5.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/8


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 312/2013

tal-31 ta’ Jannar 2013

li jikkoreġi t-test Ungeriż tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 244/2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

It-test Ungeriż tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 (2) fih bosta żbalji.

(2)

Għalhekk ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 244/2012 għandu jiġi kkoreġut skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Ungeriża.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.

(2)   ĠU L 81, 21.3.2012, p. 18.