3.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 401/2013
tat-2 ta’ Mejju 2013
dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Mjanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar (2) jipprovdi li jittieħdu ċerti miżuri dwar il-Mjanmar/Burma, inklużi restrizzjonijiet fuq ċerta merkanzija għall-esportazzjoni mill-Mjanmar/Burma u l-iffriżar tal-assi ta’ ċerti individwi u entitajiet. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni 2013/184/PESK, il-Kunsill qabel li, bħala meżż ta' inkoraġġiment għall-issoktar ta' bidliet pożittivi, dawk il-miżuri restrittivi kollha għandhom jitneħħew, bl-eċċezzjoni tal-embargo fuq l-armi u l-embargo fuq tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 għandu għalhekk jitħassar, u wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu sostitwiti minn dan ir-Regolament. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-għanjiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizjonijiet li ġejjin japplikaw:
(1) |
"importazzjoni" tfisser kull dħul ta’ oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni jew territorji oħra li għalihom japplika t-Trattat, skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 349 u 355 tiegħu. Dan jinkludi, fit-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3), it-tqegħid f’żona ħielsa, jew maħżen ħieles, it-tqegħid fi proċedura ta’ sospensjoni u r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, iżda jeskludi t-transitu u l-ħżin temporanju. |
(2) |
“esportazzjoni” tfisser kull tluq ta’ oġġetti mit-territorju doganali tal-Unjoni jew territorji oħra li għalihom japplika t-Trattat, skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 349 u 355 tiegħu. Dan jinkludi, fit-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, it-tluq ta’ oġġetti li jeħtieġu dikjarazzjoni doganali u t-tluq ta’ oġġetti wara l-ħażna tagħhom f’żona ħielsa tat-tip ta’ kontroll I jew f’maħżen ħieles, iżda jeskludi t-transitu; |
(3) |
“esportatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li f’isimha ssir dikjarazzjoni dwar esportazzjoni, jiġifieri l-persuna li, fil-ħin meta d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata, għandha kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz u għandha s-setgħa li tiddetermina l-esportazzjoni tal-oġġett ‘l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew territorji oħra li għalihom japplika t-Trattat. |
(4) |
“assistenza teknika” tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, assemblaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kull servizz tekniku ieħor, u tista’ tieħu forom bħal tagħlim, konsulenza, taħriġ, trażmissjoni ta’ konoxxenza tax-xogħol jew ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza; l-assistenza teknika għandha tinkludi forom verbali ta’ assistenza; |
(5) |
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat. |
KAPITOLU 1
Artikolu 2
1. Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, sew jekk joriġina fl-Unjoni jew le, lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma.
2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi, esportati temporanjament lejn il-Mjanmar/Burma minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.
Artikolu 3
1. Għandu jkun projbit:
(a) |
li tkun ipprovduta jew ittrasferita assistenza teknika relatata ma’ attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet tal-bdil għal dawn imsemmija, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma; |
(b) |
li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esprtazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma; |
2. Għandu jkun projbit:
(a) |
l-għoti ta’ assistenza teknika relatata mat-tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, direttament jew indirettament lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma; |
(b) |
l-għoti ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mat-tagħmir elenkat fl-Anness I, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esprtazzjoni, direttament jew indirettament lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma. |
3. Il-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 hija pprojbita.
4. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1(b) u 2(b) m’għandhom iwasslu għal ebda xorta ta’ responsabbiltà fuq il-parti tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet ikkonċernati, jekk ma kienux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru dawk il-projbizzjonijiet.
Artikolu 4
1. B’deroga mill-Artikoli 2(1) u 3(2), u soġġett għall-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawn il-kundizzjonijiet kif iqisu xieraq:
(a) |
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta’ bini ta’ istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Ewropea, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti ta’ maniġġar ta’ kriżijiet; |
(b) |
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir għat-tneħħija tal-mini u materjal għal użu fil-ħidma għat-tneħħija tal-mini, u u |
(c) |
l-għoti ta’ finanzjamenti jew ta’ assistenza finanzjarja u assistenza teknika relatata ma’ tagħmir, materjal, programmi u operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b). |
2. B'deroga mill-Artikolu 3(1), u soġġett għall-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif imniżżel fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, skond il-kondizzjonijiet li huma jikkunsidraw xierqa, l-għoti ta’ finanzjament u assistenza finanzjarja u assistenza teknika fir-rigward ta’:
(a) |
tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta’ bini ta’ istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Ewropea; |
(b) |
materjal maħsub għall-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ maniġġar ta’ kriżijiet. |
KAPITOLU 2
Artikolu 5
L-awtorizzazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4 m’għandhomx jingħataw għal attivitajiet li diġà twettqu.
Artikolu 6
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom immedjatament jinformaw lil xulxin bil-miżuri meħuda skond dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti konnessa ma’ dan ir-Regolament li hija għad-disposizzjoni tagħhom, partikolarment informazzjoni dwar problemi ta’ ksur u ta’ infurzar u sentenzi mgħotija mill-qrati nazzjonali.
Artikolu 7
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi ta’ informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.
Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad- dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.
Artikolu 9
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fi, jew permezz, tal-websajts elenkati fl-Anness II.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinfurmawha b’kull tibdil sussegwenti.
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu japplika:
(a) |
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha; |
(b) |
abbord inġenji tal-ajru jew bastimenti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru; |
(c) |
għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadin ta' Stat Membru; |
(d) |
għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru; |
(e) |
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ imwettaq, kollu kemm hu jew parti minnu, ġewwa l-Unjoni. |
Artikolu 11
Ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
(1) ĠU L 111, 23.4.2013, p.75.
(3) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS I
Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal ripressjoni interna kif imsemmi fl-Artikoli 2, 3 u 4
1. |
Armi tan-nar, ammunizzjon u aċċessorji relatati għalhekk, kif ġej:
|
2. |
Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE |
3. |
Vetturi kif ġej:
|
4. |
Sustanzi esplussivi u tagħmir relatat kif ġej:
|
5. |
Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat minn ML 13 tal-Lista Militari Komuni tal-UE kif ġej:
|
6. |
Simulaturi, għajr dawk ikkontrollati minn ML 14 tal-Lista Militari Komuni tal-UE, għat-taħriġ tal-użu ta’ armi tan-nar, u software diżinjat speċjalment għalhekk. |
7. |
Tagħmir ta’ viżjoni ta’ bil-lejl u tal-ħolqien ta’ immaġni termali u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE. |
8. |
Fildiferru tal-ingiegeż li jaqta'. |
9. |
Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b’xafra itwal minn 10 cm. |
10. |
Tagħmir ta’ produzzjoni diżinjat speċjalment għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista. |
11. |
Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu tal-oġġetti speċifikati f’din il-lista. |
(1) Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (adottata mill-Kunsill fil-11 ta' Mazu 2013) (ĠU C 30,27.3.2013, p.1).
ANNESS II
Siti elettroniċi li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4, 7 u 9 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
BULGARIJA
http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html
REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
DANIMARKA
http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/
ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html
ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
ITALJA
http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
UNGERIJA
http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/
MALTA
http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
PAJJIŻI L-BAXXI
http://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties
AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
POLONJA
http://www.msz.gov.pl
PORTUGALL
http://www.min-nestrangeiros.pt
RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
SLOVAKKJA
http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/sankcie_eu-sankcie_eu
FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
SVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
RENJU UNIT
www.fco.gov.uk/competentauthorities
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
European Commission |
Service for Foreign Policy Instruments (FPI) |
EEAS 02/309 |
B-1049 Brussels |
Belgium |
E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu |