3.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 306/2013

tat-2 ta’ April 2013

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) għall-ħnienes miftuma u Suidae miftuma minbarra Sus scrofa domesticus (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri li jagħtu tali awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għal użu ġdid tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bil-partikularitajiet u dokumenti rikjesti skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u Suidae miftuma minbarra Sus scrofa domesticus, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2010 (2) u tiġieġ imrobbija biex ibidu, il-papri għat-tismin, is-summien, il-faġani, il-perniċi, il-fargħuni, il-ħamiem, il-wiżż għat-tismin u n-ngħam mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2011 (3).

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ April 2012 (4) ikkonfermat il-konklużjonijiet preċedenti tagħha li, taħt il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) titqies mingħajr periklu għall-ispeċi kollha tal-annimali, għall-konsumaturi tal-prodotti derivati minn kwalunkwe annimal li jingħata l-addittiv u għall-ambjent. Għalkemm tliet provi mwettqa mill-applikant urew mill-inqas parametru wieħed imtejjeb konsiderevolment meta mqabbel mal-gruppi ta’ kontroll, l-Awtorità ma setgħetx tistabbilixxi doża minima effettiva kif propost mill-applikant, minħabba riżultati konfliġġenti f’diversi livelli ta’ doża ttestjata. Żewġ provi wrew titjib sinifikanti b’doża ta’ 1×107CFU/kg iżda mhux fuq 5×107CFU/kg ta’għalf. L-Awtorità ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandha tiġi awtorizzata kif speċifikat fl-Anness ta dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   ĠU L 36, 9.2.2010, p. 1.

(3)   ĠU L 229, 6.9.2011, p. 3.

(4)   The EFSA Journal 2012; 10(5):2671.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg f’għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

4b1823

Kemin Europa N.V.

Bacillus subtilis

(ATCC PTA 6737)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori ta’ Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737)

 

Metodu analitiku  (1)

 

Enumerazzjoni: il-metodu spread plate bl-użu tat-tryptone soya agar bi trattament minn qabel ta’ sħana tal-kampjuni tal-għalf.

 

Identifikazzjoni: metodu ta’ elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE).

Ħnienes (miftuma) u Suidae (miftuma) minbarra Sus scrofa domesticus

1 × 107

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlitiet, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista’ jdum maħżun u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għall-użu fi ħnieżer żgħar (miftuma) li huma ta’ piż ta bejn wieħed u ieħor 35 kg

It-23 ta’ April 2023


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx