|
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/5 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 253/2013
tal-15 ta’ Jannar 2013
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-adattamenti wara r-reviżjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni ISCED fir-rigward tal-fatturi varjabbli u l-analiżijiet li għandhom jiġu sottomessi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni aġġornata hija ċentrali għall-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tinżamm ir-rilevanza tal-istatistika Ewropea, billi jitqiesu l-iżviluppi u l-bidliet fil-qasam tal-edukazzjoni. |
|
(2) |
L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) irrevediet il-verżjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni (ISCED) li ntużat sa issa (ISCED 1997) bl-għan li jkun żgurat li hija konsistenti mal-iżviluppi fil-politiki u l-istrutturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ. |
|
(3) |
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Taqsima 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti A tat-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
It-Taqsima 3 hija emendata kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO