustament tal-marka kummerċjali skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament Bażiku kien sottovalutat filwaqt li produttur esportatur ieħor ilmenta li l-livell ta' dak l-aġġustament ma kien ibbażat fuq ebda dejta affidabbli jew sostanzjata u għaldaqstant mhux iġġustifikat. L-istess produttur esportatur argumenta wkoll li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu għandhom jiġu aġġustati għal differenza fil-kwantitajiet mibjugħa f'livelli differenti ta' kummerċ. Fl-aħħar nett, diversi partijiet interessati lmentaw li l-metodoloġija użata għall-aġġustamenti għal differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi ma għandhiex bażi soda u mhux ċar abbażi ta' liema dejta saru dawn l-aġġustamenti.

(68)

Fl-isfond tal-kummenti li waslu, il-metodoloġija użata għall-ipparagunar tal-prezzijiet u l-aġġustamenti għall-finijiet tal-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku ġew riveduti. B'mod partikolari, għall-prodotti li fl-istadju provviżorju kienu mqabbla abbażi tal-prezz medju kull kilo għall prodott ġeneriku bbażat biss fuq il-materjal taċ-ċeramika użat, il-paragun sar mal-iktar prodott li jixxiebah (ara l-premessa 77 iktar 'l isfel), li ppermettiet paragun tal-prezzijiet iktar preċiż u ġust.

(69)

Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ kif joħorġu mill-fabbrika. Il-marġini tad-dumping ġew stabbiliti permezz ta’ tqabbil tal-prezzijiet individwali kif joħorġu mill-fabbrika tal-esportaturi inklużi fil-kampjun mal-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi tal-produttur analogu tal-istess prodott. Xi tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni madanakollu kkonċernaw tipi ta' prodotti atipiċi, bħal ċrieki tas-srievet, “rests” għall-iskieken u “teapot stands”, li għalihom ma kienx possibbli li jkun żgurat tqabbil ġust. Għaldaqstant, anke jekk wieħed jikkunsidra li dawn it-tranżazzjonijiet kienu negliġibbli peress li kumplessivament ammontaw biss għal inqas minn 0,5 % tal-volumi esportati, ġew esklużi.

(70)

Għall-fini li jsir tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saru l-konċessjonijiet dovuti f’forma ta’ aġġustamenti għal differenzi li jaffettwaw il-prezz u l-possibbiltà tat-tqabbil tal-prezz skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. L-aġġustamenti saru, fejn xieraq, fir-rigward tad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi tal-livell ta’ kummerċ, u għal fatturi oħrajn li jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezzijiet, b’mod partikolari l-marki kummerċjali.

(71)

L-ewwel, ġie eżaminat jekk kienx ġustifikat aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi.

(72)

F'każijiet fejn il-valur normali ġie determinat abbażi tal-iktar prodott li jixxiebah (ara l-premessa 68 iktar 'il fuq), sar aġġustament għal differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi sabiex tkun żgurata komparabbiltà ġusta tal-prezzijiet bejn l-istess prodotti.

(73)

Fir-rigward ta' prodotti tal-ġebel, il-prezz tal-esportazzjoni kien imqabbel mal-prezz tal-bejgħ domestiku tal-iktar prodott li jixxiebah manifatturat u mibjugħ fil-pajjiż analogu, jiġifieri l-prezz tal-bejgħ ta' prodotti tal-fuħħar minflok tal-ġebel iżda li huma identiċi fl-aspetti oħrajn kollha, kif aġġustati 'l fuq b'5 % biex jirriflettu d-differenza fil-prezz bejn il-prodotti tal-ġebel u l-prodotti tal-fuħħar.

(74)

Produttur esportatur jgħid li kemm l-ispejjeż tal-produzzjoni kif ukoll il-prezz tal-bejgħ lill-konsumatur għall-prodotti tal-fuħħar huma ogħla milli għall-prodotti tal-ġebel. Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni għall-prodotti tal-ġebel tiegħu kellu jiġi aġġustat 'l isfel mhux 'il fuq. B'sostenn għal din id-dikjarazzjoni, il-produttur esportatur essenzjalment jiddependi fuq l-istimi tiegħu stess tal-ispejjeż tal-produzzjoni ta' prodotti tal-fuħħar u tal-ġebel rispettivament, u fuq estratt minn lista ta' prezzijiet li tindika l-prezzijiet għall-konsumatur ta' prodotti tal-fuħħar u tal-ġebel.

(75)

Din l-informazzjoni li kienet ipprovduta tard ħafna fil-proċedimenti, u biss wara d-divulgazzjoni finali, tikkuntrasta ħafna mal-informazzjoni li ngħatat lill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni minn partijiet interessati oħra, jiġifieri l-kwerelanti, l-industrija tal-Unjoni u l-produttur fil-pajjiż analogu. Dawk il-partijiet kollha indikaw li prodotti tal-ġebel huma ta' kwalità ogħla jiġifieri jservu iktar, mill-prodotti tal-fuħħar u huma iktar għaljin biex jiġu mmanifatturati peress li l-ġebel bażikament huwa tafal li jinħema f'temperatura għolja ħafna u l-fuħħar huwa tafal li jinħema f'temperatura baxxa. Għaldaqstant, il-prodotti tal-ġebel ġeneralment jistgħu jinbiegħu bi prezz ogħla. Din l-informazzjoni hija kkorroborata iktar minn informazzjoni tas-suq disponibbli pubblikament.

(76)

Għaldaqstant għandu jkun innutat li l-produttur esportatur inkwistjoni ma jipproduċix prodotti tal-fuħħar innifishom u għaldaqstant ipprovda biss stima tal-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom. Barra minn hekk, il-lista tal-prezzijiet sottomessa ma turix b'mod konklussiv li l-prodotti tal-fuħħar huma ġeneralment iktar għaljin mill-prodotti tal-ġebel. Għalhekk, l-evidenza pprovduta mhijiex tali li turi li l-aġġustament li sar sabiex ikun hemm tqabbil ġust tal-prezzijiet bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-prodotti tal-ġebel huwa żbaljat u l-ilment għaldaqstant ġie miċħud.

(77)

Fir-rigward ta' tipi oħra ta' prodotti li għalihom it-tqabbil fl-istadju provviżorju kien ibbażat fuq il-prezz medju għal kull kilo u l-materjal taċ-ċeramika biss, il-Kummissjoni analizzat iktar it-tipi ta' prodotti kkonċernati u qabblet il-prezz tal-esportazzjoni mal-iktar prodott li jixxiebah manifatturat u mibjugħ fil-pajjiż analogu. Fejn kien hemm differenza ta' karatteristika fiżika waħda biss, pereżempju it-tip ta' verniċ jew id-dekorazzjoni, filwaqt li l-karatteristiċi bażiċi l-oħra kollha tat-tip ta' prodott kienu identiċi, il-prezz tal-bejgħ tal-iktar tip li jixxiebah kien aġġustat bid-differenza tal-prezz reali misjuba għad-differenza fil-karatteristika fiżika. Għal tipi oħra ta' prodotti, meta kien hemm iktar minn differenza fiżika waħda, il-prezz tal-esportazzjoni kien imqabbel mal-prezz medju tal-bejgħ tal-iktar prodott li jixxiebah. Għal dawn it-tipi ta' prodotti, l-iktar prodott li jixxiebah kellu diversi minn dawn il-karatteristiċi fiżiċi bażiċi jew il-karatteristiċi kollha; materjal taċ-ċeramika, tip ta' prodott, forma bażika, dekorazzjoni u verniċ.

(78)

Żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ilmentaw li,bħal ma saru aġġustamenti fil-każijiet meta karatteristika fiżika minuri waħda biss kienet differenti, għandu jsir aġġustament ukoll meta aktar minn karatteristika fiżika waħda biss tal-iktar prodott li jixxiebah tkun differenti

(79)

Għandna niftakru li fil-każijiet meta karatteristika fiżika minuri waħda kienet differenti, il-prezz tal-bejgħ tal-iktar prodott li jixxiebah, kien aġġustat biex iqis id-differenza reali tal-prezz misjuba għad-differenza inkwistjoni filwaqt li min-naħa l-oħra, fejn iktar minn karatteristika fiżika waħda kienet differenti, il-paragun sar abbażi tal-prezz medju tal-bejgħ tal-prodott b'karatteristiċi fiżiċi identiċi. Għaldaqstant, fil-każ tal-aħħar, ma kien hemm bżonn ta' ebda aġġustament fil-prezz għall-ebda differenza fiżika bejn il-prodotti li jixxiebhu peress li kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi. B'hekk, din l-allegazzjoni ma tistax tiġi milqugħa.

(80)

Wieħed mill-produtturi esportaturi msemmija hawn fuq talab ukoll aġġustamenti addizzjonali għal differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi fir-rigward tal-piż u l-bjuda tal-prodott ikkonċernat. Huwa allega li juża materja prima ta' kwalità inferjuri u li għaldaqstant, l-ispejjeż u l-prezz tal-prodotti tiegħu huma iktar baxxi milli għal prodott simili mmanifatturat fil-pajjiż analogu. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni tiegħu għandu jkun aġġustat b'ammont raġonevoli. F'dan ir-rigward, l-ewwel wieħed għandu jiftakar li l-kumpanija ma ngħatatx status ta' ekonomija tas-suq u li l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha għaldaqstant ma kinux ivverifikati. Barra minn hekk, l-allegazzjoni li l-prodotti tiegħu huma madwar 5 % itqal minn prodotti standard ma kinetx akkumpanjata minn ebda dokument verifikabbli jew ta' sostenn u għaldaqstant l-allegazzjoni ma kinetx sostanzjata. Rigward il-bjuda, peress li dan il-produttur esportatur ammetta fis-sottomissjoni tiegħu li l-prodotti tiegħu għandhom bjuda normali, naqas milli jispjega għalfejn għandu jintalab xi aġġustament f'dan ir-rigward. Għalhekk, it-talba ġiet irrifjutata.

(81)

Produttur esportatur ieħor allega li l-Kummissjoni naqset milli tqabbel xi bejgħ esportat mal-valur normali tal-iktar prodott li jixxiebah xieraq. Dawn l-esportazzjonijiet ikkonċernaw il-prodotti ddekorati permezz ta' kummerċjant mhux relatat, li allegatament kien ipprovda d-dekorazzjoni (decal) mingħajr ħlas. Konsegwentement, il-prezz tal-esportazzjoni ma kienx jinkludi l-ispejjeż għad-dekorazzjoni u għalhekk kellu jkun imqabbel mal-valur normali determinat għal prodotti mingħajr dekorazzjoni, jew inkella, valur normali medju ta' oġġetti dekorati u mhux dekorati.

(82)

Wieħed għandu jiftakar li l-ispejjeż tal-produzzjoni mhumiex fattur rilevanti għall-komparabbiltà tal-prezz, li hija bbażata biss fuq paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ta' prodotti li jixxiebhu. Huwa ċar ukoll mill-informazzjoni pprovduta li l-prodotti esportati inkwistjoni kienu tabilħaqq dekorati għalkemm il-produttur esportatur allegatament ma ġarrabx l-ispejjez kollha assoċjati mal-valur miżjud li jistgħu jkunu assenjati għad-dekorazzjoni. Madankollu dan mhux fattur li jista' jiġġustifika prezz aġġustat għal differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi mill-prodott li jixxiebah fil-pajjiż analogu. Fi kwalunkwe każ, jekk wieħed jikkunsidra l-aħħar stadju tal-proċediment li fih saret din l-allegazzjoni, id-dejta sottomessa bħala sostenn ta' din l-allegazzjoni ma tistax tkun ivverifikata. Għalhekk, l-allegazzjoni permezz ta' dan ġiet miċħuda.

(83)

Fl-isfond tal-varjetà wiesgħa ta' kombinazzjonijiet possibbli ta' settijiet taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda manifatturati u mibjugħa fir-RPĊ u fil-Brażil rispettivament, l-iggruppar flimkien ta' settijiet differenti abbażi tan-numru u t-tip ta' oġġetti kkombinati f'sett, kien meqjus neċessarju sabiex ikun hemm komparabbiltà ġusta tal-prezz Il-prezz medju domestiku tal-bejgħ fil-pajjiż analogu għall-kombinazzjonijiet differenti ta’ settijiet miġbura flimkien kien imqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni għal kombinazzjonijiet ta’ settijiet li jaqgħu f’dawk il-gruppi.

(84)

Il-produttur esportatur allega li minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ kombinazzjonijiet ta’ prodott possibbli li jiffurmaw is-sett, il-metodoloġija tal-iggruppar ma tippermettix għal tqabbil ġust tal-prezzijiet peress li ma tikkunsidrax il-karatteristiċi tal-kull biċċa li tifforma parti mis-sett. Għaldaqstant, dan il-produttur esportatur allega li s-settijiet għandhom jiġu esklużi mill-marġni tal-kalkolu tad-dumping.

(85)

Wieħed għandu jiftakar li l-kalkolu tad-dumping għas-settijiet huwa bbażat fuq paragun tal-prezz medju għal kull kilo u mhux abbażi ta’ kull biċċa. Għaldaqstant huwa meħtieġ li tkun stabbilita l-kombinazzjoni eżatta tal-biċċiet differenti f’kull sett għal tqabbil ġust tal-prezzijiet fir-rigward tas-settijiet. Il-metodoloġija tal-iggruppar użata tikkunsidra l-karatteristiċi bażiċi ta’ kombinazzjonijiet differenti ta’ settijiet safejn is-settijiet huma identifikati bħal pereżempju settijiet tat-te u/jew kafe, settijiet tal-platti u settijiet oħra kif ukoll in-numru ta’ biċċiet ikkombinati. F’dawn iċ-ċirkustanzi huwa meqjus li sar tqabbil ġust fir-rigward tas-settijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Jirriżulta li dik l-allegazzjoni ma tistax tiġi milqugħa.

(86)

Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa (99) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni sabet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi ġeneralment jikkwalifikaw il-prodotti tagħhom f’sa ħames gradi differenti li jvarjaw minn A sa E b’differenzi sinjifikanti fil-prezzijiet. Madankollu, il-maġġoranza vasta tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tikkonsisti minn grad A, grad B jew grad Ċ jew inkella taħlita tagħhom. Madankollu, din il-klassifikazzjoni mhijiex universali jew ibbażata fuq standards ġenerali tal-industrija kollha, iżda hija pjuttost speċifika għal kumpaniji partikolari u tippermetti li jsir divrenzjar tal-prezzijiet. Min-naħa l-oħra, il-produttur tal-pajjiż analogu jbigħ biss l-ekwivalenti tal-grad A fis-suq domestiku Brażiljan u għalhekk instab li l-komparabbiltà tal-prezzijiet ġiet affettwata. Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni ġie aġġustat ’il fuq għal-livell Ċiniż ta’ grad A sabiex ikun komparabbli mal-prodott mibjugħ mill-produttur analogu fis-suq Brażiljan. Dan il-livell ta’ aġġustament kien stabbilit individwalment għal kull kumpanija inkluża fil-kampjun, fejn xieraq u fuq il-bażi tad-differenza fil-prezz attwali u vverifikata bejn il-gradi differenti.

(87)

Wara d-divulgazzjoni finali, produttur esportatur inkluż fil-kampjun allega li partijiet mill-bejgħ esportat tiegħu li kien mibjugħ permezz ta’ kummerċjant mhux relatat, ikkonsista f’kombinazzjoni ta’ grad A u grad B u għaldaqstant għandu jkun aġġustat għal-livell tal-prezz tal-grad A. Huwa allega li d-differenza fil-prezz ammontat għal 25 % u pprovda kopji tal-fatturi u l-kwotazzjoni tal-prezz bħala evidenza ta’ ġustifikazzjoni.

(88)

Madanakollu, din l-informazzjoni ma kinetx ipprovduta la matul l-investigazzjoni, inkluża ż-żjara ta’ verifika u lanqas wara d-divulgazzjoni tas-sejbiet provviżorji tal-Kummissjoni. Għall-kuntrarju, dan il-produttur matul l-investigazzjoni indika li kien jesporta biss prodotti tal-grad A. Ma kienet ipprovduta ebda lista tal-prezzijiet, minkejja li kien hemm talba biex isir dan fil-kwestjonarju, biex tkun ikkwantifikata d-differenza fil-prezz bejn il-gradi differenti, ġie pprovdut biss numru limitat ta’ stimi tal-prezzijiet. F’tali ċirkustanzi u b’kunsiderazzjoni għall-istadju tard ħafna fil-proċedimenti li matulu kienet sottomessa l-informazzjoni, l-affidabbiltà tagħha hija dubbjuża u lanqas ma tista' tiġi vverifikata. Għaldaqstant it-talba hi miċħuda.

(89)

It-tieni nett, kif deskritt fil-premessa 98 tar-Regolament provviżorju, ġie eżaminat jekk kienx mistħoqq livell ta’ aġġustament kummerċjali skont l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku. Instab li l-prezz tal-esportazzjoni huwa f’livell differenti ta’ kummerċ mill-valur normali peress li l-esportazzjonijiet Ċiniżi essenzjalment saru fil-livell tal-operatur filwaqt li l-bejgħ domestiku fil-pajjiż analogu sar ukoll fil-livell tal-konsumatur. L-investigazzjoni sabet ukoll li fiż-żewġ swieq, il-kanali differenti ta’ distribuzzjoni affettwaw il-livell tal-prezzijiet, biex b’hekk ġiet affettwata l-komparabbiltà tal-prezzijiet ġusti bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali. Għaldaqstant, sabiex isir tqabbil ġust bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali, dan tal-aħħar ġie stabbilit abbażi ta’ kull tip ta’ prodott u aġġustat għal kull livell ta’ kummerċ billi jintużaw id-differenzi fil-prezzijiet li nstabu bejn il-livelli differenti ta’ kummerċ fil-pajjiż analogu. Għandna niftakru li, fejn xieraq, sar livell ulterjuri ta’ aġġustament kummerċjali fir-Regolament provviżorju abbażi tad-differenza fil-prezz misjuba fir-rigward tal-kwantitajiet mibjugħa f’kull livell ta’ kummerċ (premessa 98 tar-Regolament provviżorju). Dan l-aġġustament ulterjuri kien meqjus iġġustifikat peress li l-investigazzjoni, fl-istadju provviżorju, kienet indikat li filwaqt li l-maġġoranza tal-bejgħ Ċiniż esportat sar fi kwantitajiet kbar, il-biċċa l-kbira tal-bejgħ domestiku sar fi kwantitajiet iżgħar li jirriżulta f’differenzi fil-prezzijiet fl-istess livell ta’ kummerċ. Madankollu, investigazzjoni ulterjuri u analiżi iktar iddettaljata tat-tranżazzjonijiet tal-bejgħ domestiku fil-pajjiż analogu wrew, għall-kuntrarju tas-sejbiet provviżorji, li l-proporzjon ta’ kwantitajiet żgħar u kbar mibjugħa mill-produttur analogu huwa simili għal dak tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Għaldaqstant, dan l-aġġustament ma għadux meqjus xieraq jew iġġustifikat.

(90)

It-tielet, kif deskritt fil-premessa 100 tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni sabet li l-produttur Brażiljan ibigħ biss prodotti tad-ditta fis-suq Brażiljan, filwaqt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi ma jbigħux prodotti tad-ditta, iżda minflok ibigħu prodotti b’“tikketta privata” jew oġġetti taċ-ċeramika ġeneriċi li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina. Il-prodotti tad-ditta normalment ikunu perċepiti mill-klijenti bħala prodotti li juru ċertu prestiġju, kif ukoll kwalità u disinn garantiti, u b’hekk iġibu prezzijiet ogħla fis-suq, filwaqt li l-prodotti ġeneriċi u/jew b’tikketta privata, minkejja li jkollhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi, ġeneralment jinbiegħu f’livelli ta’ prezzijiet konsiderevolment aktar baxxi. Filwaqt li l-valur addizzjonali ta’ prodott tad-ditta ġeneralment ma jkunx jista’ jiġi kkwantifikat b’mod preċiż fl-astratt minħabba li dan jiddependi fuq ħafna fatturi differenti, bħall-perċezzjoni tal-klijenti, ir-rikonoxximent tad-ditta u fatturi mhux kwantifikabbli oħrajn, f’dan il-każ partikolari, il-produttur Brażiljan ikkonferma li l-prodotti tad-ditta tiegħu jistgħu jinbiegħu bi prezzijiet ogħla b’mod sinjifikanti fis-suq Brażiljan minn prodotti oħrajn mhux tad-ditta. Barra minn hekk, rapport dwar is-suq Brażiljan għall-prodotti li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina jikkonferma li l-klijenti Brażiljani huma estremament orjentati lejn id-ditti u li l-produttur Brażiljan tal-pajjiż analogu huwa wieħed li ilu stabbilit u magħruf sew. Fl-isfond ta’ dawn l-elementi, sar aġġustament ‘l isfel ta' 40 % tal-prezz tal-bejgħ domestiku għall-valur normali skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku.

(91)

Fir-rigward tal-aġġustament imsemmi hawn fuq, għandna niftakru li żewġ produtturi esportaturi ddubitaw kemm il-bażi li fuqu sar l-aġġustament kif ukoll il-livell ta’ aġġustament (ara l-premessa 67 hawn fuq). Madankollu mhuwiex ikkontestat il-fatt li prodott tad-ditta għandu prezz tal-bejgħ ogħla minn prodott identiku mhux tad-ditta u li l-komparabbiltà tal-prezzijiet għaldaqstant hija affettwata. Barra minn hekk, minbarra l-informazzjoni provduta mill-produttur fil-pajjiż analogu, id-dejta dwar il-prezzijiet attwali u vverifikata minn produttur li koopera fit-Tajlandja, kif ukoll informazzjoni li waslet minn produttur wieħed tal-Unjoni wara d-divulgazzjoni provviżorja kkonfermaw li l-livell ta’ aġġustament huwa xieraq. B’mod partikolari, is-sitwazzjoni tas-suq fit-Tajlandja nstabet li hija komparabbli ma dik tal-Brażil peress li jeżistu biss ftit ditti li huma magħrufa u li ilhom stabbiliti. B'hekk, dik l-allegazzjoni ma tistax tiġi milqugħa.

(92)

Wara d-divulgazzjoni finali ebda produttur esportatur ma żamm l-oġġezzjoni tiegħu għal dan l-aġġustament filwaqt li l-assoċjazzjoni tal-kwerelanti allegat li l-aġġustament tad-ditti kien għoli ħafna, b’mod partikolari fir-rigward ta’ prodotti mhux tal-porċellana. Bħala sostenn għal din l-allegazzjoni, il-kwerelant irrefera għal-lista tal-prezzijiet u l-informazzjoni pprovduta minn xi produtturi tal-Unjoni.

(93)

Filwaqt li l-informazzjoni sottomessa tikkonferma s-sejbiet tal-Kummissjoni li l-valur miżjud ta’ ditta fuq kwalunkwe suq partikolari huwa speċifiku għall-kumpanija/ditta, l-informazzjoni pprovduta mhix tali li ddaħħal dubju dwar il-livell ta' aġġustament li kien determinat għall-prodotti tad-ditta mibjugħa mill-produttur analogu fis-suq domestiku Brażiljan peress li l-informazzjoni pprovduta kienet tikkonċerna biss is-suq tal-Unjoni. Fl-isfond tan-numru kbir ta’ produtturi tal-Unjoni, id-diversità tas-suq tal-Unjoni bid-differenzi reġjonali tiegħu, anke fir-rigward tal-orjentazzjoni tad-ditti, u s-sehem ogħli tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniċi, is-sitwazzjoni tas-suq tal-Unjoni hija pjuttost differenti minn dik Brażiljana. Għalhekk, u fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 90 u 91 hawn fuq, dik l-allegazzjoni ma tistax tiġi aċċettata.

(94)

Kif deskritt fil-premessa 101 tar-Regolament provviżorju, saru aġġustamenti ulterjuri, fejn xieraq fir-rigward tat-trasport, l-assigurazzjoni, il-handling u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, it-tariffi bankarji u s-sensariji fil-każijiet kollha fejn kien jidher li dawn jaffettwaw il-komparibbiltà tal-prezz.

3.5.   Marġnijiet ta’ dumping

(95)

Fl-assenza ta’ kummenti, il-metodoloġija ġenerali użata għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping, kif stabbilit fil-premessi 102 sa 105 tar-Regolament proviżorju, huma kkonfermati.

(96)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni kienet infurmata li xi kumpaniji kummerċjali, li ma jimmanifatturawx il-prodott ikkonċernat, kienu bi żball imsemmija fl-Anness I tar-Regolament provviżorju u għaldaqstant kienu suġġetti għad-dazju tad-dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi li jikkooperaw. Il-Kummissjoni infurmat lil dawn il-kumpaniji bl-intenzjoni tagħha li tneħħihom mill-Anness I u li tagħtihom l-opportunità li jipprovdu kummenti. Wara analiżi tal-kummenti li waslu, diversi kumpaniji kummerċjali tneħħew mill-Anness 1. Fejn xieraq, kienu sostitwiti mill-produttur esportatur li jikkoopera relatat.

(97)

Filwaqt li jitqiesu l-aġġustamenti tal-valur normali tal-prezz tal-esportazzjoni, kif stabbilit fil-premessi 67 sa 94 hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-marġni ta’ dumping definittivi, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Dazju (%)

Hunan Hualian China Industry Co., Ltd; Hunan Hualian Ebillion Industry Co., Ltd; Hunan Liling Hongguanyao China Industry Co., Ltd; Hunan Hualian Yuxiang China Industry Co., Ltd

18,3

Guangxi Sanhuan Enterprise Group Holding Co., Ltd

13,1

CHL Porcelain Industries Ltd

23,4

Shandong Zibo Niceton-Marck Huaguang Ceramics Limited; Zibo Huatong Ceramics Co., Ltd; Shandong Silver Phoenix Co., Ltd; Niceton Ceramics (Linyi) Co., Ltd; Linyi Jingshi Ceramics Co., Ltd; Linyi Silver Phoenix Ceramics Co., Ltd; Linyi Chunguang Ceramics Co., Ltd: Linyi Zefeng Ceramics Co., Ltd

17,6

Guangxi Province Beiliu City Laotian Ceramics Co., Ltd.

22,9

Produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

17,9

Il-kumpaniji l-oħra kollha

36,1

4.   ĦSARA

4.1.   Il-perjodu kkunsidrat

(98)

Wara d-divulgazzjoni finali, diversi partijiet interessati tennew li l-perjodu kkunsidrat missu beda fl-2009 minflok fl-2008 minħabba li l-kriżi ekonomika kienet tkun bdiet fl-2008 u t-tendenza bejn l-2009 u l-2011 kienet tkun ċara. Fir-rigward ta’ din l-allegazzjoni, għandu jkun innutat li l-2009 ma tirrappreżentax sena iktar xierqa bħala l-bidu tal-perjodu kkunsidrat minħabba l-fatt li l-effetti tal-kriżi ekonomika inħassu għalkollox matul dik is-sena, fattur li rriżulta fi tnaqqis sinifikanti tal-konsum meta mqabbel mal-2008. Għalhekk, it-talba ġiet definittivament miċħuda.

4.2.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(99)

F’sottomissjoni konġunta diversi importaturi ddubitaw il-metodu ta’ kalkolu taċ-ċifra tal-produzzjoni tal-Unjoni previst fil-premessa 108 tar-Regolament provviżorju. Diversi partijiet interessati rrepetew dawn il-kummenti wara d-divulgazzjoni finali. B’mod partikolari, huma kkunsidraw li r-rekwiżit permanenti ma jkunx intlaħaq mill-kwerelanti peress li l-istatistiki PRODCOM disponibbli jissuġġerixxu livell ħafna ogħla ta’ produzzjoni tal-Unjoni tal-prodott simili milli ċ-ċifra ta’ 240 200 tunnellata msemmija fil-premessa msemmija, li bħala riżultat tagħha l-kwerelanti jirrappreżentaw inqas minn 25 % tal-produzzjoni tal-UE tal-prodott simili. Dawn il-partijiet ikkalkulaw ċifra ta’ produzzjoni tal-UE ta 313 187 tunnellata matul il-PI u waslu għal din iċ-ċifra billi użaw għalkollox id-dejta PRODCOM għall-prodotti taċ-ċeramika tal-porċellana li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina u għamlu aġġustament ’l isfel ta’ 20 % għall-prodotti mhux taċ-ċeramika tal-porċellana li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina, b’analoġija għall-metodoloġija applikata mill-kwerelant u fl-investigazzjoni sabiex jiġu stabbiliti volumi ta’ importazzjoni.

(100)

F’dan ir-rigward għandu l-ewwel nett jiġi nnutat li, fil-kuntest tal-analiżi statutorja ta’ lment antidumping u skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku, is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu eżami awtonomu qabel l-inizjazzjoni. Il-Kummissjoni analizzat id-dejta fl-ilment u kkuntattjat lill-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni u talbithom biex jipprovdu wkoll dejta dwar il-produzzjoni kif ukoll dwar il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-ilment u biex jassistu lll-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ produtturi potenzjali oħra jekk ikun hemm. Assoċjazzjonijiet ta’ produtturi pprovdew ukoll informazzjoni dwar produzzjoni.

(101)

F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li, l-ewwel nett, is-sors u l-metodoloġija tad-dejta għaċ-ċifra tal-produzzjoni tal-Unjoni użata għal kull waħda mis-snin tal-perjodu kkunsidrat kienu spjegati wkoll fil-premessa 107 tar-Regolament provviżorju, jiġifieri f’konformità ma dak li kien sar fl-istadju tal-ilment, huma bbażati fuq id-dejta pprovduta mill-assoċjazzjonijiet Ewropej u nazzjonali, kontrovverifikati mid-dejta pprovduta minn produtturi individwali kif ukoll minn sorsi oħra tal-istatistika (b’mod partikolari PRODCOM).

(102)

Kif spjegat mill-kwerelanti matul l-investigazzjoni, id-dejta pprovduta mill-assoċjazzjoni Ewropea kienet, fir-rigward ta’ prodotti tal-porċellana, ibbażata fuq dejta PRODCOM għal prodotti tal-porċellana li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina bħall-kodiċi PRODCOM għal dan il-prodott imqabbel ma’ prodotti tal-porċellana koperti minn din l-investigazzjoni. Fir-rigward ta’ prodotti mhux tal-porċellana, PRODCOM ma setax jintuża peress li jkopri ħafna iktar prodotti mmanifatturati mill-prodotti mhux tal-porċellana koperti minn din l-investigazzjoni. Għalhekk, għal dawn il-prodotti, l-assoċjazzjonijiet nazzjonali kienu ġabru d-dejta rilevanti bbażata fuq l-għarfien fil-fond tagħhom tas-swieq rispettivi tagħhom u din l-informazzjoni kienet kontro vverifikata mill-assoċjazzjoni Ewropea qabel ipprovdiet iċ-ċifri totali lill-Kummissjoni. Dawk iċ-ċifri kienu aġġornati matul l-investigazzjoni. Barra minn hekk, kienet miżmuma lista tal-produtturi kollha magħrufa fil-fajl mhux kunfidenzjali u nġibdet l-attenzjoni tal-Kummissjoni biss għall-eżistenza ta’ tliet produtturi addizzjonali fir-Rumanija. Id-disparità bejn l-istatistiċi PRODCOM u ċ-ċifra 240 200 hija derivata mill-fatt li l-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni ma jaqbilx mal-kodiċijiet tad-dejta statistika PRODCOM peress li jikkonċerna prodotti mhux tal-porċellana, jiġifieri huwa ferm iżgħar. Fil-każ tal-istatistiċi tal-importazzjoni EUROSTAT, din id-differenza tista’ tabilħaqq tinstab billi jsir aġġustament 'l isfel ta’ 20 %, Iżda dan ma kienx xieraq fil-każ ta’ ċifri ta’ produzzjoni tal-UE rrappurtati fil-bażi tad-dejta PRODCOM. B’mod partikolari, iċ-ċifri PRODCOM ta’ żewġ Stati Membri jkunu jidhru li huma ħafna ikbar milli huma fil-verità, jekk wieħed japplika l-istess metodoloġija.

(103)

Għalhekk, il-metodoloġija użata mill-partijiet ikkonċernati u msemmija fil-premessa (99) hawn fuq hija żbaljata. Barra minn hekk, ma kienet ipprovduta ebda evidenza li l-produzzjoni kif irrappurtata minn kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, inklużi ż-żewġ Stati Membri msemmija hawn fuq, u inkluża fil-fajl mhux kunfidenzjali, tkun iżgħar milli hi. Għandu jkun innutat ukoll li għal xi Stati Membri, id-dejta pprovduta mill-assoċjazzjoni Ewropea u użata f’din l-investigazzjoni kienet b’mod sinifikanti ogħla milli kieku ntużat id-dejta PRODCOM aġġustata. Fl-isfond ta’ dak li intqal hawn fuq, ma hemm ebda raġuni sabiex wieħed jiddubita ċ-ċifri ta’ produzzjoni rrappurtati f’din l-investigazzjoni u r-riżultat tal-eżami awtonomu.

