|
16.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 234/2013
tal-15 ta’ Marzu 2013
li jiffissa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) u (6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni għandu jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel il-bidu tas-sena tas-sajd, f’livell li jkun tal-anqas ekwivalenti għal 70 % u li ma jaqbiżx id-90 % tal-prezz ta’ gwida. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1242/2012 (2) jiffissa prezzijiet ta’ gwida għas-sena tas-sajd 2013 għall-prodotti kollha kkonċernati. |
|
(3) |
Il-prezzijiet tas-suq ivarjaw konsiderevolment skont l-ispeċi u kif ikunu ppreżentati l-prodotti, partikolarment fil-każ tal-klamar u tal-marlozz. |
|
(4) |
Il-fatturi ta’ konverżjoni għandhom għalhekk ikunu ffissati għall-ispeċijiet differenti u għall-preżentazzjonijiet differenti tal-prodotti ffriżati li jinħattu l-art fl-Unjoni sabiex ikun stabbilit il-livell tal-prezz li jwassal għall-miżura tal-intervent prevista fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000. |
|
(5) |
Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzjoni tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2013, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2013. |
|
(6) |
Il-miżuri li għalihom hemm provvediment f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf mir-Regolament (KE) Nru 104/2000. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, applikabbli matul is-sena tas-sajd 2013 għall-prodotti elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament u l-preżentazzjonijiet u l-fatturi ta’ konverżjoni li huma relatati magħhom huma stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-fatturi ta’ konverżjoni
|
Speċi |
Preżentazzjoni |
Fattur ta’ konverżjoni |
Livell tal-intervent |
Prezz tal-bejgħ (f’EUR għal kull tunnellata metrika) |
|||||||||
|
Ħalibatt tal-Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides) |
Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha |
1,0 |
0,85 |
1 678 |
|||||||||
|
Marlozz (Merluccius spp.) |
Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha |
1,0 |
0,85 |
1 080 |
|||||||||
|
Fi fletti individwali |
|
|
|
||||||||||
|
1,0 |
0,85 |
1 286 |
||||||||||
|
1,1 |
0,85 |
1 415 |
||||||||||
|
Sparidae (Dentex dentex u Pagellus spp.) |
Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha |
1,0 |
0,85 |
1 242 |
|||||||||
|
Pixxispad (Xiphias gladius) |
Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha |
1,0 |
0,85 |
3 483 |
|||||||||
|
Gambli u gambli kbar Penaeidae |
Iffriżat |
|
|
|
|||||||||
|
|
1,0 |
0,85 |
3 460 |
|||||||||
|
|
1,0 |
0,85 |
6 641 |
|||||||||
|
Siċċ (Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti) |
Iffriżat |
1,0 |
0,85 |
1 702 |
|||||||||
|
Klamari (Loligo spp.) |
|||||||||||||
|
|
1,00 |
0,85 |
1 023 |
|||||||||
|
1,20 |
0,85 |
1 227 |
||||||||||
|
|
2,50 |
0,85 |
2 556 |
|||||||||
|
2,90 |
0,85 |
2 965 |
||||||||||
|
Qarnit (Octopus spp.) |
Iffriżat |
1,00 |
0,85 |
1 949 |
|||||||||
|
Illex argentinus |
|
1,00 |
0,80 |
709 |
|||||||||
|
1,70 |
0,80 |
1 205 |
||||||||||
|
Forom ta’ preżentazzjoni kummerċjali:
|
|||||||||||||