27.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 291/2013

tas-26 ta’ Marzu 2013

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda aktar miżuri restrittivi li għandhom x’jaqsmu mal-Liberja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda aktar miżuri restrittivi li għandhom x’jaqsmu mal-Liberja (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 11 (a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 872/2004 jelenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet li huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi, skont dan ir-Regolament.

(2)

Fil-21 ta’ Jannar 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda mil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 872/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat skont l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 32.


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:

L-entrata “Richard Ammar Chichakli (magħruf ukoll bħala Ammar M. Chichakli). Indirizz: (a) 225 Syracuse Place, Richardson, Texas 75081, USA; (b) 811 South Central Expressway Suite 210 Richardson, Texas 75080, USA. Data tat-twelid: 29.3.1959. Post tat-twelid: Is-Sirja. Nazzjonalità: Amerikana. Informazzjoni oħra: (a) Numru tas-Sigurtà Soċjali: 405 41 5342 jew 467 79 1065; (b) kontabilist pubbliku ċċertifikat u eżaminatur tal-frodi ċċertifikat; (c) uffiċjal ma’ San Air General Trading”. tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Richard Ammar Chichakli (magħruf ukoll bħala (a) Ammar M. Chichakli, (b) Jehad Almustafa, (c) Jehad Almusara, (d) Jhad Almustasa). Indirizz: (a) 225 Syracuse Place, Richardson, Texas 75081, USA; (b) 811 South Central Expressway Suite 210 Richardson, Texas 75080, USA, (c) 51 Churchill Ave., Reservoir VIC 3073, Australia. Data tat-twelid: (a) 29.3.1959, (b) 10.7.1967. Post tat-twelid: (a) is-Sirja, (b) Deirazzor, is-Sirja. Nazzjonalità: Amerikana. Numru tal-Passaport: 002680351 (passaport tas-Sirja, maħruġ fil-25.4.2007, jiskadi fl-24.4.2013). Informazzjoni oħra: (a) Numru tas-Sigurtà Soċjali: 405 41 5342 jew 467 79 1065, (b) Numru tal-liċenzja tas-sewqan 099711346 (maħruġa mill-Istat ta’ Victoria, l-Awstralja); (c) kontabilist pubbliku ċċertifikat u eżaminatur tal-frodi ċċertifikat, (d) uffiċjal ma’ San Air General Trading. Id-data tal-ħatra tidher fl-Artikolu 6(b): 30.11.2005.”