(104)

Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri oħra, il-premessi (107) u (108) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

4.3.   Konsum tal-Unjoni

(105)

Fi preżentazzjoni konġunta, diversi importaturi kkontestaw iċ-ċifri tal-Unjoni dwar il-konsum ipprovduti fil-premessa (110) tar-Regolament provviżorju. Din l-allegazzjoni kienet ibbażata fuq l-użu żbaljat tad-dejta statistika PRODCOM għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-Unjoni, kif spjegat fil-punt 4.2 hawn fuq u għaldaqstant hija miċħuda.

(106)

Madankollu, meta reġgħu ġew vverifikati l-istatistiċi tal-importazzjoni tal-Eurostat, instab li kienu ġew aġġornati minn wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji li kienu rriżultaw f’tibdiliet minuri. Għaldaqstant, sabiex ikun hemm stampa kompluta, abbażi ta’ dawn l-istatistiki aġġornati tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet u s-sottomissjonijiet rigward il-bejgħ tal-industrija Ewropea fis-suq tal-Unjoni, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Volum (tunnellati)

2008

2009

2010

PI

Konsum tal-Unjoni

826 897

687 587

750 828

727 411

Indiċi (2008 = 100)

100

83

91

88

(107)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi minn (109) u (111) sa (112) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.4.1.   Il-volum, il-prezz u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat

(108)

Fi preżentazzjoni konġunta, diversi importaturi kkontestaw iċ-ċifri pprovduti fil-premessa (113) tar-Regolament provviżorju. Din l-allegazzjoni kienet ibbażata fuq użu żbaljat tad-dejta statistika PRODCOM u għaldaqstant hija miċħuda.

(109)

Fuq il-bażi tal-istatistiki tal-importazzjoni aġġornat tal-Eurostat (ara l-premessa (106) hawn fuq), il-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żviluppaw kif stabbilit fit-Tabella ta’ hawn taħt:

Tabella 2

Importazzjonijiet fir-RPĊ

2008

2009

2010

PI

Volum ta’ importazzjonijiet (tunnellati)

535 593

449 325

516 624

486 170

Indiċi (2008 = 100)

100

84

96

91

Sehem mis-suq (%)

64,8

65,3

68,8

66,8

Il-prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

1 274

1 307

1 473

1 498

Indiċi (2008 = 100)

100

103

116

118

(110)

Il-volumi, il-valuri u x-xejriet aġġornati huma kważi identiċi għal dawk analizzati fir-Regolament provviżorju. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied minn 64,8 % fl-2008 għal 66,8 % fil-PI. Il-prezz tal-importazzjoni żdied bi kważi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat minn EUR 1 274 għal kull tunnellata għal EUR 1 498 għal kull tunnellata.

(111)

Parti waħda allegat nuqqas totali ta’ korrelazzjoni bejn il-prezzijiet u l-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi. F’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku għandu jingħata kas ta' jekk kienx hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, jew f'termini assoluti jew imqabbla mal-produzzjoni u l-konsum fl-Unjoni. Fejn għandu x'jaqsam l-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq prezzijiet, għandu jingħata kas ta' jekk kienx hemm waqgħat sinifikanti fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping meta mqabbla mal-prezz ta' prodott simili tal-industrija tal-Unjoni, jew jekk l-effett ta' importazzjonijiet bħal dawn huwiex li b'mod ieħor iwaqqgħu l-prezzijiet għal grad sinifikanti jew li jimpedixxu żidiet fil-prezz, li setgħu jseħħu, sa grad sinifikanti. L-ebda wieħed minn dawn il-fatturi fihom infushom jagħti gwida definittiva suffiċjenti.

(112)

Fil-kuntest ta’ dak imsemmi hawn fuq, għandu jkun innutat dan li ġej. L-ewwel nett, fiż–żmien meta l-konsum tal-Unjoni rkupra (2009-2010), kien hemm żieda sinifikanti fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi – li jissuġġerixxi li hemm korrelazzjoni. Iżda aktar importanti, l-iżvilupp ta’ prezzijiet Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat għandu jkun ivvalutat fil-kuntest tad-differenza fil-prezz sinifikanti ħafna li diġà eżistiet fl-2008 u li hija illustrata mill-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi (tabella 2) u l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-Unjoni (tabella 9) rrappurtati fir-Regolament provviżorju. Dawn id-differenzi kbar fil-prezzijiet huma kkonfermati mil-livelli għoljin ta’ tqaċċit tal-prezzijiet matul il-PI. Iż-żieda fil-prezz konsegwentement ma żammitx lura lill-importazzjonijiet Ċiniżi milli jiksbu sehem tas-suq matul il-perjodu kkunsidrat. Tabilħaqq, dawn l-importazzjonijiet komplew jagħmlu pressjoni fuq il-prezzijiet fl-industrija tal-Unjoni li naqsu bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, dan il-kumment ma jistax jiġi aċċettat.

(113)

Rigward l-iżvilupp tal-prezz tal-importazzjoni (li qed jiżdied) u l-volum tal-importazzjoni (li qed jonqos) mill-2008 sal-2011 li fl-2012 ġie ppreżentat minn grupp inkluż fil-kampjun ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi, ix-xejra osservata ta’ żieda fil-prezz medju tal-importazzjoni ma tistax ittellef is-sejba ta’ dumping li jagħmel ħsara matul il-PI. Fir-rigward tal-iżvilupp ta’ volumi ta’ importazzjoni Ċiniżi, u kif diġà ġie enfasizzat fil-premessa (114) tar-Regolament provviżorju u għal darb’oħra fil-premessa (109) hawn fuq, l-indikatur tas-sehem tas-suq juri żieda fis-sehem tas-suq ta’ importazzjonijiet Ċiniżi b’żewġ (2) punti perċentwali. Barra minn hekk, u kif spjegat f’iktar dettall fil-premessi (116) u (117) tar-Regolament provviżorju u fil-premessa (111) hawn fuq, kien hemm tqaċċit importanti tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi.

4.4.2.   It-tqaċċit tal-prezz

(114)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, diversi partijiet interessati talbu iktar dettalji dwar il-kalkoli tat-tqaċċit tal-prezzijiet minn dawk diġà pprovduti fil-premessa (116) tar-Regolament provviżorju. Safejn kienu jippermettu n-natura sensittiva ta’ din l-informazzjoni u l-fatt li l-produtturi tal-Unjoni kienu ngħataw l-anonimità, kienet ipprovduta informazzjoni addizzjonali.

(115)

B’analoġija għad-deċiżjoni li saret wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji sabiex jiġu esklużi mil-listi tal-esportazzjoni xi prodotti “atipiċi” sabiex jiġi kkalkulat id-dumping (ara l-premessa 69 hawn fuq), dawn il-prodotti kienu esklużi wkoll mil-listi tal-esportazzjoni użati għall-kalkolu tal-ħsara. Din il-bidla kelllha impatt minuri biss fuq il-marġni tat-tqaċċit, li għaldaqstant baqgħu fl-istess pożizzjoni msemmija fil-premessa (117) tar-Regolament provviżorju.

(116)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi minn (113) sa (117) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.5.   Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Ġenerali

(117)

Diversi partijiet iddikjaraw li fl-fatt li diversi fatturi ta’ ħsara tjiebu bejn l-2009 jew l-2010 u li l-PI juri li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tiżviluppa b’mod pożittiv. Madankollu għandu jkun innutat li din l-analiżi mhix kompluta u li ma tqisx l-iżvilupp ta’ dawk il-fatturi matul il-perjodu kkunsidrat kollu. F’dan ir-rigward, għandhom jiġu meqjusa wkoll l-ispjegazzjonijiet mogħtija fil-premessa 23 tar-Regolament provviżorju.

(118)

Fuq talba tal-parti interessata, huwa kkonfermat li l-indikaturi makroekonomiċi kienu vvalutati fil-livell tal-industrija kollha tal-Unjoni, filwaqt li dawk mikroekonomiċi kienu analizzati fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li inkludew lill-kumpaniji li ma ressqux ilment.

(119)

Is-CCCLA issottometta li l-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi ppreżentati fir-Regolament provviżorju ma kinux rappreżentattivi minħabba li l-produzzjoni totali fl-Unjoni tkun ħafna ogħla miċ-ċifri użati f’din l-investigazzjoni. Madankollu, fl-isfond tal-analiżi u l-konklużjonijiet milħuqa taħt il-punt 4.2 hawn fuq, dan l-argument huwa miċħud.

(120)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi minn (118) sa (121) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

(121)

Kif imsemmi fit-taqsima 4.1 hawn fuq, diversi importaturi kkontestaw iċ-ċifri tal-produzzjoni pprovduti fil-premessa (122) tar-Regolament provviżorju. Madankollu, dawn iċ-ċifri ġew kontrverifikati u huma kkonfermati.

(122)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi minn (122) sa (124) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.5.2.2.   Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem tas-suq

(123)

L-aġġornament tat-Tabella 2 ma għandu ebda impatt fuq it-Tabelli 4 u 5 tar-Regolament provviżorju.

(124)

Minħabba li ma hemm l-ebda kumment ieħor rigward il-volumi tal-bejgħ u s-sehem tas-suq, il-premessi (125) u (126) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

4.5.2.3.   L-impjiegi u l-produttività

(125)

F’sottomissjoni konġunta diversi importaturi kkontestaw iċ-ċifri tal-impjieg u l-produttività pprovduti fil-premessi (127) u (128) tar-Regolament provviżorju, u allegaw li dawn ma kinux f’konformità mal-istampa mogħtija minn ċerti statistiċi tal-Eurostat (8).

(126)

Madanakollu, iċ-ċifri għaż-żewġ indikaturi kienu kontrovverifikati u meqjusa preċiżi. Iċ-ċifri riportati mill-partijiet kienu wisq wiesgħa u mhux relatati mal-produzzjoni tal-prodott simili. Minħabba li ma hemm l-ebda kumment ieħor rigward l-impjieg u l-produttività, il-premessi (127) sa (128) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

4.5.2.4.   Id-daqs tal-marġini tad-dumping

(127)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra dwar id-daqs tal-marġini tad-dumping, il-premessa (129) tar-Regolament provviżorju hija b'dan ikkonfermata.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Il-ħażniet

(128)

F’sottomissjoni konġunta, diversi importaturi kkontestaw iċ-ċifri tal-ħażniet ipprovduti fil-premessa 130 tar-Regolament provviżorju u r-rilevanza tagħhom meta mqabbla ma’ dejta disponibbli għall-pubbliku dwar ċertu produtturi tal-Unjoni Huma ma qablux ukoll mad-dikjarazzjoni li l-industrija tal-Unjoni essenzjalment taħdem abbażi ta' ordnijiet.

(129)

Rigward ħidma abbażi ta’ ordnijiet, l-investigazzjoni tikkonferma li kien tabilħaqq il-każ għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u li din hija prattika normali fis-settur. Barra minn hekk, iċ-ċifri tal-ħażniet ipprovduti fir-Regolament provviżorju kkonċernaw iċ-ċifri tal-ħażniet ivverifikati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u din hija meqjusa bħala l-aktar ċifra affidabbli.

(130)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-kummenti ta’ hawn ġew imtennija, madanakollu ma tressqu ebda argumenti ġodda. Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri dwar il-ħażniet, il-premessa 130 tar-Regolament provviżorju hija b'dan ikkonfermata.

4.5.3.2.   Il-prezzijiet tal-bejgħ

(131)

Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri rigward iċ-ċifri tal-prezzijiet tal-bejgħ kif stabbiliti fir-Regolament provviżorju, il-premessa 131 tar-Regolament provviżorju hija permezz ta’ dan ikkonfermata.

4.5.3.3.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, il-kapaċità li jinġabar il-kapital u l-pagi

(132)

Wara d-divulgazzjoni, instab żball klerikali fil-kalkolu tal-profitt nett tal-industrija tal-Unjoni u r-redditu fuq l-investiment (Retun on investment (ROI)). Dan l-iżball kien ikkoreġut u ċ-ċifri riveduti huma kif ġej:

Tabella 3

 

2008

2009

2010

PI

Il-profitt nett tal-bejgħ tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ nett)

3,8

2,8

–0,5

3,2

Indiċi (2008 = 100)

100

74

–13

84

ROI (profitt nett f’% tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti)

16,4

6,3

–6,8

20,5

Indiċi (2008 = 100)

100

38

–41

125

(133)

Il-korrezzjoni ta’ hawn fuq ma taffettwax materjalment is-sejbiet provviżorji fir-rigward ta’ dawk iż-żewġ indikaturi. Madankollu, il-livell medju ppeżat tal-profitt tal-produtturi inklużi fil-kampjun, kien matul il-perjodu kkunsidrat, ftit iktar baxx milli kien stabbilit provviżorjament minħabba li niżel minn 3,8 % għal 3,2 % (minflok minn 4,2 % għal 3,5 %). Ir-redditu fuq l-investiment fil-biċċa l-kbira tiegħu segwa x-xejra osservata għall-profitt iżda, kif indikat ukoll minn diversi partijiet interessati wara d-divulgazzjoni finali, matul il-perjodu kkunsidrat b’mod ġenerali żviluppa b’mod pożittiv minflok b’mod negattiv.

(134)

Parti interessata ddubitat l-istat fraġli tal-industrija tal-Unjoni fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, kif imsemmi fil-premessa 134 tar-Regolament provviżorju. Din il-parti allegat li tista' titqies biss il-ħsara kkważata mid-dumping u li ma ġie stabbilit ebda dumping għall-ebda perjodu minbarra l-2011. Madankollu, ir-referenza għall-istat tal-industrija tal-Unjoni f’dik il-premessa sar biss sabiex ikun analizzat jekk il-profitt li sar fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat jistax ikun ikkunsidrat bħal li jirrappreżenta l-profitt li l-industrija normalment tagħmel. Instab li dan ma setgħax isir.

(135)

Diversi partijiet iddubitaw il-livell ta’ profitt ta’ referenza msemmi fil-premessa 135 tar-Regolament provviżorju u/jew proponew parametri referenzjarji iktar baxxi.

(136)

Grupp ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi ddikjaraw li l-livell ta’ profitt matul il-PI kien rata tajba ta’ profittabbiltà. Madankollu, din l-allegazzjoni ma kinitx sostanzjata. Parti oħra ddikjarat ukoll li l-livelli ta’ profitt imsemmija fir-Regolament provviżorju jistgħu jitqiesu bħala livelli normali u din il-parti bbażat lilha nnifisha fuq id-dejta disponibbli pubblikament dwar il-profitt ta’ produttur Ġermaniż bejn l-1999 u l-2007. Parti oħra interessata ddikjarat li l-livell ta’ profitt matul il-PI msemmi fir-Regolament provviżorju jista’ jitqies bħala normali abbażi tal-konklużjonijiet ta’ studju mill-Kummissjoni (9) li inkluda d-dejta dwar il-profitt ta’ produttur Ġermaniż bejn l-2004 u l-2007. Wara d-divulgazzjoni finali waslu allegazzjonijiet simili.

(137)

F’dan ir-rigward, wieħed għandu jiftakar li r-Regolament provviżorju kkonkluda li l-profitt li sar wara l-bidu tal-perjodu kkunsidrat ma jistax ikun meqjus bħala profitt normali minħabba li l-industrija tal-Unjoni kienet diġà tinsab fi stat fraġli kif spjegat fil-premessa 134 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, instab li d-dejta tal-profitt 1999-2007 disponibbli pubblikament ta’ produttur Ġermaniż taċ-ċeramika msemmi aktar 'il fuq kienet tikkonċerna mhux biss l-attivitajiet tal-manifattura taċ-ċeramika li tintuża fuq il-mejda u fil-kċina, iżda wkoll segmenti importanti oħra. Fir-rigward tal-istudju tal-Kummissjoni msemmi fil-premessa 136 hawn fuq, fid-dawl tal-kuntest, l-għan u ż-żmien ta' dak l-istudju, dan instab li ma kienx bażi pertinenti għad-determinazzjoni tal-profitabbliltà. Pereżempju, relatat mal-prodott ikkonċernat, l-istudju rrefera biss għas-sitwazzjoni tal-profitt ta’ kumpanija waħda. Fl-aħħar nett, it-tliet sottomissjonijiet kollha msemmija fil-premessa 136, li fil-premessa 141 hawn taħt hemm kontradizzjonijiet għalihom, ma kinux sostanzjati biżżejjed. Għaldaqstant kien ikkonfermat li r-rata tal-profitt ta’ 3,2 % osservata matul il-PI ma setgħetx titqies bħala aċċettabbli għal dan il-prodott.

(138)

Parti interessata allegat li l-livelli ta’ profitt tad-disinn intern tad-djar, l-għamara u/jew l-ikel tas-setturi Svediżi fil-livell tal-konsumatur, għandhom jintużaw bħala parametru ta’ referenza. Madankollu, minħabba, fost l-oħrajn id-disparità fil-livelli tal-investiment għas-setturi tal-manifattura u fil-livell tal-konsumatur ikkonċernati, din l-allegazzjoni għandha tkun miċħuda.

