3.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 404/2013

tat-2 ta’ Mejju 2013

dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tal-Ftehim ta’ Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwoti għal ċerti prodotti mill-Peru

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/735/UE tal-31 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja, tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2012/735/UE, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa waħda, u l-Kolombja u l-Peru, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). F’konformità mad-Deċiżjoni 2012/735/UE, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu. Il-Ftehim jibda japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Marzu 2013.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva. Fil-każ ta’ għadd ta’ prodotti, l-Appendiċi 2A u l-Appendiċi 5 ma’ dak l-Anness jipprovdu għal derogi mir-regoli ta’ oriġini spjegati f’dak l-Anness fil-qafas tal-kwoti annwali. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-derogi għal importazzjonijiet mill-Peru.

(3)

Il-kwoti stipulati fl-Appendiċi 2A u l-Appendiċi 5 tal-Anness II tal-Ftehim għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni fuq il-bażi li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2).

(4)

L-intitolament għal-benefiċċju mill-konċessjonijiet tat-tariffa għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni tal-prova relevanti tal-oriġini lill-awtoritajiet doganali, kif provdut fil-Ftehim.

(5)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (3), kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 (4), fih kodiċijiet tan-NM ġodda li huma differenti minn dawk imsemmija f’dan il-Ftehim. Dawn il-kodiċi l-ġodda għandhom għalhekk ikunu riflessi fil-Parti B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Peress li l-Ftehim jidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Marzu 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-regoli tal-oriġini fl-Appendiċi 2A tal-Anness II tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), japplikaw għall-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Appendiċi 5 tal-Anness II mal-Ftehim japplikaw għall-prodotti elenkati fil-Parti B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sabiex jibbenifikaw mid-deroga stipulata fl-Artikolu, il-prodotti elenkati fl-Anness ikunu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif stabbilit fl-Anness II tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-kwoti elenkati fl-Anness ikunu ġestiti mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta’ Marzu 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(4)  ĠU L 304, 31.10.2012, p. 1.


ANNESS

Il-Perù

Minkejja r-regoli ta’ interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament. Fejn ex kodiċijiet tan-NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħuda flimkien.

PARTI A

Ordni Nru

Kodiċi NM

Isem il-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum ta’ kwoti annwali

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.7170

3920

Pjanċi, folji, film, fojl u strixxa oħrajn, ta’ plastiks, mhux ċellulari u mhux rinfurzati, laminati, mirfudin jew magħqudin b’mod simili ma’ materjali oħrajn:

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

15 000

09.7171

ex 5607 50  (1) u 5608

Spag u xbieki

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

650

09.7172

6108 22 00

Qliezet ta’ taħt tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ta’ fibri sintetiċi

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

200

09.7173

6112 31

Malji tal-għawm tal-irġiel jew tas-subien maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ta’ fibri sintetiċi

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

25

09.7174

6112 41

Malji tal-għawm tan-nisa jew tal-bniet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ta’ fibri sintetiċi

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

100

09.7175

6115 10

Maljerija b’kompressjoni gradwata (pereżempju, kalzetti għall-vini varikużi), maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

25

09.7176

6115 21 00

Pantyhose u tajts oħrajn, ta’ fibri sintetiċi, ta’ qies kull ħajta singla inqas minn 67 deċitexs, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

40

09.7177

6115 22 00

Pantyhose u tajts oħrajn, ta’ fibri sintetiċi, ta’ qies kull ħajta singla ta’ 67 deċitexs, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

15

09.7178

6115 30

Maljerija oħra tan-nisa t-tul kollu jew li tasal sal- irkoppa, ta’ qjies kull ħajta singla ta’ anqas minn 67 deċiteks, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

25

09.7179

6115 96

Oħrajn, ta’ fibri sintetiċi, maħduma bil-labar jew bil-ganċ

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

175

09.7192

7321

Fuklari, stufi, gradilji, kukers (inklużi dawk b’kaldaruni sussidjarji għal tisħin ċentrali), barbikju, braċieri, ċrieki tal-gass, apparat għat tisħin tal-platti u tagħmir simili tad-dar mhux tal-elettriku, u bċejjeċ taghom, ta’ ħadid jew azzar

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

20 000 għadd ta’oġġetti

09.7193

7323

Oġġetti tal-mejda, tal-kċina jew oġġetti oħrajn tad-dar u bċejjeċ tagħhom, tal-ħadid jew azzar; suf tal-ħadid jew tal-azzar (iron jew steel wool); barraxxi għal borom u biċċiet għal brix jew illustrar, ingwanti u x-xorta, tal-ħadid jew tal-azzar

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

50 000

09.7194

7325

Oġġetti oħrajn ikkastjati ta’ ħadid jew azzar

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

50 000


PARTI B

Ordni Nru

Kodiċi NM

Isem il-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum ta’ kwoti annwali

(f ‘tunnellati metriċi)

09.7195

0303 54 10

Kavalli tal-friża Scomber scombrus u Scomber japonicas

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

4 000

09.7196

0303 89 45

Inċova ffriżata (Engraulis spp.)

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

120

09.7197

0303 55 10

Sawrell tal-Atlantiku (Trachurus trachurus) ffriżat

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

60

0303 55 90  (2)

Sawrell (Caranx trachurus), iffriżat

09.7198

0307 49 59

Klamari ffriżati (Ommastrephes spp. bl-esklużjoni ta’ Ommastrephes sagittatus, Nototodarus spp u Sepioteuthis spp.), fil-qoxra jew le

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

4 200

09.7199

0307 49 99

Klamari (Ommastrephes spp. bl-esklużjoni ta’ Ommastrephes sagittatus, Nototodarus spp u Sepioteuthis spp.), imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, fil-qoxra jew le

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

2 500

09.7200

1604 15 11

Filletti tal-kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus, ippreparati jew ippreservati

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

2 000

09.7201

1604 15 19

Kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus, ippreparati jew ippreżervati, sħaħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat, għajr fletti

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

800

09.7202

1604 15 90

Kavalli tal-ispeċi Scomber australasicus, ippreparat jew ippriservat, sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

20

09.7203

1604 16 00

Inċova, ippreparata jew ippreżervata, sħiħa jew f’biċċiet, imma mhux ikkapuljat

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

400

09.7204

1604 20 40

Inċova ppreparata jew ippreżervata, ħlief sħiħa jew f’biċċiet

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

30

09.7205

0307 19 10

0307 29 05

0307 49 05

0307 59 05

0307 60 10

0307 79 10

0307 89 10

0307 99 10

1605 51 00

1605 52 00

1605 53 10  (3)

1605 53 90  (4)

1605 54 00

1605 55 00

1605 56 00

1605 57 00

1605 58 00

1605 59 00

Molluski, ippreparati jew ippreservati, bl-eċċezzjoni ta’ molluski tal-ispeċi Mytilus spp. u tal-ġens Perna spp.)

Mill-1 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Frar

500


(1)  Kodiċi TARIC 5607501110, 5607501910, 5607503010 u 5607509091.

(2)  Kodiċi TARIC 0303559010.

(3)  Kodiċi TARIC 1605531095.

(4)  Kodiċi TARIC 1605539095.