9.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 317/2013

tat-8 ta’ April 2013

li temenda l-Annessi tar-Regolamenti (KE) Nru 1983/2003, (KE) Nru 1738/2005, (KE) Nru 698/2006, (KE) Nru 377/2008 u (UE) Nru 823/2010 fir-rigward tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 tad-9 ta’ Marzu 1999 li jikkonċerna l-istatistiċi strutturali dwar il-qligħ u dwar l-ispejjeż tax-xogħol (2), u partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni aġġornata hija ċentrali għall-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tinżamm ir-rilevanza tal-istatistika Ewropea, billi jitqiesu l-iżviluppi u l-bidliet fil-qasam tal-edukazzjoni.

(2)

L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (il-Unesco) irrevediet il-verżjoni tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni (l-ISCED) li ntużat sa issa (l-ISCED 1997) bl-għan li jkun żgurat li hija konsistenti mal-iżviluppi fil-politiki u l-istrutturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

(3)

Il-komparabbiltà internazzjonali tal-istatistika tal-edukazzjoni teħtieġ li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jużaw klassifikazzjonijiet tal-edukazzjoni li huma kompatibbli mal-verżjoni riveduta tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni ISCED 2011 (minn hawn ’il quddiem “ISCED 2011”), kif adottata mill-Istati Membri tal-Unesco fis-36 Konferenza Ġenerali f’Novembru 2011.

(4)

L-istabbiliment ta’ verżjoni riveduta tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni jwassal għall-ħtieġa li jkunu emendati bosta referenzi għall-ISCED, l-ISCED 97 u l-ISCED 1997 kif ukoll li jkunu emendati għadd ta’ strumenti rilevanti.

(5)

Għaldaqstant huwa meħtieġ li jkunu emendati skont ir-Regolamenti li ġejjin: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2003 tas-7 ta’ Novembru 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika tal-Komunità fuq id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) rigward il-lista ta’ varjabbli ta’ mira primarja (5); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1738/2005 tal-21 ta’ Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1916/2000 li jirrigwarda d-definizzjoni u t-trażmissjoni tat-tagħrif dwar l-istruttura tal-qligħ (6); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 698/2006 tal-5 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 rigward l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-istatistiki strutturali dwar l-ispejjeż tax-xogħol u l-qligħ (7); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta’ dejta mill-2009 ’il quddiem, u l-użu ta’ subkampjun għall-ġbir ta’ dejta dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta’ referenza (8); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2010 tas-17 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, f’dak li għandu x’jaqsam mal-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja (9).

(6)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1983/2003

In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 19 fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1983/2003 qed tinbidel b’dan li ġej:

“ISCED 2011: Klassifikazzjoni standard internazzjonali tal-edukazzjoni 2011.”

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1738/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 1738/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

“ISCED 97” tinbidel bi “ISCED 2011” matul l-Annessi.

(2)

Il-Varjabbli 2.5 tal-Anness I jinbidel b’dan li ġej:

Il-livell edukattiv miksub (ISCED 2011)

(3)

Il-Varjabbli 2.5 tal-Anness II jinbidel b’dan li ġej:

Il-livell edukattiv miksub (ISCED 2011)

Dan il-varjabbli jikkonċerna l-ogħla livell ta’ edukazzjoni li nkiseb b’suċċess, li l-impjegat ingħata skont il-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni, il-verżjoni tal-2011 (ISCED 2011). L-espressjoni “livell miksub b’suċċess” għandu jiġi assoċjat mal-kisba ta’ ċertifikat jew diploma, fejn hemm ċertifikazzjoni. F’każijiet fejn m’hemmx ċertifikazzjoni, kisba b’suċċess għandha tkun assoċjata ma’ attendenza sħiħa.

Il-gruppi ta’ kodiċijiet li jridu jintużaw huma definiti fl-Arranġamenti ta’ Implimentazzjoni tal-istħarriġ SES.”

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 698/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 698/2006 huwa emendat kif ġej:

Fit-taqsima 2.1(2) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 698/2006, ir-referenza għal “livell tal-edukazzjoni (ISCED minn 0 sa 6)” qed tinbidel bi “il-livell edukattiv miksub (ISCED 2011 mil-livell 0 sa 8)”.