(139)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti ssottomettiet li sabiex il-perċentwal ta' 6 % kif instab ikun meqjus bħala raġonevoli fl-investigazzjoni taż-żraben, il-livell normali ta' profitt f'dan il-każ ma kienx xieraq peress li kien stabbilit fl-2006, meta ċ-ċirkustanzi ekonomiċi kienu ħafna iktar favorevoli milli fl-2013. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. L-ewwel nett il-parti tirreferi għaċ-ċirkustanzi ekonomiċi b’mod ġenerali u mhux għas-sitwazzjoni speċifika tas-suq tal-prodotti li jintużaw fuq il-mejda. Hija verità li l-konsum naqas b’mod sinifikanti fl-2009 iżda minn dakinhar irkupra b'mod konsiderevoli. Iktar importanti, l-iżvilupp tal-konsum ma għandux ikun ikkunsidrat f’iżolament. Minħabba l-volum għoli ta’ importazzjonijiet dumped (sehem tas-suq ta’ 66,8 %), il-livell ta’ dumping (il-marġni ta’ dumping ivarjaw minn 13,1 % għal 36,1 %) u l-livell tat-tqaċċit (ivarja minn 26,5 % għal 47,6 %), is-sitwazzjoni kompetittiva fuq is-suq tal-Unjoni kienet tkun differenti ħafna f’każ li importazzjonijiet kienu saru bi prezzijiet mhux dumped. Dan l-argument għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

(140)

Xi partijiet oħra ssuġġerew il-parametru referenzjarju użat f’investigazzjoni antidumping oħra, jiġifieri l-investigazzjoni li tikkonċerna l-madum taċ-ċeramika (10). Wara d-divulgazzjoni finali, waslu kummenti simili. Madankollu għandu jiġi nnutat li l-madum taċ-ċeramika, għall-kuntrarju għaż-żraben tal-ġilda u l-prodotti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda, ma jistgħux ikunu kkunsidrati bħala prodott tal-konsumatur bl-istess mod. Pereżempju, ir-rata li biha l-unitajiet domestiċi jixtru jew jissostitwixxu prodotti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u l-mod li bih dawn huma kkummerċjalizzati u eventwalment mibjugħa lill-konsumaturi huma eqreb għall-prodotti tal-ġilda milli għall-madum taċ-ċeramika. Il-pretensjoni sabiex jintuza l-profitt fil-mira applikat ukoll fl-investigazzjoni tal-madum taċ-ċeramika hija għaldaqstant miċħuda.

(141)

Il-kwerelanti ddikjaraw li l-livell ta’ profitt referenzjarju għandu pjuttost jaqbeż l-10 % minħabba li l-manifattura ta’ prodotti li jintużaw fuq il-mejda jew fil-kċina hija attività intensa ħafna fil-kapital li barra minn hekk tirrikjedi livell għoli ta’ investiment u innovazzjoni ġodda. Għalkemm huwa kkonfermat li l-industrija kkonċernata tabilħaqq hija intensiva fil-kapital u tirrikjedi bżonn kontinwu għal investiment, l-informazzjoni sottomessa biex tissostanzja din l-allegazzjoni ma setgħetx tibdel il-parametru referenzjarju użat. L-investigazzjoni ma setgħetx tikkonkludi li l-parametru referenzjarju jkun l-iktar wieħed xieraq għall-produtturi kollha tal-Unjoni.

(142)

Grupp ta’ importaturi kkontestaw iċ-ċifri tal-profittabbiltà fir-Regolament provviżorju u kkalkulaw il-profittabbiltà, abbażi tal-kost taċ-ċifri tal-produzzjoni, il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni u ċ-ċifri tal-volum u ċ-ċifri tal-prezzijiet tal-bejgħ esportat fir-Regolament provviżorju, u waslu għall-konklużjoni li l-industrija tal-Unjoni attwalment għamlet profitt ta’ 6 % matul il-PI. Madankollu, din il-kompjutazzjoni kienet żbaljata peress li kkombinat dejta minn sorsi differenti (il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-industrija tal-Unjoni kollha u l-Eurostat).

(143)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rilevanti ulterjuri, il-premessi (132) sa (137) tar-Regolament proviżorju huma permezz ta’ dan ikkonfermati.

4.5.3.4.   L-ispejjeż tal-produzzjoni

(144)

F’sottomissjoni konġunta, diversi importaturi qiesu li l-ispejjeż taċ-ċifri tal-produzzjoni fil-premessa 138 tar-Regolament provviżorju ma segwewx l-evoluzzjoni tal-ispejjeż tal-ħaddiema u l-enerġija murija mill-Eurostat. Il-partijiet enfasizzaw li l-ispejjeż tax-xogħol żdiedu fl-Istati Membri. B’mod ugwali, l-iżvilupp tal-ispejjeż tal-enerġija fl-Unjoni ma jappoġġjax tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni.

(145)

F’dan ir-rigward, wieħed għandu jinnota li l-ispejjeż tax-xogħol u tal-enerġija pprovduti mill-partijiet kienu ġenerali wisq. Barra minn hekk, il-fatt li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tnaqqas l-ispejjeż tal-produzjoni matul perjodu fejn ix-xejra ġenerali kienet il-kuntrarju turi l-isforz straordinarju li għamlet l-industrija tal-Unjoni biex tnaqqas l-ispejjeż u tibqa’ kompetittiva.

(146)

L-ispejjeż taċ-ċifri tal-produzzjoni pprovduti fir-Regolament provviżorju jirrappreżentaw l-ispejjeż tal-produzzjoni vverifikati għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri oħra, il-premessa 138 tar-Regolament proviżorju hija b'dan ikkonfermata.

4.5.3.5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(147)

Diversi partijiet ikkontestaw il-konklużjoni dwar il-ħsara mressqa fir-Regolament provviżorju abbażi ta’ diversi indikaturi tal-ħsara imtejba fl-aħħar parti tal-perjodu kkunsidrat. Madankollu, din il-kwistjoni ma tistax ittellef il-fatt li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-ħsara ddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat. Din id-deterjorazzjoni tal-indikaturi tal-ħsara tista’ tiġi osservata għall-biċċa l-kbira tal-indikaturi makroekonomiċi, bħall-volum tal-produzzjoni, il-kapaċità, il-bejgħ lill-konsumaturi mhux relatati, l-impjieg kif ukoll għall-indikaturi relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni bħall-profittabbiltà u l-investimenti.

(148)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi 139 sa 143 tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Introduzzjoni

(149)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kummenti għall-premessa 144 tar-Regolament proviżorju, dik il-premessa hija b’dan ikkonfermata.

5.2.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping

(150)

Diversi partijiet ikkontestaw il-konklużjoni stabbilita fil-premessa 148 tar-Regolament provviżorju. Madankollu, għalkemm xi wħud mill-perċentwali li kienu enfasizzati fil-premessi 145 sa 147 tar-Regolament provviżorju kienu ftit riveduti kif spjegat hawn fuq, Dan ma jibdilx il-fatti u l-konklużjonijiet tal-premessi 145 sa 148 tar-Regolament provviżorju.

(151)

Tabilħaqq, minħabba l-iżvilupp tas-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġetti ta' dumping, huwa ċar li ma hemm ebda kontradizzjoni bejn il-premessa 147 tar-Regolament provviżorju, b’mod partikolari fir-rigward tad-dikjarazzjoni li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fuq is-suq tal-Unjoni u l-profittabbiltà tiegħu, jistgħu jkunu attribwiti għad-depressjoni tal-prezzijiet li għadda minnha s-suq tal-Unjoni minħabba l-importazzjonijiet oġġetti għal dumping mir-RPĊ u l-movimenti tas-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni, kif allegat minn parti waħda.

(152)

Barra minn hekk, il-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ għolew matul il-perjodu kkonċernat, kif innutat minn diversi partijiet, ma jtellifx is-sejbien ta' tqaċċit u dumping ta' ħsara matul il-PI.

(153)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor rigward l-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, il-premessi minn 145 sa 148 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.   L-effett ta’ fatturi oħra

5.3.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiż ikkonċernat

(154)

Kif imsemmi fil-premessa 106 hawn fuq, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, id-dejta tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet kienet ġiet aġġornata. Filwaqt li din id-dejta l-ġdida kienet qed tiġi kontrovverifikata mad-dejta preċedenti inkluża fir-Regolament provviżorju, ġie identifikat żball klerikali fil-kompjutazzjoni taċ-ċifri tal-importazzjoni mit-Tajlandja u t-Turkija. Dan l-iżball ġie kkoreġut u konsegwentement, iċ-ċifri definittivi li jikkonċernaw l-importazzjonijiet tal-prodotti simili minn pajjiżi terzi, ibbażati fuq dejta tal-Eurostat, huma kif ġej:

Tabella 4

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha (tunnellati)

100 972

81 464

81 595

89 146

Indiċi (2008=100)

100

81

81

88

Sehem mis-suq (%)

12,2

11,8

10,9

12,3

Il-prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

2 378

2 354

2 590

2 519

Indiċi (2008 = 100)

100

99

109

106

Il-volum ta’ importazzjonijiet mit-Turkija (tunnellati)

26 978

25 303

25 485

29 336

Indiċi (2008 = 100)

100

94

94

109

Sehem mis-suq (%)

3,3

3,7

3,4

4

Il-prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

2 776

2 649

2 802

2 855

Indiċi (2008 = 100)

100

95

101

103

Volum ta' importazzjonijiet mit-Tajlandja (tunnellati)

25 916

20 660

20 600

25 213

Indiċi (2008 = 100)

100

80

79

97

Sehem mis-suq (%)

3,1

3

2,7

3,5

Il-prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

1 246

1 183

1 403

1 356

Indiċi (2008 = 100)

100

95

113

109

(155)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi naqsu bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li s-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet baqa’ pjuttost stabbli.

(156)

Għandu jiġi nnotat li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn żdiedu b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat, biex b’hekk baqgħu ogħla b’mod konsistenti mill-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi (bi 68 % matul il-PI).

(157)

Qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, is-CCCLA osservat li l-importazzjonijiet mit-Turkija setgħu żdiedu bi 8 % bejn l-2010 u l-2011, u l-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija kienu allegatament madwar 20 % biss ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ. Diversi partijiet ikkontestaw il-konklużjoni tar-Regolament provviżorju fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-Turkija.

(158)

B’kunsiderazzjoni li kien hemm żball manifest materjali fir-rappurtar tal-importazzjonijiet Torok fir-Regolament provviżorju u d-dejta aġġornata kif tidher hawn fuq, xejn ma jissuġġerixxi li l-importazzjonijiet Torok, minħabba l-prezzijiet u s-sehem tas-suq tagħhom, jistgħu jiksru r-rabta kawżali bejn l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Wieħed għandu jinnota wkoll li n-noninklużjoni ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mit-Turkija fl-ilment ma tistax tkun deskritta bħala diskriminatorja minħabba li, fl-istadju tal-bidu, ma kienx hemm evidenza suffiċjenti ta’ dumping, ħsara u rabta kawżali f’dak li jirrigwarda l-importazzjonijiet mit-Turkija.

(159)

Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja qatt ma kien iktar minn 3,5 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(160)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, qed jiġi konkluż li importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma affetwawx materjalment is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni sal-punt li jiksru r-rabta kawżali bejn l-importazzjoni tal-oġġetti tad-dumping mir-RPĊ u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

5.3.2.   Segmenti tas-suq

(161)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra ġodda fir-rigward tas-segmenti tas-suq, il-premessi 156 sa 158 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

5.3.3.   Il-konsum u d-domanda

(162)

Parti ssuġġeriet li l-ħsara tista’ tkun attribwita għal tnaqqis fid-domanda għal perjodu ta' żmien twil għall-prodotti mmanifatturati fl-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni ma kkonfermatx din ix-xejra, kif diġà ġie spjegat fil-premessa 112 tar-Regolament provviżorju.

(163)

Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri oħra fir-rigward tal-konsum u d-domanda, il-premessi 159 sa 166 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

5.3.4.   Esportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni

(164)

Parti nnutat li l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni tal-Unjoni kienu iktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-bejgħ matul il-perjodu kkonċernat. Dan seta' affettwa l-kapaċità tal-industrija tal-unjoni biex tagħmel investimenti ġodda jew biex tirrekluta staff ġdid. Argument simili kien imtenni wara d-divulgazzjoni definittiva. Madankollu, kif diġà kien imsemmi fil-premessa 169 tar-Regolament provviżorju, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-ħsara ma jistgħux jiġu affettwati mill-prestazzjoni fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni. Barra minn hekk, jista’ jkun argumentat ukoll li dan il-bejgħ kien mod ta’ kumpens parzjali għall-ħsara mġarrba nis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba li l-prezzijiet medji kienu kkalkulati billi l-valur totali tal-bejgħ tal-prodott simili kien diviż bil-volum totali tat-tali bejgħ, taħlita differenti tal-prodott tal-bejgħ fuq is-suq tal-Unjoni meta mqabbel mal-bejgħ għall-esportazzjoni, tista’ tirriżulta wkoll f’differenzi sinifikanti fil-valuri ġenerali tal-bejgħ medju. Fl-aħħar nett, dan il-bejgħ għall-esportazzjoni rrappreżenta inqas minn 37 % tal-volumi tal-bejgħ ġenerali tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri s-suq dominanti għall-industrija tal-Unjoni kien għadu fil-biċċa l-kbira s-suq intern tal-Unjoni. L-argument li dan il-bejgħ għall-esportazzjoni kien ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni, sal-punt li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, huwa għaldaqstant miċħud.

(165)

Billi ma kien hemm l-ebda kumment gdid fir-rigward tal-esportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni, il-premessi 167 sa 170 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.5.   It-tneħħija tal-kwoti tal-importazzjoni

(166)

Wara l-miżuri provviżorji, parti oħra ssuġġeriet li l-eliminazzjoni tal-kwoti tal-importazzjoni kien ikollha impatt fuq il-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, ma tressaq ebda fatt ġdid li jista’ jbiddel il-konklużjoni fil-premessa 173 tar-Regolament provviżorju.

(167)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ġdid ieħor rigward l-eliminazzjoni tal-kwoti tal-importazzjonijiet, il-premessi minn 171 sa 173 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.6.   Prattiki antikompetittivi fis-suq tal-Unjoni

(168)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, diversi partijiet insistew li l-investigazzjoni tal-kartell imnedija mill-awtoritajiet Ġermaniżi msemmija fil-premessa 175 tar-Regolament provviżorju jew il-multa tal-kartell imsemmija fl-istess premessa, ma kinux ikkunsidrati biżżejjed. Fir-rigward ta’ dawn l-allegazzjonijiet, jista’ jintqal dan li ġej minbarra dak li diġà ntqal fil-premessi 174 u 175 tar-Regolament provviżorju.

(169)

L-investigazzjoni Ġermaniża tal-kartell, li tinvestiga allegat iffissar tal-prezzijiet minn Lulju 2005 sa Frar 2008, għadha għaddejja. Peress li l-produtturi tal-Unjoni ngħataw kunfidenzjalità u fl-isfond tal-fatt li r-riżultati finali tal-investigazzjoni Ġermaniża li għaddejja, għadhom ma ġewx irrilaxxati pubblikament, mhux possibbli li jsiru kummenti fuq id-dettalji tal-analiżi mwettqa. Madankollu, jista’ jkun ikkonfermat li ebda mill-produtturi tal-unjoni inklużi fil-kampjun ma hu suġġett għal din l-investigazzjoni li għaddejja. L-investigazzjoni kkonkludiet ukoll li l-indikaturi mikroekonomiċi ma kinux affettwati mill-prattiki investigati u l-indikaturi makroekonomiċi, kienu affettwati, jekk kienu, b’mod limitat ħafna.

(170)

Fir-rigward tar-riżultati tal-kartell dwar l-armar u l-aċċessorji tal-kmamar tal-banju, wieħed għandu jiftakar li dak il-kartell tal-iffissar tal-prezzijiet instab li kien attiv bejn l-1992 u l-2004 u li biss wieħed mill-produtturi mmultati huwa attiv ukoll fis-settur tal-prodotti li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina. Id-dejta pprovduta minn dan il-produttur fil-kuntest tal-awtonomija u l-ħsara mhix influwenzata mill-prattiki tal-kartell minħabba li d-dejta dwar it-taqsima tal-prodotti li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina biss ta’ dak il-produttur intużat u mhux id-dejta kkonsolidata. Għalhekk, il-multa relatata ma’ dak il-kartell ma afftettwatx id-dejta pprovduta minn dak il-produttur. Għandu jiġi mfakkar ukoll li l-perjodu tal-iffissar tal-prezzijiet kien ferm qabel il-perjodu kkunsidrat. Minħabba li l-identitajiet tal-produtturi tal-Unjoni huma kunfidenzjali, ma jistax jiġi divulgat jekk din il-kumpanija hijiex inkluża fil-kampjun jew le. Madankollu, jekk produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun ikun irreġistra fil-kontijiet tiegħu kwalunkwe oġġett (pereżempju multa tal-kartell) li jgħawweġ l-istampa tiegħu tal-ħsara għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, l-awtorità tal-investigazzjoni kienet tiżolahom sabiex fatturi rilevanti għall-ħsara ma jitgħawġux.

(171)

Konsegwentement, l-allegazzjonijiet dwar l-impatt tal-investigazzjonijiet tal-kartell imsemmija hawn fuq dwar l-analiżi tal-ħsara u l-kawżalità, huma permezz ta’ dan miċħuda.

(172)

Parti interessata waħda semmiet li kien hemm arranġamenti illegali tal-prezzijiet u allokazzjonijiet tas-suq bejn il-produtturi tal-Unjoni, iżda madankollu ma pprovdiet ebda evidenza għal din l-allegazzjoni u għaldaqstant din qed tiġi miċħuda.

(173)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra ġodda dwar prattiki kompetittivi fis-suq tal-Unjoni, il-premessi minn 174 sa 176 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.7.   Il-metodi tal-produzzjoni

(174)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra ġodda dwar il-metodi ta’ produzzjoni tal-Unjoni, il-premessi minn 177 sa 178 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(175)

Importatur irrepeta allegazzjonijiet simili wara d-divulgazzjoni definittiva u argumenta dwar id-differenza fil-metodi tal-produzzjoni użati mill-produtturi tal-Unjoni meta mqabbla ma’ metodi iktar artiġjanali tal-fabbriki Ċiniżi. Madankollu, ma tressaq ebda argument sostantiv li jista’ jbiddel il-konklużjoni li ntlaħqet fil-premessa 178 tar-Regolament provviżorju u l-allegazzjoni għaldaqstant hija definittivament miċħuda.

5.3.8.   Is-swieq ta’ prodotti użati

(176)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra ġodda fir-rigward tas-swieq ta’ prodotti użati, il-premessi 179 sa 180 tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

5.3.9.   Il-kriżi ekonomika

(177)

Parti ddikjarat li l-premessa 183 tar-Regolament provviżorju tagħti analiżi żbaljata tas-sitwazzjoni matul il-perjodu tal-irkupru ekonomiku bejn l-2010 u l-2011 u li l-impatt tal-kriżi ekonomika ma kienx ikkunsidrat biżżejjed. Dawn il-kummenti kienu ripetuti wara d-divulgazzjoni finali. Madankollu, l-allegazzjonijiet ma kinux sostanzjati. Għandu jkun enfasizzat li l-premessa ċċitata tiddikjara li importazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ dumping mir-RPĊ intensifikaw l-effett tat-tnaqqis ekonomiku. Fir-rigward tal-impatt tal-kriżi ekonomika, il-premessa 184 tar-Regolament provviżorju hija ċara dwar il-fatt li l-kriżi ekonomika setgħet ikkontribwixxiet għall-prestazzjoni ħażina tal-industrija tal-Unjoni, għalkemm ma setgħetx tikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet ta’ oġġetti tad-dumping u s-sitwazzjoni ta’ ħsara li ġarrbet dik l-industrija matul il-PI.

(178)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ġodda oħra dwar il-kriżi ekonomika, il-premessi minn 181 sa 184 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.10.   Fatturi oħra

(179)

F’sottomissjoni konġunta,diversi importaturi allegaw li t-tnaqqis drastiku fl-impjieg kien żvilupp normali fl-industrija tal-oġġetti għall-konsumaturi. Madankollu, din l-allegazzjoni ma kinitx sostanzjata. Barra minn hekk, anke jekk din ix-xejra tkun normali għal dan is-settur, ma setgħetx tikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet ta' oġġetti ta' dumping mir-RPĊ u t-telf sinifikanti ta' impjiegi f'dan is-settur. Għalhekk, din l-allegazzjoni hija miċħuda.

(180)

Parti waħda allegat li d-defiċits strutturali li baqa’ tal-industrija tal-Unjoni b’rabta mal-kapaċità żejda eżistenti kif jidher fit-Tabella 3 tar-Regolament provviżorju jistgħu jiksru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet tal-oġġetti ta’ dumping mill-RPĊ u l-ħsara mġarrba mill-manifatturi tal-Unjoni. Rigward dan l-argument, għalkemm l-industrija tal-Unjoni kienet diġà fi stat fraġli fil-bidu tal-perjodu kunsidrat u kienet għada ma għaddietx minn ristrutturazzjoni, l-investigazzjoni kkonfermat li kienet kompetittiva u li kienet qed tlaħħaq tajjeb mad-domanda mis-swieq kollha. Rigward it-Tabella 3 tar-Regolament provviżorju, it-tnaqqis fil-produzzjoni għandu jkun ikkunsidrat b'rabta mal-pressjoni li tirriżulta mill-volum għoli ta' importazzjonijiet bi prezz baxx mir-RPĊ, filwaqt li l-esportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni baqgħu stabbli. Għalhekk, din l-allegazzjoni ma tistax tiġi milqugħa.

(181)

Parti waħda kkunsidrat li l-Kummissjoni naqqset milli tikkunsidra l-effett kumulattiv ta’ kull wieħed mill-fatturi l-oħra ta’ ħsara. Din l-allegazzjoni tqajmet ukoll minn diversi partijiet wara d-divulgazzjoni definittiva. Madankollu, minħabba r-riżultati tal-investigazzjoni f’relazzjoni ma’ diversi fatturi invokati oħra, mhux possibbli li l-effett kumulattiv tagħhom seta’ kiser ir-rabta kawżali. Tabilħaqq, għall-biċċa l-kbira tal-fatturi mqajma, l-impatt tagħhom kien żgħir, jekk kien hemm.

(182)

Parti kkunsidrat li l-awtorità ta’ investigazzjoni kienet naqset milli tiddistingwi bejn il-kookkorrenza u l-kawżalità. Madankollu, l-informazzjoni ta’ sostenn ipprovduta assolutament ma kinetx konklussiva f’dan ir-rigward u l-allegazzjoni għaldaqstant hija miċħuda.

(183)

Fin-nuqqas ta' kummenti ġodda oħra fir-rigward ta’ fatturi oħra, il-premessi 185 sa 190 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

5.4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(184)

Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti ġodda, il-premessa 191 tar-Regolament provviżorju hi b’dan ikkonfermata.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   Il-kummenti preliminari

(185)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kummenti għall-premessa 192 tar-Regolament proviżorju, dik il-premessa hija b’dan ikkonfermata.

6.2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(186)

Produttur Pollakk mhux kwerelant laqa’ b’sodisfazzjon il-miżuri, filwaqt li manifattur mir-Renju Unit mhux kwerelant li għandu interessi fl-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat opponiehom. It-tieni parti tqis li d-dazji kien ikollhom effett negattiv fuq dawk il-produtturi li jikkumplimentaw l-għażla ta' prodotti tagħhom b'importazzjonijiet mir-RPĊ u adattaw għall-globalizzazzjoni permezz ta' mudell tan-negozju fejn isir xogħol ta’ valur miżjud għoli fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-konsumaturi jkunu inqas inklinati li jixtru l-prodotti tagħhom minħabba li ma jibqgħux joffru għażla sħiħa ta' prodotti.

(187)

Fir-rigward tal-allegazzjoni tat-tieni parti, ġiet eżaminata s-sitwazzjoni ta’ dik il-kumpanija. Jirriżulta li l-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ prodotti li jintużaw fiq il-mejda jikkostitwixxu parti żgħira ħafna mill-importazzjonijiet totali tagħhom. Madankollu, il-kumpanija allegat mingħajr ma speċifikat iktar, li dawn l-importazzjonijiet kienu importanti għaliha. Il-kumpanija ma tat ebda ċifra dwar il-produzzjoni tagħha. Skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, fl-2011, il-kumpanija għamlet profitt qabel it-taxxa fuq il-fatturat totali ta' iktar minn 10 %, li l-biċċa l-kbira minnu nkiseb mis-swieq mhux tal-UE (ebda ċifra ma kienet ipprovduta għall-prodott ikkonċernat). Abbażi ta’ dan, mhux mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri tipperikola l-vijabbiltà tal-kumpanija. Ma ġiet ipprovduta ebda evidenza speċifika għall-allegazzjoni li ħafna kumpaniji oħra se jaffaċċjaw ukoll diffikultajiet bħala riżultatat tal-miżuri. Barra minn hekk, skont ir-risposti li waslu matul l-istadju qabel il-bidu tal-fażi tal-analizi tal-istat u s-sottomissjonijiet li waslu sussegwentement, ma hemm ebda indikazzjoni li hemm għadd sinifikanti ta’ kumpaniji f’tali sitwazzjoni.

(188)

L-impatt tad-dazji fuq l-attivitajiet tal-manifattura tal-industrija tal-Unjoni ikun pożittiv. Fil-fatt, mill-impożizzjoni riċenti ta’ dazji antidumping provviżorji, ġew irrappurtati diversi żviluppi pożittivi f’dan ir-rigward.

(189)

L-iżviluppi pożittivi msemmija hawn fuq jikkonfermaw id-dikjarazzjoni tal-kwerelanti li l-produzzjoni tal-Unjoni tista’ tiżdied sostanzjalment fi żmien qasir billi jintużaw impjanti, makkinarju u l-ħaddiema disponibbli, filwaqt li żidiet ikbar ikunu fattibbli fuq perjodu ta’ żmien itwal. Għaldaqstant, l-irtirar ta’ prattiki inġusti tal-prezzijiet huwa ta’ benefiċċju għalihom peress li livell ġdid ta’ prezzar jagħmilha iktar attraenti li jiġu mmanifatturati iktar prodotti fl-Unjoni, kemm f’ordnijiet kbar kif ukoll f’ordnijiet żgħar, disinji speċjali jew prodotti komuni mhux tad-ditta. Dan jirriżulta fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda li jinvolvu tipi differenti ta’ kapaċitajiet u għalhekk għandu jonqos il-qgħad.

(190)

Dwar l-impossibbiltà li tkun offruta għażla wiesgħa ta’ prodotti, din id-dikjarazzjoni ma tistax tinżamm minħabba li l-konsumaturi jirrikjedu firxiet li jinbidlu ta' prodotti u l-eżistenza ta' diversi sorsi ta' provvista.

(191)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ġodda oħra fir-rigward tal-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi 193 sa 198 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

6.3.   L-interess ta’ importaturi mhux relatati

(192)

L-ikbar żewġ importaturi fil-kampjun ikkontestaw il-livell ta’ kooperazzjoni tagħhom rigward dejta sħiħa dwar il-profittabbiltà u l-marġni bejn il-prezzijiet tax-xiri u l-bejgħ mill-ġdid għal klijenti mhux relatati, filwaqt li wieħed minnhom ikkontesta li kien ċaħad l-aċċess għall-kontijiet tiegħu u argumenta li xejn ma kien jinbidel kieku ta l-aċċess. Il-partijiet allegaw li d-daqs u l-mudell tan-negozju tagħhom ma ppermettilhomx jipprovdu dejta ddettaljata kif mitlub. Fi stadju definittiv, kien ikkonfermat li wieħed minnhom għal darb'oħra ċaħad l-aċċess għall-kontijiet tal-importazzjoni tiegħu u li t-tnejn, minkejja li ppruvaw, ma rnexxilhomx jipprovdu dejta sħiħa u li tista’ tintuża dwar il-profittabblità u informazzjoni dwar il-marġni bejn il-prezzijiet tax-xiri u tal-bejgħ mill-ġdid għall-klijenti mhux relatati b’tali mod li tista’ tintuża mill-istituzzjonijiet fl-analiżi tas-sitwazzjoni ta’ importaturi mhux relatati. L-informazzjoni limitata pprovduta miż-żewġ kumpaniji dwar il-prezzijiet tax-xiri u tal-bejgħ mill-ġdid, anki jekk kienet inkonklussiva, kienet madankollu għal kollox konformi mal-informazzjoni ġenerali żejda miksuba u miġbura f’sommarju fil-premessa 202 tar-Regolament provviżorju.

(193)

Fil-premessa 203 tar-Regolament provviżorju, il-partijiet interessati kienu mistiedna jippreżentaw dejta addizzjonali, komprensibbli u verifikabbli li tanalizza iktar l-impatt tal-miżuri fuq il-katina tal-provvista.

(194)

Wara l-miżuri provviżorji, intbagħtu risposti ġodda għall-kwestjonarju tal-importaturi minn żewġ importaturi mhux relatati. Waslu wkoll sottomissjonijiet oħra ta’ interess għall-Unjoni minn importaturi mhux inklużi fil-kampjun, assoċjazzjoni tal-Kummerċ Ewropew u Internazzjonali (Assoċjazzjoni dwar il-Kummerċ Barrani), assoċjazzjoni Svediża tal-importaturi, bejjiegħa bil-grossa u bejjiegħa bl-imnut (Svensk Handel), is-CCCLA u produttur tal-Unjoni b’interessi tal-importazzjoni. L-ebda minn dawn is-sottomissjonijiet ma kienet tinkludi dejta konklussiva dwar l-impatt tal-miżuri fuq il-katina tal-provvista.

(195)

Parti allegat li ċ-ċifra tal-impjiegi downstream affettwata mid-dazji ma ġietx riflessa b'mod sħiħ fl-isfond tal-fatt li l-istatistiċi tal-Eurostat juru li b'mod ġenerali, impriżi kummerċjali ta' distribuzzjoni jħaddmu iktar nies (33 miljun) minn kumpaniji tal-manifattura (31 miljun) Madankollu, iċ-ċifri pprovduti kienu dwar in-negozji tal-importazzjoni u tal-manifattura u ma setgħux jintużaw għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni.

(196)

F’sottomissjoni konġunta, diversi importaturi allegaw li ħames importaturi inklużi fil-kampjun ipprovdew iktar minn 10 000 persuna b’relazzjoni mal-prodott ikkonċernat u mhux 350 kif imsemmi fil-premessa 200 tar-Regolament provviżorju Iċ-ċifri kienu għal darb’oħra vverifikati. Għandu jkun enfasizzat li fl-analiżi tal-interessi tal-importaturi, l-għadd ta’ impjiegi relatati mal-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-funzjonijiet ta’ appoġġ, għandu jkun ikkunsidrat. L-impjieg relatat ma’ prodotti jew oriġini oħra, jew relatat ma' attivitajiet bħall-bejgħ bil-grossa u l-bejgħ bl-imnut, naturalment ma għandux ikun inkluż f’dan l-għadd. Wieħed għandu jiftakar li, iktar qabel fil-proċediment, grupp ta’ 14-il importatur kienu stmaw li l-għadd ta’ impjiegi involuti fil-livell tal-importaturi huwa ta’ 7 000 impjieg. Iċ-ċifra tidher li hija stima raġonevoli abbażi tal-estrapolazzjoni tas-sitwazzjoni tal-importaturi inklużi fil-kampjun sal-punt li ċ-ċifri tagħhom jistgħu jintużaw.

(197)

Diversi partijiet ilmentaw dwar iċ-ċifra għolja tal-marġini gross inkluża fil-premessa 202 tar-Regolament provviżorju, u allegaw li din tista' tiżvijja. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-maġġoranza vasta tal-importaturi li wieġbu għall-mistoqsijiet tat-teħid tal-kampjuni dwar l-importaturi rrapportaw marġini gross bejn il-prezz tax-xiri u l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid li jvarja bejn 50 % u 200 % u l-importaturi inklużi fil-kampjun kienu f’sitwazzjoni simili. Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-kwerelanti ssottomettew diversi eżempji li jappoġġjaw l-informazzjoni mogħtija mill-pubblikazzjoni msemmija fil-premessa 202 tar-Regolament provviżorju, jiġifieri li tikkonferma l-proporzjon tal-prezz tal-importazzjoni – il-prezz tal-bejgħ bl-imnut tal-prodott ikkonċernat.

(198)

Manifattur mir-Renju Unit b’interessi tal-importazzjoni spjega li dawk il-marġni huma meħtieġa biex jiġu koperti ċerti spejjeż imġarrba fl-Unjoni. Ma ġiet ipprovduta ebda dejta kienet tippermetti kalkolu ta’ dawk il-marġni abbażi tal-fatturat.

(199)

Billi setgħat tinkiseb u tkun ivverifikata dejta li tista’ tintuża dwar il-profitt fuq l-attivitajiet ta’ importazzjoni relatati mal-prodott ikkonċernat ta’ tliet importaturi biss inklużi fil-kampjun u dawn it-tliet importaturi jirrappreżentaw madwar 3 % biss tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, iċ-ċifra medja ppiżata tal-profitt ikkonċernat ma kinetx meqjusa konklussiva u għaldaqstant ma ssemmietx fir-Regolament provviżorju. Madankollu, għandu jkun innutat li dan il-profitt medju ppiżat kien b’saħħtu (bejn 6 % u 10 % - firxa mogħtija għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità).

(200)

Importatur allega li ma hemmx produzzjoni biżżejjed ta’ oġġetti tal-ġebel ikkuluriti fl-Unjoni u li ma kellu ebda alternattiva oħra ħlief li jimporta mir-RPĊ. Wara d-divulgazzjoni saret l-istess allegazzjoni. Madankollu, l-investigazzjoni stabbilixxiet li oġġetti tal-ġebel ikkuluriti jistgħu jkunu akkwistati minn diversi sorsi, inklużi produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni għandhom kapaċità ta’ produzzjoni biex ibigħu iktar fis-suq tal-Unjoni.

(201)

L-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni ma ppermettietx kwantifikazzjoni xierqa dwar sa fejn l-importaturi jkunu jistgħu jgħaddu ż-żidiet tal-prezz tax-xiri bħala riżultat tal-livelli proposti tad-dazju. Madankollu, jekk l-importazzjonijiet mir-RPĊ jkunu suġġetti għal dazju definittiv antidumping u fl-isfond tal-informazzjoni dwar il-marġni gross u nett, ma hemm xejn li jisuġġerixxi li l-vijabbiltà tan-negozju tal-importaturi tinsab fil-periklu. Importatur issuġġerixxa wkoll li operaturi u importaturi kbar tas-suq li n-negozju ewlieni tagħhom mhuwiex l-oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina, mhux se jkunu affettwati b'mod negattiv.

(202)

Għalhekk, huwa konkluż li b’mod ġenerali, l-impożizzjoni tal-miżuri fil-livelli proposti ma ħalliet ebda impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi mhux relatati tal-prodott ikkonċernat.

(203)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ġodda oħra fir-rigward tal-interess tal-importaturi mhux relatati, il-premessi 199 sa 211 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

6.4.   L-interess ta’ setturi ekonomiċi oħrajn

(204)

Minbarra l-istedina inkluża fil-premessa 203 tar-Regolament provviżorju, fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni ta’ miżuri provviżorji, il-Kummissjoni kkuntattjat direttament lill-bejjiegħa bl-imnut rilevanti u lill-assoċjazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-imnut, importaturi b’attivitajiet possibbli fil-livell tal-konsumatur u disinjaturi magħrufa mill-Kummissjoni u stednithom jimlew il-kwestjonarji rilevanti. Xi riċevituri li fil-bidu allegaw li huma bejjiegħa bl-imnut wieġbu li ma kinux ikkonċernati mill-investigazzjoni minħabba li ma kinux attivi fin-negozju. Il-Kummissjoni eventwalment irċeviet seba’ risposti ġodda għall-kwestjonarju tal-bejjiegħa bl-imnut. Dawn is-seba’ bejjiegħa bl-imnut kienu jirrappreżentaw 1 % tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-PI. Ħafna minn dawn it-tweġibiet f’ħafna rispetti kienu neqsin iżda xorta kienu analizzati safejn kien possibbli. Għall-kwestjonarju tad-disinjaturi ma waslet ebda tweġiba.

(205)

L-informazzjoni miksuba b’dan il-mod, ma pprovdiet ebda evidenza ġdida dwar l-interess tas-setturi ekonomiċi li jista jikkontesta l-konklużjoni milħuqa fil-premessa 217 tar-Regolament provviżorju.

(206)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ miżuri provviżorji, is-sottomissjonijiet dwar l-interess tal-Unjoni fir-rigward ta’ setturi ekonomiċi oħra waslu kemm mill-importaturi inklużi fil-kampjun kif ukoll minn dawk mhux inklużi fil-kampjun (inkluż importatur Pollakk attiv fis-settur tal-oġġetti promozzjonali), assoċjazzjoni tal-Kummerċ Ewropew u Internazzjonali (Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Barrani), assoċjazzjoni Svediża tal-importaturi, bejjiegħa bil-grossa u bejjiegħa bl-imnut (Svensk Handel), diversi bejjiegħa bl-imnut, is-CCCLA u tmien kumpaniji li jinkaljaw il-kafe) seba’ minnhom jinsabu fl-Italja u waħda għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha fl-Awstrija).

(207)

Il-kumpaniji li jinkaljaw il-kafe allegaw li minħabba n-numru żgħir ħafna ta’ produtturi tal-Unjoni li jaqdu s-suq tagħhom (massimu 5), li l-biċċa l-kbira minnhom jimportaw mir-RPĊ jew direttament jew permezz ta’ kumpaniji aħwa, u n-numru kbir ħafna ta’ kumpaniji li jinkaljaw il-kafe (1 500-3 000), il-miżuri fil-livell propost fl-istadju provviżorju jistgħu jimpedixxuhom milli jfornu l-istess prodotti eżatt fil-futur. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. L-ewwel nett, il-miżuri definittivi huma iktar baxxi mill-miżuri provviżorji. It-tieni nett, l-investigazzjoni żvlat li l-produtturi tal-Unjoni kienu f’pożizzjoni li jimmobilzzaw il-potenzjal tal-produzzjoni tagħhom u jservu b’mod ulterjuri l-industrija li tinkalja l-kafe, jekk titneħħa l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ dumping mir-RPĊ. Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni, huwa ferm probabbli li l-għadd ta’ produtturi tal-Unjoni li jistgħu jieħdu ordnijiet mill-kumpaniji li jinkaljaw il-kafe jkun iktar minn ħamsa.

(208)

Il-kumpaniji li jinkaljaw il-kafe argumentaw li l-miżuri antidumping jagħmlu ħsara lill-esportazzjonijiet tagħhom minħabba t-telf tal-kompetittività u minħabba r-retaljazzjoni possibbli mill-awtoritajiet Ċiniżi. Madankollu, ma hemm ebda evidenza li tindika li l-livell ta’ miżuri impost iwassal għal tali telf tal-kompetittività, b’kunsiderazzjoni wkoll li membri oħra tad-WTO għandhom miżuri antidumping oħra li jaffettwaw dan it-tip ta’ prodott. L-allegazzjoni ta’ azzjoni ta’ retaljazzjoni ukoll ma kinetx sostanzjata.

(209)

Il-kumpaniji li jinkaljaw il-kafe ddikjaraw li l-miżuri antidumping inevitabbilment iwasslu għal tnaqqis ġenerali fin-negozju tagħhom, għal tnaqqis fil-bejgħ tagħhom, għal żieda ġenerali tal-prezz tal-kafe fis-settur HORECA (lukandi, ristoranti u settur tal-ospitalità) u għal tnaqqis fil-kwalità tal-prodotti u s-servizzi. Allegatament, dan ipoġġi f’riskju għadd konsiderevoli ta’ impjiegi diretti u indiretti. Madankollu, b’kunsiderazzjoni għal x’inhu n-negozju ewlien tal-kumpaniji li jinkaljaw il-kafe u għall-konklużjonijiet rigward l-effetti tal-miżuri tal-katina ta’ provvista, dawn l-allegazzjonijiet ma jistgħux jiġu aċċettati. Għandu jkun innutat ukoll li l-provvediment tal-għadd totali tal-impjiegi marbuta mal-attivitajiet internazzjonali tal-kumpanija li tinkalja l-kafe, ma jistax jitqies bħala bażi ta’ kalkolu xieraq għall-għadd ta’ impjiegi li jkunu f’riskju minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping.

(210)

Żewġ importaturi allegaw li ma hemmx produzzjoni biżżejjed ta’ oġġetti tal-porċellana ġdida u tal-porċellana fl-Unjoni u li ma kellhom ebda alternattiva oħra ħlief li jimportaw mir-RPĊ. L-istess allegazzjoni saret minn assoċjazzjoni ta’ importaturi wara d-divulgazzjoni. L-ewwel nett u b’mod ġenerali għandu jkun innutat li l-miżuri antidumping għandhom l-għan li jġibu lura l-kummerċ ġust u mhux li jibblukkaw l-importazzjonijiet. F’dan il-każ, il-livell ta’ miżuri ma jistax ikun meqjus bħala projbittiv. It-tieni nett, l-investigazzjoni stabbilixxiet li dawn il-prodotti jistgħu jkunu akkwistati minn diversi sorsi, inklużi produtturi tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-produtturi tal-Unjoni għandhom il-kapaċità tal-produzzjoni biex ibigħu iktar fis-suq tal-Unjoni u jistgħu jisfruttaw iktar il-potenzjal tagħhom, jekk il-miżuri antidumping jiġu definittivament imposti.

(211)

Biejjiegħ bl-imnut wieħed allega li l-miżuri jkollhom impatt negattiv fuq ċerti oġġetti li jaqdu s-suq tat-turisti. Madankollu, ebda informazzjoni sostantiva ma tista’ ssostni dik l-allegazzjoni. Barra minn hekk, il-piż tal-oġġetti inkwistjoni fis-settur huwa limitat.

(212)

Importatur u bejjiegħ bil-grossa allega li l-impożizzjoni ta’ miżuri se twassal għal konsolidazzjoni vertikali tas-suq minn xi parteċipanti kbar ewlenin. Madankollu, minħabba l-għadd attwali ta’ parteċipanti ewlenin, dan mhux probabbli fuq perjodu ta’ żmien qasir-medju.

(213)

Minbarra l-miżuri li diġà kienu trattati fir-Regolament provviżorju, għandu jkun innutat li diversi partijiet sabu li l-interess ta’ kumpaniji iżgħar, bħall-bejjiegħa bl-imnut, distributuri u negozji li jikkummerċjalizzaw oġġetti promozzjonali, ma kienx ġie kkunsidrat biżżejjed. Din l-allegazzjoni ġiet imtennija minn diversi partijiet wara d-divulgazzjoni definittiva. Għandu jkun rikonoxxut li, b’mod ġenerali negozji mikro u żgħar jistgħu jkunu iktar vulnerabbli għal kwalunkwe żieda fil-prezz bħal riżultat tad-dazjo antidumping. Madankollu, ma hemmx evidenza li l-livell ta’ miżuri imposti se jkollu effett negattiv sinifikanti fuq l-atturi ekonomiċi l-oħra li jikkwalifikaw bħala SMEs. Għalhekk, l-allegazzjoni ġiet definittivament miċħuda.

(214)

Fin-nuqqas ta’ kummenti addizzjonali oħra fir-rigward tal-interess ta’ setturi ekonomiċi oħra, il-premessi 212 sa 217 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

6.5.   L-interess tal-konsumaturi (unitajiet domestiċi)

(215)

Minkejja li kienu kkuntattjati direttament mill-Kummissjoni, ebda parti li tirrappreżenta direttament l-interessi tax-xerrejja finali, bħal assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, ma għamlet xi rappreżentazzjoni.

(216)

Diversi partijiet ikkontestaw il-konklużjoni tal-premessa 222 tar-Regolament provviżorju rigward prezzijiet ogħla. Wara d-divulgazzjoni definittiva, saru allegazzjonijiet simili.

(217)

Fl-eventwalità mhux probabbli li d-dazju jgħaddi għalkollox fuq il-konsumaturi u, jekk wieħed jassumi li l-livelli tal-importazzjonijiet u l-prezzijiet jibqgħu l-istess, id-dazji antidumping jfissru spejjeż żejda kull sena għal kull unità domestika ta’ inqas minn EUR 1. Tali kalkolu huwa bbażat fuq il-volumi u l-valuri ta’ importazzjoni PI, il-livell propost tad-dazji u l-għadd ta’ unitajiet domestiċi tal-Unjoni.

(218)

Tali effett ma jistax ikun meqjus li huwa biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall-impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni derivat mil-limitazzjoni tal-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ dumping mir-RPĊ.

(219)

Parti allegat li bħala konsegwenza tal-miżuri, se jkun hemm skarsezza ta' oġġetti irħas li jintużaw fuq il-mejda. Din l-allegazzjoni kienet imtennija wara d-divulgazzjoni definittiva. Madankollu din l-allegazzjoni ma tistax tkun aċċettata, kif iddikjarat fil-premessa 157 tar-Regolament provviżorju, l-industrija tal-Unjoni sservi s-swieq kollha (inklużi l-oġġetti rħas li jintużaw fuq il-mejda).

(220)

Fin-nuqqas ta’ kummenti addizzjonali oħra fir-rigward tal-interess ta’ konsumaturi (unitajiet domestiċi), il-premessi 218 sa 226 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

6.6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(221)

Fl-isfond ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-valutazzjoni fir-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

(222)

Għalhekk, il-premessi 227 sa 229 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

7.   MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI

7.1.   Livell ta’ tneħħija tal-ħsara

(223)

Intqal li l-marġni ta’ profitt użat biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping ta’ ħsara kien għoli wisq. Din l-allegazzjoni ġiet miċħuda kif spjegat fit-taqsima 4.5.3.3. hawn fuq.

(224)

Diversi partijiet iddubitaw il-profitt immirat użat għall-kalkolu tal-marġni ta’ ħsara. Dawn il-kummenti qed jiġu indirizzati fil-premessi 135 sa 142 hawn taħt. Abbażi tal-analiżi ta’ dawk il-kummenti, qed jiġi konkluż li l-profitt immirat ta' 6 % għandu jinżamm.

(225)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-livell tat-tneħħija tad-dannu, il-metodoloġija deskritta fil-premessi minn 230 sa 234 tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata.

7.2.   Miżuri definittivi

(226)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa rigward dumping, il-ħsara, il-kawżalità u interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti dazji definitivi antidumping fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell tal-marġini aktar baxxi ta’ dumping u ħsara, skont ir-regola tal-anqas dazju. Għaldaqstant, ir-rati kollha tad-dazju għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-marġini ta’ dumping.

(227)

L-aġġustament żgħir imsemmi fil-premessi 115 sa 132 hawn fuq irriżulta f'marġni kemm kemm riveduti ta' bejgħ bi prezz imqaċċat kif jidher fil-marġni ta' ħsara elenkati hawn taħt. Id-dazji antidumping definittivi proposti huma dawn li ġejjin:

Kumpanija

Marġini tad-dumping (%)

Marġni ta' ħsara (%)

Rata tad-dazju definittiva (%)

Hunan Hualian China Industry Co., Ltd; Hunan Hualian Ebillion Industry Co., Ltd; Hunan Liling Hongguanyao China Industry Co., Ltd and Hunan Hualian Yuxiang China Industry Co., Ltd

18,3

44,8

18,3

Guangxi Sanhuan Enterprise Group Holding Co., Ltd

13,1

92,6

13,1

CHL Porcelain Industries Ltd

23,4

110,1

23,4

Shandong Zibo Niceton-Marck Huaguang Ceramics Limited; Zibo Huatong Ceramics Co., Ltd; Shandong Silver Phoenix Co., Ltd; Niceton Ceramics (Linyi) Co., Ltd; Linyi Jingshi Ceramics Co., Ltd; Linyi Silver Phoenix Ceramics Co., Ltd; Linyi Chunguang Ceramics Co., Ltd, and Linyi Zefeng Ceramics Co., Ltd

17,6

79,1

17,6

Guangxi Province Beiliu City Laotian Ceramics Co., Ltd

22,9

45,7

22,9

Produtturi esportaturi li jikkoperaw oħra kollha

17,9

79,0

17,9

Kumpaniji l-oħra kollha

36,1

110,1

36,1

(228)

Ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-maqlub tad-dazju komuni għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpanniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-RPĊ u li jiġu prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma tistax tibbenefika minn dawn ir-rati u għandha tkun soġġetta għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(229)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ evażjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa kkunsidrat li huma meħtieġa miżuri speċjali f’dan il-każ biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji antidumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mal-ħtiġiet stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mhux akkumpanjati minn tali fattura se jkunu soġġetti għad-dazju antidumping residwali applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha.

(230)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati aktar baxxi tad-dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bћala li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fix-xejra tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Fit-tali ċirkostanzi, u sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tibda investigazzjoni kontra l-evażjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti ta' dazju għall-pajjiż kollu.

(231)

Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta' rata ta' dazju antidumping individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (11) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjata ma', pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew bejgħ. Jekk ikun xieraq, dan ir-Regolament jiġi mbagħad emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu minn rati ta’ dazju antidumping individwali.

(232)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell ta’ dazju għall-pajjiż kollu għandu japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

(233)

Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn kwalunkwe esportatur ġdid u l-kumpaniji li kkooperaw li ma ġewx inklużi fil-kampjun, imsemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandha ssir dispożizzjoni għad-dazju medju ppiżat divrenzjat impost fuq il-kumpaniji msemmija l-aħħar li għandha tiġi applikata għal kwalunkwe esportatur ġdid li jekk mhux hekk ikun intitolat għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku.

