13.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 336/2013

tat-12 ta’ April 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward ta’ arranġamenti amministrattivi ma’ pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikat tal-qbid għall-prodotti tas-sajd tal-baħar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 12(4), 14(3), 20(4) u l-Artikolu 52 tiegħu,

Billi:

(1)

L-arranġamenti amministrattivi ma’ pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikati tal-qbid għall-prodotti tas-sajd huma elenkati fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (2). Dawn l-arranġamenti jinkludu kampjuni taċ-ċertifikati tal-qbid ivvalidati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati.

(2)

L-isem tal-awtorità tan-New Zealand li jidher fuq iċ-ċertifikati tal-qbid ivvalidati minn dak il-pajjiż, se jinbidel mill-1 ta’ Marzu 2013.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 280, 27.10.2009, p. 5


ANNESS

Fit-Taqsima 3 (in-New Zealand) tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009, l-Appendiċi 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni