26.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 287/2013

tat-22 ta’ Marzu 2013

li jemenda l-Anness IV u l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 8(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprevedi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jkunu applikaw il-modulazzjoni volontarja għas-sena kalendarja 2012 li jibqgħu jnaqqsu l-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2013. Ir-Renju Unit għarraf lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jaħtaf din il-possibbiltà, li tingħata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/146/UE tal-20 ta’ Marzu 2013 li tiffissa l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-aġġustament volontarju fir-Renju Unit għas-sena kalendarja 2013 (2). Għalhekk huwa xieraq li ssir reviżjoni tal-limitu massimu korrispondenti kif jissemma fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(2)

Il-Greċja, Spanja, il-Lussemburgu, Malta u r-Renju Unit għarrfu lill-Kummissjoni li beħsiebhom jagħtu appoġġ lill-vitikulturi għall-2014 billi jallokaw pagament skont l-Artikolu 103(o) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (3). Għalhekk il-limiti massimi nazzjonali rispettivi msemmijin fl-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu adattati skont dan.

(3)

L-informazzjoni li jridu jagħtu l-Istati Membri skont l-Artikolu 188a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 dwar l-oqsma mħammla u skont l-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 dwar il-medja reġjonali tal-valur tal-drittijiet tal-oqsma mħammla meta jkun għadu mhux magħruf meta ġew stabbiliti l-limiti massimi msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għall-2013, fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 671/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għalhekk l-ammonti ta’ dawn il-limiti massimi huma msejsa fuq stimi. Wara n-notifiki tal-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Portugall u s-Slovenja f’konformità mal-Artikolu 188a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u mal-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandha ssir reviżjoni tal-limiti massimi stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-2013.

(4)

Għaldaqstant, l-Anness IV u l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu emendati skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV u l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)   ĠU L 82, 22.3.2013, p. 58.

(3)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(4)   ĠU L 204, 31.7.2012, p. 11.


ANNESS

L-Anness IV u l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness IV jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS IV

Limiti massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 8

(miljun EUR)

Is-sena kalendarja

2009

2010

2011

2012

2013

Il-Belġju

583,2

575,4

570,8

569,0

569,0

Ir-Repubblika Ċeka

 

 

 

825,9

903,0

Id-Danimarka

987,4

974,9

966,5

964,3

964,3

Il-Ġermanja

5 524,8

5 402,6

5 357,1

5 329,6

5 329,6

L-Estonja

 

 

 

92,0

101,2

L-Irlanda

1 283,1

1 272,4

1 263,8

1 255,5

1 255,5

Il-Greċja

2 561,4

2 365,4

2 359,4

2 344,5

2 344,5

Spanja

5 043,7

5 066,4

5 037,4

5 055,3

5 055,3

Franza

8 064,4

7 946,1

7 880,7

7 853,0

7 853,0

L-Italja

4 345,9

4 151,6

4 128,2

4 127,8

4 127,8

Ċipru

 

 

 

49,1

53,5

Il-Latvja

 

 

 

133,9

146,4

Il-Litwanja

 

 

 

346,7

379,8

Il-Lussemburgu

35,6

35,2

35,1

34,7

34,7

L-Ungerija

 

 

 

1 204,5

1 313,1

Malta

 

 

 

5,1

5,5

Il-Pajjiżi l-Baxxi

836,9

829,1

822,5

830,6

830,6

L-Awstrija

727,6

721,7

718,2

715,7

715,7

Il-Polonja

 

 

 

2 787,1

3 043,4

Il-Portugall

590,5

574,3

570,5

566,6

566,6

Is-Slovenja

 

 

 

131,6

144,3

Is-Slovakkja

 

 

 

357,9

385,6

Il-Finlandja

550,0

544,5

541,1

539,2

539,2

L-Isvezja

733,1

717,7

712,3

708,5

708,5

Ir-Renju Unit

3 373,1

3 345,4

3 339,4

3 336,1

3 353,7 ”

(2)

L-Anness VIII jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS VIII

Limiti massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 40

Tabella 1

(elf EUR)

L-Istat Membru

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016 u s-snin ta’ wara

Il-Belġju

614 179

611 817

611 817

614 855

614 855

614 855

614 855

614 855

Id-Danimarka

1 030 478

1 031 321

1 031 321

1 049 002

1 049 002

1 049 002

1 049 002

1 049 002

Il-Ġermanja

5 770 254

5 771 981

5 771 994

5 852 938

5 852 938

5 852 938

5 852 938

5 852 938

Il-Greċja

2 380 713

2 228 588

2 231 798

2 233 227

2 233 227

2 217 227

2 217 227

2 217 227

Spanja

4 858 043

5 119 045

5 125 032

5 304 642

5 304 642

5 161 893

5 161 893

5 161 893

Franza

8 407 555

8 423 196

8 425 326

8 527 494

8 527 494

8 527 494

8 527 494

8 527 494

L-Irlanda

1 342 268

1 340 521

1 340 521

1 340 869

1 340 869

1 340 869

1 340 869

1 340 869

L-Italja

4 143 175

4 210 875

4 234 364

4 379 985

4 379 985

4 379 985

4 379 985

4 379 985

Il-Lussemburgu

37 518

37 569

37 679

37 671

37 671

37 084

37 084

37 084

Il-Pajjiżi l-Baxxi

853 090

853 169

853 169

897 751

897 751

897 751

897 751

897 751

L-Awstrija

745 561

747 344

747 425

751 788

751 788

751 788

751 788

751 788

Il-Portugall

608 751

589 811

589 991

606 551

606 551

606 551

606 551

606 551

Il-Finlandja

566 801

565 520

565 823

570 548

570 548

570 548

570 548

570 548

L-Isvezja

763 082

765 229

765 229

770 906

770 906

770 906

770 906

770 906

Ir-Renju Unit

3 985 895

3 976 425

3 976 482

3 988 042

3 988 042

3 987 922

3 987 922

3 987 922


Tabella 2  (*1)

(elf EUR)

Il-Bulgarija

287 399

336 041

416 372

499 327

580 087

660 848

741 606

814 295

Ir-Repubblika Ċeka

559 622

654 241

739 941

832 144

909 313

909 313

909 313

909 313

L-Estonja

60 500

71 603

81 703

92 042

101 165

101 165

101 165

101 165

Ċipru

31 670

38 928

43 749

49 146

53 499

53 499

53 499

53 499

Il-Latvja

90 016

105 368

119 268

133 978

146 479

146 479

146 479

146 479

Il-Litwanja

230 560

271 029

307 729

346 958

380 109

380 109

380 109

380 109

L-Ungerija

807 366

947 114

1 073 824

1 205 037

1 318 975

1 318 975

1 318 975

1 318 975

Malta

3 752

4 231

4 726

5 137

5 503

5 102

5 102

5 102

Il-Polonja

1 877 107

2 192 294

2 477 294

2 788 247

3 044 518

3 044 518

3 044 518

3 044 518

Ir-Rumanija

623 399

729 863

907 473

1 086 608

1 264 472

1 442 335

1 620 201

1 780 406

Is-Slovenja

87 942

103 394

117 423

131 575

144 274

144 274

144 274

144 274

Is-Slovakkja

240 014

280 364

316 964

355 242

388 176

388 176

388 176

388 176


(*1)  Il-limiti massimi kkalkolati jqisu l-iskeda taż-żidiet inkrementali prevista fl-Artikolu 121.”