|
22.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 82/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 261/2013
tal-21 ta’ Marzu 2013
li jimplimenta l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011. |
|
(2) |
Fil-11 ta’ Frar u l-25 ta’ Frar 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, aġġorna u emenda l-lista ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
P. HOGAN
ANNESS
I. L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għall-persuni ta’ hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.
A. Individwi assoċjati mat-Taliban
|
1. |
Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Jalil Akhund (b) Mullah Akhtar (c) Abdul Jalil Haqqani (d) Nazar Jan)
Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Arghandab, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, (b) Belt ta’ Kandahar, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: OR 1961825 (maħruġ taħt l-isem Mullah Akhtar, passaport maħruġ fl-4 ta’ Frar 2003 mill-Konsulat Afgan fi Quetta, il-Pakistan, skada fit-2 ta’ Frar 2006). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban minn Mejju 2007, (c) Membru tal-Kummissjoni Finanzjarja tal-Kunsill tat-Taliban, (d) Ħu Atiqullah Wali Mohammad. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001. |
|
2. |
Atiqullah Wali Mohammad (magħruf ukoll bħala Atiqullah)
Titolu: (a) Haji, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1962. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Tirin Kot, Provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan, (b) raħal ta’ Khwaja Malik, Distrett ta’ Arghandab, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill Suprem tat-Taliban fl-2010, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Alizai, (d) Ħu Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001. |
Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Wara li Kabul inqabdet mit-Taliban fl-1996, Atiqullah inħatar għal pożizzjoni f’Kandahar. Fl-1999 jew l-2000, huwa nħatar l-ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura, imbagħad Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi fir-reġim Taliban. Wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, Atiqullah sar uffiċjal tal-operazzjonijiet Talibani fin-nofsinhar tal-Afganistan. Fl-2008, huwa sar viċi tal-Gvernatur Taliban tal-provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan.
II. L-entrati ta’ hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011.
A. Individwi assoċjati mat-Taliban
|
1. |
Ahmed Shah Noorzai Obaidullah (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Ahmed Shah Noorzai (b) Haji Ahmad Shah (c) Haji Mullah Ahmad Shah (d) Maulawi Ahmed Shah (e) Mullah Mohammed Shah)
Titolu: (a) Mullah, (b) Maulavi Data tat-twelid: (a) l-1 ta’ Jannar 1985 (b) 1981 Post tat-twelid: Quetta, il-Pakistan. Nru tal-passport: Numru tal-passaport Pakistani NC5140251 maħruġ fit-23 ta’ Ottubru 2009 jiskadi fit-22 ta’ Ottubru 2014. Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: Numru tal-karta tal-identità nazzjonali Pakistana 54401-2288025-9. Indirizz: Quetta, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) Huwa sid ta’ u jopera l-Roshan Money Exchange. (b) Ipprovda servizzi finanzjarji lil Ghul Agha Ishakzai u Taliban oħrajn fil-Provinċja ta’ Helmand. Data tan-Nomina min-NU: 26.2.2013 |
Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ahmed Shah Noorzai Obaidullah huwa sid ta’ u jopera l-Roshan Money Exchange, li tipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali, jew teknoloġiku, jew servizzi finanzjarji jew servizzi oħrajn lil jew b’appoġġ ta’ u għat-Taliban. Il-Roshan Money Exchange jaħżen u jittrasferixxi fondi biex jappoġġaw operazzjonijiet militari tat-Taliban u r-rwol tat-Taliban fil-kummerċ tan-narkotiċi Afgan. Sa mill-2011, il-Roshan Money Exchange kienet waħda mill-fornituri prinċipali ta’ servizzi ta’ flus (jew “hawalas”) użati mill-uffiċjali tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan. Ahmed Shah ipprovda servizzi hawala lill-mexxejja tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Helman għal numru ta’ snin u, sa mill-2011, kien fornitur fdat ta’ servizzi ta’ flus għat-Taliban. Kmieni fl-2012, it-Taliban ordnaw lil Ahmed Shah jittrasferixxi flux lil numru ta’ hawalas f’Lashkar Gah, il-Provinċja ta’ Helmand, minn fejn kmandant anzjan tat-Taliban kien imbagħad jalloka l-fondi.
Tard fl-2011, Ahmed Shah ikkonsolida mijiet ta’ eluf ta’ dollari Amerikani biex jgħaddihom lill-Kummissjoni tal-Finanzi tat-Taliban u ttrasferixxa mijiet ta’ eluf ta’ dollari Amerikani għat-Taliban, inkluż lil kmandanti anzjani tat-Taliban. Ukoll tard fl-2011, Ahmed Shah irċieva permezz tal-fergħa tal-hawala tiegħu fi Quetta, il-Pakistan, trasferiment f’isem it-Taliban, li minnu ntużaw flus biex jinxtara fertilizzant u komponenti għal apparat splussiv improvizzat (IED), inklużi batteriji u miċċa detonatriċi. F’nofs l-2011, il-kap tal-kummissjoni tal-finanzi tat-Taliban Gul Agha Ishakzai ta struzzjonijiet lil Ahmed Shah biex jiddepożita diversi miljuni ta’ dollari Amerikani fir-Roshan Money Exchange għat-Taliban. Gul Agha spjega li meta trasferiment ta’ flus kien meħtieġ, hu kien jinforma lil Ahmed Shah min hu t-Taliban li kellu jirċevihom. Ahmed Shah imbagħad kien jipprovdi l-fondi meħtieġa permezz tas-sistema tal-hawala tiegħu. Sa min-nofs l-2010, Ahmed Shah mexxa flus bejn il-Pakistan u l-Afganistan għal kmandanti tat-Taliban u għal traffikanti tan-narkotiċi. Barra mill-attivitajiet teigħu ta’ faċilitazzjoni, Ahmed Shah ta somom ta’ flus kbar imma mhux speċifiċi lit-Taliban fl-2011.