26.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 286/2013

tat-22 ta’ Marzu 2013

dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ ta’ prodotti agrikoli fl-okkażjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1)

Għandhom ikunu adottati miżuri tranżitorji, sabiex ikun evitat ir-riskju tad-devjazzjoni tat-traffiku kummerċjali li jaffettwa l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013.

(2)

Id-devjazzjonijiet tat-traffiku kummerċjali li x’aktarx ifixklu l-organizzazzjonijiet tas-suq ta’ spiss jinvolvu prodotti mċaqalqa artifiċjalment sabiex jittieħed benefiċċju mit-tkabbir tal-Unjoni u li ma jagħmlux parti mill-istokkijiet normali tal-Istat aderenti kkonċernat. L-akkumulazzjoni ta’ dawn il-kwantitajiet żejda tista’ twassal ukoll għal tfixkil tal-kompetizzjoni li x’aktarx jaffettwa l-funzjonament xieraq tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq. L-istokkijiet żejda jistgħu jirriżultaw ukoll mill-produzzjoni nazzjonali. Għalhekk, għandhom isiru dispożizzjonijiet għal tariffi effettivi, proporzjonati u ta’ deterrent fuq l-ammont tad-differenza bejn id-dazji tal-importazzjoni applikabbli fil-Kroazja qabel l-adeżjoni u d-dazji tal-importazzjoni applikabbli fl-Unjoni miżjuda b’20 %, li jiġu imposti fuq l-istokkijiet żejda fil-Kroazja.

(3)

Jeħtieġ li jiġi evitat li oġġetti li għalihom ikunu tħallsu rifużjonijiet tal-esportazzjoni qabel l-1 ta’ Lulju 2013 jibbenefikaw mit-tieni rifużjoni tal-esportazzjoni meta jiġu esportati lejn pajjiżi terzi wara t-30 ta’ Ġunju 2013.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli għall-prodotti indikati fl-Anness.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “prodotti” tfisser prodotti agrikoli u/jew merkanzija li mhumiex inklużi fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Tariffi applikabbli għad-detenturi ta’ prodotti f’ċirkolazzjoni ħielsa

1.   Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima 3(a) tal-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni, u meta leġislazzjoni aktar stretta ma tkunx applikabbli fil-livell nazzjonali, il-Kroazja għandha timponi tariffi fuq id-detenturi tal-istokkijiet żejda tal-1 ta’ Lulju 2013 fuq il-prodotti f’ċirkolazzjoni ħielsa.

2.   Sabiex jiġi ddeterminat l-istokk żejjed ta’ kull detentur, il-Kroazja għandha tqis:

(a)

il-medji tal-istokkijiet disponibbli fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2010 u t-30 ta’ Ġunju 2013;

(b)

ix-xejra tal-kummerċ fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2010 u t-30 ta’ Ġunju 2013;

(c)

iċ-ċirkostanzi li fihom ġew akkumulati l-istokkijiet.

Il-kunċett ta’ “stokkijiet żejda” japplika għall-prodotti importati fil-Kroazja jew li joriġinaw minn dan il-pajjiż u għall-prodotti ta’ dan it-tip li jkunu barra mit-territorju doganali tal-Kroazja iżda jkunu maħsuba għas-suq Kroat.

Ir-reġistrazzjoni tal-istokkijiet għandha titwettaq abbażi tan-Nomenklatura Magħquda applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2013.

3.   L-ammont tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun, għal kull prodott ikkonċernat, daqs id-differenza bejn id-dazju tal-importazzjoni applikabbli fl-Unjoni skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), inkluż kwalunkwe dazju ieħor applikabbli fit-30 ta’ Ġunju 2013, u d-dazju tal-importazzjoni applikabbli fil-Kroazja f’dik id-data, miżjuda b’20 %. Id-dħul mit-tariffi miġbura mill-awtoritajiet nazzjonali għandu jkun assenjat lill-baġit nazzjonali tal-Kroazja.

4.   Il-Kroazja għandha, bla dewmien, twettaq inventarju tal-istokkijiet disponibbli fl-1 ta’ Lulju 2013. Għal dan il-għan, il-Kroazja għandha tuża sistema li tidentifika d-detenturi ta’ stokkijiet żejda abbażi ta’ analiżi tar-riskji, fejn tqis dawn il-kriterji:

(a)

it-tip ta’ attività tad-detentur;

(b)

il-kapaċità tal-faċilitajiet tal-ħżin;

(c)

il-livell ta’ attività.

Il-Kroazja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2013, dwar kwalunkwe miżuri li tkun implimentat qabel l-adeżjoni tagħha sabiex tevita l-ħżin spekulattiv ta’ stokkijiet li jsir minħabba l-adeżjoni, b’mod partikolari sabiex timmonitorja u tittraċċa l-flussi ta’ importazzjoni ta’ prodotti li għandhom riskju għoli li jiġu maħżuna.

Il-Kroazja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2014, bil-kwantità tal-prodotti fi stokkijiet żejda, minbarra dawk il-kwantitajiet fi stokkijiet pubbliċi msemmija fl-Artikolu 4.

5.   Meta kodiċi tan-NM tkopri prodotti li d-dazju tal-importazzjoni għalihom imsemmi fil-paragrafu (3) mhux l-istess, l-inventarju tal-istokkijiet imsemmija fil-paragrafu 4 għandu jsir għal kull prodott jew grupp ta’ prodotti li huma suġġetti għal dazju tal-importazzjoni differenti.

Artikolu 4

Statistika tal-istokkijiet pubbliċi

Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2013, il-Kroazja għandha tikkomunika l-lista u l-kwantitajiet tal-merkanzija li jinsabu fl-istokkijiet pubbliċi tagħha kif imsemmi fit-Taqsima 3 tal-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni.

Artikolu 5

Stokkijiet nazzjonali ta’ sigurtà

L-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4 m’għandhomx jinkludu stokkijiet nazzjonali ta’ sigurtà li jkunu setgħu ġew akkumulati mill-Kroazja. Il-Kroazja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bit-tibdil kollu li jseħħ fl-istokkijiet nazzjonali ta’ sigurtà flimkien mal-kundizzjonijiet li jirregolaw it-tibdil sabiex ikun stabbilit il-bilanċ tal-provvista tal-Unjoni.

Artikolu 6

Miżuri fil-każ li ma jitħallsux it-tariffi

F’każ li xi Stat Membru jkollu suspett li t-tariffi li hemm previsti fl-Artikolu 3 ma jkunux tħallsu fir-rigward ta’ prodott, dan l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kroazja sabiex din tkun tista’ tieħu l-miżuri xierqa.

Artikolu 7

Prova ta’ nuqqas ta’ ħlas tar-rifużjoni

Il-prodotti li għalihom id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi tiġi aċċettata mill-Kroazja matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2013 u t-30 ta’ Ġunju 2014 jistgħu jikkwalifikaw għal rifużjoni tal-esportazzjoni jekk din ir-rifużjoni tkun ġiet iffissata skont l-Artikolu 164 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), bil-kundizzjoni li jkun ġie stabbilit li ma tkunx diġà ġiet imħallsa xi rifużjoni tal-esportazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-prodotti jew tal-kostitwenti tagħhom.

Artikolu 8

Divjet ta’ ħlas doppju ta’ miżuri ta’ sostenn għas-suq

Prodott li għalih tkun tħallset rifużjoni tal-esportazzjoni ma għandu jkun eliġibbli għal ebda miżura ta’ intervent jew għajnuna kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (3).

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.

Għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(3)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


ANNESS

LISTA TAL-PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

0201

Laħam tal-annimali tal-ifrat, frisk jew imkessaħ

0202

Laħam tal-annimali tal-ifrat, friżat

0203 21

Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat:

– Friżati:

– – Karkassi u nofs karkassi

0203 22

– – Ġarretti, spalel u qatgħat tagħhom, bl-għadma

0203 29

– – Oħrajn

0204

Laħam tan-nagħaġ jew mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat

0206 10

Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali tal-ifrat, majjal, nagħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula jew bgħula tar-rkib, frisk, imkessaħ jew friżat:

– Ta’ annimali tal-ifrat, frisk jew imkessaħ

0206 29

– – Oħrajn

0207 12

Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta’ tjur tal-intestatura 0105 , frisk, imkessaħ jew friżat

– Ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus

– – Mhux maqtugħin f’biċċiet, friżati

0207 14

– – Qatgħat u ġewwieni, friżati

0207 25

– Ta’ dundjani

– – Mhux maqtugħin f’biċċiet, friżati

0207 27

– – Qatgħat u ġewwieni, friżati

0210

Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti mill-laħam jew mill-ġewwieni li jittiekel

0402 10

Ħalib u krema, konċentrati jew li jkun fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu:

– Fi trab, granuli jew forom oħra solidi, b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, li ma jkunx aktar minn 1,5 %:

0402 21

– Fi trab, ħbub u forom solidi oħrajn, b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, aktar minn 1,5 %

– – Mingħajr zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu

0402 29

– – Oħrajn

0405

Butir u xaħmijiet oħrajn u żjut magħmulin mill-ħalib; Dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib

0406

Ġobon u baqta

0703 20 00

Tewm, frisk jew imkessaħ

0711 51 00

Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus, ippriservati b’mod provviżorju, (eż. permezz tal-gass tad-dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f’soluzzjonijiet priservattivi oħra), iżda mhux tajjeb f’dak l-istat għall-konsum immedjat

0811 10 11

Mirtilli, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha,

– – biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu

– – – b’kontenut ta’ zokkor ta’ aktar minn 13 % tal-piż

0811 10 19

Mirtilli, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha,

– – biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu

– – – oħrajn, b’kontenut ta’ zokkor ta’ mhux aktar minn 13 % tal-piż

0811 10 90

Mirtilli, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha,

– li ma jkunx fihom zokkor jew xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu miżjuda:

1001

Qamħ u meslin

1002

Segala

1003

Xgħir

1004

Ħafur

1005

Qamħirrun

1006 10

Ross fil-ħliefa (paddy jew aħrax)

1006 20

Ross bla ħliefa (brown)

1006 30

Ross mitħun jew nofsu mitħun, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le

1006 40 00

Ross imfarrak

1007

Sorgu tal-qamħ

1008

Buckwheat, millieġ u skalora; ċereali oħrajn

1101 00

Dqiq tal-qamħ jew tal-meslin

1102

Dqiq taċ-ċereali ħlief tal-qamħ u tal-meslin

1103

Xgħir u barli mitħun oħxon (cereal groats), pasta u gerbub

1104

Ħbub tal-qamħ maħdumin mod ieħor (pereżempju, mqaxxrin, imremblin, imqattgħin irqiq, imfarrkin f’biċċiet tondi, mfettin jew mitħunin oħxon), ħlief ross tal-intestatura 1006 ; nibbieta ta’ ċereali, sħiħa, imrembla, mqatta’ rqiq jew mitħuna

1107

Malt, kemm jekk inkaljat jew le

1108

Lamti; inulina

1109 00 00

Gluteina tal-qamħ, imnixxfa jew le

1602

Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn preparati jew preservati

2003 10

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, preparat jew preżervat b’mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

2008 30 55

Frott taċ-ċitru, preparat jew preservat b’mod ieħor, li ma fihx spirtu miżjud, iżda fih zokkor miżjud u f’pakketti żgħar ta’ użu immedjat ta’ kontenut nett ikbar minn 1 kilo

– – – – Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); klementina, wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

2008 30 75

Frott taċ-ċitru, preparat jew preservat b’mod ieħor, li ma fihx spirtu miżjud, iżda fih zokkor miżjud u f’pakketti żgħar ta’ użu immedjat ta’ kontenut nett mhux ikbar minn 1 kilo:

– – – – Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); klementina, wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

Ex 2008 30 90

Mandolin (inklużi tangerines u satsumas); klementina, wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

– – – Ma fihomx zokkor miżjud

2008 70 92

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk;

– – – Li ma fihx spirtu u zokkor miżjud, u f’pakketti żgħar ta’ użu immedjat ta’ kontenut nett ikbar ta’ 5 kg jew aktar

2204 30

– Għeneb ieħor magħsur qabel ma jeħmer

2207

– Alkoħol etiliku mhux żnaturat ta’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 80 % vol jew aktar; alkoħol etiliku u spirti oħra, żnaturati, ta’ kull qawwa

2208 90 91

– – Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ anqas minn 80 % vol, f’kontenituri li jesgħu:

– – – 2 litri jew anqas

2208 90 99

– – – Aktar minn 2 litri