23.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/43


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 370/2013

tat-22 ta’ April 2013

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(b), (d) u (e) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi nħatru mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) skont il-paragrafu 8(d) tar-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU, huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fis-7 ta' Marzu 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tal-KSNU persuni fiżiċi u żewġ entitajiet mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi. Dawk l-entitajiet u l-persuni fiżiċi għandhom jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007.

(3)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi mhux elenkati fl-Anness IV li, skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 4(1) tal-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK, li kienu magħżula mill-Kunsill. Entità li għandha tiġi inkluża fil-lista deskritta fl-Anness IV skont id-deċiżjoni tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet għandha titneħħa mill-Anness V fejn kienet preċedentament inkluża. Annotazzjoni oħra li tiġi inkluża fil-lista deskritta fl-Anness V għandha tiġi emendata

(4)

L-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness V huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


ANNESS I

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura ‘A. Persuni fiżiċi’:

(a)

Yo’n Cho’ng Nam. Kariga: Kap Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Data tal-ħatra: 7.3.2013.’

(b)

Ko Ch’o’l-Chae. Kariga: Viċi Kap Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Data tal-ħatra: 7.3.2013.’

(c)

Mun Cho’ng-Ch’o’l. Post: Uffiċjal tat-TCB. Data tal-ħatra: 7.3.2013.’

(2)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:

(a)

It-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali (aka (a) 2ni Akkademja tax-Xjenzi Naturali; (b) Che 2 Chayon Kwahakwon; (c) Akkademja tax-Xjenzi Naturali; (d) Chayon Kwahak-Won; Akkademja tad-Difiża Nazzjonali; (e) Kukpang Kwahak-Won; (f) It-Tieni Akkademja tal-Istitu għar-Riċerka tax-Xjenzi Naturali; (g) Sansri). Indirizz: Pyongyang, RDPK. Data tal-ħatra: 7.3.2013.’

(b)

Korea Complex Equipment Import Corporation. Tagħrif ieħor: Il-Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpanija ewlenija tal-Korea Complex Equipment Import Corporation. Post: Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK. Data tal-ħatra: 7.3.2013.’


ANNESS II

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “B.Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)” huma mħassra:

 

Isem (u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġuni

3.

Korea Complex Equipment Import Corporation.

Post: Rakwon-dong, Distrett ta' Pothonggang, Pyongyang

Ikkontrollata mill-Korea Ryongbong General Corporation (entità maħtura min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

(2)

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “B.Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)” huma mħassra:

 

Isem (u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġuni

13.

It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali

 

It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa involut f'aspetti ewlenin fi programm tal-missili tal-Korea ta' Fuq. It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa responsabbli mis-sorveljanza tal-produzzjoni ta' missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq. Huwa jmexxi wkoll l-attivitajiet tal-KOMID (il-KOMID inħatret min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Huwa organizzazzjoni fuq bażi nazzjonali responsabbli mir-riċerka u l-iżvilupp ta' sistemi avvanzati ta' armamenti tal-Korea ta' Fuq, fosthom missili u probabbilment armi nukleari. Juża għadd ta' organizzazzjonijiet subordinati biex jikseb tekknoloġija, tagħmir u informazzjoni minn barra 'l pajjiż, fosthom mill-Korea Tangun Trading Corporation, għal użu fi programmi ta' missili u probabbilment armi nukleari fil-Korea ta' Fuq.

Flok l-Artikolu 12 għandu jidħol dan li ġej:

 

Isem (u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġuni

13.

It-Tieni Kumitat Ekonomiku

 

It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa involut f'aspetti ewlenin fi programm tal-missili tal-Korea ta' Fuq. It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa responsabbli mis-sorveljanza tal-produzzjoni ta' missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq. Imexxi wkoll l-attivitajiet tal-KOMID (il-KOMID inħatret min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Huwa organizzazzjoni fuq bażi nazzjonali responsabbli mir-riċerka u l-iżvilupp ta' sistemi avvanzati ta' armamenti tal-Korea ta' Fuq, fosthom missili u probabbilment armi nukleari. Juża għadd ta' organizzazzjonijiet subordinati biex jikseb tekknoloġija, tagħmir u informazzjoni minn barra 'l pajjiż, fosthom mill-Korea Tangun Trading Corporation, għal użu fi programmi ta' missili u probabbilment armi nukleari fil-Korea ta' Fuq.