(234)

Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom huwa maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina, li joriġinaw fir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju (divulgazzjoni finali). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu kummenti dwar id-divulgazzjoni finali.

(235)

Il-kummenti verbali u bil-miktub sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn kien xieraq.

7.3.   Il-ġbir definittiv ta’ dazji antidumping provviżorji

(236)

Fid-dawl tal-kobor tal-marġni ta’ dumping misjub u minħabba l-livell tal-ħsara kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, huwa meqjus neċessarju li l-ammonti garantiti permezz ta’ dazju proviżorju antidumping impost mir-Regolament provviżorju jinġabru definittivament sal-ammont tad-dazji definittivi imposti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Permezz ta’ dan qed jiġi impost dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina minbarra skieken taċ-ċeramika, oġġetti taċ-ċeramika li jaħżnu kondiment jew imtieħen żgħar tal-ħwawar u l-partijiet taċ-ċeramika tagħhom li jitħnu, għodod li jqaxxru l-frott u l-ħaxix magħmula miċ-ċeramika, senniena tas-skieken taċ-ċeramika, ġebel tal-pizza taċ-ċeramika cordierite tat-tip użat għall-ħami tal-pizza jew il-ħobż, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 6911 10 00, ex 6912 00 10, ex 6912 00 30, ex 6912 00 50 and ex 6912 00 90 (kodiċijiet TARIC 6911100090, 6912001011, 6912001091, 6912003010, 6912005010 and 6912009010) u li joriġinaw mir-RPĊ.

2.   Ir-rata tad-dazju definittiv tal-antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Hunan Hualian China Industry Co., Ltd;

Hunan Hualian Ebillion Industry Co., Ltd;

Hunan Liling Hongguanyao China Industry Co., Ltd;

Hunan Hualian Yuxiang China Industry Co., Ltd.

18,3

B349

Guangxi Sanhuan Enterprise Group Holding Co., Ltd

13,1

B350

CHL Porcelain Industries Ltd

23,4

B351

Shandong Zibo Niceton-Marck Huaguang Ceramics Limited;

Zibo Huatong Ceramics Co., Ltd;

Shandong Silver Phoenix Co., Ltd;

Niceton Ceramics (Linyi) Co., Ltd;

Linyi Jingshi Ceramics Co., Ltd;

Linyi Silver Phoenix Ceramics Co., Ltd;

Linyi Chunguang Ceramics Co., Ltd;

Linyi Zefeng Ceramics Co., Ltd.

17,6

B352

Guangxi Province Beiliu City Laotian Ceramics Co., Ltd

22,9

B353

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

17,9

 

Kumpaniji l-oħra kollha

36,1

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju antidumping speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi ppreżentata, japplika d-dazju applikabbli għall-“Kumpaniji l-oħrajn kollha”.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   L-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju antidumping skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2012 fuq importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jaħżnu kondiment jew imtieħen żgħar tal-ħwawar u l-partijiet taċ-ċeramika tagħhom li jitħnu, għodod li jqaxxru l-frott u l-ħaxix magħmula miċ-ċeramika, senniena tas-skieken taċ-ċeramika, ġebel tal-pizza taċ-ċeramika cordierite tat-tip użat għall-ħami tal-pizza jew il-ħobż u li joriġinaw mir-RPĊ, għandhom jiġu rilaxxati.

2.   L-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju antidumping skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2012 fuq importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina minbarra skieken taċ-ċeramika, oġġetti taċ-ċeramika li jaħżnu kondiment jew imtieħen żgħar tal-ħwawar u l-partijiet taċ-ċeramika tagħhom li jitħnu, għodod li jqaxxru l-frott u l-ħaxix magħmula miċ-ċeramika, senniena tas-skieken taċ-ċeramika, ġebel tal-pizza taċ-ċeramika cordierite tat-tip użat għall-ħami tal-pizza jew il-ħobż u li joriġinaw mir-RPĊ, għandhom jinġabru b'mod definittiv. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju antidumping għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat billi jiżdied il-produttur esportatur ġdid mal-kumpaniji li jikkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun u għaldaqstant suġġetti għar-rata ta’ dazju medja ppiżata ta’ 17,9 % fejn kwalunkwe produttur esportatur ġdid fir-RPĊ jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

a)

ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) waqt il-perjodu tal-investigazzjoni (l-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011);

b)

ma jkun relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-RPĊ li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u

c)

ikun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 318, 15.11.2012, p. 28

(3)  ĠU C 44, 16.2.2012, p. 22.

(4)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Frar 2012 fil-kawża C-249/10 P, Brosmann Footwear HK u oħrajn vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u s-sentena tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Novembru 2012 fil-kawża C-247-10 P, Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd vs.il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(5)  Ir-Regolament UE Nru 1168/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, ĠU L 344, 14.12.2012, p. 1.

(6)  Ibid.

(7)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

(8)  L-istatistiki tal-Eurostat dwar l-impjieg marbuta mal-manifattura tat-tessuti, ilbies, prodotti tal-ġilda/injam/sufra/karti u l-istampar u r-riproduzzjoni ta’ midja rrekordjata.

(9)  Il-kompetittività tas-Settur taċ-Ċeramika, rapport finali 13 ta’ Ottubru 2008, p. 29

(10)  ĠU L 238, 15.09.2011, p. 1.

(11)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Office: NERV-105, 08/020, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/ BELGIË.


ANNESS I

Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw u li mhumiex fil-kampjun

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Amaida Ceramic Product Co., Ltd.

B357

Asianera Porcelain (Tangshan) Ltd.

B358

Beiliu Changlong Ceramics Co., Ltd.

B359

Beiliu Chengda Ceramic Co., Ltd.

B360

Beiliu City Heyun Building Materials Co., Ltd.

B361

Beiliu Jiasheng Porcelain Co., Ltd.

B362

Beiliu Quanli Ceramic Co., Ltd.

B363

Beiliu Shimin Porcelain Co., Ltd.

B364

Beiliu Windview Industries Ltd.

B365

Cameo China (Fengfeng) Co., Ltd.

B366

Changsha Happy Go Products Developing Co., Ltd.

B367

Chao An Huadayu Craftwork Factory

B368

Chaoan County Fengtang Town HaoYe Ceramic Fty

B369

Chao'an Lian Xing Yuan Ceramics Co., Ltd.

B370

Chaoan Oh Yeah Ceramics Industrial Co., Ltd.

B371

Chaoan Shengyang Crafts Industrial Co., Ltd

B372

Chaoan Xin Yuan Ceramics Factory

B373

Chao'an Yongsheng Ceramic Industry Co., Ltd.

B374

Chaozhou Baodayi Porcelain Co., Ltd.

B375

Chaozhou Baode Ceramics Co., Ltd,

B376

Chaozhou Baolian Ceramics Co., Ltd.

B377

Chaozhou Big Arrow Ceramics Industrial Co., Ltd.

B378

Chaozhou Boshifa Ceramics Making Co., Ltd.

B379

Chaozhou Cantake Craft Co., Ltd.

B380

Chaozhou Ceramics Industry and Trade General Corp.

B381

Chaozhou Chaofeng Ceramic Making Co., Ltd.

B382

Chaozhou Chengxi Jijie Art & Craft Painted Porcelain Fty.

B383

Chaozhou Chengxinda Ceramics Industry Co., Ltd.

B384

Chaozhou Chenhui Ceramics Co., Ltd.

B385

Chaozhou Chonvson Ceramics Industry Co., Ltd.

B386

Chaozhou Daxin Arts & Crafts Co., Ltd.

B387

Chaozhou DaXing Ceramics Manufactory Co., Ltd

B388

Chaozhou Dayi Ceramics Industries Co., Ltd.

B389

Chaozhou Dehong Ceramics Making Co., Ltd.

B390

Chaozhou Deko Ceramic Co., Ltd.

B391

Chaozhou Diamond Ceramics Industrial Co., Ltd.

B392

Chaozhou Dongyi Ceramics Co., Ltd.

B393

Chaozhou Dragon Porcelain Industrial Co., Ltd.

B394

Chaozhou Fairway Ceramics Manufacturing Co., Ltd.

B395

Chaozhou Feida Ceramics Industries Co., Ltd.

B396

Chaozhou Fengxi Baita Ceramics Fty.

B397

Chaozhou Fengxi Dongtian Porcelain Fty. No.2

B398

Chaozhou Fengxi Fenger Ceramics Craft Fty.

B399

Chaozhou Fengxi Hongrong Color Porcelain Fty.

B400

Chaozhou Fengxi Jiaxiang Ceramic Manufactory

B401

Chaozhou Fengxi Porcelain Industrial Trade Imp & Exp. Corp

B402

Chaozhou Fengxi Shengshui Porcelain Art Factory

B403

Chaozhou Fengxi Zone Jinbaichuan Porcelain Crafts Factory

B404

Chaozhou Fromone Ceramic Co., Ltd.

B405

Chaozhou Genol Ceramics Manufacture Co., Ltd.

B406

Chaozhou Good Concept Ceramics Co., Ltd.

B407

Chaozhou Grand Collection Ceramics Manufacturing Co. Ltd.

B408

Chaozhou Guangjia Ceramics Manufacture Co., Ltd.

B409

Chaozhou Guidu Ceramics Co., Ltd.

B410

Chaozhou Haihong Ceramics Making Co., Ltd.

B411

Chaozhou Hengchuang Porcelain Co., Ltd.

B412

Chaozhou Henglibao Porcelain Industrial Co., Ltd.

B413

Chaozhou Hongbo Ceramics Industrial Co., Ltd.

B414

Chaozhou Hongjia Ceramics Making Co., Ltd.

B415

Chaozhou Hongye Ceramics Manufactory Co., Ltd.

B416

Chaozhou Hongye Porcelain Development Co., Ltd.

B417

Chaozhou Hongyue Porcelain Industry Co., Ltd.

B418

Chaozhou Hongzhan Ceramic Manufacture Co., Ltd.

B419

Chaozhou Hua Da Ceramics Making Co., Ltd.

B420

Chaozhou Huabo Ceramic Co., Ltd.

B421

Chaozhou Huade Ceramics Manufacture Co., Ltd.

B422

Chaozhou Huashan Industrial Co., Ltd.

B423

Chaozhou Huayu Ceramics Co., Ltd.

B424

Chaozhou Huazhong Ceramics Industries Co., Ltd.

B425

Chaozhou Huifeng Ceramics Craft Making Co., Ltd.

B426

Chaozhou J&M Ceramics Industrial Co., Ltd.

B427

Chaozhou Jencymic Co., Ltd.

B428

Chaozhou Jiahua Ceramics Co., Ltd.

B429

Chaozhou Jiahuabao Ceramics Industrial Co., Ltd.

B430

Chaozhou JiaHui Ceramic Factory

B431

Chaozhou Jiaye Ceramics Making Co., Ltd.

B432

Chaozhou Jiayi Ceramics Making Co., Ltd.

B433

Chaozhou Jiayu Ceramics Making Co., Ltd.

B434

Chaozhou Jin Jia Da Porcelain Industry Co., Ltd.

B435

Chaozhou Jingfeng Ceramics Craft Co., Ltd.

B436

Chaozhou Jinqiangyi Ceramics Co., Ltd.

B437

Chaozhou Jinxin Ceramics Making Co., Ltd

B438

Chaozhou Jinyuanli Ceramics Manufacture Co., Ltd.

B439

Chaozhou Kaibo Ceramics Making Co., Ltd.

B440

Chaozhou Kedali Porcelain Industrial Co., Ltd.

B441

Chaozhou King's Porcelain Industry Co., Ltd.

B442

Chaozhou Kingwave Porcelain & Pigment Co., Ltd.

B443

Chaozhou Lemontree Tableware Co., Ltd.

B444

Chaozhou Lianfeng Porcelain Co., Ltd.

B445

Chaozhou Lianjun Ceramics Co., Ltd.

B446

Chaozhou Lianyu Ceramics Co., Ltd.

B447

ChaoZhou Lianyuan Ceramic Making Co., Ltd.

B448

Chaozhou Lisheng Ceramics Co., Ltd.

B449

Chaozhou Loving Home Porcelain Co., Ltd.

B450

Chaozhou Maocheng Industry Dve. Co., Ltd.

B451

Chaozhou MBB Porcelain Factory

B452

Chaozhou Mingyu Porcelain Industry Co., Ltd.

B453

Chaozhou New Power Co., Ltd.

B454

Chaozhou Ohga Porcelain Co.,Ltd.

B455

Chaozhou Oubo Ceramics Co., Ltd.

B456

Chaozhou Pengfa Ceramics Manufactory Co., Ltd.

B457

Chaozhou Pengxing Ceramics Co., Ltd.

B458

Chaozhou Qingfa Ceramics Co., Ltd.

B459

Chaozhou Ronghua Ceramics Making Co., Ltd.

B460

Chaozhou Ronglibao Porcelain Co., Ltd.

B461

Chaozhou Rui Cheng Porcelain Industry Co., Ltd.

B462

Chaozhou Rui Xiang Porcelain Industrial Co., Ltd.

B463

Chaozhou Ruilong Ceramics Co., Ltd.

B464

Chaozhou Sanhua Ceramics Industrial Co., Ltd.

B465

Chaozhou Sanming Industrial Co., Ltd.

B466

Chaozhou Santai Porcelain Co., Ltd.

B467

Chaozhou Shuntai Ceramic Manufactory Co., Ltd.

B468

Chaozhou Songfa Ceramics Co.,Ltd.

B469

Chaozhou Sundisk Ceramics Making Co., Ltd.

B470

Chaozhou Teemjade Ceramics Co., Ltd.

B471

Chaozhou Thyme Ceramics Co., Ltd.

B472

Chaozhou Tongxing Huajiang Ceramics Making Co., Ltd

B473

Chaozhou Totye Ceramics Industrial Co., Ltd.

B474

Chaozhou Trend Arts & Crafts Co., Ltd.

B475

Chaozhou Uncommon Craft Industrial Co., Ltd.

B476

Chaozhou Weida Ceramic Making Co., Ltd.

B477

Chaozhou Weigao Ceramic Craft Co., Ltd.

B478

Chaozhou Wingoal Ceramics Industrial Co., Ltd.

B479

Chaozhou Wood House Porcelain Co., Ltd.

B480

Chaozhou Xiangye Ceramics Craft Making Co., Ltd.

B481

Chaozhou Xin Weicheng Co., Ltd.

B482

Chaozhou Xincheng Ceramics Co., Ltd.

B483

Chaozhou Xinde Ceramics Craft Factory

B484

Chaozhou Xingguang Ceramics Co., Ltd.

B485

Chaozhou Xinhui Porcelain Co., Ltd.

B486

Chaozhou Xinkai Porcelain Co., Ltd.

B487

Chaozhou Xinlong Porcelain Industrial Co., Ltd.

B488

Chaozhou Xinyu Porcelain Industrial Co., Ltd.

B489

Chaozhou Xinyue Ceramics Manufacture Co., Ltd.

B490

Chaozhou Yangguang Ceramics Co., Ltd.

B491

Chaozhou Yaran Ceramics Craft Making Co., Ltd.

B492

Chaozhou Yinhe Ceramics Co., Ltd.

B493

Chaozhou Yongsheng Ceramics Manufacturing Co., Ltd.

B494

Chaozhou Yongxuan Domestic Ceramics Manufactory Co., Ltd.

B495

Chaozhou Yu Ri Ceramics Making Co., Ltd.

B496

Chaozhou Yuefeng Ceramics Ind. Co., Ltd.

B497

Chaozhou Yufeng Ceramics Making Factory

B498

Chaozhou Zhongxia Porcelain Factory Co., Ltd.

B499

Chaozhou Zhongye Ceramics Co., Ltd.

B500

Dabu Yongxingxiang Ceramics Co., Ltd.

B501

Dapu Fuda Ceramics Co., Ltd.

B502

Dapu Taoyuan Porcelain Factory

B503

Dasheng Ceramics Co., Ltd. Dehua

B504

De Hua Hongshun Ceramic Co., Ltd.

B505

Dehua Hongsheng Ceramic Co., Ltd.

B506

Dehua Jianyi Porcelain Industry Co., Ltd.

B507

Dehua Kaiyuan Porcelain Industry Co., Ltd.

B508

Dehua Ruyuan Gifts Co., Ltd.

B509

Dehua Xinmei Ceramics Co., Ltd.

B510

Dongguan Kennex Ceramic Ltd.

B511

Dongguan Shilong Kyocera Co., Ltd.

B512

Dongguan Yongfuda Ceramics Co., Ltd.

B513

Evershine Fine China Co., Ltd.

B514

Excellent Porcelain Co., Ltd.

B515

Fair-Link Limited (Xiamen)

B516

Far East (Boluo) Ceramics Factory Co., Ltd.

B517

Far East (chaozhou) Ceramics Factory Co., Ltd.

