1.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 396/2013

tat-30 ta’ April 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 8(9) tiegħu,

Billi:

(1)

Abbażi tal-esperjenza li nkisbet mill-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri fl-2010 u fl-2011, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 ġie emendat biex il-ġbir tad-dejta rilevanti ġie ssimplifikat u biex il-manifatturi ngħataw il-mezzi sabiex jivverifikaw dik id-dejta b’mod effiċjenti.

(2)

Sabiex jiġi previst approċċ koerenti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2, huwa xieraq li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jiġi allinjat mal-emendi li saru fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

(3)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1014/2010 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1014/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3(7) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“7.   Meta vettura jkollha distanzi bejn il-fusien ta’ wisa’ differenti, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-wisa’ massimu tal-fus taħt il-parametri “wisa’ bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir” jew “wisa’ bejn rota u oħra tal-fusien l-oħrajn” fid-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata.”

(2)

L-Artikolu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Tħejjija tad-dejta mill-Istati Membri

Meta jkunu qed ilestu d-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata, l-Istati Membri għandhom jinkludu:

(a)

għal kull vettura b’emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta’ anqas minn 50 gramma ta’ CO2 għal kull kilometru, l-għadd ta’ vetturi rreġistrati mingħajr ma jiġu applikati l-fatturi ta’ multiplikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009;

(b)

għal kull vettura ddisinjata b’mod li tkun kapaċi taħdem bil-fjuwil tal-etanol (E85), l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 mingħajr ma jiġi applikat it-tnaqqis ta’ 5 % fl-emissjonijiet tas-CO2 mogħti lil dawn il-vetturi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009;

(c)

għal kull vettura mgħammra b’teknoloġiji innovattivi, l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 mingħajr ma jitqies it-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 permezz tat-teknoloġiji innovattivi mogħti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Id-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata għandha tiġi rrappurtata bil-preċiżjoni stabbilita fit-tabella fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.”

(3)

L-Artikolu 7 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Vetturi li mhumiex koperti mill-approvazzjoni tat-tip tal-KE

1.   F’każ li l-karozzi tal-passiġġieri jkunu suġġetti għal approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2007/46/KE jew għal approvazzjoni individwali skont l-Artikolu 24 tal-istess Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-għadd rispettiv ta’ dawn il-karozzi rreġistrati fit-territorju tagħhom, kif speċifikat fl-ewwel tabella mogħtija fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

2.   L-Istati Membri jistgħu jimlew id-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata għall-vetturi msemmija fil-paragrafu 1 u, f’dak il-każ, għandhom jużaw waħda mid-denominazzjonijiet li ġejjin minflok isem il-manifattur:

(a)

‘AA-IVA’ biex jirrappurtaw tipi ta’ vetturi approvati individwalment;

(b)

‘AA-NSS’ biex jirrappurtaw tipi ta’ vetturi approvati f’serje żgħira b’mod nazzjonali.”

(4)

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010 għandhom jinbidlu bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15.


ANNESS

ANNESS I

Sorsi tad-dejta

Parametru

Ċertifikat ta’ konformità (il-Parti I, il-Mudell A1, A2 jew B stabbilit fl-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE, skont kif ikun xieraq)

Dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (id-Direttiva 2007/46/KE)

Il-manifattur

It-Taqsima 0.5

It-Taqsima 0.5 tal-Parti I tal-Anness III

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu

It-Taqsima 0.10

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip kif speċifikat fl-Anness VI

It-tip

It-Taqsima 0.2

It-Taqsima 0.2 tal-Parti I tal-Anness III

Il-varjant

It-Taqsima 0.2

Il-Parti II tal-Anness III

Il-verżjoni

It-Taqsima 0.2

Il-Parti II tal-Anness III

L-għamla

It-Taqsima 0.1

It-Taqsima 0.1 tal-Parti I tal-Anness III

L-isem kummerċjali

It-Taqsima 0.2.1

It-Taqsima 0.2.1 tal-Parti I tal-Anness III

Il-kategorija tal-vettura li jkollha approvazzjoni tat-tip

It-Taqsima 0.4

It-Taqsima 0.4 tal-Parti I tal-Anness III

Il-massa (f’kg)

It-Taqsima 13

It-Taqsima 2.6 tal-Parti I tal-Anness III (1)

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 (fi g/km) (2)

It-Taqsima 49.1

It-Taqsima 3 tal-Anness VIII

It-tul bejn il-fusien (f’mm)

It-Taqsima 4

It-Taqsima 2.1 tal-Parti I tal-Anness III (1)

Il-wisa’ bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir u tal-fusien l-oħrajn (f’mm)

It-Taqsima 30

It-Taqsima 2.3.1 u t-Taqsima 2.3.2 tal-Parti I tal-Anness III (3)

It-tip ta’ fjuwil

It-Taqsima 26 (jew it-Taqsima 23)

It-Taqsima 3.2.2.1 tal-Parti I tal-Anness III

Il-modalità tal-fjuwil

It-Taqsima 26.1 (jew it-Taqsima 23.1)

It-Taqsima 3.2.2.4 tal-Parti I tal-Anness III

Il-kapaċità tal-magna (f’ċm3)

It-Taqsima 25

It-Taqsima 3.2.1.3 tal-Parti I tal-Anness III

Il-konsum tal-enerġija elettrika (f’Wh/km)

It-Taqsima 49.2

 

ANNESS II

Tabella dwar il-preċiżjoni tad-dejta

Il-preċiżjoni meħtieġa għad-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata li għandha tiġi rrappurtata skont l-Artikolu 2:

Is-CO2 (fi g/km)

Numru sħiħ

Il-massa (f’kg)

Numru sħiħ

It-tul bejn il-fusien (f’mm)

Numru sħiħ

Il-wisa’ bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir u tal-fusien l-oħrajn (f’mm)

Numru sħiħ

It-tnaqqis fl-emissjonijiet permezz tat-teknoloġiji innovattivi (fi g/km)

Numru mqarreb għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali


(1)  Skont l-Artikolu 3(8) ta’ dan ir-Regolament.

(2)  Skont l-Artikolu 3(4) ta’ dan ir-Regolament.

(3)  Skont l-Artikolu 3(7) u 3(8) ta’ dan ir-Regolament.