23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 277/2013

tad-19 ta’ Marzu 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri prevvisti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott magħmul mill-plastik b’diversi fetħiet żgħar. Jikkostitwixxi korp ta’ insulazzjoni ta’ konnettur. Ma fihx kuntatti tal-metall, terminali jew xi materjal konduttiv ieħor.

Il-prodott huwa intenzjonat biex jiżola u jżomm f’postu wajers elettriċi b’konnessjonijiet (terminali) jew elementi ta’ kuntatt fit-truf.

Il-wajers iridu jiddaħħlu fit-toqob tal-korp tal-konnettur. Il-prodott jipproteġi u jiżola l-kuntatti li jikkonduċu minn xulxin, u ma jħallix li jseħħ short-circuit kif ukoll jiżola mill-ambjent estern biex ma jħallix li, pereżempju, jidħol ħmieġ.

 (*) Ara l-istampa.

8547 20 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2(a) għat-Taqsima XVI u mil-lingwaġġ tal-kodiċi tan-NM 8547  u 8547 20 00 .

Il-prodott huwa magħmul kollu kemm hu minn materjal mhux konduċenti u huwa mfassal biex jintuża għal skopijiet ta’ insulazzjoni: huwa tagħmir iżolatur ta’ plastiks. (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni NM għall-intestatura 8547 , il-punt (A), l-ewwel paragrafu).

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8538 bħala partijiet tajbin għall-użu biss jew prinċipalment mal-apparat tal-intestatura 8535 , 8536 jew 8537 hija eskluża, peress li l-prodott huma inkluż fl-intestatura 8547  u għalhekk għandhom jiġi kklassifikat taħt l-intestatura rispettiva tiegħu skont in-Nota 2(a) tat-Taqsima XVI.

Huwa għalhekk għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8547 20 00 bħala tagħmir iżolatur ta’ plastiks.

Image

(*)  L-immaġini għandha biss skop informattiv.