B518

Fengfeng Mining District Yuhang Ceramic Co. Ltd. (“Yuhang”)

B519

Foshan Metart Company Limited

B520

Fujian De Hua Jiashun Art&Crafts Co., Ltd.

B521

Fujian Dehua Chengyi Ceramics Co., Ltd.

B522

Fujian Dehua Five Continents Ceramic Manufacturing Co., Ltd.

B523

Fujian Dehua Fujue Ceramics Co., Ltd.

B524

Fujian Dehua Full Win Crafts Co., Ltd.

B525

Fujian Dehua Fusheng Ceramics Co., Ltd.

B526

Fujian Dehua Gentle Porcelain Co., Ltd.

B527

Fujian Dehua Guanhong Ceramic Co., Ltd.

B528

Fujian Dehua Guanjie Ceramics Co., Ltd.

B529

Fujian Dehua Hiap Huat Koyo Toki Co., Ltd.

B530

Fujian Dehua Hongda Ceramics Co., Ltd.

B531

Fujian Dehua Hongsheng Arts & Crafts Co., Ltd.

B532

Fujian Dehua Hongyu Ceramic Co., Ltd.

B533

Fujian Dehua Huachen Ceramics Co., Ltd.

B534

Fujian Dehua Huaxia Ceramics Co., Ltd.

B535

Fujian Dehua Huilong Ceramic Co., Ltd.

B536

Fujian Dehua Jingyi Ceramics Co., Ltd.

B537

Fujian Dehua Jinhua Porcelain Co., Ltd.

B538

Fujian Dehua Jinzhu Ceramics Co., Ltd.

B539

Fujian Dehua Lianda Ceramic Co., Ltd.

B540

Fujian Dehua Myinghua Ceramics Co., Ltd.

B541

Fujian Dehua Pengxin Ceramics Co., Ltd.

B542

Fujian Dehua Rongxin Ceramic Co., Ltd.

B543

Fujian Dehua Shisheng Ceramics Co., Ltd.

B544

Fujian Dehua Will Ceramic Co., Ltd.

B545

Fujian Dehua Xianda Ceramic Factory

B546

Fujian Dehua Xianghui Ceramic Co., Ltd.

B547

Fujian Dehua Xingye Ceramic Co., Ltd.

B548

Fujian Dehua Yonghuang Ceramic Co., Ltd.

B549

Fujian Dehua Yousheng Ceramics Co., Ltd.

B550

Fujian Dehua You-Young Crafts Co., Ltd.

B551

Fujian Dehua Zhenfeng Ceramics Co., Ltd.

B552

Fujian Dehua Zhennan Ceramics Co., Ltd.

B553

Fujian Jackson Arts and Crafts Co., Ltd.

B554

Fujian Jiamei Group Corporation

B555

Fujian Profit Group Corporation

B556

Fujian Province Dehua County Beatrot Ceramic Co., Ltd.

B557

Fujian Province Yongchun County Foreign Processing and Assembling Corporation

B558

Fujian Quanzhou Longpeng Group Co., Ltd.

B559

Fujian Quanzhou Shunmei Group Co., Ltd.

B560

Fung Lin Wah Group

B561

Ganzhou Koin Structure Ceramics Co., Ltd.

B562

Global Housewares Factory

B563

Guangdong Baofeng Ceramic Technology Development Co., Ltd.

B564

Guangdong Bening Ceramics Industries Co., Ltd.

B565

Guangdong Daye Porcelain Co., Ltd.

B566

Guangdong Dongbao Group Co., Ltd.

B567

Guangdong Huaxing Ceramics Co., Ltd.

B568

Guangdong Quanfu Ceramics Ind. Co., Ltd.

B569

Guangdong Shunqiang Ceramics Co., Ltd

B570

Guangdong Shunxiang Porcelain Co., Ltd.

B571

Guangdong Sitong Group Co., Ltd.

B572

Guangdong Songfa Ceramics Co.,Ltd.

B573

GuangDong XingTaiYi Porcelain Co., Ltd

B574

Guangdong Yutai Porcelain Co., Ltd.

B575

Guangdong Zhentong Ceramics Co., Ltd

B576

Guangxi Baian Ceramic Co. Ltd

B577

Guangxi Beiliu City Ming Chao Porcelain Co., Ltd.

B578

Guangxi Beiliu Guixin Porcelain Co., Ltd.

B579

Guangxi Beiliu Huasheng Porcelain Ltd.

B580

Guangxi Beiliu Newcentury Ceramic Llc.

B581

Guangxi Beiliu Qinglang Porcelain Trade Co., Ltd.

B582

Guangxi Beiliu Rili Porcelain Co.,Ltd.

B583

Guangxi Beiliu Xiongfa Ceramics Co., Ltd.

B584

Guangxi Beiliu Yujie Porcelain Co., Ltd.

B585

Guangxi Beiliu Zhongli Ceramics Co., Ltd

B586

Guangxi Nanshan Porcelain Co., Ltd.

B587

Guangxi Xin Fu Yuan Co. Ltd.

B588

Guangxi Yulin Rongxing Ceramics Co., Ltd.

B589

Guangzhou Chaintime Porcelain Co., Ltd.

B590

Haofa Ceramics Co., Ltd. of Dehua Fujian

B591

Hebei Dersun Ceramic Co., Ltd.

B592

Hebei Great Wall Ceramic Co., Ltd.

B593

Henan Ruilong Ceramics Co., Ltd

B594

Henghui Porcelain Plant Liling Hunan China

B595

Huanyu Ceramic Industrial Co., Ltd. Liling Hunan China

B596

Hunan Baihua Ceramics Co., Ltd.

B597

Hunan Eka Ceramics Co., Ltd.

B598

Hunan Fungdeli Ceramics Co., Ltd.

B599

Hunan Gaofeng Ceramic Manufacturing Co., Ltd.

B600

Hunan Huari Ceramic Industry Co., Ltd

B601

Hunan Huawei China Industry Co., Ltd

B602

Hunan Huayun Ceramics Factory Co., Ltd

B603

Hunan Liling Tianxin China Industry Ltd.

B604

Hunan Provincial Liling Chuhua Ceramic Industrial Co., Ltd.

B605

Hunan Quanxiang Ceramics Corp. Ltd.

B606

Hunan Rslee Ceramics Co., Ltd

B607

Hunan Taisun Ceramics Co., Ltd.

B608

Hunan Victor Imp. & Exp. Co., Ltd

B609

Hunan Wing Star Ceramic Co., Ltd.

B610

Hunan Xianfeng Ceramic Industry Co.,Ltd

B611

Jiangsu Gaochun Ceramics Co., Ltd.

B612

Jiangsu Yixing Fine Pottery Corp., Ltd.

B613

Jiangxi Global Ceramic Co., Ltd.

B614

Jiangxi Kangshu Porcelain Co.,Ltd.

B615

Jingdezhen F&B Porcelain Co., Ltd.

B616

Jingdezhen Yuanjing Porcelain Industry Co., Ltd.

B617

Jiyuan Jukang Xingxing Ceramics Co., Ltd.

B618

Joyye Arts & Crafts Co., Ltd.

B619

Junior Star Ent's Co., Ltd.

B620

K&T Ceramics International Co., Ltd.

B621

Kam Lee (Xing Guo) Metal and Plastic Fty. Co., Ltd.

B622

Karpery Industrial Co., Ltd. Hunan China

B623

Kilncraft Ceramics Ltd.

B624

Lian Jiang Golden Faith Porcelain Co., Ltd.

B625

Liling Gaojia Ceramic Industry Co., Ltd

B626

Liling GuanQian Ceramic Manufacture Co., Ltd.

B627

Liling Huahui Ceramic Manufacturing Co., Ltd.

B628

Liling Huawang Ceramics Manufacturing Co., Ltd.

B629

Liling Jiahua Porcelain Manufacturing Co., Ltd

B630

Liling Jialong Porcelain Industry Co., Ltd

B631

Liling Jiaxing Ceramic Industrial Co., Ltd

B632

Liling Kaiwei Ceramic Co., Ltd.

B633

Liling Liangsheng Ceramic Manufacture Co., Ltd.

B634

Liling Liuxingtan Ceramics Co., Ltd

B635

Liling Minghui Ceramics Factory

B636

Liling Pengxing Ceramic Factory

B637

Liling Quanhu Industries General Company

B638

Liling Rongxiang Ceramic Co., Ltd.

B639

Liling Ruixiang Ceramics Industrial Co., Ltd.

B640

Liling Santang Ceramics Manufacturing Co., Ltd.

B641

Liling Shenghua Industrial Co., Ltd.

B642

Liling Spring Ceramic Industry Co., Ltd

B643

Liling Tengrui Industrial and Trading Co.,Ltd.

B644

Liling Top Collection Industrial Co., Ltd

B645

Liling United Ceramic-Ware Manufacturing Co., Ltd.

B646

Liling Yonghe Porcelain Factory

B647

Liling Yucha Ceramics Co., Ltd.

B648

Liling Zhengcai Ceramic Manufacturing Co., Ltd

B649

Linyi Jinli Ceramics Co., Ltd.

B650

Linyi Pengcheng Industry Co., Ltd.

B651

Linyi Wanqiang Ceramics Co., Ltd.

B652

Linyi Zhaogang Ceramics Co., Ltd.

B653

Liveon Industrial Co., Ltd.

B654

Long Da Bone China Co., Ltd.

B655

Meizhou Gaoyu Ceramics Co., Ltd.

B656

Meizhou Lianshunchang Trading Co., Ltd.

B657

Meizhou Xinma Ceramics Co., Ltd.

B658

Meizhou Yuanfeng Ceramic Industry Co., Ltd.

B659

Meizhou Zhong Guang Industrial Co., Ltd.

B660

Miracle Dynasty Fine Bone China (Shanghai) Co., Ltd.

B661

Photo USA Electronic Graphic Inc.

B662

Quanzhou Allen Light Industry Co., Ltd.

B663

Quanzhou Chuangli Craft Co., Ltd.

B664

Quanzhou Dehua Fangsheng Arts Co., Ltd.

B665

Quanzhou Haofu Gifts Co., Ltd.

B666

Quanzhou Hongsheng Group Corporation

B667

Quanzhou Jianwen Craft Co., Ltd.

B668

Quanzhou Kunda Gifts Co., Ltd.

B669

Quanzhou Yongchun Shengyi Ceramics Co., Ltd.

B670

Raoping Bright Future Porcelain Factory (“RBF”)

B671

Raoping Sanrao Yicheng Porcelain Factory

B672

Raoping Sanyi Industrial Co., Ltd.

B673

Raoping Suifeng Ceramics and Glass Factory

B674

Raoping Xinfeng Yangda Colour Porcelain FTY

B675

Red Star Ceramics Limited

B676

Rong Lin Wah Industrial (Shenzhen) Co., Ltd.

B677

Ronghui Ceramic Co., Ltd Liling Hunan China

B678

Shandong Futai Ceramics Co., Ltd.

B679

Shandong Gaode Hongye Ceramics Co., Ltd.

B680

Shandong Kunlun Ceramic Co., Ltd.

B681

Shandong Zhaoding Porcelain Co., Ltd.

B682

Shantou Ceramics Industry Supply & Marketing Corp.

B683

Sheng Hua Ceramics Co., Ltd.

B684

Shenzhen Baoshengfeng Imp. & Exp. Co., Ltd.

B685

Shenzhen Bright Future Industry Co., Ltd. (“SBF”)

B686

Shenzhen Donglin Industry Co., Ltd.

B687

Shenzhen Ehome Enterprise Ltd

B688

Shenzhen Ever Nice Industry Co., Ltd.

B689

Shenzhen Fuliyuan Porcelain Co., Ltd.

B690

Shenzhen Full Amass Ind. Dev. Co. Ltd

B691

Shenzhen Fuxingjiayun Ceramics Co., Ltd.

B692

Shenzhen Good-Always Imp. & Exp. Co. Ltd

B693

Shenzhen Gottawa Industrial Ltd.

B694

Shenzhen Hiker Housewares Ltd.

B695

Shenzhen Hua Mei Industry Development Ltd

B696

Shenzhen Mingsheng Ceramic Ltd.

B697

Shenzhen Senyi Porcelain Industry Co. Ltd.

B698

Shenzhen SMF Investment Co., Ltd

B699

Shenzhen Tao Hui Industrial Co., Ltd.

B700

Shenzhen Topchoice Industries Limited

B701

Shenzhen Trueland Industrial Co., Ltd.

B702

Shenzhen Universal Industrial Co., Ltd.

B703

Shenzhen Zhan Peng Xiang Industrial Co., Ltd.

B704

Shijiazhuang Kuangqu Huakang Porcelain Co., Ltd.

B705

Shun Sheng Da Group Co., Ltd. Quanzhou Fujian

B706

Stechcol Ceramic Crafts Development (Shenzhen) Co., Ltd.

B707

Taiyu Ceramic Co., Ltd. Liling Hunan China

B708

Tangshan Beifangcidu Ceramic Group Co., Ltd.

B709

Tangshan Boyu Osseous Ceramic Co., Ltd.

B710

Tangshan Chinawares Trading Co., Ltd

B711

Tangshan Daxin Ceramics Co., Ltd.

B712

Tangshan Golden Ceramic Co., Ltd.

B713

Tangshan Haigelei Fine Bone Porcelain Co., Ltd.

B714

Tangshan Hengrui Porcelain Industry Co., Ltd.

B715

Tangshan Huamei Porcelain Co., Ltd.

B716

Tangshan Huaxincheng Ceramic Products Co., Ltd.

B717

Tangshan Huyuan Bone China Co., Ltd.

B718

Tangshan Imperial-Hero Ceramics Co., Ltd.

B719

Tangshan Jinfangyuan Bone China Manufacturing Co., Ltd.

B720

Tangshan Keyhandle Ceramic Co., Ltd.

B721

Tangshan Longchang Ceramics Co., Ltd.

B722

Tangshan Masterwell Ceramic Co., Ltd.

B723

Tangshan Redrose Porcelain Products Co., Ltd.

B724

Tangshan Shiyu Commerce Co., Ltd.

B725

Tangshan Xueyan Industrial Co., Ltd.

B726

Tangshan Yida Industrial Corp.

B727

Tao Yuan Porcelain Factory

B728

Teammann Co., Ltd.

B729

The China & Hong Kong Resources Co., Ltd.

B730

The Great Wall Group Holding Co., Ltd. Guangdong

B731

Tienshan (Handan) Tableware Co., Ltd. (“Tienshan”)

B732

Topking Industry (China) Ltd.

B733

Weijian Ceramic Industrial Co., Ltd.

B734

Weiye Ceramics Co., Ltd.

B735

Winpat Industrial Co., Ltd.

B736

Xiamen Acrobat Splendor Ceramics Co., Ltd.

B737

Xiamen Johnchina Fine Polishing Tech Co., Ltd.

B738

Xiangqiang Ceramic Manufacturing Co., Ltd. Liling City Hunan

B739

Xin Xing Xian XinJiang Pottery Co., Ltd.

B740

Xinhua County Huayang Porcelain Co., Ltd.

B741

Xuchang Jianxing Porcelain Products Co., Ltd.

B742

Yangjiang Shi Ba Zi Kitchen Ware Manufacturing Co., Ltd.

B743

Yanling Hongyi Import N Export Trade Co., Ltd.

B744

Ying-Hai (Shenzhen) Industry Dev. Co., Ltd.

B745

Yiyang Red Star Ceramics Ltd.

B746

Yong Feng Yuan Industry Co., Ltd. (“Yong Feng Yuan Industry”)

B747

Yongchun Dahui Crafts Co., Ltd.

B748

Yu Yuan Ceramics Co., Ltd.

B749

Yuzhou City Kongjia Porcelain Co., Ltd.

B750

Yuzhou Huixiang Ceramics Co., Ltd.

B751

Yuzhou Ruilong Ceramics Co., Ltd.

B752

Zeal Ceramics Development Co., Ltd, Shenzhen, China

B753

Zhangjiakou Xuanhua Yici Ceramics Co., Ltd. (“Xuanhua Yici”)

B754

Zhejiang Nansong Ceramics Co., Ltd.

B755

Zibo Boshan Shantou Ceramic Factory

B756

Zibo CAC Chinaware Co., Ltd.

B757

Zibo Fortune Light Industrial Products Co., Ltd.

B758

Zibo Fuxin Porcelain Co., Ltd.

B759

Zibo GaoDe Ceramic Technology & Development Co., Ltd.

B760

Zibo Hongda Ceramics Co., Ltd.

B761

Zibo Jinxin Light Industrial Products Co., Ltd.

B762

Zibo Kunyang Ceramic Corporation Limited

B763


ANNESS II

Fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) għandha tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej:

(1)

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali.

(2)

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li (l-volum) ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea u li huma koperti minn din il-fattura ġew immanifatturati minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta”.

(3)

Data u firma.