Artikolu 4

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 377/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 377/2008 huwa emendat kif ġej:

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 377/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 823/2010

Ir-Regolament (KE) Nru 823/2010 huwa emendat kif ġej:

L-Annessi I u II għar-Regolament (UE) Nru 823/2010 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika mis-sena ta’ referenza li tibda fl-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 63, 12.3.1999, p. 10.

(3)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3.

(4)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 227.

(5)  ĠU L 298, 17.11.2003, p. 34.

(6)  ĠU L 279, 22.10.2005, p. 32.

(7)  ĠU L 121, 6.5.2006, p. 30.

(8)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57.

(9)  ĠU L 246, 18.9.2010, p. 33.


ANNESS I

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 377/2008

(1)

Fl-Anness III l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “HATLEVEL”, “HATFIELD”, u “HATYEAR” għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

Isem

Kolonna

Perjodiċità

Kodiċi

Deskrizzjoni

Filtru/Kummenti

“HATLEVEL

197/199

KULL TLIET XHUR

 

Il-livell edukattiv miksub  (1)

Kull min għandu 15-il sena jew aktar

000

Ebda edukazzjoni formali jew anqas mill-ISCED 1

100

ISCED 1

200

ISCED 2 (inklużi l-programmi tal-ISCED 3 li jtulu anqas minn sentejn)

302

il-programm tal-ISCED 3 itul sentejn u aktar, sekwenzjali (jiġifieri aċċess għal programm tal-ISCED 3 li jmiss biss)

303

il-programm tal-ISCED 3 itul sentejn u aktar, terminali jew aċċess għall-ISCED 4 biss

304

l-ISCED 3 b’aċċess għall- ISCED 5, 6 jew 7

300

il-programm tal-ISCED 3 li jtul sentejn u aktar, mingħajr distinzjoni possibbli ta’ aċċess għal livelli oħra tal-ISCED

400

ISCED 4

500

ISCED 5

600

ISCED 6

700

ISCED 7

800

ISCED 8

999

Mhux applikabbli (tifel/tifla ta’ taħt il-15-il sena)

blenk

Ebda tweġiba

HATYEAR

200/203

KULL SENA

 

Is-sena meta dan il-livell inkiseb b’suċċess

HATLEVEL = 100-800

Jiddaħħlu l-4 numri tas-sena meta l-ogħla livell ta’ edukazzjoni jew taħriġ inkiseb b’suċċess

9999

Not applicable (HATLEVEL ≠ 100 to 800)

blenk

Ebda tweġiba

HATVOC

204

KULL TLIET XHUR

 

L-orjentazzjoni ta’ dan il-livell

HATLEVEL = 300 to 400 and

1

Ġenerali

(15 ≤ ETÀ ≤ 34 jew

2

Vokazzjonali

(ETÀ > 34 u REFYEAR - HATYEAR ≤ 15))

9

Mhux applikabbli (HATLEVEL ≠ 300 sa 400 jew (ETÀ > 34 u REFYEAR - HATYEAR > 15))

 

blenk

Ebda tweġiba

 

HATFIELD

205/208

KULL SENA

 

Il-qasam ta’ dan il-livell

HATLEVEL = 300 sa 800 u

0000-9998

Il-Livell 1 tal-klassifikazzjoni tal-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ  (2)

(15 ≤ ETÀ ≤ 34 jew

9999

Mhux applikabbli (HATLEVEL ≠ 300 sa 800 jew (ETÀ > 34 u REFYEAR - HATYEAR > 15))

(ETÀ > 34 u REFYEAR - HATYEAR ≤ 15))

blenk

Ebda tweġiba

 

(2)

Fl-Anness III il-varjabbli “EDUCFILD” u l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “EDUCLEVL”, għandu jinbidel b’dan li ġej:

Isem

Kolonna

Perjodiċità

Kodiċi

Deskrizzjoni

Filtru/Kummenti

“EDUCLEVL

209

KULL TLIET XHUR

 

Livell ta’ din l-edukazzjoni  (3)

EDUCSTAT = 1 jew 3

1

ISCED 1

2

ISCED 2

3

ISCED 3

4

ISCED 4

5

ISCED 5

6

ISCED 6

7

ISCED 7

8

ISCED 8

9

Mhux applikabbli (EDUCSTAT ≠ 1 jew 3)

blenk

Ebda tweġiba

EDUCVOC

210

KULL TLIET XHUR

 

L-orjentazzjoni ta’ din l-edukazzjoni

EDUCLEVL = 3 sa 4

1

Ġenerali

2

Vokazzjonali

9

Mhux applikabbli (EDUCLEVL ≠ 3 sa 4)

blenk

Ebda tweġiba


(1)  L-ogħla livell ta’ edukazzjoni li nkiseb b’suċċess kif definit mill-ISCED 2011, kodifikar ibbażat fuq l-immeppjar tal-ISCED li jrid jitwassal lill-Eurostat.

(2)  Jew subdiviżjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ.”

(3)  Kodifikar ibbażat fuq l-immeppjar tal-ISCED li jrid jitwassal lill-Eurostat.”


ANNESS II

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 823/2010

(1)

Fl-Anness I l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “HATLEVEL”, “HATFIELD”, “HATYEAR”, “HATVOC”, “HATOTHER”, “HATOTHER_LEVEL”, “HATOTHER_VOC”, “HATOTHER_FIELD”, “HATCOMP” u “HATCOMPHIGH” għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

Isem il-varjabbli u l-istatus

Kodiċi

Deskrizzjoni

Filtru

HATLEVEL

 

IL-LIVELL EDUKATTIV MIKSUB

(L-ogħla livell ta’ edukazzjoni miksub b’suċċess kif definit mill-ISCED 2011, kodifikar ibbażat fuq l-immeppjar tal-ISCED irid jitwassal lill-Eurostat)

Kulħadd

 

000

Ebda edukazzjoni formali jew anqas mill-ISCED 1

 

 

100

ISCED 1

 

 

200

ISCED 2 (inklużi l-programmi tal-ISCED 3 li jtulu anqas minn sentejn)

 

 

302

il-programm tal-ISCED 3 li jtul sentejn u aktar, sekwenzjali (jiġifieri aċċess għal programm tal-ISCED 3 li jmiss biss)

 

 

303

il-programm tal-ISCED 3 itul sentejn u aktar, terminali jew aċċess għall-ISCED 4 biss

 

 

304

l-ISCED 3 b’aċċess għall- ISCED 5, 6 jew 7

 

 

300

il-programm tal-ISCED 3 li jtul sentejn u aktar, mingħajr distinzjoni possibbli ta’ aċċess għal livelli oħra tal-ISCED

 

 

400

ISCED 4

 

 

500

ISCED 5

 

 

600

ISCED 6

 

 

700

ISCED 7

 

 

800

ISCED 8

 

 

- 1

Ebda tweġiba

 

HATFIELD

 

IL-QASAM TAL-OGĦLA LIVELL TA’ EDUKAZZJONI MIKSUB B’SUĊĊESS

HATLEVEL = 300 sa 800

0000-9998

Il-Livell 1 tal-klassifikazzjoni tal-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ (1)

(1) jew subdiviżjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, id-dettalji mogħtija fil-Manwal dwar l-Istħarriġ tal-Edukazzjoni tal-Adulti msemmi fl-Artikolu 6

 

- 1

Ebda tweġiba

 

 

- 2

Mhux applikabbli (HATLEVEL ≠ 300 sa 800)

 

HATYEAR

 

IS-SENA META NKISEB B’SUĊĊESS L-OGĦLA LIVELL TA’ EDUKAZZJONI

HATLEVEL ≠ 000, -1

 

4 numri

Jiddaħħlu l-erba’ numri tas-sena meta nkiseb b’suċċess l-ogħla livell ta’ edukazzjoni jew taħriġ

 

 

- 1

Ebda tweġiba

 

 

- 2

Mhux applikabbli (HATLEVEL = 000, -1)

 

HATVOC

 

L-ORJENTAZZJONI TAL-OGĦLA LIVELL TA’ EDUKAZZJONI MIKSUB B’SUĊĊESS

HATLEVEL = 300 sa 400 u (REFYEAR - HATYEAR) ≤ 20

 

1

Edukazzjoni ġenerali

 

 

2

Edukazzjoni vokazzjonali

 

