|
3.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/44 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 407/2013
tat-23 ta’ April 2013
li jikkoreġi l-verżjoni Spanjola u dik Svediża tar-Regolament (UE) Nru 475/2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 19
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Hemm żbalji fil-verżjonijiet bil-lingwa Spanjola u l-lingwa Svediża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 475/2012 (2), aktar preċiżament fl-Artikolu 2 tiegħu fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tal-emendi li saru mir-Regolament lir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (3). |
|
(2) |
Il-verżjoni bil-lingwa Svediża tar-Regolament fiha wkoll xi żbalji tal-istampar. |
|
(3) |
Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 475/2012 għandu jiġi kkoreġut skont dan. |
|
(4) |
Billi l-kumpaniji huma meħtieġa li japplikaw l-emendi magħmula mill-punti 1 u 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 475/2012, sa mhux aktar tard, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħhom li tibda fl-1 ta’ Lulju 2012 jew wara, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Lulju 2012. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan jikkonċerna biss il-verżjonijiet bil-lingwa Spanjola u l-lingwa Svediża.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO