4.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 309/2013

tat-3 ta’ April 2013

li jemenda għall-191 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) iddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” huma mħassra:

(a)

“Abdul Manaf KASMURI (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad Al-Filipini, (b) Intan), Klang. Selangor, il-Malasja. Data tat-twelid: it-28 ta’ Mejju 1955. Post tat-twelid: Selangor, il-Malasja. Nazzjonalità: Malasjana. Numru tal-passaport: A 9226483. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 550528-10-5991.’

(b)

“Zulkepli Bin Marzuki. Indirizz: Taman Puchong Perdana, l-Istat ta’ Selangor, il-Malasja. Data tat-twelid: 3.7.1968. Post tat-twelid: Selangor, il-Malasja. Nazzjonalità: Malasjana. Numru tal-passaport: A 5983063. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 680703- 10-5821. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.9.2003."

(c)

“Wan Min WAN MAT (magħruf ukoll bħala (a) Abu Hafis, (b) Wan Halim, (c) Abu Hidayah), Ulu Tiram, Johor, il-Malasja; data tat-twelid: it-23 ta’ Settembru 1960; post tat-twelid: Kelantan, il-Malasja. nazzjonalità: Malasjana; Numru tal-passaport: A 9703399; Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 600923-03-5527."

(d)

“Zaini Zakaria (magħruf ukoll bħala Ahmad). Indirizz: Kota Bharu, Kelantan, il-Malasja. Data tat-twelid: 16.5.1967. Post tat-twelid: Kelantan, il-Malasja. Nazzjonalità: Malasjana. Numru tal-passaport: A11457974. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 670516-03-5283. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.9.2003.”