 

- 1

Ebda tweġiba

 

 

- 2

Mhux applikabbli (HATLEVEL ≠ 300 sa 400 jew (REFYEAR - HATYEAR) > 20

 

HATOTHER

(fakultattiv)

 

EDUKAZZJONI JEW TAĦRIĠ FORMALI OĦRAJN LI NKISBU B’SUĊĊESS F’QASAM IEĦOR MINBARRA “HATLEVEL”

HATLEVEL = 300 sa 800 u (REFYEAR - HATYEAR) ≤ 20

 

1

Iva

 

 

2

Le

 

 

- 1

Ebda tweġiba

 

 

- 2

Mhux applikabbli (HATLEVEL ≠ 300 sa 800 jew (REFYEAR - HATYEAR) > 20

 

HATOTHER_LEVEL

(fakultattiv)

 

Il-livell tal-programm tal-edukazzjoni formali

HATOTHER = 1

 

300-800

Ikkodifikat bħala HATLEVEL

 

 

- 1

Ebda tweġiba

 

 

- 2

Mhux applikabbli (HATOTHER ≠ 1)

 

HATOTHER_VOC

(fakultattiv)

 

L-orjentazzjoni tal-programm tal-edukazzjoni formali

HATOTHER = 1 u HATOTHER_LEVEL = 300 sa 400

 

1-2

Ikkodifikat bħala HATVOC

 

 

- 1

Ebda tweġiba

 

 

- 2

Mhux applikabbli (HATOTHER ≠ 1 jew HATOTHER_LEVEL ≠ 300 sa 400)

 

HATOTHER_FIELD

(fakultattiv)

 

Il-qasam tal-programm tal-edukazzjoni formali

HATOTHER = 1 u HATOTHER_LEVEL = 300 sa 800

 

0000-9998

Ikkodifikat bħala HATFIELD

 

 

- 1

Ebda tweġiba

 

 

- 2

Mhux applikabbli (HATOTHER ≠ 1 jew HATOTHER_LEVEL ≠ 300 sa 800)

 

HATCOMP

(fakultattiv)

 

IL-PROĊEDURA TAR-RIKONOXXIMENT TAL-ĦILIET U L-KOMPETENZI

Kulħadd

 

1

Iva, iċ-ċertifikazzjoni miksuba

 

 

2

Iva, il-proċedura għadha għaddejja

 

 

3

Le

 

 

- 1

Ebda tweġiba

 

HATCOMPHIGH

(fakultattiv)

 

IR-RIKONOXXIMENT TAL-ĦILIET u L-KOMPETENZI JIPPERMETTI AĊĊESS GĦAL programm ta’ edukazzjoni formali ogħla mil-livell imsemmi f’‘HATLEVEL’

HATCOMP = 1, 2 u HATLEVEL ≠ 000, -1

 

1

Iva

 

 

2

Le

 

 

- 1

Ebda tweġiba

 

 

- 2

Mhux applikabbli (HATCOMP ≠ 1, 2 jew HATLEVEL = 000, -1)

 

(2)

Fl-Anness I l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “DROPHIGH”, “DROPLEVEL”, u “DROPVOC” għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

Isem il-varjabbli u l-istatus

Kodiċi

Deskrizzjoni

Filtru

DROPHIGH

 

Edukazzjoni FORMALi MWAQQFA, f’livell ogħla mil-livell imsemmi f’“HATLEVEL” iżda MHUX KOMPLUT

HATLEVEL ≠ 000, -1 u (REFYEAR - HATYEAR) ≤ 20

 

1

Iva

 

 

2

Le

 

 

- 1

Ebda tweġiba

 

 

- 2

Mhux applikabbli (HATLEVEL = 000, -1 jew (REFYEAR- HATYEAR) > 20)

 

DROPLEVEL

 

Il-livell tal-edukazzjoni FORMALI mhux komplut (kif definit mill-ISCED 2011)

DROPHIGH = 1

 

200

ISCED 2 (inklużi l-programmi tal-ISCED 3 li jtulu anqas minn sentejn)

 

 

302

il-programm tal-ISCED 3 li jtul sentejn u aktar, sekwenzjali (jiġifieri aċċess għal programm tal-ISCED 3 li jmiss biss)

 

 

303

il-programm tal-ISCED 3 itul sentejn u aktar, terminali jew aċċess għall-ISCED 4 biss

 

 

304

l-ISCED 3 b’aċċess għall- ISCED 5, 6 jew 7

 

 

300

il-programm tal-ISCED 3 li jtul sentejn u aktar, mingħajr distinzjoni possibbli ta’ aċċess għal livelli oħra tal-ISCED

 

 

400

ISCED 4

 

 

500

ISCED 5

 

 

600

ISCED 6

 

 

700

ISCED 7

 

 

800

ISCED 8

 

 

- 1

Ebda tweġiba

 

 

- 2

Mhux applikabbli (DROPHIGH ≠ 1)

 

DROPVOC

(fakultattiv)

 

L-orjentazzjoni tal-edukazzjoni FORMALI mhix kompluta

DROPLEVEL = 300 sa 400 u (REFYEAR - HATYEAR) ≤ 20

 

1

Edukazzjoni ġenerali

 

 

2

Edukazzjoni vokazzjonali

 

 

- 1

Ebda tweġiba

 

 

- 2

Mhux applikabbli (DROPLEVEL ≠ 300 sa 400 jew (REFYEAR - HATYEAR) > 20

 

(3)

Fl-Anness I l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “FEDLEVEL”, “FEDFIELD” u “FEDVOC” għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

Isem il-varjabbli u l-istatus

Kodiċi

Deskrizzjoni

Filtru

FEDLEVEL

 

Il-livell tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni FORMALI (kif definit mill-ISCED 2011)

FEDNUM ≥ 1

 

100

ISCED 1

 

 

200

ISCED 2 (inklużi l-programmi tal-ISCED 3 li jtulu anqas minn sentejn)

 

 

302

il-programm tal-ISCED 3 li jtul sentejn u aktar, sekwenzjali (jiġifieri aċċess għal programm tal-ISCED 3 li jmiss biss)

 

 

303

il-programm tal-ISCED 3 itul sentejn u aktar, terminali jew aċċess għall-ISCED 4 biss

 

 

304

l-ISCED 3 b’aċċess għall- ISCED 5, 6 jew 7

 

 

300

il-programm tal-ISCED 3 li jtul sentejn u aktar, mingħajr distinzjoni possibbli ta’ aċċess għal livelli oħra tal-ISCED

 

 

400

ISCED 4

 

 

500

ISCED 5

 

 

600

ISCED 6

 

 

700

ISCED 7

 

 

800

ISCED 8

 

 

- 2

Mhux applikabbli (FEDNUM = 0)

 

FEDFIELD

 

Il-qasam tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni FORMALI

FEDNUM ≥ 1 u FEDLEVEL = 300 sa 800

0000-9998

Il-Livell 1 tal-klassifikazzjoni tal-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ (1)

(1) jew subdiviżjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, id-dettalji mogħtija fil-Manwal dwar l-Istħarriġ tal-Edukazzjoni tal-Adulti msemmi fl-Artikolu 6

 

- 1

Ebda tweġiba

 

 

- 2

Mhux applikabbli (FEDNUM = 0 jew FEDLEVEL ≠ 300 to 800

 

FEDVOC

 

L-orjentazzjoni tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni FORMALI

FEDLEVEL = 300 sa 400

 

1

Edukazzjoni ġenerali

 

 

2

Edukazzjoni vokazzjonali

 

 

- 1

Ebda tweġiba

 

 

- 2

Mhux applikabbli (FEDLEVEL ≠ 300 sa 400)

 

(4)

Fl-Anness II, “Rekwiżiti għat-teħid tal-kampjuni u għall-preċiżjoni”, fil-paragrafu 3, l-indikatur “Ir-rata tal-parteċipazzjoni (%) fl-edukazzjoni u t-taħriġ mhux formali ta’ persuni b’livell għoli tal-edukazzjoni (il-livelli 5-6 tal-ISCED)” għandu jinbidel bi “Ir-rata tal-parteċipazzjoni (%) fl-edukazzjoni u t-taħriġ mhux formali ta’ persuni b’livell għoli ta’ edukazzjoni (il-livelli 5-8 tal-ISCED)”.