15.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 215/2013

tal-11 ta’ Marzu 2013

li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet issussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   BIDU

(1)

Fit-22 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni Ewropea ("Kummissjoni") ħabbret permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“Notifika ta’ bidu”), il-bidu ta’ proċediment kontra s-sussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ir-“RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Il-proċediment kontra s-sussidji nbeda wara li fid-9 ta’ Jannar 2012 tressaq rikors minn EUROFER (“ir-rikorrent”) f’isem produtturi li f’dan il-każ jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku. Ir-rikors kien fih evidenza prima facie ta’ sussidjar ta’ dan il-prodott u ta’ dannu materjali li jirriżulta minnu, li kienet ikkunsidrata biżżejjed biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment.

(3)

Qabel il-bidu tal-proċediment u skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern tar-RPĊ (“il-GTĊ”) li hija kienet irċeviet rikors dokumentat kif suppost li jallega li l-importazzjonijiet issussidjati ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw fir-RPĊ kienu qed jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-GTĊ ġie mistieden għall-konsultazzjonijiet bil-għan li tiġi ċċarata l-qagħda rigward il-kontenut tar-rikors u li tintlaħaq soluzzjoni maqbula b’mod reċiproku. Il-GTĊ laqa’ l-offerta għall-konsultazzjonijiet u għaldaqstant dawn inbdew. Matul il-konsultazzjonijiet, ma ntlaħqet l-ebda soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku. Madankollu, tqiesu l-kummenti li saru mill-awtoritajiet tal-GTĊ fir-rigward tal-allegazzjonijiet fir-rikors rigward in-nuqqas ta’ kumpens tal-iskemi. Wara l-konsultazzonijiet, waslu sottomissjonijiet mill-GTĊ.

1.2.   IL-PROĊEDIMENT ANTIDUMPING

(4)

Fil-21 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), il-bidu ta’ proċediment antidumping li jirrigwarda l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw fir-RPĊ.

(5)

Fl-20 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni, bir-Regolament (UE) Nru 845/2012 (4), imponiet dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw fir-RPĊ.

(6)

L-analiżi tad-dannu mwettqa f’din l-investigazzjoni kontra s-sussidji u l-oħra parallela tal-antidumping huma identiċi, billi d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u l-perijodu tal-investigazzjoni huma l-istess fiż-żewġ investigazzjonijiet. Għal din ir-raġuni, il-kummenti fuq aspetti ta’ dannu mressqa fi kwalunkwe wieħed miż-żewġ proċedimenti ġew ikkunsidrati fiż-żewġ proċedimenti.

1.3.   IL-PARTIJIET IKKONĊERNATI MILL-PROĊEDIMENT

(7)

Il-Kummissjoni uffiċjalment għarrfet ir-rikorrenti, lill-produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ, lill-importaturi, lill-kummerċjanti, lill-utenti, lill-fornituri u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tar-RPĊ bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ bidu.

(8)

Minħabba l-ammont apparentement kbir ta’ produtturi esportaturi, produtturi tal-Unjoni u importaturi mhux relatati, il-produtturi esportaturi u l-importaturi mhux relatati magħrufa kollha ntalbu jidentifikaw ruħhom mal-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-notifika ta’ bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011. Din l-informazzjoni ntalbet skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ teħid ta’ kampjun u jekk iva, biex tagħżel il-kampjuni. L-awtoritajiet tar-RPĊ ġew ikkonsultati wkoll.

(9)

Fil-bidu 19-il produttur esportatur/gruppi ta’ produtturi Ċiniżi pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi f’kampjun. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi esportaturi u skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, fil-bidu l-Kummissjoni pproponiet kampjun ta’ tliet produtturi esportaturi/gruppi ta’ produtturi esportaturi. Madankollu, wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun irtira l-kooperazzjoni tiegħu. Konsegwentement, dan ġie sostitwit mill-produttur esportatur li jmiss u li kellu l-ogħla volum ta’ bejgħ ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni. Wara li ġie nnotifikat, anki dan il-produttur esportatur irtira l-kooperazzjoni tiegħu.

(10)

Sabiex ma jinħoloqx aktar dewmien fil-proċediment, ġie deċiż li l-kampjun ikun limitat għal żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi, li kellhom l-ogħla volum ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni, jiġifieri Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co., Ltd u l-kumpanniji relatati tagħha u Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co., Ltd u l-kumpanniji relatati tagħha. Il-kampjun ta’ dawn iż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi jservi bħala l-bażi għad-determinazzjoni tal-livell ta’ sussidju għal dawk il-gruppi, kif ukoll il-livell ta’ sussidju għall-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw u li ma ġewx inklużi fil-kampjun, kif inhu stipulat fl-Artikoli 15.2 u 15.3 tar-Regolament bażiku.

(11)

Fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni, fin-notifika ta’ bidu l-Kummissjoni ħabbret li hi kienet provviżorjament għażlet kampjun ta’ produtturi mill-Unjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn sitt produtturi tal-Unjoni li kienu magħrufa mill-Kummissjoni li jipproduċu prodott simili magħżul fuq il-bażi tal-bejgħ, il-volum tal-produzzjoni, id-daqs u l-lokalità ġeografika fl-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu jipproduċu 46 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u 38 % tal-bejgħ tal-Unjoni. Fin-notifika ta’ bidu l-partijiet interessati ġew mistiedna wkoll iressqu l-fehmiet tagħhom dwar il-kampjun provviżorju. Wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ddikjara li ma xtaqx jiġi inkluż fil-kampjun u kien sostitwit fil-kampjun mill-akbar produttur li kien imiss.

(12)

Ħames importaturi mhux relatati ppreżentaw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Għalhekk, minħabba l-għadd limitat ta’ importaturi li kkooperaw, it-teħid ta’ kampjuni tqies li ma kienx għadu neċessarju.

(13)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lir-rappreżentanti tar-RPĊ, liż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ, lil 14-il produttur esportatur ieħor fir-RPĊ li talbu dan, lis-sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-ħames importaturi li kkooperaw fl-Unjoni u lill-utenti magħrufa.

(14)

Waslu tweġibiet mingħand ir-rappreżentanti tar-RPĊ, disa’ produtturi esportaturi u kumpanniji relatati fir-RPĊ, is-sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, żewġ importaturi mhux relatati u 10 utenti.

(15)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa biex jiġu determinati s-sussidjar, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-uffiċċji tal-awtorità tal-Istat u l-kumpanniji li ġejjin:

(a)

Il-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Il-Ministru tal-Kummerċ Ċiniż, Beijing, iċ-Ċina

(b)

Produtturi tal-Unjoni

ArcelorMittal Belgium, il-Belġju u l-kumpannija tal-bejgħ relatata ArcelorMittal Flat Carbon Europe SA, il-Lussemburgu

ArcelorMittal Poland, il-Polonja

ThyssenKrupp Steel Europe AG, il-Ġermanja

voestalpine Stahl GmbH u voestalpine Stahl Service Center Gmb, l-Awstrija

Tata Steel Maubeuge SA (preċedentement magħrufa bħala Myriad SA), fi Franza

Tata Steel UK Ltd, ir-Renju Unit

(c)

Gruppi ta’ Produtturi esportaturi (u kumpanniji relatati) fir-RPĊ

Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co., Ltd u l-kumpanniji relatati tagħha: Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd, Zhangjiagang Wanda Steel Strip Co., Ltd, Jiangsu Huasheng New Construction Materials Co. Ltd u Zhangjiagang Free Trade Zone Jiaxinda International Trade Co., Ltd;

Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co. Ltd u l-kumpannija relatata tagħha Hangzhou P.R.P.T. Metal Material Company Ltd;

(d)

Importaturi fl-Unjoni

ThyssenKrupp Mannex, il-Ġermanja

Macrometal, Hamburg, il-Ġermanja

(16)

Sussegwentement, il-partijiet interessati kienu informati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-partijiet kollha ngħataw perijodu li fih setgħu jagħmlu kummenti dwar l-iżvelar finali.

(17)

Il-kummenti kollha ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u indirizzati fejn kien xieraq.

1.4.   IL-PERIJODU TAL-INVESTIGAZZJONI U L-PERIJODU KKUNSIDRAT

(18)

L-investigazzjoni tas-sussidji u d-dannu kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011 (il-“perijodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-dannu kopra l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sa tmiem il-PI (il-“perijodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(19)

Fin-notifika ta’ bidu, il-prodott soġġett għall-investigazzjoni kien ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku (“OCS”), jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga jew mhux liga (bl-esklużjoni tal-azzar li ma jissaddadx) li jkunu miżbugħin, mogħtija l-verniċ jew miksija b’xi plastik fuq mill-anqas naħa waħda, bl-esklużjoni tal-hekk imsejħa “pannelli sandwich” tat-tip li jintuża għall-applikazzjonijiet tal-bini u li jikkonsisti minn żewġ folji tal-metall fuq barra b’qalba ta’ stabbilizzazzjoni ta’ materjal għall-insulazzjoni marsus bejniethom, u bl-esklużjoni ta’ dawk il-prodotti li jkollhom kisja finali ta’ trab taż-żingu (żebgħa b’kontenut għoli ta’ żingu, li bil-piż ikun fiha 70 % jew aktar ta’ żingu).

2.2.   TALBIET GĦALL-ESKLUŻJONI TAL-PRODOTT

(20)

L-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Ħadid u l-Azzar, żewġ importaturi u żewġ utenti, ipproponew l-esklużjoni ta’ ħames tipi ta’ prodotti. Dawn it-talbiet intlaqgħu u ġew analizzati kif jidher hawn taħt:

2.2.1.   OCS B’KISJA METALLIKA TA’ KROMJU JEW LANDA

(21)

Utent tal-OCS issottometta talba għall-esklużjoni tal-OCS b’substrat b’kisja metallika tal-kromju jew tal-landa mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-kisja metallika tal-kromju jew tal-landa tirrendi dan it-tip ta’ prodott fiżikament u teknikament differenti mill-OCS li qed jiġi investigat. Barra minn hekk, l-OCS b’substrat b’kisja metallika tal-kromju jew tal-landa jintuża kważi esklużivament fl-industriji tal-ippakkjar tal-ikel u tal-kejbils. Fl-aħħar nett, l-industrija tal-Unjoni spjegat li ma kinitx l-intenzjoni tagħha li t-tip ta’ prodott imsemmi hawn fuq jiġi inkluż f’din l-investigazzjoni. Minħabba r-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-OCS b’substrat b’kisja metallika tal-kromju jew tal-landa mhuwiex inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott.

2.2.2.   PJANĊI RRUMBLATI BIS-SĦANA BI PRIMER PROTETTIV, SEW JEKK ORGANIĊI JEW INORGANIĊI

(22)

Din it-talba ġiet miċħuda minħabba li l-prodott ma jaqax taħt il-kodiċijiet NM li qed jiġu investigati. Iż-żebgħa jew il-kisja jintużaw biss bħala protezzjoni mis-sadid u għalhekk jaqgħu taħt l-intestatura tan-NM 7208 u mhux taħt l-intestatura tan-NM 7210. Il-pjanċi rrumblati bis-sħana bi primer protettiv, sew jekk organiku jew inorganiku, mhumiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni u għaldaqstant ma jistgħux jitneħħew minnu.

2.2.3.   OCS BI ĦXUNA TAS-SUBSTRAT BEJN 0,6 U 2,0 MM

(23)

CISA u żewġ importaturi talbu l-esklużjoni tal-OCS bi ħxuna tas-substrat bejn 0,6 u 2,0 mm, li jirrappreżentaw bejn 5 % u 10 % tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, bid-dikjarazzjoni li kien hemm biss kompetizzjoni diretta bejn l-esportazzjonijiet Ċiniżi u l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni għall-OCS bi ħxuna tas-substrat ta’ bejn 0,25 mm u 0,6 mm.

(24)

Din it-talba ġiet miċħuda, minħabba li kemm l-esportaturi Ċiniżi u kemm l-industrija tal-Unjoni jimmanifatturaw u jbigħu l-OCS bi ħxuna tas-substrat ta’ bejn 0,6 mm u 2,0 mm u li, għaldaqstant, dawn il-prodotti qegħdin f’kompetizzjoni evidenti bejniethom. Ma ġietx preżentata evidenza li turi li l-OCS bi ħxuna tas-substrat ta’ aktar minn 0,6 mm mhux f’kompetizzjoni mal-OCS bi ħxuna tas-substrat ta’ anqas minn 0,6 mm u li, għaldaqstant, dan jikkostitwixxi tip differenti ta’ prodott. L-OCS bi ħxuna tas-substrat ta’ anqas u aktar minn 0,6 mm għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess utenti aħħarija u, għaldaqstant, huma l-istess prodott.

2.2.4.   OCS B’SUBSTRAT MIKSI B’LIGA TA’ ALUMINJU-ŻINGU

(25)

Iż-żewġ importaturi allegaw li erba’ produtturi tal-Unjoni biss għandhom il-liċenzja li jipproduċu dan it-tip ta’ prodott u li, kumpannija waħda biss kienet qed tipproduċih. Huma allegaw ukoll li dan il-prodott huwa differenti mill-OCS miksi biż-żingu, fir-rigward tal-karatteristiċi tal-prodott.

(26)

Din it-talba ġiet miċħuda billi ż-żewġ tipi ta’ prodotti huma interkambjabbli b’użijiet li jikkoinċidu, u tal-anqas żewġ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw immanifatturaw dan it-tip ta’ prodott tul il-perijodu ta’ investigazzjoni. Għandu jiġi nnutat li produttur esportatur Ċiniż li kkoopera wieħed esporta dan it-tip ta’ prodott lejn l-Unjoni tul il-perijodu ta’ investigazzjoni.

2.2.5.   OCS B’SUBSTRAT MIKSI B’LIGA TA’ ŻINGU

(27)

Din it-talba ġiet miċħuda minħabba li, bil-maqlub ta’ dak li ddikjara utent wieħed, dan il-prodott huwa mmanifatturat u mibjugħ fi kwantitajiet sinifikanti minn diversi produtturi tal-Unjoni u għandu l-istess karatteristiċi essenzjali fiżiċi u tekniċi u l-istess utenti aħħarija bħal tipi oħra ta’ OCS.

2.3.   TALBIET GĦALL-INKLUŻJONI TAL-PRODOTT

(28)

Assoċjazzjoni waħda talbet li l-OCS b’kisja metallika ta’ kromju jew landa, klassifikat bil-kodiċijiet TARIC 7210122010 u 7210500010 jiġi inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. Din it-talba ġiet miċħuda minħabba li dawn il-kodiċijiet ma kinux inklużi fir-rikors oriġinali u l-prodotti koperti minn tali kodiċijiet għandhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi differenti mill-prodotti koperti fir-rikors.

2.4.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(29)

Minħabba l-aċċettazzjoni li l-OCS b’kisja metallika ta’ kromju jew landa jiġi eskluż, kif inhu deskritt fil-premessa (21), il-prodott ikkonċernat huwa emendat minn din l-esklużjoni.

(30)

Il-prodott ikkonċernat għalhekk huwa ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku (“OCS”), jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga jew mhux liga (bl-esklużjoni tal-azzar li ma jissaddadx) li jkunu miżbugħa, mogħtija l-verniċ jew miksija bi plastik fuq mill-anqas naħa waħda, bl-esklużjoni tal-hekk imsejħa “pannelli sandwich” tat-tip użat għall-applikazzjonijiet tal-bini u li jikkonsistu f’żewġ folji tal-metall fuq barra b’qalba ta’ stabbilizzazzjoni ta’ materjal għall-insulazzjoni maqbud bejniethom, bl-esklużjoni ta’ dawk il-prodotti b’kisja finali ta’ trab taż-żingu (żebgħa b’kontenut għoli ta’ żingu, li bil-piż fiha 70 % jew aktar ta’ żingu), u bl-esklużjoni ta’ dawk il-prodotti b’substrat miksi b’kisja metallika tal-kromju jew tal-landa, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7210 70 80, ex 7212 40 80, ex 7225 99 00, ex 7226 99 70, u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”).

2.5.   IL-PRODOTT SIMILI

(31)

L-investigazzjoni wriet li l-OCS prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, l-OCS prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ u l-OCS impurtat fl-Unjoni mir-RPĊ għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użijiet bażiċi finali. Għalhekk dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala simili fis-sens tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

3.   IS-SUSSIDJAR

3.1.   IL-KUMMENTI PRELIMINARI

(32)

Kemm il-GTĊ kif ukoll il-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun issottomettew tweġibiet għall-kwestjonarju u aċċettaw żjarat fuq il-post sabiex ikunu vverifikati t-tweġibiet.

(33)

Fir-rigward tal-GTĊ, wara l-analiżi tat-tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ defiċjenza u żewġ ittri ta’ qabel il-verifika. Il-Kummissjoni ppovdiet lill-GTĊ bi żmien biżżejjed għall-preparazzjoni u s-sottomissjoni tar-rappreżentazzjonijiet tiegħu kull meta dan intalab u kien iġġustifikat. Ingħataw estensjonijiet sinifikanti tal-iskadenzi lill-GTĊ, jiġifieri estensjoni ta’ 20 jum għat-tweġiba tal-kwestjonarju li rriżultat fi skadenza eventwali ta’ 57 jum għall-preżentazzjoni tat-tweġiba għall-kwestjonarju u ta’ 25 jum għat-tweġiba għall-ittra ta’ defiċjenza.

(34)

Fit-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju, l-ittri ta’ defiċjenza u diversi sottomissjonijiet oħra, il-GTĊ pprovda tweġiba biss fir-rigward tal-iskemi użati mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u argumenta li ma għandux jintalab tweġibiet għall-mistoqsijiet relatati mal-iskemi ta’ sussidju allegatement disponibbli għall-produtturi mhux inklużi fil-kampjun jew produtturi li ma kinux identifikaw ruħhom.

(35)

Il-Kummissjoni bi prudenza ma qablitx ma’ dan l-approċċ u spjegat lill-GTĊ li l-għan tal-kwestjonarju mibgħut lill-GTĊ kien biex il-Kummissjoni tikseb informazzjoni dwar is-ssussidjar tal-industrija li tipproduċi azzar miksi b’materjal organiku fiċ-Ċina u sabiex jiġi stabbilit kemm huma ssussidjati l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija meħtieġa informazzjoni usa’ dwar il-livell tas-sussidju sabiex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas ta’ kooperazzjoni sinifikanti minn esportaturi li allegatement irċevew benefiċċji minn skemi partikolari ta’ sussidju mhux użati mill-kumpanniji inklużi fil-kampjun jew li kkooperaw u t-talbiet li jista’ jkun hemm għal eżami individwali mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Madankollu, il-GTĊ ma bidilx l-approċċ tiegħu u ma pprovdiex informazzjoni dwar il-biċċa l-kbira mill-iskemi l-oħra ta’ sussidju allegati fir-rikors, iżda mhux użati mill-kumpanniji fil-kampjun.

(36)

Qabel iż-żjara ta’ verifika fuq il-post, il-GTĊ talab lill-Kummissjoni biex tipprovdi aktar informazzjoni bil-miktub, b’mod partikolari lista tal-mistoqsijiet kollha li kienet biħsiebha tistaqsi matul iż-żjara ta’ verifika flimkien ma’ lista tad-dipartimenti tal-Gvern li kienu mistennija li jipparteċipaw fiż-żjara tal-post. Fin-nuqqas ta’ dan, ġie argumentat li l-GTĊ "tħalla mingħajr tweġiba dwar x’kellu jiġi ppreparat jew x’seta’ jkun mistenni matul il-verifika" u li l-ittra ta’ qabel il-verifika "ċertament li ma tipprovdi l-ebda indikazzjoni ta’ dak li beħsiebha tivverifika l-Kummissjoni…".

(37)

Il-Kummissjoni ma setgħetx tilqa’ t-talba tal-GTĊ. F’dan ir-rigward huwa nnotat li l-Kummissjoni ssodisfat il-kundizzjonijiet kollha rilevanti tal-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku. Intbagħtet ittra dettaljata ta’ qabel il-verifika lill-GTĊ biex tikkonferma l-aġenda (il-jiem u l-gruppi ta’ skemi li għandhom jiġu diskussi f’kull jum tal-verifika) u biex titlob il-preżenza tal-awtoritajiet responsabbli għall-iskemi rilevanti u tal-uffiċjali involuti fil-preparazzjoni tas-sottomissjonijiet tal-GTĊ. Il-Kummissjoni spjegat ukoll qabel iż-żjara ta’ verifika fil-post li l-GTĊ biss seta’ jidentifika l-awtoritajiet responsabbli għall-iskemi li kien qed jiġu investigati kif ukoll dawk l-uffiċjali li kienu qegħdin fl-aħjar pożizzjoni biex jipparteċipaw fil-verifika u jwieġbu l-mistoqsijiet. Rigward il-lista ta’ mistoqsijiet speċifiċi, il-Kummissjoni spjegat li tali lista mhijiex mitluba mil-leġislazzjoni tal-UE (u lanqas mir-rekwiżiti tad-WTO) u li l-għan ta’ din l-investigazzjoni kien li tiġi verifikata t-tweġiba tal-GTĊ għall-kwestjonarju u s-sottomissjonijiet supplimentari rilevanti; għalhekk il-verifika se ssegwi l-istruttura ta’ dawn id-dokumenti. Il-Kummissjoni tfittex li tikseb u tiċċara aktar informazzjoni meħtieġa għall-proċediment li għaddej, iżda l-mistoqsijiet preċiżi f’dan il-kuntest ikunu jiddependu mit-tweġibiet tal-GTĊ għall-verifika inizjali tat-tweġibiet tiegħu. Kien spjegat ukoll b’mod ċar lill-GTĊ qabel iż-żjara ta’ verifika fuq il-post li jekk ma tingħatax l-informazzjoni neċessarja jew l-awtorità ta’ investigazzjoni ma tiġix megħjuna fil-verifika tal-informazzjoni u d-data meqjusa neċessarja għall-iskop tal-proċediment, dan jista’ jkun ta’ tfixkil serju għall-proċess tal-investigazzjoni. Il-GTĊ ġie mfakkar ukoll bil-konsegwenzi tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(38)

Matul iż-żjara tal-verifika fuq il-post tal-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż f’Beijing, il-Kummissjoni għamlet ħilitha biex tivverifika l-informazzjoni provduta abbażi tad-dokumenti ta’ sostenn li kienu użati għall-preparazzjoni tat-tweġibiet tal-GTĊ, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 11 u 26 tar-Regolament bażiku. B’dan il-mod, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li n-nuqqas ta’ informazzjoni u dokumenti ta’ sostenn disponibbli ma ppermettiex verifika xierqa tat-tweġiba għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, ċerta informazzjoni ma kinitx ipprezentata minkejja li ntalbet b’mod speċifiku u ċerti mistoqsijiet sempliċiment ma tweġbux. Minħabba f’hekk, il-GTĊ ġie infurmat bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 28(1) u (6) tar-Regolament bażiku.

(39)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni kienet qiegħda timponi piż mhux raġonevoli fuq il-GTĊ u kienet talbet informazzjoni irrelevanti u mhux meħtieġa fil-kwestjonarju u fl-ittra ta’ defiċjenza sussegwenti.

(40)

Fir-rigward tal-informazzjoni mitluba, huwa nnotat li l-Kummissjoni talbet biss informazzjoni dwar l-allegazzjonijiet fir-rikors, li kienet meqjusa bħala neċessarja biex tasal għal sejba rappreżentattiva u baqgħet konsistenti fit-talbiet tagħha billi talbet l-istess data u informazzjoni matul il-proċess tal-investigazzjoni u talbet lill-GTĊ biex jispjega l-informazzjoni ppreżentata u l-implikazzjoni tagħha għall-iskemi investigati. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni talbet biss informazzjoni li kienet neċessarja biex tiġi evalwata l-eżistenza u l-livell tas-sussidju disponibbli għall-prodott ikkonċernat skont l-iskemi l-oħra ta’ sussidju implikati fir-rikors. Informazzjoni bħal din kienet tippermetti determinazzjoni xierqa tal-ammont ta’ sussidju mogħti skont l-iskemi ta’ sussidju l-oħrajn li qed jiġu investigati u li huma disponibbli għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx. Billi la r-rappreżentanti tar-RPĊ u lanqas il-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, ma pprovdew l-informazzjoni neċessarja biex jiġi ddeterminat jekk l-iskemi l-oħra ta’ sussidju kinux disponibbli għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, abbażi tal-fatti disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskemi ta’ sussidju l-oħrajn imsemmija kienu tabilħaqq disponibbli għall-produtturi esportaturi l-oħrajn li ma kkooperawx, u mbagħad ikkalkolat l-ammonti ta’ benefiċċju mogħtija permezz ta’ dawn l-iskemi, abbażi tal-aħjar fatti disponibbli.

3.2.   EŻAMI INDIVIDWALI (‘EI’)

(41)

Kienu ppreżentati talbiet għall-EI minn żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku, jiġifieri Union Steel China (Union Steel) u Shenzhen Sino Master Steel Co. Ltd. Ma kienx possibbli li jingħataw dawn l-EI liż-żewġ kumpanniji billi, minħabba l-għadd kbir ta’ skemi ta’ sussidju allegati u t-tul ta’ żmien li tieħu investigazzjoni kontra s-sussidji, dan kien ikun ta’ piż eċċessiv u seta’ jimpedixxi t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

(42)

Madankollu, Union Steel kienet diġà ġiet eżaminata individwalment fl-investigazzjoni antidumping parallela u konsegwentement ġie kkalkolat marġini individwali tad-dannu għal din il-kumpannija.

(43)

Barra minn hekk, billi l-GTĊ ta tweġiba biss rigward l-iskemi użati mill-produtturi esportaturi fil-kampjun kif spjegat fil-premessa (34) aktar ’il fuq, kien prattikament impossibbli li jiġu analizzati xi wħud mill-iskemi ta’ sussidju possibbilment użati minn Union Steel. Konsegwentement, abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-rata medja ta’ sussidju applikabbli għal kumpanniji oħra li kkooperaw kienet attribwita lil din il-kumpannija.

3.3.   SKEMI SPEĊIFIĊI

(44)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fir-rikors, il-Kummissjoni fittxet informazzjoni relatata mal-iskemi li ġejjin, li allegatement kienu jinvolvu l-għoti ta’ sussidji mill-awtorità Governattiva:

(I)

L-Għoti tal-Oġġetti u s-Servizzi tal-Gvern għal Ħlas mhux Adegwat ("LYAR")

L-għoti ta’ inputs b’rimunerazzjoni mhix adegwata: Azzar irrumblat bis-sħana u azzar irrumblat bil-kesħa

Għoti ta’ drittijiet tal-użu tal-art għal rimunerazzjoni mhix adegwata

Programm li jikkonsisti mill-forniment tal-ilma għal rimunerazzjoni mhix adegwata

Programm li jikkonsisti mill-forniment tal-elettriku għal rimunerazzjoni mhix adegwata

Programm li jikkonsisti fl-għoti tal-elettriku u l-ilma bi ħlas mhux adegwat fil-Provinċja ta’ Jiangsu

L-għoti ta’ diversi inputs għal rimunerazzjoni mhix adegwata

(II)

Self u rati ta’ mgħax preferenzjali lill-industrija tal-OCS

(III)

Programmi ta’ ekwità

Skambji ta’ dejn għal ekwità

Infużjonijiet ta’ ekwità

Dividendi mhux imħallsa

(IV)

Taxxa fuq l-introjtu u taxxi diretti oħra

Politiki tat-taxxa għat-tnaqqis tal-ispejjeż fuq ir-riċerka u l-iżvilupp

Konċessjonijiet tat-taxxa għar-reġjuni Ċentrali u tal-Punent

Kreditu ta’ taxxa fuq l-introjtu għax-xiri ta’ tagħmir tal-produzzjoni mmanifatturat domestikament

Politiki tat-taxxa preferenzjali għal kumpanniji mħeġġa biex joperaw bħala intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida

Konċessjonijiet ta’ taxxa fuq l-introjtu għall-intrapriżi involuti fl-użu ta’ riżorsi komprensivi (“materja prima speċjali”)

Kreditu tat-taxxa fir-rigward tax-xiri ta’ tagħmir speċjali

Politika ta’ taxxa preferenzjali fuq l-introjtu għall-intrapriżi fir-reġjun tal-Grigal

Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu għal investiment fir-rinnovazzjoni teknoloġika domestika

Diversi skontijiet lokali fuq it-taxxa (Provinċja ta’ Shandong, Belt ta’ Chongqing, ir-Reġjun Guangxi ta’ Zhuang, Privileġġi tat-taxxa biex jiġu żviluppati r-reġjuni ċentrali u tal-Punent)

Eżenzjoni fuq id-dividendi bejn l-intrapriżi residenti kkwalifikati

Eżenzjonijiet mit-taxxa skont il-programm tnejn b’xejn, tlieta nofs għall-FIEs produttivi

Eżenzjoni mit-taxxa lokali fuq l-introjtu u programmi ta’ tnaqqis għall-FIEs produttivi

Kreditu tat-taxxa fuq l-introjtu għal FIEs li jixtru tagħmir prodott domestikament

Sussidji ta’ taxxa fuq l-introjtu għall-FIEs abbażi tal-post ġeografiku

(V)

Programmi ta’ Taxxa Indiretta u Tariffi ta’ Importazzjoni

Eżenzjonijiet mit-tariffi fuq l-importazzjoni u l-VAT għall-FIEs u ċerti intrapriżi domestiċi li jużaw tagħmir impurtat f’industriji mħeġġa

Rifużjonijiet tal-VAT lill-FIEs li jixtru tagħmir prodott domestikament

Tnaqqis tal-VAT fuq assi fissi fir-reġjun Ċentrali

Privileġġi oħra tat-taxxa ta’ Ma’anshan

(VI)

Programmi ta’ għotjiet

Il-programm China World Top Brand

Il-programm Famous Brands

Il-Fond Statali għal proġetti teknoloġiċi ewlenin

Programmi għar-rifużjoni tat-tariffi legali antidumping

(VII)

Ix-xiri ta’ oġġetti mill-Gvern għal rimunerazzjoni ogħla minn dik adegwata

(VIII)

Programmi reġjonali oħrajn

Sussidji pprovduti fiż-Żona Ġdida ta’ Tianjin Binhai u fiż-Żona ta’ Żvilupp Teknoloġiku u Ekonomiku ta’ Tianjin

Programmi relatati mar-Reġjun tal-Grigal

Għotjiet mill-Programm tax-xjenza u t-teknoloġija tal-Provinċja ta’ Jiangsu

Għotjiet mill-Programm tax-Xjenza u t-Teknoloġija tal-Provinċja ta’ Hebei

(IX)

Sussidji ad hoc imsemmija fir-rikors

3.3.1.   L-GĦOTI TAL-OĠĠETTI U S-SERVIZZI TAL-GVERN GĦAL ĦLAS MHUX ADEGWAT ("LYAR")

3.3.1.1.    Il-forniment ta’ azzar irrumblat bis-sħana u azzar irrumblat bil-kesħa (HRS u CRS) għal rimunerazzjoni mhix adegwata

(45)

L-allegazzjoni fir-rikors kienet li l-GTĊ jikkontrolla ċerti industriji u prodotti upstream sabiex jipprovdi inputs bi prezzijiet favorevoli lill-produtturi tal-OCS. Fuq din il-bażi l-produtturi tal-OCS jirċievu sussidji kumpensatorji permezz tax-xiri mingħand intrapriżi tal-istat (SOEs) tal-HRS u s-CRS prodotti mill-gvern bi prezz aktar baxx mill-prezz tas-suq u għalhekk għal rimunerazzjoni mhux adegwata għall-SOEs.

Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(46)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni dettaljata mingħand il-GTĊ dwar l-SOEs li jipprovdu l-HRS u s-CRS lill-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-OCS sabiex tivverifika l-allegazzjonijiet fir-rikors u sabiex tistabbilixxi jekk dawn l-SOEs humiex korpi pubbliċi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ħolqot l-Appendiċi B mal-kwestjonarju għall-GTĊ maħsub għall-SOEs u stiednet lill-GTĊ sabiex jipprovdi l-informazzjoni mitluba fih. Fl-ittra ta’ defiċjenza l-Kummissjoni reġgħet talbet lill-GTĊ sabiex jipprovdi l-informazzjoni mitluba fl-Appendiċi B u ħeġġet lill-GTĊ sabiex jikkoordina t-tweġibiet mal-SOEs ikkonċernati.

(47)

Madankollu, il-GTĊ ma pprovda tweġiba għall-ebda waħda mill-mistoqsijiet fl-Appendiċi B u naqas ukoll milli jipprovdi l-informazzjoni rilevanti mitluba fil-kwestjonarju prinċipali (eż. dwar is-sjieda u l-kontroll tal-SOEs min-naħa tal-gvern fis-settur tal-azzar u l-involviment tiegħu fir-riorganizzazzjoni tal-industrija tal-azzar Ċiniża). Minflok ma pprovda l-informazzjoni mitluba, fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, il-GTĊ sostna li r-rikorrenti naqsu milli juru li l-produtturi tal-HRS u tal-CRS huma korpi pubbliċi.

(48)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kellha teżamina l-aħjar informazzjoni l-oħra disponibbli. Il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ dwar din l-azzjoni. Fil-valutazzjoni tagħha dwar jekk l-SOEs li jipprovdu l-HRS u s-CRS lill-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-OCS humiex korpi pubbliċi, il-Kummissjoni qieset l-informazzjoni limitata pprovduta mill-GTĊ, l-informazzjoni fir-rikors, l-informazzjoni fattwali pubblikament disponibbli minn proċedimenti simili mwettqa minn awtoritajiet oħra ta’ investigazzjoni, kif ukoll informazzjoni oħra pubblikament disponibbli, u bbażat is-sejbiet tagħha fuq it-totalità tal-informazzjoni fil-fajl.

(a)   L-SOEs li jipprovdu lill-produtturi tal-OCS azzar irrumblat bis-sħana u azzar irrumblat bil-kesħa huma korpi pubbliċi

Kummenti preliminari

(49)

Ir-rikorrent sostna li l-SOEs fiċ-Ċina huma korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku, li jipprovdu oġġetti (HRS u CRS) lill-produtturi tal-OCS bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet tas-suq u b’hekk jagħtuhom benefiċċju.

(50)

Il-Korp tal-Appell (AB) tad-WTO, fir-rapport tiegħu fl-Istati Uniti – Dazji AntiDumping u Kumpensatorji Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina (5) (ir-rapport tal-AB) iddefinixxa korp pubbliku bħala entità li "tippossjedi, teżerċita jew tingħata awtorità tal-gvern" (6). L-AB ikkunsidra wkoll li anki l-korpi pubbliċi huma kkaratterizzati mit-"twettiq ta’ funzjonijiet tal-gvern" (7) li "normalment jitqiesu bħala parti mill-prattika tal-gvern fl-ordni legali tal-Membru rilevanti" (8).

(51)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-AB tad-WTO, hemm żewġ kwistjonijiet għall-analiżi, jiġifieri (a) jekk l-SOEs inkwistjoni jwettqux funzjonijiet li normalment jitqiesu bħala parti mill-prattika tal-gvern fiċ-Ċina u (b) jekk dan huwa minnu, eżerċitawx l-awtorità governattiva meta għamlu dan?

It-twettiq ta’ funzjonijiet tal-gvern

(52)

Fil-kuntest tal-GTĊ, hemm biżżejjed evidenza biex turi li l-gvern huwa involut bis-sħiħ fil-ġestjoni tal-ekonomija. Ir-rwol primarju tal-Gvern Ċiniż fl-ekonomija huwa ggarantit mill-Kostituzzjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. L-Artikolu 7 tal-Kostituzzjoni jgħid: "L-ekonomija tal-istat hija s-settur tal-ekonomija soċjalista li huwa proprjetà tal-poplu kollu; huwa l-forza ewlenija fl-ekonomija nazzjonali. L-istat jassigura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tal-ekonomija tal-istat." Bl-istess mod l-Artikolu 15 tal-Kostituzzjoni jaqra: "L-istat jipprattika l-ippjanar ekonomiku fuq il-bażi tas-sjieda pubblika soċjalista." Anki l-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina tippreskrivi r-rwol primarju tas-sjieda pubblika, eż. il-preambolu tal-Kostituzzjoni tal-PKĊ jgħid: "il-Partit irid isostni u jtejjeb is-sistema ekonomika bażika, bis-sjieda pubblika jkollha rwol dominanti…" Anki d-diversi pjanijiet għal ħames snin ippromulgati mill-Kummissjoni tal-Iżvilupp u r-Riforma Nazzjonali (NDRC) u adottati mill-ogħla awtorità legali taċ-Ċina, jiġifieri l-Kunsill tal-Istat, jindikaw ħakma b’saħħitha ħafna tal-Gvern Ċiniż fuq l-ekonomija.

(53)

Fir-rigward tas-settur tal-azzar, l-informazzjoni fil-fajl tissuġġerixxi li l-SOEs li jipproduċu l-HRS u l-CRS fiċ-Ċina, ħafna drabi jwettqu l-funzjonijiet governattivi deskritti, fost l-oħrajn, fil-pjanijiet settorjali għall-industrija tal-ħadid u l-azzar. Dawn il-pjanijiet jikkonfermaw li l-GTĊ għażel li jkun involut mill-qrib fil-ġestjoni u l-iżvilupp tal-industrija tal-azzar fiċ-Ċina u l-implimentazzjoni tagħhom mill-SOEs għalhekk tista’ titqies li taqa’ taħt l-intestatura tal-prattiki governattivi. Il-pjanijiet jipprovdu miri u għanijiet għall-operaturi kollha fl-industrija tal-ħadid u l-azzar u jidderieġu lis-settur tal-istat sabiex jipproduċi riżultati speċifiċi. Il-GTĊ qiegħed juża l-SOEs tal-ħadid u l-azzar bħala fergħa estiża tal-istat sabiex jilħaq l-għanijiet u l-miri stabbiliti fil-pjanijiet.

(54)

L-Ordni Nru 35 tal-NDRC – Politiki għall-Iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar, fost l-oħrajn, tippreżenta politika sabiex jitnaqqas in-numru ta’ intrapriżi ta’ tidwib tal-ħadid u l-azzar u tistabbilixxi miri dwar ir-riżultati għal dawk il-gruppi ta’ intrapriżi tal-azzar li qegħdin fl-ewwel 10 postijiet fis-suq domestiku (l-Artikolu 3), għall-kapaċità ta’ produzzjoni tipprojbixxi l-istabbiliment ta’ intrapriżi ġodda tal-ħadid u l-azzar (l-Artikolu 10), tippreskrivi l-kundizzjonijiet għall-aċċess fl-industrija tal-ħadid u l-azzar fuq il-livell tat-tagħmir u tippreskrivi wkoll l-indiċijiet tekniċi u ekonomiċi li għandhom isegwu l-intrapriżi tal-azzar u l-ħadid (l-Artikolu 12), tistabbilixxi regoli għall-bidliet fl-istruttura organizzattiva tal-intrapriżi tal-azzar (l-Artikolu 20), timmaniġġja l-investimenti (l-Artikoli 22, 23), tikkundizzjona l-aċċess għall-fondi finanzjarji (l-Artikoli 25,26), tagħti lill-istat id-dritt li jintervjeni fix-xiri tal-materja prima (l-Artikolu 30).

(55)

It-12-il Pjan ta’ Żvilupp għal Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar jiġbor fil-qosor il-kisba tal-għanijiet stabbiliti fil-pjan preċedenti, ikopri l-istrateġija għall-iżvilupp u jistabbilixxi miri għall-industrija kollha tal-azzar. Bl-istess mod bħall-Ordni Nru 35 huwa jistabbilixxi miri speċifiċi ħafna dwar il-livell ta’ raggruppament industrijali (it-Taqsima III.(III).6), jinkoraġġixxi ċerti proġetti u jiskoraġġixxi oħrajn (it-Taqsima IV(IV)) u jiddiskrimina favur l-industrija tal-ħadid u l-azzar fi provinċji differenti (it-Taqsima IV(V), jipprevedi l-appoġġ ta’ industriji tal-azzar fuq skala kbira u jagħti rwol ewlieni lill-akbar produtturi statali Ċiniżi tal-azzar bħal Bao Steel, Anshan Iron and Steel, Wuhan Iron and Steel eċċ (9). Il-pjan jipprevedi wkoll it-tisħiħ tar-regolamentazzjoni u l-immaniġġjar tal-operat tal-produzzjoni tal-intrapriżi tal-azzar eżistenti (it-Taqsima V(IV)).

(56)

Il-Liġi tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar l-Assi Statali tal-Intrapriżi tobbliga wkoll lill-SOEs (jew intrapriżi b’investiment mill-Istat (SIEs) kif jissejħu f’din il-liġi) sabiex jikkonformaw mal-politiki industrijali nazzjonali (10). Bl-istess mod il-Miżuri Provviżorji għas-superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Investimenti mill-Intrapriżi Ċentrali jobbligaw lill-SOEs (SIEs) sabiex isegwu l-pjanijiet ta’ żvilupp u l-politiki industrijali tal-istat (11). Skont il-Miżuri għall-Amministrazzjoni tal-Istrateġiji għall-Iżvilupp u l-Pjanijiet tal-Intrapriżi Ċentrali, l-SIEs kollha għandhom jifformulaw pjan ta’ żvilupp u strateġija li l-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi Statali tal-Kunsill tal-Istat (SASAC) trid teżamina u tapprova. Meta tkun qiegħda twettaq tali eżami u qabel l-approvazzjoni, is-SASAC trid fost l-oħrajn tikkunsidra jekk dan il-pjan jikkonformax jew le mal-ippjanar tal-iżvilupp u l-politiki industrijali nazzjonali u jekk jikkonformax jew le mal-aġġustament strateġiku tat-tqassim u l-istruttura tal-ekonomija tal-Istat (12).

(57)

L-eżempji konkreti tal-implimentazzjoni tal-miżuri deskritti fil-pjanijiet bħar-rilokazzjoni tal-Capital Steel Corporation (13) jew diversi amalgamazzjonijiet ta’ intrapriżi tal-azzar (14) juru li l-pjanijiet mhumiex biss dokumenti indikattivi li jservu bħala linji gwida iżda jwasslu għal azzjonijiet konkreti mill-intrapriżi statali tal-azzar ikkoordinati mill-gvern (irrappreżentat mill-NDRC u l-Kunsill tal-Istat).

(58)

L-azzjonijiet speċifiċi kollha deskritti fil-premessi ta’ hawn fuq iridu jiġu segwiti u mwettqa mill-intrapriżi koperti mill-pjanijiet. Huwa konkluż li permezz ta’ dan l-involviment dirett tal-gvern fl-imġiba kummerċjali tal-intrapriżi tal-azzar, l-intrapriżi statali tal-azzar jaġixxu bħala fergħa tal-gvern fit-twettiq ta’ funzjonijiet governattivi li suċċessivament iwasslu għall-kisba tal-għanijiet u l-miri stabbiliti fil-pjanijiet.

Kontroll tal-SOEs mill-Gvern

(59)

Wara li ġie stabbilit li l-SOEs qed iwettqu funzjonijiet tal-gvern, tibqa’ l-mistoqsija jekk jeżerċitawx awtorità governattiva meta jagħmlu dan. F’dan ir-rigward, mistoqsija prinċipali hija jekk dawn jiġux ikkontrollati b’mod li jagħmel sens mill-gvern (15). Jekk dan huwa l-każ, huwa raġonevoli li jiġi determinat, fid-dawl tal-evidenza rilevanti l-oħra kollha ta’ hawn fuq, li l-SOEs jaġixxu bħala fergħa tal-gvern u effettivament jimplimentaw il-politika stabbilita fil-pjanijiet ta’ hawn fuq.

(60)

Il-kontroll governattiv deskritt hawn isfel jindika li l-SOEs jippossjedu, jeżerċitaw jew huma vestiti b’awtorità tal-gvern. Il-kontroll jista’ jiġi eżerċitat, fost l-oħrajn, permezz ta’ sjieda tal-gvern, regolamentazzjoni amministrattiva u l-involviment tas-SASAC, il-bordijiet tad-diretturi u l-pjanijiet tal-gvern.

Sjieda tal-gvern

(61)

Kif diġà ssemma fit-Taqsima ta’ hawn fuq dwar in-nuqqas ta’ kooperazzjoni (il-premessi minn (46) sa (48), il-GTĊ ma pprovdiex l-informazzjoni mitluba dwar l-istruttura tas-sjieda tal-produtturi tal-HRS u tas-CRS fiċ-Ċina. Mat-tweġiba għall-kwestjonarju, il-GTĊ issottometta lista ta’ 54 kumpannija li fihom il-GTĊ huwa l-akbar azzjonist, iżda matul iż-żjara ta’ verifika huwa sostna li l-lista mhijiex korretta u tinkludi wkoll kumpanniji privati. Il-GTĊ ma kkoreġiex il-lista u lanqas speċifika liema mill-kumpanniji huma privati u liema huma proprjetà tal-GTĊ. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni kellha teżamina evidenza oħra fil-fajl u informazzjoni pubblikament disponibbli.

(62)

Ir-rikorrent ipprovda evidenza li l-produtturi prinċipali tal-HRS u tas-CRS huma tal-istat u ssottometta informazzjoni dettaljata f’dan ir-rigward fl-Anness 10 tar-rikors (16). Barra minn hekk, informazzjoni oħra pubblikament (17) disponibbli tikkonferma li l-GTĊ għandu sehem ta’ sjieda f’bosta mill-produtturi tal-HRS u s-CRS.

(63)

B’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni kollha fil-fajl, huwa raġonevoli li jiġi konkluż li l-GTĊ għandu sehem ta’ sjieda sinifikanti f’ħafna mill-produtturi Ċiniżi tal-HRS u s-CRS.

Ir-regolamentazzjoni amministrattiva u l-involviment tas-SASAC

(64)

Is-SASAC twettaq ir-responsabbiltajiet tal-Istat bħala investitur u timmaniġġja l-assi tal-istat taħt is-superviżjoni tagħha. Huwa nnotat li għalkemm il-GTĊ fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju u fis-sottomissjonijiet sussegwenti sostna li s-SASAC mhijiex involuta fl-operazzjonijiet kummerċjali tal-SOEs u appoġġa din l-affermazzjoni b’referenza għall-Artikolu 7 tal-Miżuri Interim għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi Statali tal-Intrapriżi (18), artikoli oħra tal-istess liġi kif ukoll evidenza oħra fil-fajl (19) jissuġġerixxu mod ieħor.

(65)

It-tweġiba tal-GTĊ għall-kwestjonarju kontra s-sussidju turi li s-SASAC, awtorizzata mill-Kunsill tal-Istat, taħtar u tneħħi l-ogħla uffiċjali eżekuttivi tal-intrapriżi sorveljati, u tevalwa l-prestazzjonijiet tagħhom permezz ta’ proċeduri legali. Hija wkoll responsabbli biex tħeġġeġ lill-intrapriżi sorveljati jwettqu l-prinċipji u l-politiki ta’ gwida, għandha r-responsabbiltà għall-ġestjoni fundamentali tal-assi statali tal-intrapriżi u tidderieġi u tissorvelja l-ħidma ta’ ġestjoni tal-assi lokali tal-istat skont il-liġi.

(66)

Is-SASAC hija responsabbli wkoll għall-ħlas u l-valutazzjoni tal-maniġers tal-SOEs; barra minn hekk, hija tagħżel u tiddeċiedi dwar il-premjijiet u s-sanzjonijiet għall-maniġers tal-SOEs (20). L-evidenza kollha tissuġġerixxi li l-karrieri tal-maniġers tal-SOE jiddependu fuq is-SASAC. Dawn iċ-ċirkostanzi juru li, huwa ċar li s-SASAC għandha awtorità Governattiva.

Il-bord tad-diretturi

(67)

Il-kompożizzjoni tal-Bordijiet tal-SOEs turi wkoll il-livell għoli ta’ kontroll tal-SOEs min-naħa tal-GTĊ. L-evidenza fil-fajl (21) turi li ħafna mill-membri tal-bordijiet tad-diretturi u tal-bordijiet tal-kontrolluri għandhom jew kellhom fl-imgħoddi funzjonijiet tal-gvern u/jew tal-partit u li l-għażla tagħhom hija influwenzata b’mod qawwi minn awtoritajiet governattivi bħas-SASAC jew il-Partit Komunista taċ-Ċina (CCP).

Il-pjanijiet tal-gvern

(68)

Il-politiki, l-interessi u l-għanijiet tal-GTĊ fir-rigward tal-industrija tal-azzar huma stabbiliti f’diversi pjanijiet governattivi fuq livell ċentrali u kif ukoll sottoċentrali. L-SOEs huma mħeġġa jsegwu dawn il-politiki (il-kumpanniji li ma jikkonformawx jiġu saħansitra soġġetti għal sanzjonijiet) u mill-azzjonijiet riċenti ta’ xi wħud mill-SOEs prinċipali tal-azzar fiċ-Ċina huwa evidenti li dawn il-politiki jiġu mħarsa u li l-SOEs tal-azzar qed jaħdmu biex jilħqu l-miri u l-għanijiet stabbiliti fil-pjanijiet.

(69)

Skont it-12-il Pjan ta’ Żvilupp fuq Ħames Snin għall-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar, huma biss l-"intrapriżi li jikkonformaw mal-politiki tan-nazzjon għall-industrija tal-ħadid u l-azzar u mal-Istandards u l-Kundizzjonijiet għall-Produzzjoni u l-Operat tal-industrija tal-ħadid u l-azzar li għandhom rwol primarju fl-amalgamazzjoni u r-riorganizzazzjoni" (22).

(70)

Numru ta’ pjanijiet fuq livell provinċjali u lokali jsemmu wkoll SOEs speċifiċi u jistabbilixxu għanijiet u miri għalihom. Ir-rikorrent ipprovda siltiet minn dawn il-pjanijiet (23). Dawn il-pjanijiet kollha kienu mitluba mingħand il-GTĊ fil-kwestjonarju u fl-ittra ta’ defiċjenza għall-iskop ta’ verifika u kjarifika, iżda l-GTĊ ddeċieda li ma jipprovdihomx. Madankollu huwa nnotat li l-GTĊ ma kkontestax il-preċiżjoni ta’ dawn il-kwotazzjonijiet matul il-proċediment. Barra minn hekk, il-kumpanniji msemmija fil-pjanijiet provinċjali u lokali jammettu li kkooperaw mal-awtoritajiet u jiddeskrivu kif jaġixxu jew kif aġixxew fil-passat f’konformità mal-pjanijiet (24).

(71)

Għalkemm il-GTĊ isostni li xi wħud mill-pjanijiet ta’ hawn fuq huma biss indikattivi, mhux vinkolanti u huma intiżi li jservu biss ta’ gwida, din l-allegazzjoni mhijiex appoġġata minn evidenza oħra fil-fajl. Għall-kuntrarju, bosta liġijiet u regolamenti li ċertament li huma vinkolanti (25) jagħmlu l-pjanijiet ta’ żvilupp u l-politiki industrijali tal-istat obbligatorji għall-SOEs.

Konklużjoni

(72)

Il-GTĊ jifformula l-għanijiet u l-miri għall-industrija tal-ħadid u l-azzar permezz tal-pjanijiet għal ħames snin u dokumenti uffiċjali rilevanti oħra u jilħaq dawn l-għanijiet permezz tal-funzjonijiet u l-attivitajiet deskritti fihom. Billi dawn il-pjanijiet u d-dokumenti huma fformulati minn dipartimenti tal-Gvern Ċiniż bħall-Kunsill Nazzjonali jew l-NDRC, il-funzjonijiet u l-attivitajiet li għalihom jirreferu għandhom jitqiesu bħala governattivi. Billi kif deskritt hawn fuq, l-SOEs tal-azzar huma obbligati li jsegwu l-pjanijiet u l-politiki, huma jaġixxi bħala fergħa tal-gvern u, billi l-gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuqhom, ikunu qegħdin jeżerċitaw awtorità tal-gvern.

(73)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-entitajiet li huma kkunsidrati bħala "korpi pubbliċi" ma ġiex iddefinit għalkollox. Fi kwalunkwe każ, kull SOE li fiha l-gvern huwa l-maġġoranza jew l-akbar azzjonist hija korp pubbliku. L-entitajiet li fihom il-gvern ma jkollu l-ebda parteċipazzjoni azzjonarja huma korpi privati. Fid-dawl ta’ dan, hawnhekk ma hemmx bżonn tinġibed linja ċara bejn il-korpi pubbliċi u dawk privati, billi fil-premessi minn (85) sa (98) aktar ’l isfel, jintwera li l-korpi privati kollha fis-settur tal-azzar huma fdati u diretti mill-Istat u għalhekk, għall-iskopijiet kollha rilevanti, iġibu ruħhom bl-istess mod bħall-korpi pubbliċi.

(b)   Benefiċċju (korpi pubbliċi)

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(74)

Sabiex jiġi valutat jekk hemmx benefiċċju skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, huwa neċessarju li l-prezzijiet tal-HRS u tas-CRS imħallsa mill-produtturi esportaturi kkonċernati jiġu pparagunati mal-valur referenzjarju rilevanti. Ir-rapport tal-AB ikkonferma li f’każ fejn is-suq tal-pajjiż ta’ forniment ikun distort mir-rwol tal-gvern, kien permess l-użu ta’ valuri referenzjarji esterni. Huwa nnotat ukoll li "fejn il-gvern ikun il-fornitur predominanti, huwa probabbli li l-prezzijiet privati jkunu distorti, iżda xorta hija meħtieġa analiżi ta’ każ b’każ" (26). L-AB sostna wkoll li: "….m’aħniex nissuġġerixxu li hemm livell limitu li ’l fuq minnu l-fatt li l-gvern ikun il-fornitur predominanti fis-suq waħdu jsir biżżejjed biex tiġi stabbilita distorsjoni tas-suq, iżda evidentement, aktar ma jkun predominanti r-rwol tal-gvern fis-suq, aktar ikun probabbli li dan ir-rwol jirriżulta fid-distorsjoni tal-prezzijiet privati" (27). L-AB sostna wkoll li: "meta l-gvern ikun fornitur "sinifikanti", tkun meħtieġa evidenza dwar fatturi għajr is-sehem tas-suq tal-gvern, billi r-rwol biss tal-gvern bħala fornitur sinifikanti ma jistax jagħti prova ta’ distorsjoni tal-prezzijiet privati". Għalhekk, l-ewwel mistoqsija li għandha titwieġeb hija jekk is-sehem tal-gvern fil-produzzjoni tal-HRS u tas-CRS fiċ-Ċina huwiex predominanti jew sempliċement sinifikanti.

(75)

Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ informazzjoni dwar is-suq tal-HRS u tas-CRS fir-rigward tal-proporzjon ta’ produzzjoni tal-HRS u s-CRS prodotti mill-SOEs u l-kumpanniji privati iżda l-GTĊ ma ssottometta l-ebda informazzjoni rilevanti f’dan ir-rigward (28).

(76)

Il-Kummissjoni użat informazzjoni oħra disponibbli (29) dwar din il-kwistjoni li fuq il-bażi tagħha ġie stabbilit li mill-anqas 63 % tal-HRS fiċ-Ċina jiġi prodott minn SOEs tal-azzar. Huwa importanti li jiġi nutat li dan is-sehem ta’ 63 % tal-SOEs ġie stabbilit wara analiżi tassew konservattiva u jirrappreżenta ċ-ċifra minima assoluta. Il-fatt li ħafna mill-allegati fornituri privati rrappurtati mill-esportaturi jidher li qed ibiddlu l-kumpanniji (li setgħu xtraw mill-prodott mill-SOEs), in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ (ara l-premessi minn (46) sa (48) hawn fuq) u s-sejbiet ta’ awtoritajiet investigattivi oħrajn (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 32) iwasslu għall-konklużjoni li s-sehem reali tal-SOEs fis-suq tal-HRS huwa ħafna ogħla. Barra minn hekk, l-involviment kbir tal-GTĊ f’dan is-settur tas-suq tal-HRS (ara l-premessi minn (85) sa (94) hawn taħt) jillimita l-manuvri tal-operaturi privati.

(77)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq ġie stabbilit li l-SOEs huma predominanti fis-suq tal-HRS fiċ-Ċina. Din il-predominanza tal-SOEs fis-suq tal-HRS hija tant konsiderevoli li l-produtturi privati ma għandhomx għażla ħlief li jallinjaw il-prezzijiet tagħhom mal-SOEs, kif muri hawn isfel.

(78)

Fir-rigward tas-CRS, is-sehem irrappurtat tal-SOEs mill-produtturi esportaturi Ċiniżi (18 %) kien aktar baxx milli fil-każ tal-HRS, madankollu dan kien ikkontradut minn informazzjoni oħra (ara l-premessa (79) hawn taħt). Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-fatt li ħafna mill-fornituri allegatement privati rrappurtati mill-esportaturi jidher li qed ibiddlu l-kumpanniji (li setgħu xtraw il-prodott mill-SOEs) u l-limitazzjonijiet fuq l-attivitajiet kummerċjali tal-operaturi privati kkawżati mill-involviment qawwi tal-GTĊ f’dan is-settur (ara l-premessi minn (85) sa (94) hawn taħt), huwa konkluż (parzjalment abbażi tal-fatti disponibbli (ara l-premessa (79) hawn taħt) fis-sens tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku) li l-SOEs huma predominanti wkoll fis-suq tas-CRS fiċ-Ċina.

(79)

Din il-konklużjoni kienet ikkorroborata mir-Reġistru tal-Kapaċità Dinjija tal-Azzar, li jikkontradixxi s-sehem ta’ 18 % irrappurtat mill-esportaturi Ċiniżi u juri li aktar minn 70 % tal-kapaċità kollha tal-produzzjoni tas-CRS fiċ-Ċina hija tal-Istat (30).

(80)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand il-GTĊ dwar il-prezzijiet tal-HRS u tas-CRS minn kumpanniji tal-istat u privati mibjugħin fis-suq Ċiniż. Fit-tweġiba għall-kwestjonarju, il-GTĊ ma pprovdiex informazzjoni ta’ dan it-tip. L-investigazzjoni għand l-esportaturi tal-OCS stabbilixxiet li l-prezzijiet imħallsa mill-erba’ produtturi/gruppi esportaturi matul il-PI għall-HRS u s-CRS miksuba minn produtturi privati tal-HRS u s-CRS jew mill-kummerċjanti kienu konsistentement qrib ħafna tal-prezzijiet tal-SOEs (31). Għalhekk id-data osservata, flimkien mal-predominanza tal-SOEs f’dan is-settur, turi li l-prezz tal-fornituri privati effettivament jittraċċa l-prezzijiet imħallsa lill-SOEs. Barra minn hekk, fil-kuntratt ippreżentat minn wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun għall-forniment tal-HRS minn fornitur privat, hemm saħansitra kundizzjoni sabiex il-prezz jintrabat mal-prezz tal-fornitur tal-SOE.

(81)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha fil-fajl ġie stabbilit li l-prezzijiet tal-HRS u tas-CRS mibjugħa mill-SOEs fiċ-Ċina huma distorti, b’riżultat tal-predominanza qawwija tal-SOEs fis-suq tal-HRS u tas-CRS fiċ-Ċina. Il-prezzijiet tal-HRS u tas-CRS tal-fornituri privati huma allinjati mal-prezzijiet tal-SOEs. Fid-dawl ta’ dan huwa konkluż li ma hemmx prezzijiet tas-suq kredibbli fiċ-Ċina għall-HRS u s-CRS. Billi ma hemmx "termini u kundizzjonijiet prevalenti tas-suq" fis-suq tal-HRS u tas-CRS fiċ-Ċina, il-Kummissjoni kellha tfittex valur referenzjarju alternattiv skont l-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku. Billi s-suq Ċiniż kollu huwa distort, mhuwiex meqjus prattiku li l-kostijiet u l-prezzijiet fiċ-Ċina jiġu aġġustati b’mod sinifikanti u l-prezzijiet tal-importazzjoni jidhru li huma distorti bl-istess mod mill-predominanza tal-SOEs. Għalhekk, skont l-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, ġie mfittex valur referenzjarju estern.

(82)

L-aktar valur referenzjarju xieraq jidher li huwa valur referenzjarju maħdum fuq il-bażi tal-prezzijiet dinjija tas-suq tal-HRS u tas-CRS ippubblikati b’mod regolari f’diversi ġurnali speċjalizzati dwar l-azzar bħal Steel Business Briefing, MEPS u CRU.

(83)

It-tqabbil tal-prezzijiet tal-SOEs mal-valur referenzjarju barra mill-pajjiż (maħdum kif spjegat fil-premessa (103) aktar ’l isfel) wera li dawn il-prezzijiet kienu inqas sewwa mill-prezzijiet referenzjarji u konsegwentement irriżultaw f’benefiċċju għall-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-OCS fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

(c)   Speċifiċità

(84)

Dan il-programm ta’ sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku minħabba li l-HRS u s-CRS jintużaw biss minn numru limitat ta’ industriji u intrapriżi fiċ-Ċina fil-produzzjoni tagħhom.

(d)   Inkarigu u direzzjoni tal-fornituri privati

(85)

Il-kwistjoni li jmiss li trid tiġi indirizzata hija jekk il-produtturi privati tal-HRS u s-CRS, li mhumiex korpi pubbliċi, humiex xorta waħda inkarigati jew mogħtija struzzjonijiet mill-GTĊ sabiex jipprovdu l-HRS u s-CRS lill-produtturi tal-OCS, fis-sens tal-Artikolu 3.1(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

Il-politika tal-Gvern

(86)

Fil-bidu, diġà ġie stabbilit li l-GTĊ għandu politika li jipprovdi l-HRS u s-CRS lis-settur tal-OCS, minħabba li l-korpi pubbliċi, li huma parti mill-gvern, huma involuti f’tali forniment u għandhom post predominanti fis-suq, li jippermettilhom li joffru prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq. U fi kwalunkwe każ, minkejja l-karatterizzazzjoni ta’ dawk il-korpi bħala “pubbliċi” jew le, l-istess evidenza turi l-eżistenza ta’ politika tal-gvern li tinterferixxi sostanzjalment f’dan is-settur. Issa jrid jiġi stabbilit jekk dik il-politika testendix għall-fornituri privati.

Estensjoni tal-politika għall-fornituri privati tal-HRS u s-CRS

Pjanijiet tal-gvern li jipprovdu gwida u inkoraġġiment

(87)

F’numru ta’ pjanijiet u dokumenti ta’ politika tal-gvern hemm indikazzjonijiet li l-produtturi tal-azzar fiċ-Ċina (kemm SOEs kif ukoll privati) huma mħeġġa u appoġġati mill-GTĊ. Ċerti taqsimiet ta’ dawn id-dokumenti jissuġġerixxu li hemm rabta diretta bejn il-gvern u l-imġiba tal-kumpanniji privati tal-azzar u f’numru ta’ okkażjonijiet jista’ jiġi osservat li din il-"gwida" rriżultat f’azzjoni mill-industrija tal-azzar kif rakkomandat fil-pjanijiet.

(88)

Pereżempju, l-Ordni tal-NDRC Nru 35- Politiki għall-iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar tinkoraġġixxi lill-kumpanniji tal-azzar sabiex jaġixxu b’ċertu mod (32), tistabbilixxi kundizzjonijiet għall-investimenti u tagħmel l-investimenti soġġetti għal approvazzjoni mill-awtoritajiet (33), tinfluwenza l-kompetizzjoni għar-riżorsi (34) u saħansitra tipprevedi sanzjonijiet għall-kumpanniji li ma jikkonformawx (35). Anki t-12-il Pjan ta’ Żvilupp fuq Ħames Snin għall-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar jinfluwenza d-deċiżjonijiet tan-negozju tal-kumpanniji tal-azzar li konsegwentement jista’ jkollhom impatt fuq l-istruttura tal-kostijiet u l-prezzijiet (36).

(89)

Flimkien ma’ dan, fl-Anness 24 tar-rikors, ir-rikorrent ippreżenta ġabra ta’ siltiet minn diversi dokumenti ta’ politika ta’ organizzazzjonijiet governattivi differenti li jenfasizzaw l-appoġġ tal-GTĊ għall-industrija tal-azzar b’mod ġenerali jew għan-negozju tal-kisi organiku b’mod speċifiku (37).

(90)

Barra minn hekk, hemm informazzjoni pubblikament disponibbli li turi li l-kumpanniji privati jaġixxu skont pjanijiet u dokumenti ta’ politika differenti tal-gvern (38).

Limitazzjonijiet tal-esportazzjoni fuq l-azzar irrumblat bis-sħana u l-azzar irrumblat bil-kesħa

(91)

Il-GTĊ ħa passi sabiex jiskoraġġixxi l-esportazzjoni tal-HRS u s-CRS permezz ta’ limitazzjonijiet tal-esportazzjoni imposti permezz tas-sistema kkumplikata ta’ rifużjoni tal-VAT. B’mod aktar speċifiku, l-HRS u s-CRS huma soġġetti għall-ħlas ta’ VAT b’rata ta’ 17 %. Il-VAT għall-OCS mibjugħ domestikament, prodott mis-CRS (li huwa prodott mill-HRS) hija rifondibbli bir-rata ta’ 13 %, filwaqt li jekk il-kumpannija tagħżel li tesporta l-HRS jew is-CRS, ma jkun hemm l-ebda rifużjoni tal-VAT. Dan ifisser li l-produtturi privati tal-HRS u s-CRS ma jistgħux jaġixxu b’libertà kummerċjali normali u għandu l-effett li jżid il-provvista domestika tal-HRS u s-CRS u inevitabbilment iwaqqa’ l-prezz tiegħu fis-suq Ċiniż. Għalhekk il-produtturi privati tal-HRS u s-CRS (bl-istess mod bħall-SOEs) ma jistgħux jaġixxu b’mod indipendenti mill-politika tal-GTĊ.

Il-prezzijiet tal-fornituri privati

(92)

Fit-Taqsima ta’ hawn fuq dwar il-benefiċċju għall-korpi pubbliċi, ġie stabbilit li minħabba l-predominanza tal-SOEs tal-azzar fis-suq tal-HRS u tas-CRS, il-produtturi privati tal-HRS u s-CRS ma għandhomx għażla oħra ħlief li jallinjaw il-prezzijiet tagħhom mal-prezzijiet tal-SOEs. Fi kliem ieħor huma ma jiffissawx il-prezzijiet iżda pjuttost jeħduhom. Dan huwa sinjal ieħor li l-produtturi privati tal-HRS u s-CRS ma jistgħux jaġixxu b’mod indipendenti mill-azzjonijiet tal-GTĊ u korpi pubbliċi oħra.

(93)

Dan il-fatt huwa appoġġat ukoll mill-informazzjoni ppreżentata mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarji kontra s-sussidji, li turi li l-prezzijiet tal-fornituri privati tal-HRS u s-CRS huma kważi allinjati ma’ dawk tal-SOEs. Barra minn hekk, fil-kuntratt ippreżentat minn wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun għall-forniment tal-HRS minn fornitur privat, hemm saħansitra kundizzjoni sabiex il-prezz jintrabat mal-prezz tal-fornitur tal-SOE.

(94)

Fid-dawl tas-sejba ta’ hawn fuq li l-prezzijiet tal-SOE huma f’livell aktar baxx minn tas-suq, huwa evidenti li l-prezzijiet tal-fornituri privati, billi huma allinjati ma’ dawk tal-SOEs, huma wkoll f’livelli aktar baxxi minn tas-suq.

(e)   Kontribuzzjoni finanzjarja

(95)

Skont l-Artikolu 3.1(a)(iv) - it-tieni inċiż - tar-Regolament bażiku, teżisti kontribuzzjoni finanzjarja meta gvern: "jinkariga jew jidderieġi korp privat biex iwettaq waħda jew aktar mit-tipi ta’ funzjonijiet murija fil-punti (i), (ii) u (iii) li normalment ikunu responsabbiltà tal-gvern, u din il-prattika, fl-ebda sens, ma tkun differenti mill-prattiki normalment segwiti mill-gvernijiet;". Il-Korp tal-Appell tad-WTO interpreta "direzzjoni" bħala kelma li tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn gvern jeżerċita l-awtorità tiegħu, li tinkludi xi livell ta’ kompulsjoni, fuq korp privat, u "inkarigu" bħala kelma li tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn gvern jagħti responsabbiltà lil korp privat (39). Barra minn hekk, il-Panil tad-WTO dwar ir-Restrizzjonijiet fuq l-Esportazzjonijiet tal-Istati Uniti (40), stabbilixxa test bi tliet pilastri għall-eżistenza ta’ inkarigu u direzzjoni, li jirrikjedi l-eżistenza ta’ (a) azzjoni tal-gvern, li tkun (b) indirizzata lil parti partikolari u li (c) l-għan tagħha jkun kompitu jew dmir partikolari (41).

(96)

Fuq din il-bażi, l-inklużjoni ta’ fornituri privati fil-politika tal-GTĊ sabiex jipprovdu l-HRS u s-CRS tikkostitwixxi "inkarigu" u "direzzjoni" tal-fornituri privati min-naħa tal-gvern għar-raġunijiet li ġejjin:

 

“Azzjoni” tal-gvern:

Il-"politika" tal-GTĊ (ara l-premessa (86) aktar ’il fuq), tikkostitwixxi "azzjoni" jew "azzjonijiet". Il-politika hija mwettqa minn korpi pubbliċi (SOEs), li huma predominanti fis-suq u jbigħu bi prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq u mill-GTĊ, permezz ta’ pjanijiet u l-manipulazzjoni ta’ limitazzjonijiet fuq l-esportazzjoni. L-effett globali huwa li l-fornituri privati huma effettivament sfurzati jsegwu l-prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq tal-korpi pubbliċi.

 

"Indirizzata lil parti partikolari":

Il-politika tal-gvern (b’mod partikolari l-pjanijiet u l-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni) tapplika għall-produtturi kollha tal-HRS u tas-CRS, kemm tal-istat kif ukoll privati. F’dan is-sens il-politika hija "indirizzata" lill-produtturi kollha. Dan jidher mill-fatt li l-prezzijiet tal-SOEs u privati huma allinjati u li l-fornituri privati jbigħu bi prezzijiet li kummerċjalment mhumiex raġonevoli.

 

"l-għan tagħha huwa kompitu jew dmir partikolari":

L-għan tal-politika tal-gvern, kif jidher mil-livelli tal-prezzijiet fiċ-Ċina, huwa l-forniment tal-HRS u s-CRS bi prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq. L-azzjonijiet tal-GTĊ u tal-SOEs ma jħallu lill-fornituri privati l-ebda għażla oħra ħlief li jsegwu l-prattiki tal-korpi pubbliċi u dan effettivament jimponi kompitu jew dmir partikolari fuqhom. Il-politika tal-GTĊ, speċjalment bil-pjanijiet u l-manipulazzjoni tal-VAT, tillimita severament il-libertà tal-fornituri privati minn dan il-kompitu jew dmir.

Konklużjoni

(97)

Meta jitqiesu l-fatturi kollha msemmija hawn fuq, wieħed jista’ raġonevolment jikkonkludi li l-limitazzjoni tal-esportazzjoni mill-GTĊ, l-ippjanar tal-gvern u l-predominanza tal-SOEs jillimitaw il-libertà tal-fornituri privati tal-HRS u s-CRS, filwaqt li jobbligawhom jaġixxu b’mod mhux kummerċjali u jaċċettaw prezzijiet (aktar baxxi minn tas-suq) ekonomikament irrazzjonali, xi ħaġa li kieku ma jagħmlux f’suq liberu u miftuħ. Dan jikkonferma li l-politika tal-gvern li jforni l-HRS u s-CRS (inkluż lis-settur tal-azzar miksi b’materjal organiku) testendi għall-fornituri privati.

(98)

Barra minn hekk, fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, l-evidenza fil-fajl u informazzjoni oħra pubblikament disponibbli wasslu lill-Kummissjoni għall-konklużjoni li l-produtturi privati tal-HRS u s-CRS fiċ-Ċina huma inkarigati u jingħataw struzzjonijiet mill-GTĊ sabiex jipprovdu oġġetti skont l-Artikoli 3.1(a)(iii) u 3.1(a)(iv) tar-Regolament bażiku u jaġixxu bl-istess mod bħall-SOEs tal-azzar.

(f)   Benefiċċju (il-fornituri privati)

(99)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-fornituri privati tal-HRS u s-CRS jaġixxu meta jingħataw l-inkarigu u l-istruzzjonijiet mill-GTĊ u l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-fornituri privati tal-HRS u s-CRS huma allinjati mal-prezzijiet tal-SOEs (ara t-Taqsima aktar ’il fuq).

(100)

Minħabba f’hekk huwa konkluż li s-sejbiet rigward il-benefiċċju u l-ispeċifiċità mill-forniment tal-HRS u s-CRS bi prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq mill-SOEs japplikaw ukoll għall-forniment tal-HRS u s-CRS minn fornituri privati.

(g)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(101)

Żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn dan il-programm. Produttur esportatur wieħed (Panhua Steel Group) ibbenefika mill-forniment tal-HRS għal rimunerazzjoni inqas minn adegwata u l-produttur esportatur l-ieħor (Huadong Steel Group) ibbenefika mill-forniment tas-CRS għal rimunerazzjoni mhix adegwata.

(h)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(102)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju huwa kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-reċipjent, li nstab li kien jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju jiġi kkalkolat billi jingħaddu d-differenzi bejn il-valuri tax-xiri reali u l-valuri referenzjarji xierqa tax-xiri tal-HRS u s-CRS. L-ammont li rriżulta mbagħad ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, minħabba li s-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(103)

Billi s-suq Ċiniż għall-HRS u s-CRS huwa mgħawweġ, il-prezzijiet tas-suq dinji tal-HRS u s-CRS kienu kkunsidrati bħala bażi xierqa sabiex jiġu maħdumin il-prezzijiet referenzjarji għall-HRS u s-CRS. Fuq il-bażi ta’ diversi ġurnali dwar is-settur tal-azzar (SBB u MEPS) intgħażlu l-prezzijiet domestiċi, it-taxxi netti, ta’ ħames pajjiżi/reġjuni (jiġifieri l-Ewropa, l-Istati Uniti tal-Amerika, it-Turkija, il-Ġappun u l-Brażil). Sabiex jintlaħaq valur referenzjarju rappreżentattiv, il-Kummissjoni għażlet l-akbar suq għal kull reġjun ġeografiku rilevanti, jiġifieri l-Ewropa (UE), l-Amerika ta’ Fuq (l-Istati Uniti tal-Amerika), l-Amerika Latina (il-Brażil), l-Asja (il-Ġappun) u Lvant Nofsani/l-Afrika ta’ Fuq (it-Turkija). Il-prezzijiet medji ta’ kull xahar għall-perijodu PI ta’ kull wieħed mill-ħames pajjiżi/reġjuni saritilhom medja aritmetika sabiex jinkisbu l-prezzijiet referenzjarji ta’ kull xahar. Il-ħames pajjiżi/reġjuni magħżula ma kellhomx l-ogħla prezzijiet matul il-PI, huma kollha membri tad-WTO, huma parti mill-akbar 10 produtturi tal-azzar fid-dinja u jinsabu f’kontinenti differenti. Għalhekk il-prezzijiet referenzjarji stabbiliti b’dan il-mod huma kkunsidrati bħala raġonevoli u xierqa.

(104)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun tammonta għal 23,02 % għall-Huadong Group u 27,63 % għall-Panhua Group.

(105)

Ir-rata medja peżata tas-sussidju għall-kumpanniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija 25,37 %.

(106)

Minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ffissata fil-livell tal-ogħla rata ta’ sussidju stabbilita għal din l-iskema għal entità relatata ma’ waħda mill-kumpanniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun, jiġifieri 32,44 %.

3.3.1.2.    Għoti ta’ drittijiet tal-użu tal-artijiet għal rimunerazzjoni mhix adegwata

(a)   Introduzzjoni

(107)

Ir-rikorrent allega li ma hemmx suq tal-artijiet li jiffunzjona fiċ-Ċina u l-ammont imħallas mill-kumpanniji għall-użu tal-artijiet huwa aktar baxx mir-rata normali tas-suq. Fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju kontra s-sussidji, il-GTĊ sostna li "Skont il-Liġi tal-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-RPĊ, l-artijiet f’distretti urbani għandhom ikunu proprjetà tal-Istat; l-artijiet f’żoni rurali u f’żoni suburbani, ħlief fejn previst mod ieħor mill-Istat, għandhom ikunu proprjetà kollettiva tal-bdiewa". Il-GTĊ sostna li hemm suq tal-artijiet standardizzat u kompetittiv sewwa, id-drittijiet tal-użu tal-artijiet iridu jiġu negozjati b’mod pubbliku skont il-liġi fis-suq tal-artijiet. Il-GTĊ sostna wkoll li l-artijiet industrijali u kummerċjali għandhom jinkisbu b’kumpens għall-użu f’suq miftuħ permezz ta’ offerti, irkanti u kompetizzjoni. Il-GTĊ ma pprovda l-ebda data rigward il-prezzijiet attwali għad-drittijiet tal-użu tal-artijiet, il-prezzijiet minimi tal-art ifformulati mill-gvern u li ssemmew fit-tweġiba għall-kwestjonarju kontra s-sussidju u waqt iż-żjara ta’ verifika.

(108)

Waqt il-verifika l-Kummissjoni talbet lill-GTĊ jipprovdi evidenza li tappoġġa d-dikjarazzjoni tiegħu li l-artijiet industrijali kollha fiċ-Ċina jingħataw permezz ta’ offerti, stima jew irkant. Il-GTĊ ma setax jipprovdi tali evidenza waqt iż-żjara ta’ verifika, iżda ppreżenta xi informazzjoni f’dan ir-rigward wara ż-żjara ta’ verifika. Madankollu, kulma turi din l-evidenza huwa li minn 13-il tranżazzjoni ta’ drittijiet tal-użu tal-artijiet li jirrigwardaw il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, sitta biss kienu soġġetti għal proċess ta’ offerti jew irkant. Ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar il-parteċipant fil-proċess tal-irkant/offerti kif mitlub mill-Kummissjoni u f’kull okkażjoni l-prezz finali mħallas mill-kumpannija kien l-istess bħall-prezz stabbilit arbitrarjament mill-awtoritajiet lokali.

(109)

Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-GTĊ, bis-suppożizzjoni li ma hemm l-ebda prezz tas-suq għall-artijiet fir-RPĊ, l-opinjonijiet tiegħu dwar valuri referenzjarji possibbli. Għalkemm din kienet biss suppożizzjoni u bl-ebda mod ma kienet sejba jew konklużjoni fiż-żmien meta ntbagħat il-kwestjonarju lill-GTĊ, il-GTĊ esprima l-fehma tiegħu li din is-suppożizzjoni hija falza u ma pprovda l-ebda valur referenzjarju possibbli. Il-GTĊ irrimarka wkoll dwar l-allegat nuqqas fir-rikors fejn minn naħa ir-rikorrent jallega li ma hemmx suq għall-artijiet fiċ-Ċina u li għandu jintuża "valur referenzjarju barra mill-pajjiż", iżda min-naħa l-oħra jallega li l-SOEs jirċievu art mingħand il-gvern b’termini favorevoli meta mqabbla mal-industrija privata u ssuġġerixxa li jekk jintuża xi valur referenzjarju, dan għandu jkun il-prezzijiet li qegħdin iħallsu l-industriji Ċiniżi "mhux vantaġġati", iżda ma pprovda l-ebda informazzjoni dwar dawn il-prezzijiet. F’dan il-kuntest għandu jiġi nnotat li r-rikorrent allega li s-suq tad-drittijiet tal-użu tal-artijiet fiċ-Ċina kien mgħawweġ b’mod ġenerali u kemm il-produtturi tal-istat u kemm il-produtturi privati tal-OCS irċevew drittijiet ta’ użu tal-artijiet għal rimunerazzjoni mhix adegwata.

(b)   Il-bażi legali

(110)

Id-dispożizzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina taqa’ taħt il-Liġi tal-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Liġi tad-Dritt Reali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(c)   L-implimentazzjoni prattika

(111)

Skont l-Artikolu 2 tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet, l-artijiet kollha huma proprjetà tal-gvern billi, skont l-kostituzzjoni Ċiniża u d-dispożizzjonijiet legali relevanti, l-artijiet jappartjenu kollettivament lill-Poplu taċ-Ċina. L-ebda art ma tista’ tinbiegħ iżda jistgħu jingħataw drittijiet tal-użu tal-artijiet skont il-liġi. L-awtoritajiet Statali jistgħu jassenjawha permezz ta’ offerti pubbliċi, stima jew irkant.

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(112)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw irrappurtaw informazzjoni dwar l-artijiet li jippossedu kif ukoll dwar il-biċċa l-kbira tal-kuntratti/ċertifikati rilevanti tad-drittijiet tal-użu tal-artijiet, iżda kienet ipprovduta informazzjoni limitata ħafna mill-GTĊ dwar l-ipprezzar tad-drittijiet tal-użu tal-artijiet.

(113)

Kif issemma aktar ’il fuq, il-GTĊ sostna li d-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina jingħataw permezz ta’ offerti, irkanti u kompetizzjonijiet. Dan huwa previst ukoll fl-Artikolu 137 tal-Liġi tad-Dritt Reali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (42).

Panhua Group Co. Ltd

(114)

Madankollu, matul il-verifika tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, instab li din is-sistema, kif ġiet deskritta mill-GTĊ, mhux dejjem taħdem fil-prattika. Pereżempju minn sitt drittijiet tal-użu tal-artijiet mixtrija minn Chongqing Wanda Steel Strip Co. Ltd (parti minn Panhua Group Co. Ltd) għal erbgħa minnhom, kif ikkonfermat minn uffiċjali tal-kumpannija, ma kien hemm l-ebda proċess ta’ offerti. Chongqing Wanda kienet l-unika parteċipant u l-prezz finali tat-tranżazzjoni li tħallas mill-kumpannija kien eżattament l-istess bħall-prezz inizjali stabbilit b’mod arbitrarju mill-Uffiċċju lokali tar-Riżorsi tal-Artijiet. Għaż-żewġ drittijiet l-oħra ta’ użu tal-artijiet kien hemm proċess ta’ offerti, iżda la l-kumpannija u lanqas il-GTĊ ma pprovdew evidenza għal dan. Mid-dokumenti ppreżentati mill-GTĊ wara ż-żjara ta’ verifika jidher li anki dawn iż-żewġ drittijiet ta’ użu tal-art inxtraw għall-prezz identiku stabbilit mill-Uffiċċju lokali tar-Riżorsi tal-Artijiet. Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co., Ltd (hija wkoll parti minn Panhua Group Co. Ltd) kisbet tliet drittijiet ta’ użu tal-artijiet minn kumpanniji privati bi skambju għal sehem f’Panhua Group Co. Ltd.

Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co., Ltd

(115)

Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co., Ltd kisbet tnejn mid-drittijiet tagħha ta’ użu tal-artijiet mingħand l-Uffiċċju lokali tal-Artijiet u r-Riżorsi, fid-Distrett ta’ Xiaoshan u wieħed mingħand il-kumpannija privata. Ma setgħet tiġi pprovduta l-ebda evidenza dwar offerti jew irkant billi skont il-GTĊ, għad-drittijiet ta’ użu tal-artijiet mixtrija qabel l-1 ta’ Settembru 2006, ma kien hemm l-ebda konferma ta’ bejgħ għal tranżazzjonijiet ta’ drittijiet tal-użu tal-artijiet u l-GTĊ ma kkonfermax jew ċaħad li dawn it-tranżazzjonijiet kienu soġġetti għal offerti jew irkant.

(116)

Is-sejbiet tal-proċediment jikkonfermaw li s-sitwazzjoni rigward il-forniment u l-akkwist tal-artijiet fiċ-Ċina mhijiex ċara u mhijiex trasparenti u l-prezzijiet ħafna drabi jiġu stabbiliti arbitrarjament mill-awtoritajiet. L-awtoritajiet jistabbilixxu l-prezzijiet skont is-Sistema ta’ Evalwazzjoni tal-Artijiet Urbani, li fost kriterji oħra tagħtihom struzzjonijiet sabiex jikkunsidraw ukoll il-politika industrijali meta jkunu qegħdin jistabbilixxu l-prezz tal-artijiet industrijali. Barra minn hekk, tal-anqas fis-settur tal-azzar, l-aċċess għall-artijiet industrijali huwa limitat bil-liġi biss għall-kumpanniji li jirrispettaw il-politiki industrijali stabbiliti mill-Istat (43).

(117)

Barra minn hekk, l-informazzjoni indipendenti ppreżentata mir-rikorrent tissuġġerixxi li l-artijiet fiċ-Ċina jingħataw bi prezz aktar baxx mir-rati normali tas-suq (44).

(e)   Konklużjoni

(118)

Għaldaqstant, l-għoti tad-drittijiet tal-użu tal-art mill-GTĊ għandu jitqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ għoti ta’ oġġetti li jagħtu benefiċċju lill-kumpanniji li jirċevuh. Kif inhu spjegat fil-premessi (114) – (115) hawn fuq, ma hemm l-ebda suq tal-artijiet li jiffunzjona fiċ-Ċina u l-użu ta’ valur referenzjarju estern juri li l-ammont imħallas għad-drittijiet tal-użu tal-artijiet mill-esportaturi li kkooperaw huwa ferm inqas mir-rata normali tas-suq. Is-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4 2(a) u 4 2(c) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-aċċess għall-artijiet industrijali bil-liġi huwa limitat biss għal kumpanniji li jirrispettaw il-politiki industrijali stabbiliti mill-Istat, ċerti tranżazzjonijiet biss ġew soġġetti għal proċess ta’ offerti, il-prezzijiet ħafna drabi jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet u l-prattiki governattivi f’dan il-qasam mhumiex ċari u mhumiex trasparenti.

(119)

Għaldaqstant, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(120)

Billi ġie konkluż li s-sitwazzjoni fiċ-Ċina fir-rigward tad-drittijiet tal-użu tal-artijiet mhijiex immotivata mis-suq, jidher li ma hemm l-ebda valur referenzjarju privat disponibbli fiċ-Ċina. Għalhekk, aġġustament tal-ispejjeż jew l-prezzijiet fiċ-Ċina mhux prattikabbli. F’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ min jikkunsidra li ma hemm l-ebda suq fiċ-Ċina u, skont l-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, l-użu ta’ valuri referenzjarji esterni biex jitkejjel l-ammont tal-benefiċċju huwa ġustifikat. Billi l-GTĊ ma kkooperax jew naqas milli jippreżenta xi proposta għal valur referenzjarju estern, il-Kummissjoni kellha tuża l-fatti disponibbli sabiex tistabbilixxi valur referenzjarju estern xieraq. F’dan ir-rigward huwa kkunsidrat xieraq li tintuża informazzjoni mit-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan bħala valur referenzjarju xieraq.

(121)

Il-Kummissjoni tqis li l-prezzijiet tal-art fit-Tajwan huma l-aktar simili għaż-żoni fiċ-Ċina fejn il-produtturi esportaturi li kkooperaw huma bbażati. Il-biċċa l-kbira tal-produtturi esportaturi jinsabu fil-parti tal-Lvant taċ-Ċina, f’żoni żviluppati b’PDG għoli fi provinċji b’densità għolja tal-popolazzjoni.

(122)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeżisti fil-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji jiġi kkalkolat bil-kunsiderazzjoni tad-differenza bejn l-ammont imħallas minn kull kumpannija għall-użu tad-drittijiet tal-artijiet u l-ammont li ġeneralment jitħallas abbażi tal-valur referenzjarju tat-Tajwan.

(123)

Meta sar dan il-kalkolu, il-Kummissjoni użat il-prezz medju tal-art għal kull metru kwadru stabbilit fit-Tajwan, ikkoreġut minħabba d-deprezzament tal-valuta u l-evoluzzjoni tal-PDG mid-dati tal-kuntratti rispettivi tad-drittijiet tal-użu tal-artijiet. L-informazzjoni rigward il-prezzijiet tal-artijiet industrijali nġabret mis-sit elettroniku tal-Uffiċċju Industrijali tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi tat-Tajwan. Id-deprezzament tal-valuta u l-evoluzzjoni tal-PDG għat-Tajwan ġew ikkalkolati abbażi tar-rati tal-inflazzjoni u l-PDG per capita fi prezzijiet kurrenti f’USD għat-Tajwan, kif ġie ppubblikat mill-FMI fil-Perspettiva Ekonomika Dinjija tal-2011 tiegħu. Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat matul il-PI bl-użu tal-ħajja normali tad-dritt tal-użu tal-artijiet għall-użu tal-artijiet industrijali fiċ-Ċina, jiġifieri, 50 sena. Dan l-ammont imbagħad ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(124)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li kkooperaw tammonta għal 0,34 % għall-Huadong Group u 1,12 % għall-Panhua Group.

(125)

Ir-rata medja peżata tas-sussidju għall-kumpanniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija ta’ 0,73 %.

(126)

Minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ffissata fil-livell tal-ogħla rata ta’ sussidju stabbilita għal din l-iskema għal entità relatata ma’ waħda mill-kumpanniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun, jiġifieri 1,36 %.

3.3.1.3.    Programm li jikkonsisti mill-forniment tal-ilma għal rimunerazzjoni mhix adegwata

(a)   Introduzzjoni

(127)

Ir-rikors allega li l-prezzijiet tal-ilma fiċ-Ċina huma determinati esklużivament mill-awtoritajiet pubbliċi u li l-istruttura tal-prezzijiet hija stabbilita skont makropolitiki industrijali. Huwa rrapporta wkoll li l-prezzijiet tal-ilma kienu differenti fid-diversi żoni lokali u li kien hemm ukoll differenza fir-rati fuq bażi ta’ kumpannija b’kumpannija. Ir-rikors allega li kien probabbli li l-produtturi tal-OCS kienu bbenefikaw minn prezzijiet tal-ilma għal rimunerazzjoni mhix adegwata skont il-politika ta’ inkoraġġiment ta’ prodotti tal-azzar b’valur miżjud għoli.

(128)

Il-provvista u s-suq tal-ilma fiċ-Ċina huma amministrati mill-NDRC, il-Ministeru tar-Riżorsi tal-Ilma u l-Ministeru tal-Ambjent. Is-suq tal-provvista tal-ilma għadu fil-biċċa l-kbira ddominat minn kumpanniji tal-istat, għalkemm id-dħul ta’ kumpanniji b’investiment barrani f’xi proġetti ta’ provvista tal-ilma ta’ ċerti bliet kisser il-monopolju tal-fornituri tal-istat. Madankollu, il-GTĊ ma kienx kapaċi jipprovdi lista dettaljata tal-fornituri tal-ilma biż-żona tagħhom ta’ servizz u l-volumi pprovduti (ara l-premessa (129) hawn isfel), iżda llimita t-tweġiba tiegħu għal lista ta’ fornituri tal-ilma fiż-żoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(129)

Fir-rigward tal-prezzijiet, l-NDRC tifformula l-politika prinċipali tal-ipprezzar u l-awtoritajiet lokali jistabbilixxu l-prezz tal-ilma wara proċedura ta’ smigħ bil-għan li jsir użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma. Il-prezzijiet jirriflettu l-kostijiet flimkien ma’ profitt raġonevoli għall-fornituri lokali tal-ilma. Il-GTĊ ippreżenta l-listi rilevanti tal-prezzijiet applikabbli fil-muniċipalitajiet fejn kienu jinsabu l-esportaturi produtturi tal-OCS inklużi fil-kampjun. Ġie ċċarat li d-diversi prezzijiet muniċipali japplikaw b’mod uniformi għall-utenti industrijali kollha u ma jvarjawx skont il-kumpannija jew l-utenti.

(b)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(130)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-NDRC tistabbilixxi l-prezz bażiku tal-ilma, u l-awtoritajiet amministrattivi tal-prezzijiet muniċipali jistabbilixxu l-prezz għal kull muniċipalità fuq il-bażi ta’ diversi parametri (eż. kostijiet tad-distribuzzjoni, profitt, u eċċess raġonevoli). Il-prezz tal-ilma huwa supplimentat minn tariffa għat-“trattament tad-drenaġġ” stabbilita wkoll fuq livell muniċipali.

(131)

Filwaqt li l-prezz bażiku tal-ilma, it-tariffa għat-trattament tad-drenaġġ u soprataxxi lokali oħra possibbli huma applikabbli bl-istess mod għall-utenti kollha li jaqgħu fl-istess kategoriji, instab li wieħed miż-żewġ esportaturi inklużi fil-kampjun, Zhejiang Huadong Group, ma ħallasx it-tariffa għat-trattament tad-drenaġġ.

(132)

L-esportatur sostna li kien ħallas din it-tariffa bħala somma f’daqqa lill-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Ambjent. Madankollu, dan il-pagament mhuwiex ikkunsidrat li sar għat-tariffa għat-trattament tad-drenaġġ għat-tliet raġunijiet li ġejjin: (1) id-dokument uffiċjali jaqra tariffa għall-"ħruġ tal-ilma mormi" u mhux tariffa għat-"trattament tad-drenaġġ"; (2) il-pagament mhuwiex proporzjonat meta mqabbel mal-konsum reali tal-ilma; (3) l-ammont totali mħallas huwa pjuttost baxx meta mqabbel mal-ammont reali li kellu jitħallas li kieku kienet dovuta t-tariffa għat-trattament tad-drenaġġ fuq il-konsum reali tal-ilma.

(c)   Kontribut finanzjarju

(133)

Zhejiang Huadong Group irċeviet kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) tar-Regolament bażiku billi l-gvern ipprovda l-ilma permezz tal-kumpannija pubblika lokali tal-forniment tal-ilma (jiġifieri Hangzhou Xiaoshan Water Supply Co. Ltd). Dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern fil-forma ta’ forniment ta’ oġġetti għajr infrastruttura ġenerali fis-sens tar-Regolament bażiku. B’mod alternattiv, dan jista’ jitqies bħala dħul mitluf mill-gvern minħabba li korp pubbliku ma ġabarx id-dħul li kien dovut fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii).

(d)   Benefiċċju

(134)

Huadong Steel Group irċeviet benefiċċju fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku billi l-gvern ipprovda l-ilma għal rimunerazzjoni mhix adegwata. Ġie stabbilit li dan l-esportatur ma ħallasx il-prezz sħiħ għall-provvista tal-ilma li normalment japplika għall-kategorija ta’ utenti li jagħmel parti minnha, billi ma tħallasx il-komponent tat-"tariffa għat-trattament tad-drenaġġ" fil-prezz tal-ilma.

(e)   Speċifiċità

(135)

Is-sussidju fil-forma ta’ forniment tal-ilma lil wieħed mill-esportaturi li kkooperaw huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku, billi t-tariffa għat-trattament tad-drenaġġ mhijiex imneħħija għall-intrapriżi kollha. Minkejja n-nuqqas ta’ leġislazzjoni li tillimita dan is-sussidju għal ċerti intrapriżi, il-possibbiltà li ċerta intrapriża li tipproduċi l-prodott ikkonċernat tikseb il-provvista tal-ilma għal rimunerazzjoni mhix adegwata, flimkien mad-diskrezzjoni apparenti mogħtija lill-awtoritajiet lokali sabiex jirrinunzjaw parti mir-rata normalment imħallsa għall-ilma, tagħmel is-sussidju wieħed speċifiku. Il-Kummissjoni ma setgħetx tiġbor aktar evidenza rigward il-bażi li fuqha ma nġabritx din it-tariffa billi l-produttur esportatur ma kienx kapaċi jipprovdiha.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(136)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeżisti tul il-PI. Dak il-benefiċċju jiġi kkunsidrat bħala t-tariffa għat-trattament tad-drenaġġ li ma tħallsitx għall-konsum tal-ilma tul il-PI. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont tas-sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat tal-bejgħ totali tal-produtturi esportaturi li kooperaw tul il-PI, minħabba li s-sussidju ma jiddependix fuq l-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(137)

Zhejiang Huadong Group ibbenefikat min-nuqqas ta’ ħlas tat-tariffa għat-trattament tad-drenaġġ. Ir-rata tas-sussidju stabbilita għaliha hija ta’ 0,01 %.

(138)

Ir-rata medja peżata tas-sussidju għall-kumpanniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija ta’ 0,01 %.

(139)

Minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ffissata fil-livell tal-ogħla rata ta’ sussidju stabbilita għal din l-iskema għall-kumpanniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun, jiġifieri 0,01 %.

3.3.1.4.    Programm li jikkonsisti mill-forniment tal-elettriku għal rimunerazzjoni mhix adegwata

(a)   Introduzzjoni

(140)

Ir-rikors allega li l-GTĊ ipprovda l-elettriku għal rimunerazzjoni mhix adegwata permezz ta’ rati preferenzjali. B’mod partikolari, ir-rikors afferma li r-rati tal-elettriku kienu stabbiliti b’mod differenti fi provinċji differenti u anki li ntużaw rati preferenzjali bħala għodda ta’ politika industrijali sabiex tinkoraġġixxi prodotti tal-azzar b’valur miżjud għoli u tiskoraġġixxi kapaċitajiet ta’ produzzjoni skaduti.

(141)

L-NDRC hija responsabbli sabiex tirregola s-suq tal-elettriku u tistabbilixxi l-prezzijiet fiċ-Ċina. Il-grilji transprovinċjali u provinċjali huma operati minn żewġ fornituri tal-istat: l-Istate Grid Corporation of China u ċ-China Southern Power Grid Corporation. Il-fornituri tal-elettriku fuq livell muniċipali huma sussidjarji ta’ dawn il-kumpanniji. Bħalissa jinsab fil-proċess li jiġi introdott mekkaniżmu ta’ kompetizzjoni fiċ-Ċina permezz ta’ diversi proġetti pilota, iżda l-impatt tiegħu għadu negliġibbli f’dan l-istadju.

(142)

Il-prezzijiet tal-elettriku huma stabbiliti mill-NDRC fuq il-bażi ta’ proċedura li tinkludi investigazzjoni tal-kostijiet, valutazzjoni minn esperti, seduti ta’ smigħ pubbliċi, u stabbiliment finali u pubblikazzjoni tal-prezzijiet. L-NDRC tippubblika l-prezzijiet applikabbli għal kull provinċja f’Avviżi, u mbagħad l-uffiċċji lokali tal-prezzijiet jippubblikaw avviż korrispondenti fuq livell lokali li jimplimenta l-prezzijiet deċiżi mill-NDRC ċentrali. Il-prezz finali jirrifletti l-kost tax-xiri, il-kostijiet tat-trażmissjoni u t-telf, u s-soprataxxi tal-gvern. Il-prezzijiet huma differenzjati skont il-provinċja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni lokali u l-għanijiet ta’ politika segwiti fid-diversi provinċji. Huma jiġu stabbiliti għal kategoriji differenti ta’ utenti finali (eż. utenti residenzjali, industrijali). Teżisti differenza addizzjonali fil-prezzijiet għal utenti industrijali differenti li jsegwu l-politiki industrijali stabbiliti mill-GTĊ u riflessi fil-katalgu li jinsab fid-Deċiżjoni Nru 40 (2005) tal-NDRC (l-ispjegazzjoni tkompli fil-premessa (182)). L-utenti li jaqgħu taħt il-kategorija tal-intrapriżi “mħeġġa” skont il-katalgu tal-NDRC iħallsu r-rata bażika għall-elettriku, filwaqt li l-utenti li jaqgħu fil-kategorija tal-intrapriżi “skaduti” jew “projbiti” jħallsu soprataxxa fuq ir-rata bażika. L-utenti li ma jaqgħu taħt l-ebda kategorija elenkata fil-katalgu jaqgħu fil-kategorija awtomatika tal-intrapriżi “permessi” u jħallsu wkoll ir-rata bażika mingħajr soprataxxi. Il-produtturi tal-OCS normalment jaqgħu fil-kategorija tal-intrapriżi “mħeġġa” skont id-Deċiżjoni Nru 40 tal-NDRC.

(b)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(143)

Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ il-qafas regolatorju tas-suq u tal-prezzijiet tal-elettriku u r-rwol li għandhom il-korpi jew l-entitajiet kollha rilevanti. Il-GTĊ naqas milli jissottometti s-sett sħiħ tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-ipprezzar maħruġa mill-NDRC u l-uffiċċju lokali tal-prezzijiet, mhux biss fir-rigward tal-esportaturi produtturi mhux inklużi fil-kampjun, iżda wkoll fir-rigward tal-produtturi esportaturi fil-kampjun. Il-GTĊ naqas ukoll milli jiddeskrivi b’mod preċiż ir-rwol tal-NDRC u tal-uffiċċji lokali tal-prezzijiet fl-iffissar tal-prezzijiet. Il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ b’dawn in-nuqqasijiet fir-rigward tal-esportaturi produtturi inklużi fil-kampjun fl-ittra tagħha tat-12 ta’ Awwissu 2012. Wara ż-żjarat ta’ verifika nstab ukoll li l-GTĊ indika rata ħażina tal-elettriku applikabbli għal wieħed mill-esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(144)

L-investigazzjoni kkonfermat li hija l-NDRC li tistabbilixxi l-prezzijiet tal-elettriku applikabbli fid-diversi provinċji. Ġie vverifikat li l-uffiċċju lokali tal-prezzijiet jaġixxi sempliċement bħala fergħa eżekuttiva tad-deċiżjoni meħuda f’livell ċentrali mill-NDRC. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-fatt li l-NDRC toħroġ Avviżi li fihom tistabbilixxi l-prezzijiet proprji stabbiliti għal kull provinċja u mbagħad dawn l-avviżi jiġu formalment trasposti f’avviżi lokali adottati mill-uffiċċji lokali tal-prezzijiet u implimentati f’livell lokali. L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li r-rati differenti tal-elettriku applikabbli għal ċerti setturi u/jew fuq livell provinċjali u lokali huma stabbiliti skont ċerti fatturi, li jinkludu b’mod partikolari l-insegwiment tal-għanijiet tal-politika industrijali stabbiliti mill-gvernijiet ċentrali u lokali fil-pjanijiet tagħhom għal ħames snin u fil-pjanijiet settorjali.

(145)

L-investigazzjoni tal-esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun uriet li wieħed minnhom, jiġifieri Chongqing Wanda Steel Strip ("CWSS") ibbenefika minn rata tal-elettriku aktar baxxa mir-rata ġeneralment applikabbli għall-utenti industrijali l-kbar. Instab li fiż-żona speċifika fejn kien jinsab dan l-esportatur, sottokategorija ta’ ċerti utenti industrijali, inklużi dawk li jipproduċu l-prodott ikkonċernat, kienu intitolati għal din ir-rata aktar baxxa.

(d)   Kontribut finanzjarju

(146)

Wieħed mill-esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun (CWSS) irċieva kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) tar-Regolament bażiku billi l-gvern ipprovda l-elettriku permezz tal-kumpannija pubblika lokali tal-forniment tal-elettriku. Dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni mill-gvern fil-forma ta’ forniment ta’ oġġetti għajr l-infrastruttura ġenerali fis-sens tar-Regolament bażiku.

(e)   Benefiċċju

(147)

CWSS irċeviet benefiċċju fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku billi l-gvern ipprovda l-elettriku għal rimunerazzjoni mhix adegwata. Ġie stabbilit li dan l-esportatur kien intitolat għal rata aktar baxxa mir-rata li ġeneralment tapplika għal utenti industrijali kbar oħra.

(f)   Speċifiċità

(148)

Is-sussidju fil-forma ta’ forniment tal-elettriku lil wieħed mill-esportaturi li kkooperaw huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku. Ir-rata aktar baxxa tal-elettriku hija stabbilita fl-Avviż rilevanti tal-NDRC u inkorporata fl-Avviż maħruġ mill-Uffiċċju lokali tal-Prezzijiet, jiġifieri hija mandata b’awtorità ċentrali u amministrata fuq livell lokali. Din ir-rata aktar baxxa hija limitata għal ċerti intrapriżi f’ċerti setturi speċifiċi (prinċipalment produtturi ta’ ferroliga f’forn elettroniku u kumpanniji tal-fertilizzanti) inklużi f’sottokategorija ta’ utenti industrijali fuq skala kbira. Għalhekk, din ir-rata aktar baxxa hija limitata de jure biss għal kumpanniji li jaqgħu f’dawn il-kategoriji fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku.

(149)

Is-sussidju huwa limitat ukoll għal ċertu reġjun billi japplika biss f’ċerta żona ġeografika magħżula fejn jinsab il-produttur esportatur. Din iż-żona hija mħeġġa skont il-leġislazzjoni maħruġa mill-Gvern Ċentrali, jiġifieri ċ-Ċirkulari tal-Kunsill tal-Istat li Tirrigwarda Diversi Politiki dwar it-Twettiq tal-Iżvilupp tar-Reġjuni Vasti tal-Punent taċ-Ċina (għal aktar dettalji ara l-premessa (233) aktar ’l isfel). Din iċ-Ċirkulari ssemmi espliċitament il-mekkaniżmu tal-prezzijiet fit-trażmissjoni u l-forniment tal-elettriku bħala waħda mill-għodod sabiex jinkiseb żvilupp f’ċerti setturi. Billi r-rati tal-elettriku applikabbli f’din iż-żona huma stabbiliti minn awtorità ċentrali, dan is-sussidju huwa speċifiku wkoll b’mod reġjonali fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku.

(g)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(150)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeisti tul il-PI. Il-benefiċċju għall-produtturi esportaturi ġie kkalkolat b’kunsiderazzjoni tad-differenzi bejn ir-rata tal-elettriku mħallsa realment għal kull Kwhu r-rata li kellha tiġi mħallsa għal kull Kwh għall-utenti industrijali kbar, immultiplikata bil-volum tal-elettriku użat tul il-PI. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat tal-bejgħ totali tal-produtturi esportaturi li kooperaw tul il-PI, minħabba li s-sussidju ma jiddependix fuq l-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati

(151)

Wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun li jagħmel parti mill-Grupp ta’ kumpanniji ta’ Panhua (jiġifieri CWSS) ibbenefika minn din ir-rata aktar baxxa tal-elettriku. Ir-rata tas-sussidju stabbilita għall-Panhua Group hija ta’ 0,14 %.

(152)

Ir-rata medja peżata tas-sussidju għall-kumpanniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija ta’ 0,07 %.

(153)

Minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ffissata fil-livell tal-ogħla rata ta’ sussidju stabbilita għal din l-iskema għal entità relatata ma’ waħda mill-kumpanniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun, jiġifieri 0,17 %.

3.3.1.5.    Forniment ta’ diversi oġġetti għal rimunerazzjoni mhix adegwata

(154)

Ir-rikors irrefera għal numru ta’ oġġetti oħra pprovduti mill-GTĊ lill-produtturi tal-OCS permezz tal-SOEs tiegħu. B’mod partikolari, ir-rikors elenka numru ta’ tranżazzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw il-forniment ta’ diversi prodotti tal-azzar immanifatturati mill-SOEs, fosthom konċentrat ta’ minerali tal-ħadid, pelits, minerali sinterizzati, ruttam, billetti, ligi u bosta oħrajn. Ir-rikors wera li l-prezz għall-forniment ta’ dawn l-oġġetti kien stabbilit b’referenza għal elementi u/jew valuri referenzjarji differenti, u li kien hemm limiti massimi tal-prezzijiet jew aġġustamenti skont l-oġġetti differenti u skont jekk it-tranżazzjoni kinitx tirrigwarda partijiet relatati.

(155)

Il-GTĊ wieġeb li ma kellux dan il-programm għal min jagħmel l-azzar tul il-PI. Minħabba n-nuqqas ta’ aktar informazzjoni mogħtija mill-GTĊ dwar dan il-programm, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(156)

Billi l-prezzijiet għad-diversi oġġetti msemmija hawn fuq ma jirriflettux rimunerazzjoni adegwata, dan il-programm huwa kumpensatorju skont l-Artikolu 3(1)(a)(iii) u l-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-kumplessità tad-diversi tranżazzjonijiet għall-forniment ta’ dawn l-oġġetti u tal-kuntratti sottostanti li ma kinux disponibbli fil-fajl tal-proċediment, ma ppermettietx lill-Kummissjoni li tasal għal konklużjoni soda dwar dan il-programm. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tkomplix tivvaluta dan il-programm.

3.3.2.   SELF U RATI TA’ MGĦAX PREFERENZJALI LILL-INDUSTRIJA TAL-OCS

(a)   Introduzzjoni

(157)

Ir-rikorrent allega li l-produtturi tal-OCS jibbenefikaw minn rati tal-imgħax baxxi (sussidjati) minn banek kummerċjali tal-istat u banek tal-gvern skont il-politika tal-GTĊ li jappoġġa u jiżviluppa l-industrija tal-azzar Ċiniża skont il-pjanijiet imfasslin għal ħames snin.

(b)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-użu tal-fatti disponibbli

(158)

Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ informazzjoni dwar il-proporzjon tas-self mogħti mill-banek fejn il-GTĊ huwa l-akbar jew l-uniku azzjonist, banek fejn il-GTĊ għandu interess azzjonarju iżda mhuwiex l-akbar azzjonist, banek fejn il-GTĊ mhuwiex azzjonist u banek bi sjieda barranija, kemm lill-industrija sħiħa u kemm lill-industrija kkonċernata minn dan il-proċediment. Il-GTĊ wieġeb li ma jżommx rekords tal-ammonti u l-perċentwali tas-self mogħti mill-banek tal-istat u li l-GTĊ lanqas iżomm ir-rekords tas-self lill-industrija tal-azzar. Il-GTĊ ma ssuġġerixxa l-ebda sors alternattiv għal din l-informazzjoni.

(159)

Il-Kummissjoni fittxet ukoll informazzjoni dwar is-sjieda statali tal-banek u tal-istituzzjonijiet finanzjarji iżda l-GTĊ ma pprovdiex l-informazzjoni, filwaqt li sostna li ma jżommx tali rekords. Huwa nnotat li skont l-informazzjoni pubblikament disponibbli (45)  (46), il-GTĊ huwa azzjonist ewlieni f’ħafna mill-banek prinċipali stabbiliti fiċ-Ċina u għalhekk, bħal fil-każ tal-SOEs li jipproduċu l-HRS u s-CRS, huwa għandu aċċess għall-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tal-banek, fejn hija deskritta fid-dettall l-informazzjoni dwar l-azzjonisti. F’dan ir-rigward huwa nnotat ukoll li skont l-Artikolu 61 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali [2003] il-banek "għandhom jirrappurtaw il-karti tal-bilanċ, id-dikjarazzjonijiet tal-profitti, u dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapporti u dokumenti statistiċi oħra lill-organu regolatorju bankarju tal-Kunsill tal-Istat u lill-Bank Popolari taċ-Ċina".

(160)

Il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni (permezz ta’ kwestjonarju speċifiku – l-Appendiċi A) dwar l-istruttura tal-kontroll tal-gvern fil-banek Ċiniżi kkonċernati u s-segwitu tal-politiki jew tal-interessi tal-gvern fir-rigward tal-industrija tal-azzar (jiġifieri l-bord tad-diretturi u l-bord tal-azzjonisti, il-minuti tal-laqgħat tal-azzjonisti/diretturi, iċ-ċittadinanza tal-azzjonisti/diretturi, il-politiki tas-self u l-valutazzjoni tar-riskju fir-rigward tas-self mogħti lill-produtturi esportaturi li kkooperaw). Madankollu, fit-tweġiba għall-kwestjonarju, il-GTĊ ssottometta biss Appendiċi A wieħed li kien fih xi informazzjoni ġenerali (fil-biċċa l-kbira miġbura mis-siti elettroniċi tal-banek). Ħafna mill-informazzjoni speċifika mitluba fl-Appendiċi A ma ngħatatx. L-GTĊ wieġeb li ma kellux tali informazzjoni f’dak il-waqt għal uħud mill-mistoqsijiet, u għal ċerti mistoqsijiet oħra pprovda biss informazzjoni dwar ċerti banek (pereżempju l-Artikoli tal-Assoċjazzjoni ngħataw biss għal tmien banek). Fl-ittra ta’ defiċjenza l-Kummissjoni tenniet it-talba tagħha u stiednet lill-GTĊ sabiex jipprovdi l-informazzjoni kollha oriġinarjament mitluba fil-kwestjonarju. Fit-tweġiba tiegħu għall-ittra ta’ defiċjenza, il-GTĊ ppreżenta xi informazzjoni addizzjonali. Madankollu, it-tweġiba kien għadha tassew inkompleta u ma ngħatatx ħafna mill-informazzjoni mitluba (eż. il-perċentwali ta’ sjieda tal-gvern fil-banek tal-istat, l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni ta’ xi banek elenkati fil-kwestjonarju, tweġibiet sħaħ għall-mistoqsijiet fl-Appendiċi A).

(161)

Fil-kwestjonarju, fl-ittra ta’ defiċjenza u għal darba oħra matul iż-żjara ta’ verifika fuq il-post, il-Kummissjoni talbet iċ-ċirkularijiet tal-Bank Popolari taċ-Ċina (PBOC) fir-rigward tal-politika tal-istituzzjonijiet finanzjarji dwar ir-rata tal-imgħax fuq is-self (YinFa [2003] Nru 250 u YinFa [2004] Nru 251). Il-Kummissjoni saret taf bl-eżistenza ta’ dawn iċ-ċirkularijiet matul investigazzjoni preċedenti. Madankollu, minflok ma pprovda dawn iċ-ċirkularijiet, il-GTĊ irrefera lill-Kummissjoni għas-sit elettroniku tal-PBOC sabiex tiskopri l-politika tal-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tar-rata tal-imgħax fuq is-self. Matul il-verifika kienu ppreżentati żewġ esebiti f’dan ir-rigward, iżda għal darba oħra dan kien biss materjal stampat mis-sit elettroniku. Huwa nnotat li ma seta’ jinstab l-ebda kontenut sħiħ ta’ dawn iċ-Ċirkularijiet fuq is-sit elettroniku tal-PBOC.

(162)

Il-Kummissjoni talbet ukoll iċ-Ċirkulari tal-PBOC rigward il-bidliet tat-8 ta’ Ġunju 2012 li kellha tiġi ppreżentata waqt il-verifika fuq il-post. Il-GTĊ ma pprovdiex iċ-Ċirkulari u minflok ipprovda biss informazzjoni ġenerali stampata mis-sit elettroniku tal-PBOC rigward l-aġġustament tar-rati tal-imgħax referenzjarji.

(163)

Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-GTĊ sabiex jorganizza laqgħat ma’ banek speċifiċi sabiex tiġi vverifikata l-informazzjoni dwar is-self preferenzjali lill-industrija tal-OCS. Madankollu l-GTĊ naqas milli jorganizza dawn il-laqgħat u sostna li ma setax jintervjeni fir-rigward tal-banek tal-istat sabiex jorganizza dawn il-laqgħat. Huwa nnotat ukoll li fl-ittra ta’ qabel il-verifika tas-7 ta’ Ġunju 2012 il-Kummissjoni spjegat li kienet lesta li tibda l-verifika ġurnata qabel u tippermetti aktar żmien għall-verifika jekk il-GTĊ jħoss li l-banek qegħdin fl-aħjar pożizzjoni sabiex jipprovdu kjarifiki u spjegazzjonijiet rigward is-self preferenzjali. Il-Kummissjoni għalhekk talbet lill-GTĊ biex jikkonferma l-preżenza tal-banek qabel il-verifika sabiex ikunu jistgħu jsiru l-arranġamenti meħtieġa mit-tim tal-verifika. Fl-ittra tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2012, il-GTĊ qal li kien se jkompli jitlob lill-banek jikkooperaw, iżda li ma setax jisfurzahom jagħmlu dan. Eventwalment, kien biss fl-ewwel ġurnata tal-verifika li t-tim tal-Kummissjoni ġie infurmat li r-rappreżentant tal-Bank tal-Kostruzzjoni taċ-Ċina kien disponibbli biex iwieġeb il-mistoqsijiet u jagħti spjegazzjonijiet. Billi l-Kummissjoni ma kinitx ġiet infurmata dwar dan (għalkemm mitlub speċifikament fl-ittra ta’ qabel il-verifika) ma kienx possibbli li jiġu indirizzati mistoqsijiet speċifiċi dwar il-kuntratti u t-termini tas-self iżda biss mistoqsijiet ta’ natura ġenerali. Fi kwalunkwe każ, ma ngħatat l-ebda dokumentazzjoni ta’ sostenn għad-dikjarazzjonijiet magħmula mir-rappreżentant tal-Bank tal-Kostruzzjoni taċ-Ċina bl-ispjegazzjoni li d-dokumenti kollha li talbet il-Kummissjoni huma kunfidenzjali u ta’ natura interna.

(164)

Il-GTĊ kien informat bil-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 28(1) u (6) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl ta’ dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni, kien meħtieġ, flimkien mal-kunsiderazzjoni tad-dokumenti relevanti tal-GTĊ ippreżentati mill-partijiet l-oħrajn, li tintuża informazzjoni minn sorsi sekondarji, inklużi r-rikors u l-informazzjoni pubblikament disponibbli li ttieħdet minn fuq l-internet.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

L-involviment tal-Istat fis-settur bankarju

(165)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li s-suq finanzjarju Ċiniż huwa kkaratterizzat minn interventi tal-gvern minħabba li ħafna mill-banek ewlenin huma proprjetà tal-istat. L-awtoritajiet Ċiniżi pprovdew biss xi informazzjoni limitata ħafna dwar l-azzjonisti/sjieda tal-banek fiċ-Ċina. Madankollu, kif inhu spjegat hawn isfel, il-Kummissjoni ġabret l-informazzjoni disponibbli sabiex tasal għal sejba rappreżentattiva. Fit-twettiq tal-analiżi tagħha dwar jekk il-banek humiex entitajiet vestiti jew li jeżerċitaw awtorità tal-gvern (korpi pubbliċi), il-Kummissjoni fittxet ukoll informazzjoni mhux biss dwar is-sjieda mill-gvern tal-banek iżda wkoll karatteristiċi oħra bħall-preżenza tal-gvern fil-bord tad-diretturi, il-kontroll tal-gvern fuq l-attivitajiet tagħhom, is-segwitu ta’ politiki jew interessi tal-gvern u jekk l-entitajiet inħolqux bi statut.

(166)

Mill-informazzjoni disponibbli ġie konkluż li l-banek statali fiċ-Ċina għandhom l-akbar sehem mis-suq u huma atturi predominanti fis-suq finanzjarju Ċiniż. Skont ir-Riċerka tad-Deutsche Bank tal-2006 dwar is-settur bankarju fiċ-Ċina (47), is-sehem tal-banek statali jista’ jammonta għal aktar minn 2/3 tas-suq Ċiniż. Dwar l-istess suġġett, l-Analiżi tal-Politika Kummerċjali taċ-Ċina mid-WTO nnotat li: “Il-livell għoli ta’ sjieda mill-istat huwa karatteristika notevoli oħra tas-settur finanzjarju fiċ-Ċina (48) u "ftit sar tibdil fl-istruttura tas-suq tas-settur bankarju taċ-Ċina, li huwa ddominat mill-banek tal-istat" (49). Huwa pertinenti li jiġi nnutat li l-akbar ħames banek statali (il-Bank Agrikolu, il-Bank taċ-Ċina, il-Bank tal-Kostruzzjoni taċ-Ċina, il-Bank tal-Komunikazzjoni u l-Bank Industrijali u Kummerċjali) jidhru li jirrappreżentaw aktar minn nofs is-settur bankarju Ċiniż (50).

(167)

Il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni dwar l-istruttura tal-kontroll tal-gvern f’dawk il-banek Ċiniżi u s-segwitu tal-politiki jew l-interessi tal-gvern fir-rigward tal-industrija tal-azzar (jiġifieri l-bord tad-diretturi u l-bord tal-azzjonisti, il-minuti tal-laqgħat tal-azzjonisti/diretturi, iċ-ċittadinanza tal-azzjonisti/diretturi, il-politiki tas-self u l-valutazzjoni tar-riskju fir-rigward tas-self mogħti lill-produtturi esportaturi li kkooperaw). Madankollu, kif inhu nnotat fil-premessa (160) aktar ’il fuq, il-GTĊ pprovda biss informazzjoni limitata ħafna f’dan ir-rigward. Konsegwentement, il-Kummissjoni kellha tuża l-informazzjoni disponibbli. Hija kkonkludiet abbażi tad-data disponibbli li dawk il-banek huma kkontrollati mill-gvern u jeżerċitaw l-awtorità tal-gvern b’tali mod li l-azzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu attribwiti lill-Istat. Id-data relevanti użata biex inkisbu s-sejbiet imsemmija hawn fuq ġejja minn informazzjoni ppreżentata mill-GTĊ, ir-rapporti annwali tal-banek Ċiniżi li kienu ppreżentati mill-GTĊ jew li huma disponibbli pubblikament, informazzjoni miksuba mit-2006 Deutsche Bank Research dwar is-settur bankarju taċ-Ċina, ir-reviżjoni tal-Politika tad-WTO dwar iċ-Ċina (2010 u 2012), iċ-China 2030 World Bank Report, informazzjoni sottomessa mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u informazzjoni eżistenti fir-rikors. Fir-rigward tal-banek barranin, sorsi indipendenti jistmaw li dawn jirrappreżentaw parti żgħira tas-settur bankarju taċ-Ċina u konsegwentement għandhom sehem insinifikanti fis-self politiku; b’informazzjoni relevanti li tissuġġerixxi li dan jista’ jirrappreżenta biss 1 % tas-suq Ċiniż (51). L-informazzjoni pubblika relevanti disponibbli tikkonferma wkoll li l-banek Ċiniżi, partikolarment il-banek kummerċjali l-kbar, għadhom jiddependu fuq l-azzjonisti statali u l-gvern biex ikabbru l-kapital meta hemm nuqqas ta’ adegwatezza tal-kapital b’riżultat tal-espansjoni tal-kreditu (52).

(168)

Fir-rigward tal-banek li pprovdew self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-maġġoranza l-kbira tagħhom huma banek tal-istat. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli nstab li mill-anqas 14 mis-17-il bank irrappurtati huma banek tal-istat, inklużi l-banek Kummerċjali l-kbar fiċ-Ċina bħall-Bank taċ-Ċina, il-Bank tal-Kostruzzjoni taċ-Ċina u l-Bank Industrijali u Kummerċjali taċ-Ċina. Fir-rigward tal-bqija tal-banek tal-istat ikkonċernati, għal darba oħra l-Kummissjoni talbet l-istess informazzjoni msemmija hawn fuq dwar il-kontroll tal-gvern u s-segwitu tal-politiki u tal-interessi tal-gvern fir-rigward tal-industrija tal-azzar. Għal darba oħra, ma ngħatat l-ebda informazzjoni dettaljata bħal din. Dan kollu li ntqal hawn fuq jikkonferma li l-banek huma kkontrollati mill-gvern u jeżerċitaw awtorità tal-gvern b’mod li l-azzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu attribwiti lill-Istat. Għal din ir-raġuni l-banek kummerċjali tal-istat fiċ-Ċina għandhom jitqiesu bħala korpi pubbliċi.

(169)

Sinjal ieħor tal-involviment tal-GTĊ fis-suq finanzjarju Ċiniż huwa r-rwol tal-PBOC fl-iffissar tal-limiti speċifiċi fuq il-mod kif jiġu stabbiliti u jiċċaqilqu r-rati tal-imgħax. Tabilħaqq, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-PBOC għandha regoli speċifiċi li jirregolaw il-mod kif ir-rati ta’ interess jiċċaqalqu. Skont l-informazzjoni disponibbli, dawn ir-regoli huma ffissati fiċ-Ċirkolari tal-PBOC fuq il-Kwistjonijiet dwar l-Aġġustament tar-Rati ta’ Interess fuq id-Depożiti u s-Self – Yinfa (2004) Nru 251 ("iċ-Ċirkolari 251"). L-istituzzjonijiet finanzjarji jintalbu jagħtu rati ta’ self f’ċerta firxa tar-rata ta’ interess tas-self tal-valur indikattiv tal-PBOC. Għas-self tal-bank kummerċjali u s-self tal-bank politiku ġestit kummerċjalment ma hemmx l-ogħla limitu ta’ firxa iżda limitu ta’ firxa baxxa biss. Għall-kooperattivi tal-kreditu urbani u l-kooperattivi tal-kreditu rurali hemm il-firxiet tal-limitu massimi kif ukoll minimi. Għas-self preferenzjali u s-self li għalih il-Kunsill tal-Istat għandu regolamenti speċifiċi, ir-rati ta’ interess ma jiċċaqilqux ’il fuq. Il-Kummissjoni fittxet kjarifiki mill-GTĊ fuq id-definizzjoni u l-kliem li jidher fiċ-Ċirkolari 251 kif ukoll dwar il-leġislazzjoni preċedenti tagħha (iċ-Ċirkolari tal-PBOC dwar l-espansjoni tal-Firxa taċ-Ċaqliq tar-Rata ta’ Interess tas-Self tal-Istituzzjoni Finanzjarja – YinFa [2003] Nru 250). Madankollu kif deskritt fil-premessi (161) u (162) aktar ’il fuq, il-GTĊ irrifjuta li jipprovdi dawn iċ-Ċirkularijiet u għalhekk il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika l-kontenut tagħhom u tfittex spjegazzjonijiet. Billi l-GTĊ ma pprovda l-ebda informazzjoni rilevanti f’dan ir-rigward, li tissuġġerixxi li s-sitwazzjoni nbidlet minn Mejju 2011 ’il hawn meta l-Kummissjoni kkonkludiet l-investigazzjoni tagħha kontra s-sussidju fir-rigward tal-Karta Fina Miksija (53), ġie stabbilit li l-PBOC huwa involut u jinfluwenza l-istabbiliment tar-rati tal-imgħax mill-bank kummerċjali tal-istat.

Il-GTĊ ma pprovdiex evidenza li s-sitwazzjoni kif stabbilita fl-investigazzjoni dwar il-Karta Fina Miksija nbidlet, għaldaqstant abbażi tal-fatti disponibbli u evidenza oħra msemmija hawn fuq, ġie konkluż li s-sitwazzjoni li tikkonċerna l-metodoloġija biex jiġu determinati r-rati tal-imgħax għandhom jibqgħu l-istess tul il-PI kollu.

Inkarigu u direzzjoni

(170)

Il-Kummissjoni ppruvat tanalizza wkoll jekk il-banek kummerċjali privati fiċ-Ċina humiex inkarigati jew mogħtija struzzjonijiet mill-GTĊ sabiex jipprovdu self preferenzjali (sussidjat) lill-produtturi tal-azzar miksi b’materjal organiku, fis-sens tal-Artikolu 3.1(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

Il-politika tal-GTĊ

(171)

Mit-Taqsima ta’ hawn fuq dwar l-involviment tal-istat fis-settur bankarju (il-premessi minn (165) sa (169)) huwa evidenti li l-GTĊ għandu politika li jipprovdi self preferenzjali lis-settur tal-azzar miksi b’materjal organiku, minħabba li korpi pubbliċi (banek kummerċjali tal-istat) (54) huma involuti f’tali forniment u għandhom post predominanti fis-suq, li jippermettilhom li joffru rati tal-imgħax aktar baxxi minn tas-suq. Issa jrid jiġi stabbilit jekk dik il-politika testendix għall-fornituri privati.

Estensjoni tal-politika għall-banek privati

(172)

Il-Liġi dwar il-banek kummerċjali [2003] tapplika bl-istess mod għall-banek kummerċjali tal-istat u għall-banek kummerċjali privati. Pereżempju l-Artikolu 38 ta’ din il-liġi jagħti struzzjonijiet lill-banek kummerċjali kollha (jiġifieri anki dawk privati) sabiex "jiddeterminaw ir-rata tas-self skont l-ogħla u l-inqas limitu tar-rata tas-self stabbilita mill-PBOC", l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali jagħti struzzjonijiet lill-banek kummerċjali sabiex "iwettqu n-negozju tas-self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali u l-iżvilupp soċjali u bl-ispirtu tal-politiki industrijali tal-istat".

(173)

Barra minn hekk l-Ordni Nru 35 – Politiki għall-iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar, b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 25 li jillimitaw l-għoti tas-self lil dawk il-kumpanniji biss li jikkonformaw mal-politiki nazzjonali tal-iżvilupp għall-industrija tal-Ħadid u l-azzar, ma jiddistingwux bejn il-banek kummerċjali tal-istat u dawk privati.

(174)

Barra minn hekk iċ-Ċirkularijiet tal-PBOC imsemmija aktar ’il fuq (il-premessi (161) u (162)) huma vinkolanti wkoll għall-banek kummerċjali privati.

(175)

Il-kwotazzjonijiet ta’ hawn fuq minn liġijiet u regolamenti rilevanti għas-settur bankarju juru li l-politika tal-GTĊ li jipprovdi self preferenzjali lill-produtturi tal-azzar miksi b’materjal organiku testendi wkoll għall-banek kummerċjali privati u l-GTĊ jordnalhom biex "iwettqu n-negozju tas-self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali u l-iżvilupp soċjali u bl-ispirtu tal-politiki industrijali tal-istat"  (55).

Valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu

(176)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni rilevanti mingħand il-GTĊ sabiex tivvaluta kif il-banek fiċ-Ċina qegħdin iwettqu l-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-kumpanniji tal-OCS qabel ma jiddeċiedu jekk jagħtuhomx self jew le u jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet tas-self li jingħata. Fl-Appendiċi A tal-kwestjonarju l-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar kif il-banek iqisu r-riskju meta jagħtu s-self, kif tiġi valutata l-kredibbiltà kreditizja tal-mutwatarju, x’inhuma l-primjums tar-riskju ċċarġjati lil kumpanniji/industriji differenti fiċ-Ċina mill-bank, liema huma l-fatturi li jikkunsidra l-bank meta jivvaluta l-applikazzjoni għas-self, id-deskrizzjoni tal-applikazzjoni għas-self u l-proċess tal-approvazzjoni, eċċ. Madankollu, la l-GTĊ u lanqas il-banek individwali identifikati fil-kwestjonarju ma pprovdew evidenza f’dan ir-rigward. Il-GTĊ pprovda biss tweġibiet ta’ natura ġenerali li ma kienu appoġġati minn ebda evidenza li ssir xi valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu.

(177)

Il-Kummissjoni talbet ukoll l-informazzjoni simili mingħand il-produtturi esportaturi li kkooperaw u ppruvat tivverifikaha waqt iż-żjarat ta’ verifika fuq il-post tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun wieġbu li l-banek jitolbu ċerti dokumenti u jwettqu tip ta’ analiżi tar-riskju tal-kreditu qabel ma jingħata s-self. Madankollu, huma ma setgħux jappoġġaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom bl-evidenza. Waqt il-verifika fuq il-post il-Kummissjoni staqsiet għall-evidenza li l-banek jitolbu dawn id-dokumenti jew li dawn id-dokumenti kienu pprovduti lill-banek mill-kumpanniji jew xi tip ta’ rapport maħruġ mill-banek li jipprova li saret din l-analiżi tar-riskju ta’ kreditu. Madankollu l-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma setgħux jipprovdu tali evidenza u lanqas setgħu jipprovdu xi evidenza oħra li tappoġġa d-dikjarazzjonijiet tagħhom. Huwa nnotat ukoll li l-ebda wieħed mill-gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun jew mill-kumpanniji individwali f’dawn il-gruppi ma ngħata klassifikazzjoni tal-kreditu.

(178)

L-informazzjoni rigward il-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ntalbet ripetutament mill-partijiet interessati billi hija kkunsidrata bħala kruċjali fost oħrajn fid-dawl ta’ (i) is-sejba tar-rapport tal-FMI tal-2006 li ssuġġerixxa li l-liberalizzazzjoni tal-banek fiċ-Ċina mhijiex kompluta u r-riskju tal-kreditu mhuwiex rifless sewwa (56), (ii) ir-rapport tal-FMI tal-2009 li ssottolinja n-nuqqas ta’ liberalizzazzjoni tar-rati tal-imgħax fiċ-Ċina (57), (iii) ir-Rapport tal-Pajjiżi tal-FMI tal-2010 li sostna li l-kost tal-kapital fiċ-Ċina huwa relattivament baxx, l-allokazzjoni tal-kreditu xi kultant tkun iddeterminata b’mezzi mhux marbuta mal-prezzijiet u l-iffrankar korporattiv kbir huwa parzjalment marbut mal-kost baxx ta’ diversi inputs ta’ fatturi (inklużi l-kapital u l-art) (58) u (iv) l-Istħarriġ Ekonomiku tal-OECD tal-2010 dwar iċ-Ċina (59) u d-Dokument ta’ Ħidma tad-Dipartiment Ekonomiku tal-OECD Nru 747 dwar ir-Riformi fis-Settur Finanzjarju taċ-Ċina (60) fejn intqal li s-sjieda tal-istituzzjonijiet finanzjarji għadha ddominata mill-Istat u dan iqajjem tħassib dwar kemm id-deċiżjonijiet tas-self mill-banek jittiħdux purament fuq konsiderazzjonijiet kummerċjali filwaqt li r-rwol tradizzjonali tal-banek jidher li huwa dak tal-aġenziji tal-gvern b’rabtiet mal-gvern.

(d)   Kontribuzzjonijiet Finanzjarji

(179)

Wara li tqieset l-evidenza kollha, ġie konkluż li l-maġġoranza l-kbira tas-self liż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun ingħata minn banek tal-istat li huma kkunsidrati bħala korpi pubbliċi minħabba li għandhom awtorità tal-gvern u li jeżerċitaw funzjonijiet tal-gvern. Hemm aktar evidenza li dawn il-banek jeżerċitaw awtorità tal-gvern billi kif spjegat fil-premessa (169) hemm intervent ċar mill-Istat (jiġifieri l-PBOC) fil-mod kif il-banek kummerċjali jieħdu d-deċiżjonijiet dwar ir-rati tal-imgħax għas-self mogħti lill-kumpanniji Ċiniżi. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-prattiki tas-self ta’ dawn l-entitajiet huma attribwibbli direttament lill-gvern. Il-fatt li l-banek jeżerċitaw awtorità tal-gvern huwa kkonfermat ukoll mill-mod kif l-Ordni Nru 35- Politiki għall-iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar  (61), id-Deċiżjoni 40 u l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali tal-NDRC jaġixxu fir-rigward tat-twettiq tal-politiki industrijali tal-gvern. Hemm ukoll ammont kbir ta’ evidenza ċirkostanzjali, appoġġata minn studji u rapporti oġġettivi, li għad hemm intervent qawwi min-naħa tal-gvern fis-sistema finanzjarja Ċiniża kif diġà spjegat fil-premessa (178) aktar ’il fuq. Fl-aħħar nett, il-GTĊ naqas milli jipprovdi informazzjoni li tippermetti fehim aħjar tar-relazzjoni tal-banek tal-istat mal-gvern kif spjegata fil-premessi minn (159) sa (164).

Għalhekk, fil-każ tas-self mogħti mill-banek kummerċjali tal-istat fiċ-Ċina, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm kontribuzzjoni finanzjarja lill-produtturi tal-azzar miksi b’materjal organiku fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi mill-gvern fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-istess evidenza turi li l-SOCBs (kif ukoll il-banek privati) jiġu inkarigati jew jingħataw struzzjonijiet mill-gvern u dan, konsegwentement, ifisser li teżisti kontribuzzjoni finanzjarja fis-sena tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

(180)

Fid-dawl tal-analiżi fil-premessi minn (170) sa (175) aktar ’il fuq, ġie stabbilit ukoll li l-banek privati huma inkarigati u jingħataw struzzjonijiet mill-GTĊ sabiex jipprovdu self lill-produtturi tal-OCS u li teżisti kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikoli 3(1)(a)(i) u 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

(e)   Benefiċċju

(181)

Ikun hemm benefiċċju fis-sens tal-Artikoli 3(2) u 6(b) tar-Regolament bażiku jekk is-self mill-gvern jingħata b’termini aktar favorevoli minn dawk li l-benefiċjarju jista’ jikseb mis-suq. Billi kien stabbilit li s-self mhux mill-gvern fiċ-Ċina ma jipprovdix valur referenzjarju xieraq tas-suq (il-banek privati huma inkarigati u mogħtija struzzjonijiet mill-GTĊ), tali valur referenzjarju ġie kostruwit bl-użu tal-metodu deskritt fil-premessi (191) u (192) aktar ’l isfel.

(f)   Speċifiċità

(182)

L-industrija tal-azzar tappartjeni għall-kategorija mħeġġa skont id-Deċiżjoni Nru 40. Id-Deċiżjoni Nru 40, hija Ordni mill-Kunsill tal-Istat, li huwa l-ogħla korp amministrattiv fir-RPĊ u f’dak ir-rigward id-deċiżjoni hija legalment vinkolanti għal korpi pubbliċi oħra u għall-operaturi ekonomiċi. Din tikklassifika s-setturi industrijali fi “Proġetti Mħeġġin, Restrittivi u Eliminati”. Dan l-Att jirrappreżenta linja gwida tal-politika industrijali li flimkien mal-Katalgu tad-Direttorju turi kif il-GTĊ iżomm politika li tħeġġeġ u ssostni lil gruppi ta’ intrapriżi jew industriji, bħalma hija l-industrija tal-azzar/OCS, ikklassifikata mill-Katalgu tad-Direttorju bħala “Industrija mħeġġa”. Fir-rigward tan-numru ta’ industriji elenkati bħala "Imħeġġin", huwa nnotat li dawn jirrappreżentaw biss porzjon tal-ekonomija Ċiniża. Barra minn hekk, ċerti attivitajiet biss f’dawn is-setturi mħeġġa għandhom status ta’ "mħeġġin". Id-Deċiżjoni Nru 40 tistipula wkoll skont l-Artikolu 17 li l-“Proġetti mħeġġa ta’ investiment” għandhom jibbenefikaw minn privileġġi u inċentivi speċifiċi, fost l-oħrajn, minn appoġġ finanzjarju. Min-naħa l-oħra, b’referenza għall-“Proġetti Restrittivi u Eliminati”, id-Deċiżjoni Nru 40 tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet tal-istat li jintervjenu direttament biex jirregolaw is-suq. L-Artikoli 18 u 19 jistipulaw li l-awtorità rilevanti timpedixxi lill-istituzzjonijiet finanzjarji milli jagħtu self għal tali “Proġetti Restrittivi u Eliminati”. Minn dan ta’ hawn fuq huwa ċar li d-Deċiżjoni Nru 40 tipprovdi regoli li jorbtu lill-istituzzjonijiet ekonomiċi kollha fil-forma ta’ direttivi dwar il-promozzjoni u l-appoġġ tal-industriji mħeġġin, li waħda minnhom hija l-parti tal-industrija tal-OCS:

(183)

Barra minn hekk, l-Ordni Nru 35 tal-NDRC - Politiki għall-iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar, b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 25, jillimitaw l-għoti tas-self biss lil intrapriżi tal-azzar li jikkonformaw b’mod sħiħ mal-politiki ta’ żvilupp għall-industrija tal-ħadid u l-azzar.

(184)

Ir-rikorrent ipprovda wkoll evidenza li xi pjanijiet u dokumenti oħra tal-gvern qegħdin jinkoraġġixxu u jagħtu struzzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-industrija tal-azzar b’mod ġenerali u anki f’reġjuni ġeografiċi speċifiċi taċ-Ċina (62)  (63).

(185)

Fid-dawl ta’ dan kollu ta’ hawn fuq, jidher evidenti li l-awtoritajiet jippermettu biss lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu self preferenzjali lil numru limitat ta’ industriji/kumpanniji li jikkonformaw mal-politiki ta’ żvilupp tal-GTĊ. Fuq il-bażi tal-evidenza fil-fajl u fin-nuqqas tal-kooperazzjoni mill-GTĊ dwar din il-kwistjoni, huwa konkluż li s-sussidji fil-forma ta’ self preferenzjali mhumiex disponibbli b’mod ġenerali u għalhekk huma speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk ma kien hemm ebda evidenza ppreżentata minn xi waħda mill-partijiet interessati li tissuġġerixxi li s-sussidju huwa bbażat fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(186)

L-investigazzjoni wriet li ż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun ibbenefikaw mis-self preferenzjali fil-perijodu tal-investigazzjoni.

(g)   Konklużjoni

(187)

Għalhekk, il-finanzjament tal-industrija tal-azzar miksi b’materjal organiku għandu jitqies bħala sussidju.

(188)

Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju lill-produtturi esportaturi u l-ispeċifiċità, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensatorju.

(h)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(189)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeisti tul il-PI. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-reċipjenti huwa kkunsidrat bħala d-differenza bejn l-ammont li l-kumpannija tħallas fuq is-self mill-gvern u l-ammont li l-kumpannija kieku tħallas għal self kummerċjali kumparabbli li jista’ jinkiseb fis-suq.

(190)

Kif kien spjegat hawn fuq (il-premessi minn (165) sa (178)), billi s-self provdut mill-banek Ċiniżi jirrifletti intervent sostanzjali tal-gvern fis-settur bankarju u ma jirriflettix ir-rati li jistgħu jinstabu f’suq li jiffunzjona, inbena valur indikattiv xieraq tas-suq bl-użu tal-metodu deskritt hawn taħt. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni użat ukoll il-fatti disponibbli sabiex tkun stabbilita rata ta’ interess skont valur indikattiv xieraq.

(191)

Meta jinħoloq valur indikattiv xieraq, l-applikazzjoni tar-rati ta’ interess Ċiniżi titqies raġonevoli, aġġustati biex jirriflettu r-riskju normali tas-suq. F’kuntest fejn il-qagħda finanzjarja attwali tal-esportaturi tkun ġiet stabbilita f’suq mgħawweġ u ma jkun hemm l-ebda informazzjoni kredibbli mill-banek Ċiniżi dwar il-kejl tar-riskju u l-istabbiliment tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, huwa meqjus neċessarju li l-kredibbiltà kreditizja tal-esportaturi Ċiniżi ma titteħidx fuq il-valur li jidher, iżda tiġi applikata żieda biex tirrifletti l-impatt potenzjali tas-suq mgħawweġ Ċiniż fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom.

(192)

Fir-rigward ta’ dan ta’ hawn fuq kif spjegat fil-premessi (160), (163) u (164), kemm il-GTĊ u kemm il-produtturi esportaturi li kkooperaw intalbu jipprovdu informazzjoni dwar il-politiki tas-self tal-banek Ċiniżi u l-mod kif ingħata s-self lill-produtturi esportaturi. Il-partijiet naqsu milli jipprovdu din l-informazzjoni, għalkemm kienu mitluba ripetutament biex jagħmlu dan, u rrifjutaw l-aċċess għall-banek tal-istat. Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-fatti kollha disponibbli, u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(6) tar-Regolament bażiku, jitqies xieraq li jiġi kkunsidrat li l-azjendi kollha fiċ-Ċina jingħataw l-ogħla grad ta’ bonds "Mhux ta’ livell ta’ investiment" biss (BB skont Bloomberg) u li jiġi applikat il-primjum xieraq mistenni fuq il-bonds maħruġa mill-azjendi b’din il-klassifikazzjoni lir-rata ta’ self standard tal-People’s Bank of China. Il-benefiċċju għall-produtturi esportaturi ġie kkalkulat billi ttieħed id-differenzjali tar-rata tal-imgħax, espress bħala perċentwali, immultiplikat bl-ammont pendenti tas-self, jiġifieri l-imgħax mhux imħallas matul il-PI. Dan l-ammont imbagħad ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(193)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal 0,25 % għall-grupp ta’ kumpanniji ta’ Huadong u 0,89 % għall-grupp ta’ kumpanniji ta’ Panhua.

(194)

Ir-rata medja peżata tas-sussidju għall-kumpanniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija ta’ 0,58 %.

(195)

Minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ffissata fil-livell tal-ogħla rata ta’ sussidju stabbilita għal din l-iskema għal entità relatata ma’ waħda mill-kumpanniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun, jiġifieri 0,97 %.

3.3.3.   PROGRAMMI TA’ EKWITÀ

(196)

Numru ta’ programmi ta’ sussidju allegati li jirrigwardaw l-ekwità kienu deskritti fir-rikors b’rabta ma’ produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun u/jew li ma kkooperawx fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sabiex jippreżenta informazzjoni dwar dawn il-programmi fil-kwestjonarji oriġinali u supplimentari, u suċċessivament tat opportunità suffiċjenti lill-GTĊ sabiex jipprovdi tweġibiet dwar dawn il-programmi. Il-GTĊ iddeċieda li jipprovdi tweġibiet biss dwar l-allegati programmi ta’ sussidju fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u kkonferma din il-pożizzjoni matul il-proċediment.

(197)

Il-livell sinifikanti ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni f’dan il-proċediment xekkel il-possibbiltà li l-Kummissjoni tikseb informazzjoni u evidenza mingħand il-produtturi esportaturi dwar dawn il-programmi inklużi fir-rikors. Il-Kummissjoni kkonfermat li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma għamlux użu minn dawn il-programmi. Għalhekk il-Kummissjoni kellha tiddetermina l-eżistenza ta’ programmi ta’ sussidju u tistabbilixxi d-dazju residwu fir-rigward tal-programmi l-oħra kollha, li dwarhom il-GTĊ ma ppreżentax informazzjoni u li ma kinux disponibbli għal jew intużaw mill-produtturi esportaturi fil-kampjun fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku.

3.3.3.1.    Skambji ta’ dejn għal ekwità

(a)   Deskrizzjoni

(198)

Ir-rikors kien jinkludi evidenza li diversi produtturi tal-azzar kienu involuti fi skambji ta’ dejn għal ekwità fis-sena 2000 għal total kombinat ta’ RMB 62,5 biljun ta’ djun. Huwa allegat li d-dejn sovran dovut mill-produtturi statali tal-azzar lill-banek kummerċjali tal-Istat ("SOCBs") ġie mħassar bi skambju għal ekwità permezz tal-involviment ta’ erba’ Kumpanniji Ċiniżi tal-Immaniġġjar tal-Assi ("AMCs") li ma kienx ibbażat fuq konsiderazzjonijiet tas-suq. Ir-rikors afferma wkoll li l-AMCs inħolqu speċifikament sabiex jiddisponu minn self improduttiv enormi f’industriji ewlenin fosthom is-settur tal-azzar u sabiex jirristrutturaw id-djun tal-SOEs fost l-oħrajn permezz ta’ skambji ta’ dejn għal ekwità. Billi l-GTĊ ma pprovda l-ebda informazzjoni dwar dan il-programm, il-Kummissjoni waslet għas-sejbiet tagħha fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku (ara l-premessi (33) – (35) aktar ’il fuq). Għall-istess raġuni, l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku ġie applikat fir-rigward tal-programmi ta’ Infużjoni ta’ Ekwità u ta’ Dividendi Mhux Imħallsa deskritti fil-premessi (204) – (215) aktar ’l isfel.

(b)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(199)

Is-sejbiet dwar dan il-programm huma bbażati fuq l-informazzjoni inkluża fir-rikors. L-iskambji ta’ dejn għal ekwità jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ infużjoni ta’ ekwità u/jew self fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku jew fil-forma ta’ dħul mitluf li jirriżulta minn dejn imħassar jew mhux imħallas fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja kienet ipprovduta mill-gvern permezz tal-korpi pubbliċi involuti f’dawn it-tranżazzjonijiet, jiġifieri l-erba’ AMCs u diversi SOCBs (irreferi għall-premessa (168) aktar ’il fuq). Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-evidenza rreġistrata turi li l-AMCs huma korpi pubbliċi għax inħolqu speċifikament mill-GTĊ sabiex jiddisponu minn self improduttiv enormi f’industriji ewlenin fosthom is-settur tal-azzar u sabiex jirristrutturaw id-djun tal-SOEs. Għaldaqstant, huma kkunsidrati li jeżerċitaw awtorità tal-gvern.

(200)

Barra minn hekk, ir-rikorrent ipprovda evidenza prima facie li l-ammont enormi ta’ tħassir tad-dejn ma kienx soġġett għal konsiderazzjonijiet kummerċjali normali billi l-GTĊ ma wettaqx valutazzjoni li investitur privat normali kieku jwettaq fir-rigward tar-rata ta’ redditu raġonevoli mistennija li dawn l-iskambji ta’ ekwità jiġġeneraw maż-żmien. Minflok, il-GTĊ skambja ammonti enormi ta’ dejn ma’ ekwità bil-għan li jnaqqas il-proporzjon tal-obbligazzjonijiet meta mqabbla mal-assi tal-produtturi tal-azzar sabiex iżid il-kompetittività tagħhom mingħajr il-konsiderazzjonijiet kummerċjali li investitur privat kieku jagħmel. Il-Kummissjoni, wara analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni mogħtija fir-rikors u fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra fil-fajl, ikkonkludiet li l-miżuri huma, għaldaqstant, ikkunsidrati bħala miżuri li jagħtu benefiċċju fis-sens tal-Artikolu 6(a) tar-Regolament bażiku.

(201)

Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku billi huwa limitat biss għal entitajiet magħżula b’parteċipazzjoni mill-Istat u l-għoti ta’ dan il-finanzjament huwa diskrezzjonarju u ma jeżistux kriterji oġġettivi. Għalhekk huwa konkluż li dan il-programm jikkostitwixxi sussidju kumpensatorju għall-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(202)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa benefiċċju mhux rikorrenti u huwa kkunsidrat bħala l-ammont sħiħ tad-dejn mibdul b’ekwità, jiġifieri tad-dejn maħfur. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju ppreżentata mill-GTĊ, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni inkluża fir-rikors. Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju kkalkulat b’dan il-mod ġie allokat għall-PI fuq il-bażi tal-perijodu normali ta’ deprezzament tal-assi tal-kumpanniji benefiċjarji. L-ammont kien aġġustat billi żdied l-imgħax matul dan il-perijodu sabiex jirrifletti l-valur tal-benefiċċju maż-żmien u b’hekk jiġi stabbilit il-benefiċċju sħiħ ta’ din l-iskema għall-benefiċjarji. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-livell ta’ produzzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-PI, minħabba li s-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(203)

Ir-rata tas-sussidju miksuba b’dan il-mod għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx tammonta għal 0,05 %. Ma kienx meħtieġ li tiġi kkalkulata r-rata tas-sussidju għall-produtturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun u oħrajn għar-raġunijiet deskritti fil-premessi (196) u (197).

3.3.3.2.    Infużjonijiet ta’ ekwità

(a)   Deskrizzjoni

(204)

Ir-rikors jallega li matul is-snin il-GTĊ pprovda ammonti sostanzjali ta’ flus lill-produtturi tal-azzar permezz ta’ infużjonijiet ta’ ekwità. Skont ir-rikors, il-GTĊ kiseb ishma f’kumpanniji (permezz ta’ diversi entitajiet tal-istat) fejn diġà kien l-azzjonist prinċipali mingħajr ma kiseb drittijiet azzjonarji addizzjonali. Ir-rikors jagħti dettalji wkoll dwar tranżazzjonijiet speċifiċi li jinvolvu entitajiet kkontrollati mill-Istat, fosthom iċ-China International Capital Corporation (CICC) u s-SASAC.

(b)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(205)

Billi l-GTĊ ma pprovdiex informazzjoni dwar dan il-programm (ara l-premessi (196) u (197) aktar ’il fuq), is-sejbiet dwar dan il-programm huma bbażati fuq l-informazzjoni inkluża fir-rikors, appoġġata minn sorsi xierqa. L-infużjonijiet ta’ ekwità jikkostitwixxu trasferiment dirett ta’ fondi fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kienu pprovduti mill-gvern permezz tal-korpi pubbliċi involuti f’dawn it-tranżazzjonijiet, fosthom is-CICC u s-SASAC. Ir-rikors jinkludi evidenza speċifika dwar infużjonijiet ta’ ekwità li jirrigwardaw produttur tal-azzar SOE fejn is-CICC aġixxiet bħala s-sottoskrittur u maniġer prinċipali tal-ħruġ tal-ishma. Skont l-informazzjoni fir-rikors, is-CICC hija 51 % tal-istat u hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata mis-SASAC, li fit-tranżazzjonijiet speċifiċi dokumentati fir-rikors aġixxiet ukoll bħala entità tal-GTĊ li tikkontrolla l-produttur tal-azzar SOE (għall-analiżi tal-funzjonijiet tas-SASAC ara l-premessi minn (64) sa (66) aktar ’il fuq). Għalhekk, dawn it-tranżazzjonijiet twettqu mill-GTĊ permezz ta’ korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku u l-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO.

(206)

Dawn l-infużjonijiet ta’ ekwità huma kkunsidrati li jagħtu benefiċċju lill-kumpanniji benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 6(a) tar-Regolament bażiku billi mhumiex konsistenti mal-prattika normali ta’ investiment tal-investituri privati. L-inkonsistenza ta’ dawn l-infużjonijiet ta’ ekwità mal-prattika tal-investituri privati hija ppruvata fid-dettall fir-rikors. Fir-rigward ta’ dawn it-tranżazzjonijiet speċifiċi, ir-rikors l-ewwel nett juri li l-produttur tal-azzar SOE ħallas prezz sopravalutat tal-porzjon tiegħu tal-ħruġ il-ġdid ta’ ishma b’mod mhux konformi ma’ kundizzjonijiet ġusti tas-suq, u t-tieni nett li uża l-fondi miġbura biex jixtri assi tal-istat u investiment ta’ ekwità bi prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq. Ir-rikors juri wkoll li l-GTĊ ħallas l-istess prezz bħal investituri oħra minkejja li l-ishma tiegħu kienu jiswew anqas billi kellhom drittijiet u prospetti differenti mill-ishma mibjugħa lil azzjonisti oħra.

(207)

Dawn is-sussidji huma speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku minħabba li ngħataw lil numru limitat ta’ entitajiet magħżula li fihom il-gvern kien parteċipant. Għalhekk huwa konkluż li dan il-programm jikkostitwixxi sussidju kumpensatorju għall-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(208)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa kkunsidrat bħala l-ammont tal-infużjonijiet tal-ekwità. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju ppreżentata mill-GTĊ, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni inkluża fir-rikors. Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju kkalkulat b’dan il-mod ġie allokat għall-PI fuq il-bażi tal-perijodu normali ta’ deprezzament tal-assi tal-kumpanniji benefiċjarji. L-ammont kien aġġustat billi żdied l-imgħax matul dan il-perijodu sabiex jirrifletti l-valur tal-benefiċċju maż-żmien u b’hekk jiġi stabbilit il-benefiċċju sħiħ ta’ din l-iskema għall-benefiċjarji. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-livell ta’ produzzjoni tal-benefiċjarji matul il-PI bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(209)

Ir-rata tas-sussidju miksuba b’dan il-mod għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx tammonta għal 0,08 %. Ma kienx meħtieġ li tiġi kkalkulata r-rata tas-sussidju għall-produtturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun u oħrajn għar-raġunijiet deskritti fil-premessi (196) u (197).

3.3.3.3.    Dividendi mhux imħallsa

(a)   Deskrizzjoni

(210)

Ir-rikors allega li skont il-politika tal-GTĊ, l-intrapriżi tal-istat, fosthom il-kumpanniji li jipproduċu l-OCS, ma għandhomx għalfejn iħallsu dividendi lill-gvern bħala s-sid tagħhom anki meta jagħmlu l-profitti. Minħabba f’hekk, il-produtturi tal-azzar SOE jistgħu jiffinanzjaw investiment massiv permezz tal-profitti miżmuma mhux imqassma bħala dividendi skont dan il-programm.

(b)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(211)

Billi l-GTĊ ma pprovdiex informazzjoni dwar dan il-programm (ara l-premessi (196) u (197) aktar ’il fuq), is-sejbiet dwar dan il-programm huma bbażati fuq l-informazzjoni inkluża fir-rikors, appoġġata minn sorsi xierqa. Id-dividendi mhux imħallsa jridu jitqiesu bħala għotja moħbija fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku jew bħala dħul mitluf skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi l-GTĊ ma jiġborx dividendi li normalment jitħallsu lill-investituri privati fuq l-ishma tagħhom. Dawn l-għotjiet moħbija kienu pprovduti mill-gvern permezz tal-entità li għandha direttament l-ishma fil-produtturi tal-azzar SOE, jiġifieri wisq probabbli s-SASAC. L-analiżi fir-rigward tas-SASAC turi li din twettaq funzjonijiet tal-Gvern (għad-dettalji ara l-premessi minn (64) sa (66) aktar ’il fuq).

(212)

L-ammont sħiħ tad-dividendi mhux imħallsa huwa kkunsidrat li jagħti benefiċċju lill-produtturi tal-azzar SOE benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 6(a) tar-Regolament bażiku billi dan mhuwiex konsistenti mal-prattika normali ta’ investiment tal-investituri privati li teħtieġ it-tqassim tad-dividendi normalment marbutin mal-ishma tagħhom. Fil-każ tal-SOEs bi sjieda parzjali minn investituri privati, l-ammont tal-benefiċċji huwa daqs l-ammont tad-dividendi mhux imħallsa distribwiti lilhom fuq bażi pro rata.

(213)

Dawn is-sussidji huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku għax ingħataw lil numru limitat ta’ entitajiet magħżula li fihom ipparteċipa l-gvern. Għalhekk huwa konkluż li dan il-programm jikkostitwixxi sussidju kumpensatorju għall-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(214)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa kkunsidrat bħala l-ammont tad-dividendi mhux imħallsa. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq informazzjoni finanzjarja pubblikament disponibbli dwar il-benefiċjarji. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju kkalkolat kien ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-benefiċjarji matul il-PI bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(215)

Ir-rata tas-sussidju miksuba b’dan il-mod għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx tammonta għal 1,36 %. Ma kienx meħtieġ li tiġi kkalkulata r-rata tas-sussidju għall-produtturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun u oħrajn għar-raġunijiet deskritti fil-premessi (196) u (197).

3.3.4.   PROGRAMMI TA’ TAXXA FUQ L-INTROJTU U TAXXI DIRETTI OĦRA

3.3.4.1.    Politiki tat-Tassazzjoni għat-tnaqqis tal-ispejjeż tar-riċerka ul-iżvilupp (R&D)

(216)

Din l-iskema tipprovdi benefiċċju għall-kumpanniji li jintroduċu teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda jew tekniki ġodda fil-produzzjoni tagħhom. Il-kumpanniji eliġibbli jistgħu jnaqqsu t-taxxa fuq l-introjtu korporattiva tagħhom b’50 % tal-ispejjeż proprji għall-proġetti approvati.

(217)

Huwa nnotat li għalkemm il-GTĊ illimita t-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju u l-ittra ta’ defiċjenza għall-iskemi użati mill-kumpanniji fil-kampjun, huwa ma pprovda l-ebda informazzjoni dwar din l-iskema, minkejja li waħda mill-kumpanniji fil-kampjun irrappurtat benefiċċji taħt din l-iskema fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju. Meta reġa’ ntalab waqt iż-żjara ta’ verifika sabiex jipprovdi l-informazzjoni neċessarja, il-GTĊ pprovda tweġiba supplimentari parzjali dwar dan il-programm. Minkejja li din l-informazzjoni ngħatat tard, it-tim ta’ verifika talab kjarifika dwar diversi kwistjonijiet (ara l-premessa (219) aktar ’l isfel), iżda din ma ngħatatx. Minħabba f’hekk il-Kummissjoni kellha tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-aħjar fatt disponibbli.

(a)   Il-bażi Legali

(218)

Din l-iskema hija pprovduta bħala trattament fiskali preferenzjali mill-Artikolu 30(1) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Kumpanniji tar-RPĊ (l-Ordni Nru 63 tal-President tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, effettiva mill-1 ta’ Jannar 2008), l-Artikolu 95 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Kumpanniji tar-RPĊ (id-Digriet Nru 512 tal-Kunsill tal-Istat tar-RPĊ) u l-Gwida għall-Oqsma Ewlenin (in-Notifika Nru 6, 2007). Il-GTĊ ma pprovdiex id-Digriet Nru 512 u n-Notifika Nru 6 f’dan il-proċediment.

(b)   Eliġibbiltà

(219)

Kif innotat hawn fuq, il-GTĊ ma pprovda l-ebda informazzjoni rilevanti għal din l-iskema fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u għall-ittra ta’ defiċjenza. Fid-dokument ippreżentat waqt il-verifika fuq il-post, il-GTĊ sostna li huma biss it-“tariffi fuq ir-riċerka u l-iżvilupp li jġarrbu l-Intrapriżi fl-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida, prodotti ġodda u ħiliet ġodda” li jistgħu jiġu komputati fid-dħul taxxabbli għall-finijiet ta’ tnaqqis. Madankollu, il-GTĊ ma elaborax dwar it-tifsira tat-termini “teknoloġija ġdida”, “prodotti ġodda” u “ħiliet ġodda”. Il-Kummissjoni ppruvat ukoll issib it-tifsira preċiża ta’ dawn it-termini waqt il-verifika ta’ Zhejiang Huadong iżda l-kumpannija ma kienet kapaċi tipprovdi l-ebda spjegazzjoni konkreta u wieġbet li dawn huma biss termini ġenerali.

(220)

Madankollu, fl-investigazzjoni dwar il-Karta Fina Miksija, kien stabbilit li għal din l-iskema huma eliġibbli biss proġetti ta’ R&D tal-kumpanniji tas-Setturi tat-Teknoloġija Ġdida u Avvanzata li Qegħdin Jirċievu Appoġġ Primarju mill-Istat u proġetti elenkati fil-Gwida għall-Oqsma Ewlenin tal-Industrijalizzazzjoni tat-Teknoloġija Avvanzata skont il-Prijorità tal-Iżvilupp attwali promulgata mill-NDRC (64). Billi ma kienet ipprovduta l-ebda informazzjoni rilevanti ġdida f’dan il-proċediment li tista’ tirribatti din il-konklużjoni, ġie stabbilit li din l-iskema mhijiex disponibbli b’mod ġenerali, billi huma eliġibbli biss industriji/kumpanniji/proġetti partikolari.

(c)   L-implimentazzjoni prattika

(221)

Skont il-GTĊ, il-kumpanniji li jkollhom il-ħsieb li japplikaw għal din il-konċessjoni tat-taxxa jridu jippreżentaw id-Dikjarazzjoni tat-Taxxa fuq l-Introjtu tagħhom u “dokumenti rilevanti oħra” lill-awtorità tat-taxxa mingħajr ma speċifika x’inhuma dawn id-dokumenti rilevanti l-oħra. Fl-investigazzjoni dwar il-Karta Fina Miksija kien stabbilit li kwalunkwe kumpannija li jkollha l-ħsieb li tapplika għall-benefiċċju minn din l-iskema trid tippreżenta informazzjoni dettaljata dwar il-proġetti tal-R&D lill-Uffiċċju tax-Xjenza u t-Teknoloġija lokali u li huwa biss wara eżami li l-Uffiċċju tat-Taxxa joħroġ l-avviż tal-approvazzjoni. Wara l-approvazzjoni, l-ammont soġġett għat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpanniji jitnaqqas b’50 % tal-ispejjeż proprji għall-proġetti approvati (65).

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(222)

Din l-iskema intużat minn wieħed mill-produtturi esportaturi li kkoopera, Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co. Ltd tul il-PI. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u minħabba t-tweġiba tiegħu, li kienet inkompleta u waslet tard, fir-rigward ta’ din l-iskema, ma kienx possibbli li tiġi determinata l-proċedura ta’ applikazzjoni u approvazzjoni li trid issir mill-kumpanniji li jibbenefikaw minn din l-iskema. Kif innotat aktar ’il fuq, il-Kummissjoni kellha tiddependi parzjalment fuq il-fatti stabbiliti fl-investigazzjoni dwar il-Karta Fina Miksija.

(e)   Konklużjoni

(223)

Din l-iskema għandha titqies bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul mitluf tal-gvern li jagħti benefiċċju lill-kumpanniji benefiċjarji.

(224)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji ta’ eliġibbiltà sabiex jinkisbu benefiċċji minn din l-iskema u dwar l-użu tas-sussidju, bil-għan li jiġi stabbilit sa liema punt l-aċċess għas-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk huwiex speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma pprovdiex informazzjoni ta’ din ix-xorta għall-kwestjonarju u għall-ittra ta’ defiċjenza. Barra minn hekk, l-informazzjoni mressqa f’dan ir-rigward waqt iż-żjara ta’ verifika fuq il-post jidher li hi inkompleta fid-dawl tas-sejbiet rigward l-istess skema li nstab li qed tintuża mill-kumpanniji fl-investigazzjoni dwar il-Karta Fina Miksija. Il-Kummissjoni, konxja mir-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe stabbiliment tal-ispeċifiċità għandu jkun “issostanzjat b’mod ċar” fuq il-bażi ta’ evidenza pożittiva, għalhekk kellha tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. L-aħjar fatti disponibbli kienu jinkludu s-sejbiet tal-investigazzjoni dwar il-Karta Fina Miksija.

(225)

Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġislazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità tal-għoti, kienet tillimita l-aċċess għal din l-iskema għal ċerti intrapriżi u industriji biss ikklassifikati bħala mħeġġa, bħal dawk li jappartjenu għall-industrija tal-OCS. Barra minn hekk, ma jidhirx li hemm kriterji oġġettivi li jillimitaw l-eliġibbiltà u l-ebda evidenza konklużiva li l-eliġibbiltà hija awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Huwa nnotat li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-awtoritajiet tal-GTĊ ma jippermettix lill-Kummissjoni li tivvaluta l-eżistenza ta’ tali kriterji oġġettivi.

(226)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(227)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa, wara t-tnaqqis ta’ dak li jitħallas flimkien ma’ tnaqqis ta’ 50 % addizzjonali tal-ispejjeż proprji fuq l-R&D għall-proġetti approvati. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(228)

Wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, jiġifieri l-Grupp ta’ kumpanniji Huadong, ibbenefika minn din l-iskema. Ir-rata tas-sussidju stabbilita għall-Huadong Group hija ta’ 0,19 %.

(229)

Ir-rata medja peżata tas-sussidju għall-kumpanniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija ta’ 0,09 %.

(230)

Minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ffissata fil-livell tal-ogħla rata ta’ sussidju stabbilita għal din l-iskema għall-kumpanniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun, jiġifieri 0,19 %.

3.3.4.2.    Konċessjonijiet tat-taxxa għar-Reġjuni Ċentrali u tal-Punent

(231)

Din l-iskema tipprovdi benefiċċju lill-kumpanniji li jinsabu fir-Reġjuni Ċentrali u tal-Punent. Il-kumpanniji eliġibbli huma soġġetti għal rata preferenzjali ta’ taxxa fuq l-introjtu ta’ 15 % minflok ir-rata tat-taxxa normali fuq l-introjtu ta’ 25 % applikabbli fiċ-Ċina.

(232)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar din l-iskema fil-kwestjonarju, fl-ittra ta’ defiċjenza u mill-ġdid matul iż-żjara ta’ verifika fil-post. Fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-ittra ta’ defiċjenza, il-GTĊ ma wieġeb l-ebda waħda mill-mistoqsijiet u ddikjara li dan il-programm ma kienx għadu validu billi skada fil-31 ta’ Diċembru 2010, u żied jgħid ukoll li l-ebda waħda mill-kumpanniji fil-kampjun ma bbenefikat minn din l-iskema tul il-PI. Madankollu, dan kien f’kuntradizzjoni mat-tweġibiet ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi (Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd) u mal-evidenza miġbura waqt iż-żjara ta’ verifika fuq il-post ta’ din il-kumpannija.

(a)   Il-bażi Legali

(233)

Din l-iskema hija prevista bħala trattament fiskali preferenzjali mill-Avviż dwar Politiki Fiskali Favorevoli għall-Iżvilupp tar-Reġjun tal-Punent (maħruġ mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Uffiċċju Ġenerali tat-Taxxa u l-Uffiċċju Ġenerali tad-Dwana, effettiv mill-1 ta’ Jannar 2001) li kien aġġornat mill-Avviż dwar l-Implimentazzjoni Ulterjuri tal-Politiki Fiskali tal-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Punent (maħruġ mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Uffiċċju Ġenerali tat-Taxxa u l-Uffiċċju Ġenerali tad-Dwana, effettiv mill-1 ta’ Jannar 2011 ’il quddiem) li jestendi l-perijodu ta’ validità ta’ dan il-programm sal-31 ta’ Diċembru 2020.

(b)   Eliġibbiltà

(234)

Huwa nnotat li l-GTĊ ma pprovda tweġibiet għall-ebda waħda mill-mistoqsijiet dwar din l-iskema fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, fl-ittra ta’ defiċjenza u waqt iż-żjara ta’ verifika fuq il-post. Madankollu, skont l-Avviż dwar Politiki tat-Tassazzjoni Favorevoli għall-Iżvilupp tar-Reġjun tal-Punent dan it-trattament tat-tassazzjoni preferenzjali huwa disponibbli għat-tip ta’ intrapriżi mħeġġa fir-Reġjun tal-Punent (imħeġġa tirreferi għal dawk l-intrapriżi b’negozju maġġuri li jammonta għal 70 % jew aktar tad-dħul totali kif deskritt fil-Katalgu tal-industrija, il-prodotti u t-teknoloġiji mħeġġa mill-Istat). Waqt il-verifika fuq il-post ta’ Chongqing Wanda, il-kumpannija kkonfermat li r-raġuni għat-trattament tat-tassazzjoni preferenzjali hija li huma jappartjenu għall-kategorija mħeġġa ta’ industriji fir-reġjun Ċentrali u tal-Punent.

(c)   L-implimentazzjoni prattika

(235)

La l-GTĊ u lanqas Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd ma pprovdew informazzjoni dwar it-tħaddim u l-amministrazzjoni ta’ dan il-programm. Skont iċ-Ċirkulari tal-Kunsill tal-Istat fir-Rigward ta’ Diversi Politiki dwar it-Twettiq tal-Iżvilupp fir-Reġjuni Kbar tal-Punent taċ-Ċina, hija meħtieġa l-approvazzjoni tal-gvernijiet tal-poplu fil-livell provinċjali għat-tnaqqis tar-rata tat-taxxa normali ta’ 25 % għar-rata preferenzjali ta’ 15 %. Fuq il-formola tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu annwali tal-kumpannija, l-ammont imnaqqas (eżentat) tat-taxxa fuq l-introjtu huwa elenkat taħt il-partita 28 – taxxa mnaqqsa.

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(236)

L-iskema ntużat minn wieħed mill-produtturi esportaturi li kooperaw, Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd tul il-PI. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, huwa diffiċli li jiġi konkluż x’inhi l-proċedura ta’ applikazzjoni u approvazzjoni li għandha ssir mill-kumpanniji li jibbenifikaw minn din l-iskema. Il-Kummissjoni kellha tislet il-konklużjonijiet proprji tagħha mid-dokumenti ppreżentati li jiffurmaw il-bażi legali għal din l-iskema mingħajr ma setgħet tfittex l-ispjegazzjonijiet mingħand il-GTĊ.

(e)   Konklużjoni

(237)

Din l-iskema għandha titqies bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul mitluf tal-gvern li jagħti benefiċċju lill-kumpanniji benefiċjarji.

(238)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji ta’ eliġibbiltà sabiex jinkisbu benefiċċji minn din l-iskema u dwar l-użu tas-sussidju sabiex jiġi stabbilit sa liema punt l-aċċess għas-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk huwiex speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta l-ebda tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja mir-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe stabbiliment tal-ispeċifiċità għandu jkun “issostanzjat b’mod ċar” fuq il-bażi ta’ evidenza pożittiva, għalhekk kellha tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(239)

Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġislazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità tal-għoti, kienet tillimita l-aċċess għal din l-iskema biss għal ċerti intrapriżi u industriji kklassifikati bħala mħeġġa, bħal dawk li jappartjenu għall-industrija tal-OCS, u barra minn hekk li jinsabu f’ċerti reġjuni taċ-Ċina. Barra minn hekk, ma jidhirx li hemm kriterji oġġettivi li jillimitaw l-eliġibbiltà u l-ebda evidenza konklużiva li l-eliġibbiltà hija awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Huwa nnotat li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-awtoritajiet tal-GTĊ ma jippermettix lill-Kummissjoni li tivvaluta l-eżistenza ta’ tali kriterji oġġettivi.

(240)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(241)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa, wara t-tnaqqis tal-ammont tat-taxxa mħallas skont ir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu preferenzjali. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, minħabba li s-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(242)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita għall-Panhua Group hija ta’ 0,03 %.

(243)

Ir-rata medja peżata tas-sussidju għall-kumpanniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija ta’ 0,02 %.

(244)

Minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ffissata fil-livell tal-ogħla rata ta’ sussidju stabbilita għal din l-iskema għal entità relatata ma’ waħda mill-kumpanniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun, jiġifieri ta’ 0,04 %.

3.3.5.   PROGRAMMI OĦRA TA’ TAXXA FUQ L-INTROJTU LI GĦALIHOM IL-GTĊ MA PPROVDIEX TWEĠIBIET JEW IPPROVDA BISS TWEĠIBIET INSUFFIĊJENTI

(245)

Ir-rikors iddeskriva numru ta’ allegati programmi ta’ sussidju fir-rigward ta’ produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun u/jew li ma kkooperawx fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sabiex jissottometti informazzjoni dwar dawn il-programmi fil-kwestjonarji oriġinali u supplimentari, u suċċessivament tat opportunità suffiċjenti lill-GTĊ sabiex jipprovdi tweġibiet dwar dawn il-programmi. Il-GTĊ iddeċieda li jipprovdi tweġibiet biss dwar l-allegati programmi ta’ sussidju fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u kkonferma din il-pożizzjoni matul il-proċediment. Madankollu, il-GTĊ ppreżenta informazzjoni u evidenza għal xi wħud minn dawn il-programmi li kienet tindika li dawn kienu ġew itterminati u ma kinux fis-seħħ matul il-PI. Il-Kummissjoni qieset din l-evidenza mressqa mill-GTĊ fis-sejbiet tagħha.

(246)

Għall-programmi l-oħra kollha, il-GTĊ naqas milli jipprovdi informazzjoni jew evidenza. Il-livell sinifikanti ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni f’dan il-proċediment xekkel il-possibbiltà li l-Kummissjoni tikseb informazzjoni u evidenza mingħand il-produtturi esportaturi dwar dawn il-programmi inklużi fir-rikors. Il-Kummissjoni kkonfermat li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma kinux eliġibbli jew ma użawx dawn il-programmi (prinċipalment minħabba li kienu privati, jew billi kienu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm, jew minħabba d-daqs relattivament limitat tagħhom). Għalhekk il-Kummissjoni kellha tiddetermina l-eżistenza ta’ dan il-programm u tistabbilixxi d-dazju residwu fir-rigward tal-programmi l-oħra kollha, li dwarhom il-GTĊ ma ppreżentax informazzjoni u li ma kinux disponibbli għal jew intużaw mill-produtturi esportaturi fil-kampjun fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku.

3.3.5.1.    Kreditu ta’ taxxa fuq l-introjtu għax-xiri ta’ tagħmir tal-produzzjoni mmanifatturat domestikament

(a)   Deskrizzjoni

(247)

Dan il-programm jippermetti li kumpannija titlob krediti ta’ taxxa fuq ix-xiri ta’ tagħmir domestiku jekk proġett ikun konsistenti mal-politiki industrijali tal-GTĊ. Jista’ japplika kreditu tat-taxxa sa 40 % tal-prezz tax-xiri ta’ tagħmir domestiku għaż-żieda inkrimentali fl-obbligazzjoni tat-taxxa mis-sena ta’ qabel.

(b)   Il-bażi legali

(248)

Il-bażijiet legali ta’ dan il-programm huma l-miżuri provviżorji dwar il-kreditu ta’ taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi għall-investiment f’tagħmir immanifatturat domestikament għal proġetti ta’ rinnovazzjoni teknoloġika tal-1 ta’ Lulju 1999 u l-Avviż tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar it-Twaqqif tal-Implimentazzjoni tat-Tnaqqis tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi u l-Politika ta’ Eżenzjoni tal-Investimenti ta’ Intrapriża fix-Xiri ta’ Tagħmir immanifatturat Domestikament, Nru 52 [2008] tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni, effettiv mill-1 ta’ Jannar 2008.

(c)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(249)

Il-GTĊ wieġeb li dan il-programm ġie tterminat minn Jannar 2008, skont l-Avviż imsemmi Nru 52, u li sa fejn kien jaf l-ebda programm ma ħa post dan il-programm. Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sabiex jipprovdi informazzjoni addizzjonali rilevanti, b’mod partikolari dettalji tal-iskeda għall-eliminazzjoni gradwali tal-benefiċċji. Il-GTĊ ma pprovdiex din l-informazzjoni u llimita t-tweġiba tiegħu dwar il-benefiċċji proprji akkumulati għall-produtturi kollha tal-OCS billi rrefera sempliċement għat-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-produtturi fil-kampjun. Il-Kummissjoni diġà spjegat ir-raġunijiet għaliex il-GTĊ kien meħtieġ jipprovdi informazzjoni dwar il-produtturi kollha tal-OCS u mhux biss dwar il-produtturi fil-kampjun (ara l-premessi (34) u (35) aktar ’il fuq). Barra minn hekk, il-GTĊ naqas ukoll milli jipprovdi informazzjoni dwar il-produtturi inklużi fil-kampjun billi rrefera biss għat-tweġibiet tagħhom. Il-Kummissjoni tħoss li dan mhuwiex suffiċjenti biex tiġi pprovduta evidenza tat-terminazzjoni ta’ programm mingħajr ma tiġi pprovduta evidenza addizzjonali dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-benefiċċji proprji skont il-programm u programmi potenzjali ta’ sostituzzjoni. Fir-rigward ta’ dan il-programm, jista’ jkun ukoll il-każ li benefiċċju fiskali (jiġifieri kreditu ta’ taxxa) akkumulat f’sena partikolari jista’ jintuża f’sena fiskali differenti u għalhekk il-benefiċċji jistgħu jestendu lil hinn mill-perijodu ta’ validità tiegħu anki jekk il-programm sadanittant ikun ġie tterminat. Irriżulta li programmi tat-taxxa oħra “tterminati” komplew jagħtu benefiċċji għal xi snin wara d-data ta’ skadenza uffiċjali tagħhom. Jista’ jkun il-każ ukoll li ammonti insolitament kbar ta’ benefiċċju jistgħu jiġu allokati tul iż-żmien. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni pprovduta mill-GTĊ f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni fil-fajl (f’dan il-każ ir-rikors) skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(250)

Dan il-programm jikkostitwixxi sussidju billi jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Dan il-programm jipprovdi benefiċċju lill-benefiċjarji għal ammont daqs l-iffrankar tat-taxxa fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament bażiku billi l-iffrankar tat-taxxa jiddependi mill-użu ta’ oġġetti domestiċi minflok oġġetti importati.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(251)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeżsti tul il-PI. Billi dan il-programm għadu ma ġiex eżaminat fi proċediment kontra s-sussidji mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet deċiżjoni komparabbli mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti. Meta l-ammonti ta’ sussidju jkunu qed jiġu bbażati fuq is-sejbiet f’investigazzjonijiet oħra, tul din ir-regolamentazzjoni jitqies, fost l-oħrajn, jekk kienx hemm tibdiliet sinifikanti fl-iskema inkwistjoni u jekk l-ammont ta’ sussidju setax naqas tul iż-żmien. Huwa nnutat li l-ammont ta’ sussidji rikorrenti ġeneralment ma jonqosx b’dan il-mod. Fin-nuqqas ta’ tibdil jew tnaqqis tal-ammont ta’ sussidju, ir-rata oriġinali mill-investigazzjoni inkwistjoni tintuża bħala l-ammont ta’ sussidju fil-każ preżenti.

(252)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita b’dan il-mod fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,38 % li hija r-rata għal din l-iskema kif stabbilit fil-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 rigward is-Circular Welded Carbon Quality Steel Line Pipe (Paġna Nru 26) (Ir-Reġistru Federali / Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008). Fir-rigward tal-investigazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi fiskali hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-Unjoni (66).

3.3.5.2.    Politiki fiskali preferenzjali għal kumpanniji rikonoxxuti bħala intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida

(a)   Deskrizzjoni

(253)

Dan il-programm jippermetti li intrapriża li tapplika għal Ċertifikat ta’ Intrapriża ta’ teknoloġija Avvanzata u ġdida tibbenefika minn rata tat-taxxa mnaqqsa fuq l-introjtu ta’ 15 % meta mqabbla mar-rata normali ta’ 25 %. Dan il-programm instab bħala kumpensatorju mill-Unjoni fl-investigazzjoni dwar il-Karta Fina Miksija u anki mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti (67).

(b)   Il-bażi legali

(254)

Il-bażi legali ta’ dan il-programm huma l-Artikolu 28 tal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (Nru 63 promulgata fis-16 ta’ Marzu 2007) flimkien mal-Miżuri Amministrattivi għall-Istabbiliment tal-Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, u l-Avviż tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar il-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-Ħlas tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida (Guo Shui Han [2008] Nru 985).

(c)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(255)

Il-GTĊ wieġeb li l-ebda waħda mill-kumpanniji fil-kampjun ma użat dan il-programm matul il-PI u rrefera għat-tweġibiet tal-produtturi fil-kampjun għal informazzjoni rigward kwalunkwe benefiċċju li setgħu rċevew skont dan il-programm. Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti żviluppati aktar ’il fuq fir-rigward tat-talba lill-GTĊ sabiex jipprovdi tweġibiet sħaħ mhux limitati għall-esportaturi fil-kampjun (il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq). Għalhekk il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha dwar dan il-programm fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl (is-sejbiet dwar il-Karta Fina Miksija u r-rikors f’dan il-każ) skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(256)

Dan il-programm jikkostitwixxi sussidju billi jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-benefiċċju għall-benefiċjarju huwa daqs l-iffrankar tat-taxxa provdut permezz ta’ dan il-programm skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku billi huwa limitat għal ċerti intrapriżi u industriji kklassifikati bħala mħeġġa, bħal dawk li joperaw fis-settur tal-azzar. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda kriterji oġġettivi stabbiliti mil-leġislazzjoni jew mill-awtorità tal-għoti dwar l-eliġibbiltà tal-iskema u din mhijiex awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(257)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeżsiti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa, wara t-tnaqqis ta’ dak li tħallas bir-rata tat-taxxa preferenzjali mnaqqsa. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju u billi l-programm diġà ġie eżaminat fi proċediment preċedenti kontra s-sussidji mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet il-valutazzjoni li saret dwar dan il-programm fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (68), aġġustat kif xieraq fejn ikun hemm bżonn kif imsemmi fil-premessa (252) aktar ’il fuq.

(258)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita b’dan il-mod għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ffissata għal 0,9 % li hija l-medja aritmetika tar-rati stabbiliti għal dan il-programm fir-Regolament imsemmi fil-premessa preċedenti.

3.3.5.3.    Konċessjonijiet ta’ taxxa fuq l-introjtu għall-intrapriżi involuti fl-użu ta’ riżorsi komprensivi (“materja prima speċjali”)

(a)   Deskrizzjoni

(259)

Dan il-programm tat-taxxa jippermetti lill-kumpanniji li jużaw xi wieħed mill-materjali elenkati fil-Katalgu tal-Konċessjonijiet ta’ taxxa fuq l-introjtu għall-Intrapriżi involuti fl-użu ta’ Riżorsi Komprensivi bħala l-materja prima prinċipali tagħhom u li jimmanifatturaw prodotti elenkati fl-istess Katalgu b’mod li jissodisfa l-istandards nazzjonali u industrijali rilevanti, li jinkludu l-introjtu li huma jiksbu b’dan il-mod fl-introjtu totali bir-rata mnaqqsa ta’ 90 %. Għalhekk jista’ jitnaqqas 10 % tal-introjtu meta l-kumpanniji jikkalkulaw it-taxxa fuq l-introjtu. Din l-eżenzjoni hija mogħtija għal ħames snin.

(b)   Il-bażi legali

(260)

Il-bażijiet legali ta’ dan il-programm huma: l-Artikolu 33 tal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi, l-Artikolu 99 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi mill-Kunsill tal-Istat u l-Katalgu tal-Konċessjonijiet ta’ Taxxa fuq l-Introjtu għall-Intrapriżi involuti fl-Użu ta’ Riżorsi Komprensivi.

(c)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(261)

Il-GTĊ wieġeb li l-ebda waħda mill-kumpanniji fil-kampjun ma użat dan il-programm matul il-PI u rrefera għat-tweġibiet tal-produtturi fil-kampjun għal informazzjoni dwar kwalunkwe benefiċċju li setgħu rċevew skont dan il-programm. Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti żviluppati aktar ’il fuq fir-rigward tat-talba lill-GTĊ sabiex jipprovdi tweġibiet sħaħ mhux limitati għall-esportaturi fil-kampjun (il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq). Għalhekk il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha dwar dan il-programm fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl (f’dan il-każ ir-rikors) skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(262)

Dan il-programm jikkostitwixxi sussidju billi jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ skont it-termini tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-iskema tipprovdi benefiċċju lill-benefiċjarju daqs l-ammont ta’ ffrankar tat-taxxa skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku billi huwa limitat biss għal ċerti intrapriżi li jużaw bħala materja prima prinċipali r-riżorsi elenkati fil-Katalgu ta’ Konċessjonijiet tat-Taxxa msemmi hawn fuq sabiex jimmanifatturaw il-prodotti elenkati f’dak il-Katalgu.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(263)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeżsiti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa, wara t-tnaqqis ta’ dak li tħallas bir-rata tat-taxxa preferenzjali mnaqqsa. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni inkluża fir-rikors. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidju kkalkulat b’dan il-mod ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-benefiċjarji matul il-PI bħala denominatur xieraq minħabba li s-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(264)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita b’dan il-mod għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx tammonta għal 0,01 %.

3.3.5.4.    Kreditu tat-taxxa fir-rigward tax-xiri ta’ tagħmir speċjali

(a)   Deskrizzjoni

(265)

Dan il-programm jippermetti t-tpaċija mill-kumpanniji ta’ 10 % tal-kost tax-xiri ta’ tagħmir speċjali użat għall-ħarsien tal-ambjent, l-iffrankar tal-enerġija u l-ilma u s-sigurtà tal-produzzjoni, mat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpanniji pagabbli fis-sena tax-xiri. Il-parti li tifdal mill-10 % tal-ammont investit tista’ tiġi riportata għall-ħames snin ta’ wara.

(b)   Il-bażi legali

(266)

Il-bażijiet legali ta’ dan il-programm huma: l-Artikolu 34 tal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi, l-Artikolu 100 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi mill-Kunsill tal-Istat.

(c)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(267)

Il-GTĊ wieġeb li l-ebda waħda mill-kumpanniji fil-kampjun ma użat dan il-programm matul il-PI u rrefera għat-tweġibiet tal-produtturi fil-kampjun għal informazzjoni rigward kwalunkwe benefiċċju li setgħu rċevew skont dan il-programm. Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti żviluppati aktar ’il fuq fir-rigward tat-talba lill-GTĊ sabiex jipprovdi tweġibiet sħaħ mhux limitati għall-esportaturi fil-kampjun (il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq). Għalhekk il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha dwar dan il-programm fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(268)

Dan il-programm jagħti sussidju billi jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-iskema tagħti benefiċċju lill-benefiċjarju daqs l-ammont tal-iffrankar ta’ taxxa skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

(269)

Fir-rigward tal-ispeċifiċità ta’ dan il-programm, huwa kkunsidrat li ma hemmx informazzjoni biżżejjed fil-fajl sabiex il-Kummissjoni tagħmel aktar sejbiet u sussegwentement tasal għal sejba definittiva dwar l-ispeċifiċità tal-programm. Għalhekk il-Kummissjoni ma setgħetx tkompli tivvaluta dan il-programm.

3.3.5.5.    Politika fiskali preferenzjali fuq l-introjtu għall-intrapriżi fir-reġjun tal-Grigal

(a)   Deskrizzjoni

(270)

Dan il-programm jippermetti lill-kumpanniji li jinsabu fir-Reġjun tal-Grigal (inklużi Liaoning, Jilin, u l-Provinċji ta’ Heilongjiang, u l-Muniċipalità ta’ Dalian), l-ewwel nett li jnaqqsu l-perijodu ta’ deprezzament tal-assi fissi b’sa 40 % għall-finijiet ta’ taxxa, u b’hekk iżidu l-ammont annwali ta’ deprezzament li jitnaqqas mit-taxxa fuq l-introjtu u, it-tieni nett, li jqassru l-perijodu tal-amortizzament tal-assi intanġibbli b’sa 40 % għall-finijiet ta’ taxxa, li jirriżulta fi tnaqqis annwali akbar. Skont dokument maħruġ mill-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni, kontribwenti korporattivi f’ċerti setturi speċifikati, fosthom is-settur metallurġiku, jistgħu jibbenefikaw ukoll minn vantaġġi oħra relatati mal-VAT, it-taxxa fuq ir-riżorsi, u t-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpanniji, b’mod partikolari b’rabta max-xiri ta’ assi fissi.

(b)   Il-bażi legali

(271)

Il-bażijiet legali ta’ dan il-programm huma l-Politiki preferenzjali li jirrigwardaw it-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi għar-rivitalizzazzjoni tal-kumpanniji tal-bażi industrijali l-qadima fil-Grigal (Caishui, Nru 153, l-20 ta’ Settembru 2004), l-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar id-Deprezzament tal-Assi u l-Kalibru tal-Implimentazzjoni tal-Politika tal-Amortizzament fil-Bażi Industrijali l-Qadima fil-Grigal (Caishui, Nru 17, it-2 ta’ Frar 2005). Il-GTĊ issottometta l-bażi legali li turi t-terminazzjoni ta’ dan il-programm fl-1 ta’ Jannar 2008, jiġifieri l-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar Diversi Politiki Preferenzjali fir-rigward tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (Nru 1 [2008]).

(c)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(272)

Apparti milli pprovda l-bażi legali msemmija hawn fuq li turi t-terminazzjoni tal-programm, il-GTĊ irrefera sempliċement għat-tweġibiet tal-produtturi fil-kampjun għal informazzjoni rigward kwalunkwe benefiċċju li setgħu rċevew skont il-programm. Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti żviluppati aktar ’il fuq fir-rigward tat-talba lill-GTĊ sabiex jipprovdi tweġibiet sħaħ mhux limitati għall-esportaturi fil-kampjun (il-premessi (34) sa (35) aktar ’il fuq). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li billi dan il-programm jipprevedi sussidji marbuta max-xiri ta’ assi fissi li jistgħu jiġu amortizzati fuq diversi snin u l-GTĊ naqas milli jipprovdi dettalji dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-benefiċċji mogħtija skont dan il-programm jew dwar il-benefiċċji pendenti li kienu għadhom mhux amortizzati b’mod sħiħ, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża s-sejbiet tagħha dwar dan il-programm fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl (f’dan il-każ ir-rikors u s-sejbiet rilevanti tal-Istati Uniti) skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(273)

Dan il-programm jipprovdi sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-benefiċċju skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku jammonta għall-iffrankar tat-taxxa ġġenerat għall-kumpanniji eliġibbli bit-tnaqqis tad-deprezzament aċċellerat u l-ispejjeż ta’ amortizzament marbuta max-xiri ta’ assi fissi. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku billi huwa limitat għal intrapriżi li jinsabu f’żona ġeografika speċifikata, jiġifieri r-Reġjun tal-Grigal.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(274)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeżsiti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu kkunsidrat bħala d-differenza bejn l-ammont tat-taxxa li kieku kellu jitħallas tul il-PI bl-iskeda ta’ depprezzament normali għall-assi kkonċernati u l-ammont li jitħallas bid-deprezzament aċċellerat. Billi dan il-programm għadu ma ġiex eżaminat fi proċediment kontra s-sussidji mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet deċiżjoni komparabbli (ibbażata fuq ix-xebh fin-natura tal-programm (69)) mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti. Kif inhu nnutat fil-premessa (252) aktar ’il fuq, meta l-ammonti ta’ sussidju jkunu qed jiġu bbażati fuq is-sejbiet f’investigazzjonijiet oħra, tul din ir-regolamentazzjoni jitqies, fost l-oħrajn, jekk kienx hemm tibdiliet sinifikanti fl-iskema inkwistjoni u jekk l-ammont ta’ sussidju setax naqas tul iż-żmien. Huwa nnutat li l-ammont ta’ sussidji rikorrenti ġeneralment ma jonqosx b’dan il-mod. Fin-nuqqas ta’ tibdil jew tnaqqis tal-ammont ta’ sussidju, ir-rata oriġinali mill-investigazzjoni inkwistjoni tintuża bħala l-ammont ta’ sussidju fil-każ preżenti.

(275)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ffissata għal 0,08 % li hija r-rata għall-Iskema tal-“Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Introjtu għal Investituri f’Reġjuni Ġeografiċi Speċifikati f’Liaoning” kif stabbilit fil-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tat-3 ta’ Ġunju 2010 dwar il-Wire Decking (Paġna Nru 25) (Ir-Reġistru Federali / Vol. 75, Nru 111, paġna 32902 / l-10 ta’ Ġunju 2010). Fir-rigward tal-investigazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi fiskali hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-Unjoni (70).

3.3.5.6.    Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu għall-investiment f’rinnovazzjoni teknoloġika domestika

(a)   Il-bażi legali

(276)

Il-bażijiet legali għal dan il-programm huma l-ġestjoni tal-Kreditu għall-Investiment fit-Trasformazzjoni Teknoloġika tat-Tagħmir Domestiku tal-Awditu tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi, adottata mill-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni, Nru 13 tas-17 ta’ Jannar 2000, u l-Avviż li jirrigwarda l-Promulgazzjoni u ċ-Ċirkolazzjoni ta’ Miżuri għall-Amministrazzjoni ta’ Proġetti nazzjonali Ewlenin ta’ Rinnovazzjoni Teknoloġka.

(b)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(277)

Il-GTĊ wieġeb li dan il-programm kien itterminat fl-1 ta’ Jannar 2008 bl-Avviż tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar it-Twaqqif tal-Implimentazzjoni tat-Tnaqqis tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi u l-Politika ta’ Eżenzjoni għall-Investimenti ta’ Intrapriża fix-Xiri ta’ Tagħmir immanifatturat domestikament Nru 52 [2008] tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni. Billi dan il-programm jipprovdi benefiċċji fiskali rikorrenti li kienu tterminati mill-2008 u ma hemm l-ebda evidenza dwar benefiċċji pendenti li kienu għadhom qed jiġu amortizzati matul il-PI, il-Kummissjoni tikkonkludi li dan il-programm mhuwiex kumpensatorju.

3.3.5.7.    Diversi skontijiet lokali tat-taxxa

(a)   Deskrizzjoni

(278)

Ir-rikors jelenka diversi skontijiet lokali tat-taxxa disponibbli f’diversi provinċji (jiġifieri Shandong, il-Muniċipalità ta’ Chongqing, ir-Reġjun Guangxi ta’ Zhuang, ir-Reġjuni Ċentrali u tal-Punent) fil-forma ta’ rata tat-taxxa tal-kumpanniji mnaqqsa ta’ 15 % meta mqabbla mar-rata tat-taxxa ġeneralment applikabbli ta’ 25 %.

(b)   Il-bażi legali

(279)

Ir-rikors jirrapporta l-bażi legali tat-tnaqqis tat-taxxa f’Shandong, jiġifieri t-Taxxi Mnaqqsa fuq l-Introjtu fuq il-bażi tal-Pożizzjoni Ġeografika (il-Provinċji ta’ Zheijang u Shandong): il-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tar-RPĊ għall-Intrapriżi b’Investiment Barrani u l-Intrapriżi Barranin, l-Artikolu 7, adottata fid-9 ta’ April 1991, Nru 45.

(c)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(280)

Il-GTĊ sempliċement sostna li l-ebda waħda mill-kumpanniji fil-kampjun ma użat dan il-programm matul il-PI u rrefera għat-tweġibiet tal-kumpanniji fil-kampjun għal informazzjoni dwar il-benefiċċji li setgħu rċevew. Minbarra l-argumenti dwar l-obbigu tal-GTĊ li jipprovdi tweġibiet sħaħ (ara l-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq), il-Kummissjoni tinnota li wieħed mill-esportaturi li kkooperaw ibbenefika minn tal-anqas waħda mir-rati tat-taxxa aktar baxxi elenkati f’din it-Taqsima (ara l-premessi (231) u ta’ wara aktar ’il fuq). Għalhekk il-Kummissjoni qiegħda tuża l-informazzjoni disponibbli fil-fajl (f’dan il-każ ir-rikors u s-sejbiet rilevanti tal-Istati Uniti) skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku għall-valutazzjoni ta’ dan il-programm.

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(281)

Dan il-programm jagħti sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Dan il-benefiċċju rikorrenti huwa daqs l-ammont tal-iffrankar tat-taxxa ġġenerat mir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu aktar baxxa skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Il-programm huwa speċifiku billi huwa limitat għal kumpanniji li jinsabu f’żoni ġeografiċi speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(282)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeżsiti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa, wara t-tnaqqis tal-ammont imħallas skont ir-rata tat-taxxa preferenzjali. Billi dan il-programm għadu ma ġiex eżaminat fi proċediment kontra s-sussidji mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet deċiżjoni komparabbli (ibbażata fuq ix-xebh fin-natura tal-programm) mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti. Kif ġie nnutat qabel, meta l-ammonti ta’ sussidju jkunu qed jiġu bbażati fuq is-sejbiet f’investigazzjonijiet oħra, tul din ir-regolamentazzjoni jitqies, fost l-oħrajn, jekk kienx hemm tibdiliet sinifikanti fl-iskema inkwistjoni u jekk l-ammont ta’ sussidju setax naqas tul iż-żmien. Huwa nnutat li l-ammont ta’ sussidji rikorrenti ġeneralment ma jonqosx b’dan il-mod. Fin-nuqqas ta’ tibdil jew tnaqqis tal-ammont ta’ sussidju, ir-rata oriġinali mill-investigazzjoni inkwistjoni tintuża bħala l-ammont ta’ sussidju fil-każ preżenti.

(283)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija 0,66 % li hija r-rata għall-iskema tat-“Taxxi Mnaqqsa fuq l-Introjtu fuq il-Bażi tal-Pożizzjoni Ġeografika” kif stabbilita fil-Memorandum tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti fuq on Certain Tow Behind Lawn Groomers and Certain Parts Thereof (Paġna Nru 11) (Ir-Reġistru Federali / Vol. 74, Nru 117, paġna 29180 / id-19 ta’ Ġunju 2009). Fir-rigward tal-investigazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi fiskali hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-Unjoni (71).

3.3.5.8.    Eżenzjoni fuq id-dividendi bejn l-intrapriżi residenti ikkwalifikati

(a)   Deskrizzjoni

(284)

Dan il-programm jikkonsisti minn trattament tat-taxxa preferenzjali għal intrapriżi residenti Ċiniżi li jkunu azzjonisti f’intrapriżi residenti Ċiniżi oħra fil-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti dividendi, bonusijiet u investimenti oħra ta’ ekwità għall-intrapriżi residenti prinċipali. Dan il-programm kien ikkumpensat mill-Unjoni fil-proċediment kontra s-sussidji fir-rigward tal-Karta Fina Miksija  (72)

(b)   Il-bażi legali

(285)

Il-bażi legali hija l-Artikolu 26 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi tar-RPĊ, l-Artikolu 83 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi tar-RPĊ, id-Digriet Nru 512 tal-Kunsill tal-Istat, ippromulgat fis-6 ta’ Diċembru 2007.

(c)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(286)

Il-GTĊ wieġeb li l-ebda waħda mill-kumpanniji fil-kampjun ma użat dan il-programm matul il-PI u rrefera għat-tweġibiet tal-produtturi fil-kampjun għal informazzjoni relatata ma’ kwalunkwe benefiċċju li setgħu rċevew skont dan il-programm. Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti tagħha dwar it-talba lill-GTĊ sabiex jipprovdi tweġibiet sħaħ (il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq). Għalhekk iddeċidiet li tibbaża s-sejbiet tagħha dwar dan il-programm fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, jiġifieri s-sejbiet kif inklużi fid-deċiżjoni dwar il-Karta Fina Miksija.

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(287)

Dan il-programm jagħti sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Dan il-benefiċċju huwa daqs l-ammont ta’ ffrankar tat-taxxa mogħti mill-eżenzjoni tat-taxxa fuq id-dividendi, il-bonusijiet u investimenti oħra ta’ ekwità għal intrapriżi residenti Ċiniżi skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Il-programm huwa speċifiku de jure fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġislazzjoni li skontha topera l-awtorità tal-għoti tillimita l-aċċess tiegħu biss għal intrapriżi residenti fiċ-Ċina li jirċievu dħul ta’ dividendi minn intrapriżi residenti oħra, għall-kuntrarju tal-intrapriżi li jinvestu f’intrapriżi mhux residenti. Il-programm huwa speċifiku wkoll skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku minħabba li dan il-programm huwa riservat esklussivament għal industriji u proġetti importanti mħeġġa mill-Istat, bħall-industrija tal-azzar (ara pereżempju l-premessa (182) aktar ’il fuq) u anki li ma hemm l-ebda kriterju oġġettiv li jillimita l-eliġibbiltà għal dan il-programm u l-ebda evidenza konklużiva li dik l-eliġibbiltà hija awtomatika.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(288)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li kien jeżsiti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli bl-inklużjoni tal-introjtu minn dividendi li jiġi minn intrapriżi residenti fiċ-Ċina, wara t-tnaqqis ta’ dak li tħallas bl-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju u billi l-programm diġà kien eżaminat fi proċediment preċedenti kontra s-sussidji mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet il-valutazzjoni li saret għal dan il-programm fil-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija, aġġustat kif xieraq u fejn ikun hemm bżonn kif imsemmi fil-premessa (252) aktar ’il fuq.

(289)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita b’dan il-mod għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija 0,77 % li hija l-medja aritmetika tar-rati stabbiliti għal dan il-programm fil-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija.

3.3.5.9.    Programm Fiskali Preferenzjali għal Entitajiet b’Investiment Barrani (FIEs)

(290)

Ir-rikors jelenka dawn l-iskemi ta’ taxxa preferenzjali fuq l-introjtu favur l-FIEs:

Eżenzjonijiet mit-taxxa skont il-programm tnejn b’xejn, tlieta nofs għall-FIEs produttivi

Eżenzjoni mit-taxxa lokali fuq l-introjtu u programmi ta’ tnaqqis għall-FIEs produttivi

Kreditu tat-taxxa fuq l-introjtu għal FIEs li jixtru tagħmir prodott domestikament

Sussidji ta’ taxxa fuq l-introjtu għall-FIEs abbażi tal-post ġeografiku

(291)

Il-GTĊ issottometta l-bażijiet legali rilevanti biex juri li l-programmi li jirrigwardaw l-FIEs kienu ġew itterminati bl-adozzjoni, fis-16 ta’ Marzu 2007, tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Kumpanniji tal-2008 fil-ħames Sessjoni tal-10 Kungress Nazzjonali tal-Poplu tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, jiġifieri:

L-Avviż tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Implimentazzjoni tal-Politiki Preferenzjali Transnazzjonali fir-rigward tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi Nru 39 [2007] tal-Kunsill tal-Istat;

L-Avviż tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar it-Twaqqif tal-Implimentazzjoni tat-Tnaqqis fit-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi u l-Politika ta’ Eżenzjoni għall-Investimenti ta’ Intrapriża fix-Xiri ta’ Tagħmir prodott Domestikament, Nru 52 [2008] tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni

(292)

Dawn id-dispożizzjonijiet juru li l-benefiċċji tat-taxxa fuq l-introjtu għall-FIEs ġew progressivament eliminati b’mod gradwali sal-aħħar tal-2011. Il-GTĊ sostna wkoll li ma hemm l-ebda programm ta’ sostituzzjoni għall-FIEs u t-trattament tat-tassazzjoni tal-FIEs issa huwa l-istess bħal ta’ kontribwenti korporattivi oħra. Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-programmi ta’ taxxa preferenzjali fuq l-introjtu fir-rigward tal-FIEs għadhom kumpensatorji billi l-produtturi tal-OCS xorta jistgħu jgawdu benefiċċji pendenti tal-anqas għal parti mill-PI sal-aħħar tal-2011 u ma jistax jiġi eskluż li jeżisti programm ta’ sostituzzjoni għall-FIEs mill-2012. Madankollu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tivvalutahomx aktar fid-dawl tal-ħtieġa li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-partijiet kollha kkonċernati, anki fid-dawl tat-tmiem imminenti tal-perijodu progressiv ta’ eliminazzjoni gradwali u n-nuqqas ta’ indikazzjonijiet dwar programm possibbli ta’ sostituzzjoni.

3.3.6.   PROGRAMMI TA’ TAXXA INDIRETTA U TARIFFI TA’ IMPORTAZZJONI

3.3.6.1.    Eżenzjonijiet mit-tariffi fuq l-importazzjoni u l-VAT għall-FIEs u ċerti intrapriżi domestiċi li jużaw tagħmir impurtat f’industriji mħeġġa

(a)   Deskrizzjoni

(293)

Dan il-programm jipprovdi eżenzjoni mill-VAT u mit-tariffi fuq l-importazzjoni favur FIEs jew intrapriżi domestiċi għall-importazzjonijiet ta’ tagħmir kapitali użat fil-produzzjoni tagħhom. Sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni, it-tagħmir ma jridx ikun f’lista ta’ tagħmir mhux eliġibbli u l-intrapriża li tagħmel it-talba trid tikseb Ċertifikat ta’ proġetti Mħeġġa mill-Istat maħruġ mill-awtoritajiet Ċiniżi jew mill-NDRC skont il-leġislazzjoni rilevanti dwar l-investiment, it-taxxa u d-dwana. Dan il-programm kien ikkumpensat mill-Unjoni fil-proċediment kontra s-sussidji fir-rigward tal-Karta Fina Miksija  (73).

(b)   Il-bażi legali

(294)

Il-bażijiet legali ta’ dan il-programm huma ċ-Ċirkolari tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aġġustament tal-Politiki Fiskali dwar Tagħmir Impurtat, Guo Fa Nru 37/1997, l-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni [2008] Nru 43, l-Avviż tal-NDRC dwar il-kwistjonijiet rilevanti li jirrigwardaw l-ittra tal-Amministrazzjoni tal-Konferma dwar Proġetti Domestiċi jew b’Finanzjament Barrani mħeġġa sabiex jiżviluppaw mill-Istat, Nru 316 2006 tat-22 ta’ Frar 2006 u l-Katalgu dwar l-Oġġetti tal-importazzjoni li ma jistgħux jiġu eżentati mid-dazju kemm għall-FIEs, kif ukoll għall-intrapriżi domestiċi, 2008.

(c)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(295)

Il-GTĊ sostna li l-ebda waħda mill-kumpanniji fil-kampjun ma bbenefikat minn dan il-programm matul il-PI u rrefera għat-tweġibiet tal-produtturi fil-kampjun għal informazzjoni relatata ma’ kwalunkwe benefiċċju li setgħu rċevew skont dan il-programm. Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti tagħha dwar it-talba lill-GTĊ sabiex jipprovdi tweġibiet sħaħ (il-premessi (34) u ta’ wara aktar ’il fuq), u għalhekk se tibbaża s-sejbiet tagħha dwar dan il-programm fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, jiġifieri s-sejbiet tagħha fil-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija.

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(296)

Dan il-programm huwa kkunsidrat bħala sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) billi l-FIEs u intrapriżi domestiċi oħra eliġibbli huma meħlusa milli jħallsu l-VAT u/jew tariffi li kienu jkunu dovuti li kieku ma kisbux iċ-ċertifikat rilevanti mill-NDRC ta’ proġett imħeġġeġ mill-Istat. Għalhekk jagħti benefiċċju lill-kumpanniji benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Dan il-programm huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku billi l-leġislazzjoni li skontha topera l-awtorità tal-għoti tillimita l-aċċess tiegħu għall-intrapriżi li jinvestu taħt kategoriji ta’ negozju speċifiċi definiti b’mod eżawrjenti mil-liġi u li jiksbu ċ-Ċertifikat ta’ Proġetti mħeġġa mill-Istat. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda kriterji oġġettivi li jillimitaw l-eliġibbiltà u l-ebda evidenza konklużiva li l-eliġibbiltà hija awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(297)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa kkunsidrat bħala l-ammont tal-VAT u d-dazji eżentati fuq it-tagħmir importat. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju u billi l-programm diġà kien eżaminat fi proċediment preċedenti CVD mill-Unjoni, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet il-valutazzjoni li saret għal dan il-programm fl-investigazzjoni dwar il-Karta Fina Miksija, aġġustat kif xieraq u fejn ikun hemm bżonn kif imsemmi fil-premessa (252) aktar ’il fuq.

(298)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ffissata għal 0,89 % li hija l-medja aritmetika tar-rati stabbiliti għal dan il-programm fl-investigazzjoni dwar il-Karta Fina Miksija.

3.3.6.2.    Rifużjonijiet tal-VAT lill-FIEs li jixtru tagħmir prodott domestikament

(a)   Deskrizzjoni

(299)

Dan il-programm jipprovdi benefiċċji fil-forma ta’ rifużjonijiet tal-VAT imħallsa fuq ix-xiri ta’ tagħmir prodott domestikament mill-FIEs. It-tagħmir ma jridx ikun fil-Katalgu tat-Tagħmir Mhux eżentabbli u l-valur tat-tagħmir ma jridx jaqbeż il-limitu totali ta’ investiment fuq FIE skont il-“Miżuri Amministrattivi bi prova dwar ix-Xiri ta’ Tagħmir Prodott Domestikament”. Dan il-programm kien ikkumpensat mill-Unjoni fil-proċediment kontra s-sussidji fir-rigward tal-Karta Fina Miksija  (74) u mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti fi proċediment dwar dazju kumpensatorju fir-rigward ta’ Folja Libera Miksija mir-RPĊ (75).

(b)   Il-bażi legali

(300)

Il-bażijiet legali ta’ dan il-programm huma ċ-Ċirkolari tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar il-ħruġ tal-miżuri provviżorji għall-Amministrazzjoni tar-rifużjonijiet tat-taxxa għax-xiri ta’ tagħmir immanifatturat domestikament mill-FIEs Nru 171, 199, 20.09.1999; l-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar it-Twaqqif tal-Implimentazzjoni tal-Politika ta’ Rifużjoni tat-Taxxa lil Intrapriżi b’finanzjament Barrani għax-Xiri tagħhom ta’ Tagħmir Immanifatturat Domestikament, Nru 176 [2008] tal-Ministeru tal-Finanzi.

(c)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(301)

Il-GTĊ sostna li dan il-programm ġie tterminat bl-Avviż Nru 176 [2008] li saret referenza għalih aktar ’il fuq, mill-1 ta’ Jannar 2009. Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sabiex jipprovdi informazzjoni dwar it-terminazzjoni attwali tal-benefiċċji li jkunu jridu jiġu allokati fuq perijodu itwal ta’ żmien billi dan il-programm huwa marbut max-xiri ta’ assi mmanifatturati domestikament. Il-GTĊ irrefera sempliċement għat-tweġibiet tal-produtturi fil-kampjun għal informazzjoni dwar kwalunkwe benefiċċju li setgħu rċevew skont dan il-programm. Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti tagħha dwar it-talba lill-GTĊ sabiex jipprovdi tweġibiet sħaħ (il-premessi (34) u ta’ wara aktar ’il fuq). Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Avviż Nru 176 jipprovdi għal perijodu tranżitorju għax-xiri ta’ assi fissi eliġibbli u sabiex tintbagħat l-applikazzjoni għall-ksib tal-benefiċċji sat-30 ta’ Ġunju 2009. Billi l-GTĊ naqas milli jipprovdi informazzjoni dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-benefiċċji u minħabba li dawn il-benefiċċji, billi huma marbuta ma’ assi fissi, jistgħu jiġu allokati maż-żmien u jkomplu fil-PI, il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha dwar dan il-programm fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, jiġifieri s-sejbiet fil-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija.

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(302)

Dan il-programm huwa kkunsidrat bħala sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u b’hekk jagħti benefiċċju lill-kumpanniji benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Il-programm huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġislazzjoni nnifisha li skontha topera l-awtorità tal-għoti tillimita l-aċċess tiegħu għal ċerti intrapriżi (FIEs) għax-xiri ta’ tagħmir mhux inkluż fil-Katalgu ta’ tagħmir mhux eżentabbli. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ nuqqas ta’ speċifiċità skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku minħabba li ma hemm l-ebda kriterji oġġettivi li jillimitaw l-eliġibbiltà għal dan il-programm u l-ebda evidenza konklużiva li l-eliġibbiltà hija awtomatika. Barra minn hekk, il-programm huwa speċifiku wkoll fis-sens tal-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament bażiku billi s-sussidju jiddependi aktar fuq l-użu ta’ oġġetti domestiċi milli fuq dawk impurtati.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(303)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa kkunsidrat bħala l-ammont tal-VAT rimborżat fuq ix-xiri ta’ tagħmir prodott domestikament. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju u billi l-programm diġà kien eżaminat fi proċediment preċedenti CVD mill-Unjoni, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet il-valutazzjoni li saret għal dan il-programm fil-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija, aġġustat kif xieraq u fejn ikun hemm bżonn kif imsemmi fil-premessa (252) aktar ’il fuq.

(304)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita b’dan il-mod għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,04 % li hija l-medja aritmetika tar-rati stabbiliti għal dan il-programm fil-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija.

3.3.6.3.    Tnaqqis tal-VAT fuq assi fissi fir-reġjun Ċentrali

(a)   Deskrizzjoni

(305)

Dan il-programm ikopri kontribwenti tal-VAT prinċipalment attivi f’ċerti industriji elenkati, fosthom l-industrija metallurġika. Il-programm jistipula li l-kontribwenti tal-VAT eliġibbli li jinsabu f’26 belt tal-bażijiet industrijali l-qodma tar-reġjun ċentrali, li jagħmlu investimenti f’ċerti assi fissi, jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ VAT imħallas fuq l-assi fissi mill-VAT totali pagabbli tagħhom.

(b)   Il-bażi legali

(306)

Il-bażijiet legali ta’ dan il-programm huma l-Avviż dwar il-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni li joħorġu l-Miżuri Interim għat-Twessigħ tal-Kamp ta’ Applikazzjoni tat-Tpaċija għat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud fir-Reġjun Ċentrali, Nru 75, 2007, l-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar l-Implimentazzjoni Nazzjonali tar-riforma tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, Nru 170 [2008] tal-Ministeru tal-Finanzi.

(c)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(307)

Il-GTĊ sostna li dan il-programm ġie tterminat bl-Avviż Nru 170 [2008] fl-1 ta’ Jannar 2009 u rrefera għat-tweġibiet tal-produtturi inklużi fil-kampjun għal informazzjoni dwar kwalunkwe benefiċċju li setgħu rċevew skont dan il-programm. Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti tagħha dwar it-talba lill-GTĊ sabiex jipprovdi tweġibiet sħaħ (il-premessi (34) u ta’ wara aktar ’il fuq). Il-Kummissjoni tinnota li l-Avviż Nru 170 jgħid li l-benefiċċji relatati mal-VAT għall-kumpanniji li jinsabu fir-Reġjun Ċentrali jintemmu fl-aħħar tal-2008 u jistgħu jiġu riportati biss sa Jannar 2009. Madankollu, dawn il-benefiċċji, billi huma marbuta ma’ assi fissi, jistgħu jiġu allokati maż-żmien u jkomplu fil-PI; barra minn hekk, l-Avviż jidher li jinkludi sistema preferenzjali oħra tal-VAT għal dawk l-intrapriżi li jinsabu fir-Reġjun Ċentrali, minn Jannar 2009, li tikkonsisti minn nofs ir-rati tal-VAT applikabbli. Fin-nuqqas ta’ kjarifika mill-GTĊ dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-benefiċċji pendenti taħt dan il-programm jew dwar id-dettalji ta’ kwalunkwe programm ta’ sostituzzjoni, il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha dwar dan il-programm fuq l-evidenza disponibbli fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(308)

Dan il-programm huwa kkunsidrat bħala sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u għalhekk jagħti benefiċċju lill-kumpanniji benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku daqs l-ammont tal-iffrankar ta’ VAT iġġenerat mit-tnaqqis fuq ix-xiri tal-assi fissi. Il-programm huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġislazzjoni tillimita l-aċċess għal ċerti intrapriżi, jiġifieri l-industriji li joperaw fis-setturi elenkati. Dan il-programm huwa speċifiku wkoll skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li huwa limitat għal ċerti żoni speċifikati, jiġifieri l-ibliet tal-bażijiet industrijali l-qodma tar-Reġjun Ċentrali.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(309)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa kkunsidrat bħala l-ammont ta’ ffrankar ta’ VAT iġġenerat mit-tnaqqis fuq ix-xiri tal-assi fissi. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju u billi diġà kien eżaminat programm komparabbli tal-VAT f’dan il-proċediment, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet il-valutazzjoni li saret fl-premessi (297) u (298).

(310)

Għalhekk, ir-rata tas-sussidju stabbilita għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,89 %.

3.3.6.4.    Privileġġi oħra tat-taxxa ta’ Ma’anshan

(a)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(311)

Ir-rikors elenka privileġġi tat-taxxa mixxellanji mill-2008 sal-2010 li bbenefikaw minnhom produtturi tal-OCS f’Ma’anshan u Wuhan, fosthom eżenzjonijiet mit-taxxa tal-belt tal-manutenzjoni u l-kostruzzjoni, u imposti addizzjonali fuq il-fondi tal-edukazzjoni. Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ biex jipprovdilha informazzjoni dwar dawn il-benefiċċji tat-taxxa. Il-GTĊ wieġeb li l-informazzjoni mitluba kienet irrilevanti għall-investigazzjoni minħabba li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma kien jinsab f’Ma’anshan. Il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjoni tagħha li l-GTĊ intalab jissottometti informazzjoni wkoll dwar l-allegazzjonijiet ta’ sussidju fir-rigward tal-kumpanniji mhux inklużi fil-kampjun (il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq).

(312)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni pprovduta mill-GTĊ, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-privileġġi tat-taxxa disponibbli f’Ma’anshan u Wuhan għandhom jitqiesu bħala sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii). Huma jagħtu benefiċċju lill-kumpanniji benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku billi jipprovdu ffrankar ta’ taxxa daqs id-differenza bejn it-taxxa mħallsa u l-ammont ta’ taxxa normalment pagabbli fin-nuqqas ta’ dan il-programm. Il-programm huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku billi huwa limitat għall-intrapriżi stabbiliti f’ċerti reġjuni jew muniċipalitajiet speċifikati f’Ma’anshan.

(b)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(313)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni mogħtija fir-rikors. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju kkalkolat kien ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-benefiċjarji matul il-PI bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(314)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita b’dan il-mod għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx tammonta għal 0,08 %.

3.3.7.   PROGRAMMI TA’ GĦOTJIET

(315)

Ir-rikors allega li mis-sena 2005 sa ftit ilu (inkluża s-sena 2009) il-kumpanniji li jipproduċu l-prodott ikkonċernat irċevew benefiċċji taħt diversi programmi u sottoprogrammi ta’ għotjiet. Ma jistax jiġi eskluż li l-pagamenti taħt dan il-programm għadhom għaddejjin jew saru fuq bażi mhux rikorrenti b’rabta ma’ investiment kapitali u għalhekk għad hemm benefiċċji kontinwi mhux amortizzati għalkollox matul il-perijodu magħżul ta’ amortizzament fuq 15-il sena. Il-GTĊ intalab jissottometti informazzjoni dwar dawn il-programmi iżda naqas milli jipprovdi tweġiba utli dwar xi wieħed minn dawn il-programmi. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ tweġibiet mill-GTĊ dwar dawn l-aspetti kollha, il-Kummissjoni qiegħda tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-aħjar evidenza disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

3.3.7.1.    Il-programm China World Top Brand

(a)   Il-bażi legali

(316)

Il-bażijiet legali ta’ dan il-programm kif irrappurtati fir-rikors huma dawn li ġejjin:

Iċ-Ċirkolari dwar it-Twettiq tal-Evalwazzjoni tal-Prodotti li għandhom jiġu Rikonoxxuti bħala China World Top Brand, GZJH [2005] Nru 95

L-Avviż Nru 5, 2005 tal-Kumitat ta’ Promozzjoni Ċiniż għall-Istrateġija Top Brand, li Jippromulga l-Lista taċ-China Top Brand Products

Iċ-Ċirkolari dwar l-applikazzjoni taċ-China World Top Brands fl-2006, ZJZH [2006] Nru 11;

L-Avviż Nru 6, 2006 tal-Kumitat ta’ Promozzjoni Ċiniż għall-Istrateġija Top Brand, li Jippromulga l-Lista taċ-China Top Brand Products

L-Avviż Nru 6, 2007 tal-Kumitat ta’ Promozzjoni Ċiniż għall-Istrateġija Top Brand, li Jippromulga l-Lista taċ-China Top Brand Products

Iċ-Ċirkolari dwar l-applikazzjoni taċ-China World Top Brands fl-2008, ZJZH [2008] Nru 23;

Il-Miżuri għall-Amministrazzjoni taċ-Chinese Top-Brand Products maħruġa mill-GTĊ

(b)   Eliġibbiltà

(317)

Għall-benefiċċji ta’ dan il-programm huma intitolati biss il-produtturi mogħtija l-isem ta’ "China World Top Brand". Ir-rikors jirrapporta li numru ta’ prodotti tal-azzar magħmula mill-kumpanniji tal-azzar soġġetti għal din l-investigazzjoni qed jingħataw dan l-isem.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(318)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ, is-sejbiet huma bbażati fuq l-informazzjoni preżenti fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(319)

Dan il-programm jipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-forma ta’ għotjiet, self taħt il-livell tas-suq u inċentivi oħra, li jikkostitwixxu trasferiment dirett ta’ fondi li jagħti benefiċċju lill-benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

(320)

Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġislazzjoni tillimita l-aċċess għal ċerti intrapriżi biss, jiġifieri l-intrapriżi li ntgħażlu bħala "China World Top Brand" għall-prodotti tagħhom. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda kriterji oġġettivi stabbiliti mill-awtorità tal-għoti fir-rigward tal-eliġibbiltà għal din l-iskema, li mhijiex awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(321)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienu deċiżjonijiet komparabbli tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti. Kif intqal qabel, meta l-ammonti ta’ sussidju jkunu qed jiġu bbażati fuq is-sejbiet f’investigazzjonijiet oħra, tul din ir-regolamentazzjoni jitqies, fost l-oħrajn, jekk kienx hemm tibdiliet sinifikanti fl-iskema inkwistjoni u jekk l-ammont ta’ sussidju setax naqas tul iż-żmien. Huwa nnutat li l-ammont ta’ sussidji rikorrenti ġeneralment ma jonqosx b’dan il-mod. Fin-nuqqas ta’ tibdil jew tnaqqis tal-ammont ta’ sussidju, ir-rata oriġinali mill-investigazzjoni inkwistjoni tintuża bħala l-ammont ta’ sussidju fil-każ preżenti.

(322)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita b’dan il-mod fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija 0,13 % li hija l-medja aritmetika għal programmi simili kif stabbilita fil-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-6 ta’ April 2009 dwar l-Aċidu Ċitriku u Ċerti Mluħa taċ-Ċitrat (Paġna Nru 6) (Ir-Reġistru Federali Vol. 74, Nru 69, paġna 16836 / it-13 ta’ April 2009), il-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-14 ta’ Mejju 2010 dwar Swiegla tal-Wajer tal-Azzar għall-Konkrit tal-Prestressing (Paġna Nru 29) (Ir-Reġistru Federali Vol. 75, Nru 98, paġna 28557 / il-21 ta’ Mejju 2010), il-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tat-28 ta’ Mejju 2010 dwar Ċerti Gradi tal-Azzar (Paġna Nru 18) (Ir-Reġistru Federali Vol. 75, Nru 109, paġna 32362 / it-8 ta’ Ġunju 2010), il-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tat-28 ta’ Marzu 2011 dwar l-Estrużjonijiet tal-Aluminju (Paġna Nru 19) (Ir-Reġistru Federali Vol. 76, Nru 64, paġna 18521 / l-4 ta’ April 2011) u l-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-11 ta’ Ottubru 2011 dwar Pavimenti tal-Injam b’Ħafna Saffi (Paġna Nru 17) (Ir-Reġistru Federali Vol. 76, Nru 201, paġna 64313 / it-18 ta’ Ottubru 2011). Fir-rigward tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi ta’ għotjiet hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-Unjoni (76).

3.3.7.2.    Il-programm u s-sottoprogrammi Famous Brands (Famous Brands ta’ Chongqing, Famous Brands tal-Provinċja ta’ Hubei, Famous Brands ta’ Ma’anshan, Top Brands tal-Provinċja ta’ Shandong, Famous Brands ta’ Wuhan)

(a)   Il-bażi legali

(323)

Il-bażijiet legali ta’ dan il-programm kif irrappurtati fir-rikors fir-rigward tas-sottoprogramm ta’ Shandong huma dawn li ġejjin:

L-Avviż dwar l-Istampar u d-Distribuzzjoni tal-Politiki tal-2003 għall-Inkoraġġiment u l-espansjoni tal-Esportazzjoni tal-Kummerċ Barrani lejn Shandong, LWJMJCZ, [2003] Nru 180;

Il-Politiki tal-2004 għall-Inkoraġġiment tal-Iżvilupp tal-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni Ekonomika f’Shandong, LWJMJCZ, [2003] Nru 1037;

Il-Politiki tal-2005 għall-Inkoraġġiment tal-Iżvilupp tal-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni Ekonomika f’Shandong;

L-Avviż dwar l-Istampar u d-Distribuzzjoni tal-Politiki tal-2006 għall-Inkoraġġiment tal-Iżvilupp tal-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni Ekonomika f’Shandong, LCQ [2006] Nru 5.

Il-Baġit Speċjali tal-Fond ta’ Għoti għall-Iżvilupp tal-Marki li Jesportaw lilhom infushom, Lucaiqizhi, 2008, Nru 75

(b)   Eliġibbiltà

(324)

Dan il-programm jagħti benefiċċji lill-produtturi ta’ prodotti indikati bħala "Famous Brands" u maħsuba għas-swieq tal-esportazzjoni. Ir-rikors jirreferi għal numru ta’ produtturi tal-prodott ikkonċernat li bbenefikaw minn dan il-programm tal-anqas sal-2009.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(325)

Ir-rikors jafferma li dan il-programm ġie mfassal sabiex jippromwovi l-industriji domestiċi avvanzati u jinkoraġġixxi l-esportazzjonijiet tal-prodotti tagħhom lejn is-swieq dinjija. Il-qafas prinċipali ta’ dan il-programm huwa stabbilit fil-programm ċentrali, u l-gvernijiet provinċjali u lokali jiżviluppaw il-programmi “famous brands” tagħhom b’mod konsistenti mal-programm ċentrali sabiex jippromwovu l-esportazzjoni tal-prodotti lokali. L-Istati Uniti kkuntestaw dan il-programm tal-għotjiet fid-WTO (DS 387). Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti kkumpensaw għal dan il-programm f’diversi proċedimenti msemmija fir-rikors. Il-Kummissjoni kkumpensat ukoll għall-benefiċċji skont dan il-programm fil-każ tal-Karta fina miksija (77).

(326)

Il-programm “famous brands” jipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-forma ta’ self b’imgħax issussidjat, finanzjament għall-R&D, u għotjiet ta’ flus għall-esportazzjoni. Dawn l-inċentivi jikkostitwixxu trasferiment dirett ta’ fondi li jagħti benefiċċju lill-benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

(327)

Dan is-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġislazzjoni tillimita l-aċċess biss għal dawk l-intrapriżi rikonoxxuti li jesportaw prodotti indikati bħala “famous brands”. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas apparenti ta’ kriterji u kundizzjonijiet oġġettivi għall-applikazzjoni ta’ dan il-programm mill-awtorità tal-għoti, l-ispeċifiċità tinstab ukoll skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. It-trattament preferenzjali skont dan il-programm huwa speċifiku wkoll skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-benefiċċji tiegħu jiddependu mill-andament tal-esportazzjoni tal-prodotti “famous brand” rilevanti.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(328)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienu deċiżjonijiet komparabbli (ibbażati fuq xebh fin-natura tal-programm) tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti. Kif intqal qabel, meta l-ammonti ta’ sussidju jkunu qed jiġu bbażati fuq is-sejbiet f’investigazzjonijiet oħra, tul din ir-regolamentazzjoni jitqies, fost l-oħrajn, jekk kienx hemm tibdiliet sinifikanti fl-iskema inkwistjoni u jekk l-ammont ta’ sussidju setax naqas tul iż-żmien. Huwa nnutat li l-ammont ta’ sussidji rikorrenti ġeneralment ma jonqosx b’dan il-mod. Fin-nuqqas ta’ tibdil jew tnaqqis tal-ammont ta’ sussidju, ir-rata oriġinali mill-investigazzjoni inkwistjoni tintuża bħala l-ammont ta’ sussidju fil-każ preżenti.

(329)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita b’dan il-mod fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija 0,13 % li hija l-medja aritmetika għal programmi simili kif stabbilita fil-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-6 ta’ April 2009 dwar l-Aċidu Ċitriku u Ċerti Mluħa taċ-Ċitrat (Paġna Nru 6) (Ir-Reġistru Federali Vol. 74, Nru 69, paġna 16836 / it-13 ta’ April 2009), il-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-14 ta’ Mejju 2010 dwar Swiegla tal-Wajer tal-Azzar għall-Konkrit tal-Prestressing (Paġna Nru 29) (Ir-Reġistru Federali Vol. 75, Nru 98, paġna 28557 / il-21 ta’ Mejju 2010), il-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tat-28 ta’ Mejju 2010 dwar Ċerti Gradi tal-Azzar (Paġna Nru 18) (Ir-Reġistru Federali Vol. 75, Nru 109, paġna 32362 / it-8 ta’ Ġunju 2010), il-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tat-28 ta’ Marzu 2011 dwar l-Estrużjonijiet tal-Aluminju (Paġna Nru 19) (Ir-Reġistru Federali Vol. 76, Nru 64, paġna 18521 / l-4 ta’ April 2011) u l-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-11 ta’ Ottubru 2011 dwar Pavimenti tal-Injam b’Ħafna Saffi (Paġna Nru 17) (Ir-Reġistru Federali Vol. 76, Nru 201, paġna 64313 / it-18 ta’ Ottubru 2011). Fir-rigward tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi ta’ għotjiet hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-Unjoni (78).

3.3.7.3.    Il-Fond Statali għal proġetti teknoloġiċi ewlenin

(a)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-Gvern taċ-Ċina

(330)

Fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, il-GTĊ sostna biss li dan il-programm ġie tterminat fl-2003 u li l-ebda wieħed mill-esportaturi fil-kampjun ma bbenefika minnu. Billi l-GTĊ ma ssupplimenta din it-tweġiba bl-ebda evidenza sottostanti jew xi kjarifika oħra, il-Kummissjoni tanalizza dan il-programm fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(b)   Il-bażi legali

(331)

Il-bażijiet legali ta’ dan il-programm li hemm referenza għalihom fir-rikors huma dawn li ġejjin:

Iċ-Ċirkularijiet tal-Istat: Guojingmao Touzi Nru 886 tal-1999, Guojingmao Touzi Nru 122 tal-1999, Guojingmao Touzi Nru 1038 tal-1999, Guojingmao Touzi Nru 822 tal-2000 u

Il-Miżuri għall-Amministrazzjoni tal-Fond Speċjali Nazzjonali tad-Dejn għal Proġetti Nazzjonali ta’ Rinnovazzjoni Teknoloġika Ewlenin

(c)   Eliġibbiltà

(332)

Skont il-kwotazzjonijiet tal-bażi legali prinċipali inklużi fir-rikors, l-intrapriżi appoġġati skont dan il-programm “għandhom jintgħażlu prinċipalment mill-intrapriżi possedenti l-kbar tal-istat minn fost 512-il intrapriża, 120 grupp ta’ intrapriżi bi prova u l-intrapriża prinċipali fl-industrija.” Hemm ukoll preferenza ġeografika għall-intrapriżi li jinstabu fil-bażijiet industrijali l-qodma fil-Grigal, fiċ-Ċentru u fil-Punent.

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(333)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni qiegħda tiddependi fuq l-elementi inklużi fir-rikors u/jew fuq is-sorsi l-oħra msemmija fir-rikors (79).

(334)

Ir-rikors jirrapporta li dan il-programm fittex li jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-intrapriżi eliġibbli sabiex jippromwovi: ir-rinnovazzjoni teknoloġika f’industriji, intrapriżi u prodotti ewlenin; l-iffaċilitar tat-titjib fit-teknoloġija; it-titjib tal-istruttura tal-prodotti; it-titjib fil-kwalità; iż-żieda fil-provvista; l-espansjoni tad-domanda domestika; l-iżvilupp kontinwu u sod tal-ekonomija tal-Istat. Skont ir-rikors, il-fond għen 47 industrija tal-ħadid u l-azzar fir-rigward ta’ investimenti li laħħqu RMB 75 biljun. L-awtoritajiet tal-Istati Uniti kkumpensaw għal dan il-programm tal-anqas f’żewġ proċedimenti.

(335)

Il-programm jikkostitwixxi sussidju billi jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ għotjiet għall-akkwiżizzjoni ta’ assi fissi skont l-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, li jagħti benefiċċju lill-benefiċjarju. Billi s-sussidju huwa marbut ma’ assi fissi u jiġi allokat maż-żmien, ġie konkluż, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, li dan il-benefiċċju kompla fil-PI.

(336)

Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku billi l-appoġġ huwa limitat għal ċerti intrapriżi kbar tal-istat u intrapriżi possedenti tal-istat fost 512-il intrapriżi ewlenija u 120 grupp ta’ intrapriżi pilota. Fejn il-proġett jiffoka fuq kumpanniji li jinsabu f’reġjuni ġeografiċi speċifikament indikati tal-bażi industrijali l-qadima fiż-żoni tal-Grigal, ċentrali u tal-Punent, huwa speċifiku wkoll fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(337)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini ta’ benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju lill-produtturi esportaturi kien deċiżjoni simili li ttieħdet mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, jiġifieri l-Memorandum tad-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-10 ta’ Settembru 2010 dwar Ċerti Prodotti ta’ Karbonju Bla Saldaturi u Standard tal-Azzar Liga, Linji, u Pajpijiet tal-Pressa (Paġni Nru 19) (Ir-Reġistru Federali Vol. 75, Nru 182, paġna 57444 / il-21 ta’ Settembru 2010).

(338)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija 0,01 % li hija r-rata għal skema simili kif stabbilita fid-deċiżjoni tal-Istati Uniti msemmija fil-premessa preċedenti.

3.3.7.4.    Programmi għar-rifużjoni tat-tariffi legali antidumping

(a)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ

(339)

Ir-rikors irrefera għal diversi investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet (80) tal-Istati Uniti u l-Kummissjoni (il-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija) li sabu bħala kumpensatorji diversi programmi provinċjali li bihom 40 % tat-tariffi legali għall-parteċipazzjoni ta’ kumpannija fi proċediment antidumping tħallsu lura mill-uffiċċju finanzjarju lokali. Billi l-GTĊ ma weġibx għall-mistoqsijiet dwar dan il-programm, fejn sostna biss li l-esportaturi inklużi fil-kampjun ma kinux ibbenefikaw minnu, il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-evidenza disponibbli fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(b)   Il-bażi legali

(340)

Skont ir-rikors u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-Karta Fina Miksija (il-premessa (193)), il-bażi legali ta’ dan il-programm hija din li ġejja:

Ir-Regoli għall-Implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sostenn tal-Antidumping, Kontra s-sussidju, Rispondent tal-investigazzjoni ta’ Salvagwardja

(c)   Eliġibbiltà

(341)

Dan il-programm huwa disponibbli għall-kumpanniji involuti fl-investigazzjonijiet antidumping u li jaħdmu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-Ministeru tal-Kummerċ u l-awtoritajiet provinċjali.

(d)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(342)

Dan il-programm jikkostitwixxi sussidju billi jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku sabiex ikopri t-tariffi legali fi proċedimenti antidumping u jagħti benefiċċju fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) u (c) tar-Regolament bażiku minħabba li huwa limitat għal ċerti intrapriżi li huma soġġetti għal proċedimenti antidumping barranin. Barra minn hekk, dan il-programm huwa speċifiku wkoll fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li huwa limitat għal ċerti intrapriżi rreġistrati fir-reġjuni ġeografiċi indikati rregolati mill-awtoritajiet provinċjali rilevanti li jimplimentaw dan il-programm.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(343)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini ta’ benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju u billi l-programm diġà kien eżaminat fi proċediment preċedenti kontra s-sussidji mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet il-valutazzjoni li saret għal dan il-programm fil-proċediment dwar il-Karta Fina Miksija, aġġustat kif xieraq u fejn ikun hemm bżonn kif imsemmi fil-premessa (252) aktar ’il fuq.

(344)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita b’dan il-mod għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,01 % fuq il-bażi tas-sejbiet dwar il-Karta Fina Miksija (81).

3.3.8.   IX-XIRI TA’ OĠĠETTI MILL-GVERN GĦAL RIMUNERAZZJONI OGĦLA MINN DIK ADEGWATA

(345)

Ir-rikors kien jinkludi evidenza li l-GTĊ kien xtara mingħand l-SOEs prodotti tal-azzar li kienu manifatturati minn produtturi tal-OCS. Ir-rikors irrefera għax-xiri mill-GTĊ ta’ għadd ta’ prodotti tal-azzar, inkluż folja miksija bil-kulur, kojls ta’ folji llaminati bis-sħana, folji llaminati bil-kesħa, medium plates, folja ggalvanizzata u ħafna oħrajn. Ir-rikors wera li l-prezz għax-xiri ta’ dawn il-prodotti mill-SOEs kien stabbilit b’referenza għal elementi u/jew valuri referenzjarji differenti, u li kien hemm limiti massimi jew aġġustamenti fil-prezzijiet skont il-prodotti differenti u skont jekk it-tranżazzjoni kinitx tikkonċerna partijiet relatati.

(346)

Il-GTĊ wieġeb b’referenza għall-argumenti ġenerali mressqa f’dan ir-rikors dwar l-SOEs, jiġifieri li ma kienx intwera li l-SOEs li xtraw dawn il-prodotti tal-azzar kienu korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Ftehim WTO SCM u li kien impossibbli għall-GTĊ li jiġbor data dwar it-tranżazzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ entitajiet mhux magħrufa. Il-GTĊ iddikjara wkoll li ir-rikors ma rrefera għall-ebda xiri ta’ prodotti li kien jinvolvi lill-esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni tirreferi għall-konklużjonijiet tagħha dwar l-akkwirenti tal-OCS u ta’ prodotti oħrajn tal-azzar li huma SOEs (il-premessi (49) – (73) aktar ’il fuq) u għat-talba lill-GTĊ sabiex jipprovdi informazzjoni wkoll dwar l-esportaturi li mhumiex inklużi fil-kampjun (ara l-premessi (34) u (35) aktar ’il fuq). Minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni ulterjuri pprovduta mill-GTĊ dwar dan il-programm, il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(347)

Fejn il-prezzijiet huma ogħla mill-prezzijiet tas-suq u jiġi konferit benefiċċju mill-Istat fuq il-produtturi tal-OCS permezz tal-SOEs akkwirenti, dan il-programm huwa kumpensatorju skont l-Artikolu 3(1)(a)(iii) u l-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku. Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat ukoll li l-allegazzjoni tar-rikors li ma jeżisti ebda prezz privat kredibbli fis-suq minħabba l-predominanza tas-settur pubbliku fis-suq tal-azzar ġiet ikkonfermata mill-investigazzjoni, minħabba li l-SOEs għandhom sehem predominanti fis-suq tal-azzar fiċ-Ċina mill-inqas fir-rigward tal-azzar illaminat bis-sħana u l-azzar illaminat bil-kesħa (ara l-premessi minn (76) sa (79)). Dan is-sussidju huwa speċifiku wkoll fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku billi huwa limitat biss għal entitajiet magħżula b’parteċipazzjoni mill-Istat fis-settur tal-azzar. Madankollu, il-kumplessità ta’ dawn it-tranżazzjonijiet u tal-kuntratti sottostanti, flimkien man-nuqqas tad-dettalji meħtieġa fir-reġistru, ma ppermettietx lill-Kummissjoni li tasal għal konklużjoni definittiva dwar dan il-programm. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tkomplix tivvaluta dan il-programm.

3.3.9.   PROGRAMMI REĠJONALI OĦRAJN

(a)   Nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ

(348)

Il-Gvern taċ-Ċina wieġeb li billi ebda wieħed mill-produtturi inklużi fil-kampjun ma kien jinsab fiż-żoni tal-applikazzjoni tal-programmi reġjonali inklużi f’din it-taqsima, l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni kienet irrilevanti għall-investigazzjoni. Minħabba r-rilevanza ta’ din l-informazzjoni għall-investigazzjoni (ara l-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq), fin-nuqqas ta’ tweġiba mill-GTĊ, il-Kummissjoni qiegħda tibbaża d-deċiżjoni tagħha dwar il-programmi reġjonali kollha msemmija f’din it-taqsima fuq il-fatti disponibbli fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

3.3.9.1.    Sussidji pprovduti fiż-Żona Ġdida ta’ Tianjin Binhai u fiż-Żona ta’ Żvilupp Teknoloġiku u Ekonomiku ta’ Tianjin

(a)   Il-bażi legali

(349)

Il-bażi legali tal-iskema ta’ Deprezzament Aċċellerat hija ċ-Ċirkulari tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Amministrazzjoni tal-Istat tat-Tassazzjoni dwar il-Politiki Preferenzjali Relatati mat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Intrapriżi għas-Sostenn tal-Iżvilupp u l-Ftuħ ta’ Binhai ż-Żona l-Ġdida ta’ Tianjin.

(b)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(350)

Ir-rikors allega li l-programm huwa maħsub biex jippromwovi l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tax-xjenza u t-teknoloġija fiż-Żona l-Ġdida ta’ Tianjin Binhai (TBNA) u fiż-Żona tal-Iżvilupp Teknoloġiku u Ekonomiku ta’ Tianjin (TETDA) u jibni sistema ta’ rinnovazzjoni tax-xjenza u t-teknoloġija u l-kapaċitajiet tas-servizz. Skont ir-rikors, il-benefiċċji finanzjarji f’dan il-programm ingħataw mill-Fond tax-Xjenza u t-Teknoloġija u mill-Programm ta’ Deprezzament Aċċellerat. Dawn il-benefiċċji għandhom ikunu limitati għall-intrapriżi stabbiliti fil-ġurisdizzjoni tal-Kumitat Amministrattiv tat-TBNA, inklużi kumpanniji li jipproduċu/jesportaw il-prodott ikkonċernat. Ir-rikors irrefera għad-deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti fil-proċediment kumpensatorju dwar ċerti prodotti ta’ karbonju bla saldaturi u standard tal-azzar liga, linji u pajpijiet tal-pressa mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li sab dan il-programm bħala wieħed kumpensatorju (82).

(351)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha dwar dan il-programm fuq l-aqwa informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku fir-rikors u fid-deċiżjoni msemmija mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti.

(352)

Dan il-programm jagħti benefiċċju mhux rikorrenti lill-kumpanniji benefiċjarji fil-forma ta’ għotjiet mill-Fond tax-Xjenza u t-Teknoloġija fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku (trasferiment dirett ta’ fondi) u fil-forma ta’ dħul mitluf skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-Programm ta’ Deprezzament Aċċellerat.

(353)

Is-sussidji mill-Fond tax-Xjenza u t-Teknoloġija u mill-Programm ta’ Deprezzament Aċċellerat huma speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku billi huma limitati għal ċerti intrapriżi li jinsabu f’reġjuni denominati ġeografikamenti (jiġifieri t-TBNA u/jew it-TETDA).

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(354)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini ta’ benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju lill-produtturi esportaturi kien deċiżjoni kumparabbli li ttieħdet mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, jiġifieri l-Memorandum tad-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-10 ta’ Settembru 2010 dwar Ċerti Prodotti ta’ Karbonju Bla Saldaturi u Standard tal-Azzar Liga, Linji, u Pajpijiet tal-Pressa (Paġni Nru 20 u 21) (Ir-Reġistru Federali Vol. 75, Nru 182, paġna 57444 / il-21 ta’ Settembru 2010). Fir-rigward tal-investigazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi fiskali u ta’ għotjiet hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-Unjoni (83).

(355)

Ir-rata tas-sussidju totali stabbilita għal dan il-għan matul il-PI għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,61 %, li tikkorrespondi għar-rata akkumulata għall-iskemi kkonċernati kif stabbilita fid-deċiżjoni msemmija fil-premessa preċedenti.

3.3.9.2.    Programmi relatati mar-Reġjun tal-Grigal

Il-Programm ta’ Rivitalizzazzjoni tal-Grigal

(a)   Il-bażi legali

(356)

Il-bażi legali hija ċ-Ċirkulari tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa tal-Istat dwar l-Istampar u t-Tqassim tar-Regolamenti dwar Kwistjonijiet Rilevanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-Espansjoni tal-Kamp ta’ Applikazzjoni tat-Tnaqqis tal-VAT fiż-Żoni tal-Grigal, li ġiet ippubblikata fl-14 ta’ Settembru 2004.

(b)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(357)

Ir-rikorrent afferma li l-GTĊ stabbilixxa l-Programm ta’ Rivitalizzazzjoni tal-Grigal fl-2003 bil-għan li jerġa’ jagħti l-ħajja lill-bażi industrijali l-antika tal-Belt ta’ Dalian u t-tliet Provinċji fil-Grigal ta’ Liaoning, Jilin u Heilongjiang, li jagħmlu parti miċ-ċentru tradizzjonali tal-industrija tal-azzar taċ-Ċina. Skont ir-rikors, il-GTĊ ħoloq bank speċjali, il-Bank tar-Rivitalizzazzjoni tal-Grigal (Northeast Revitalisation Bank - NRB) taħt il-kontroll tal-Kunsill tal-Istat b’mandat li jiffinanzja l-appoġġ għar-rivitalizzazzjoni taċ-ċentru industrijali kkonċentrat u antik tal-Grigal.

(358)

Ir-rikors irrefera wkoll għas-sussidji pprovduti minn dan il-programm mill-Bank tal-Esportazzjoni u l-Importazzjoni taċ-Ċina (“ExIm Bank”) permezz tal-fergħa tiegħu f’Dalian għal ammont totali ta’ RMB 5 biljun fi kreditu tal-esportazzjoni u “kreditu bi prezz baxx” ieħor fil-valur ta’ RMB 150 miljun iffrankati mill-intrapriżi lokali minn Novembru 2003. Ir-rikors irrapporta wkoll li s-self ġie estiż ukoll għal dawk l-intrapriżi mingħajr kredibbiltà kreditizja sabiex itejbu l-kompetittività tal-SOEs f’diffikultà, li gawdew minn aċċess sproporzjonat għal riżorsi finanzjarji minkejja li għandhom l-ogħla sehem ta’ self improduttiv fil-pajjiż.

(359)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha dwar dan il-programm fuq l-informazzjoni inkluża fir-rikors u fil-Memorandum tad-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Wweldjat għat-Tond (Line Pipe) (Paġni 21 u 22) (Ir-Reġistru Federali Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008), aġġustata kif xieraq u jekk ikun hemm bżonn kif inhu msemmi fil-premessa (252) aktar ’il fuq.

(360)

Dan il-programm jagħti vantaġġ lill-kumpanniji benefiċjarji fil-forma ta’: (i) għotjiet bħala sussidji fuq l-imgħax tal-esportazzjoni; (ii) rifużjonijiet tal-VAT għax-xiri ta’ assi fissi.

(361)

Fir-rigward ta’ (i) is-sussidji fuq l-imgħax tal-esportazzjoni, l-għoti ta’ sussidji fuq l-imgħax jikkostitwixxi sussidju fil-forma ta’ għotja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Id-deċiżjoni tal-Istati Uniti tirreferi għal dan il-programm bħala "Il-Fond għall-Iżvilupp tal-Kummerċ Barrani" minflok bħala l-"Programm ta’ Rivitalizzazzjoni tal-Grigal", kif issemma wkoll fir-rikors. Dan il-programm huwa ġestit mill-awtoritajiet provinċjali ta’ Liaoning (jiġifieri l-Uffiċċju Provinċjali ta’ Liaoning għall-Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali Barranija u d-Dipartiment tal-Finanzi ta’ Liaoning). Il-proġetti eliġibbli jinkludu dawk imwettqa mill-intrapriżi esportaturi bil-għan li, fost l-oħrajn, itejbu l-kompetittività tal-bażi tal-esportazzjoni tagħhom u jesploraw is-swieq internazzjonali. Minħabba li dawn l-għotjiet jiddependu mill-andament tal-esportazzjoni, dan il-programm huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(362)

Fir-rigward ta’ (ii) ir-rifużjonijiet tal-VAT, għax-xiri ta’ assi fissi, huma jikkostitwixxu sussidju fil-forma ta’ dħul mitluf mill-Istat skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Dan il-programm jistabbilixxi li l-kontribwenti tal-VAT ta’ ċerti industriji jistgħu jnaqqsu l-VAT għax-xiri ta’ assi fissi mill-VAT għall-bejgħ ta’ prodotti lesti. Dan it-tnaqqis tal-VAT huwa limitat għal dawk l-intrapriżi li jinsabu fir-reġjun tal-Grigal u għalhekk huwa speċifiku fuq livell reġjonali fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(363)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet deċiżjoni komparabbli (ibbażati fuq xebh fin-natura tal-programm) tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti.

(364)

Għalhekk, ir-rata tas-sussidju totali stabbilita b’dan il-mod għall-Programm ta’ Rivitalizzazzjoni tal-Grigal matul il-PI għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,18 %, li tikkorrespondi għar-rata akkumulata għall-għotjiet u r-rifużjonijiet tal-VAT mogħtija mill-Programm tal-Fond għall-Iżvilupp tal-Kummerċ Barrani kif stabbilit fil-Memorandum tad-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Wweldjat għat-Tond (Line Pipe) (Paġni 21 u 22) (Ir-Reġistru Federali Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008). Fir-rigward tal-investigazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi simili hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-Unjoni (84).

Sussidji fuq l-imgħax tal-esportazzjoni

(a)   Il-bażi legali

(365)

Il-bażi legali hija l-Miżuri Amministrattivi Provviżorji dwar l-Għajnuna Finanzjarja fuq l-imgħax tal-Esportazzjoni tat-Tagħmir għall-Manifattura tal-Prodotti u Prodotti tat-Teknoloġija Avvanzata tal-Provinċja ta’ Liaoning, li ġew stabbiliti fis-16 ta’ Diċembru 2004.

(b)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(366)

Ir-rikors allega li dan il-programm jipprovdi għajnuna lill-kumpanniji sabiex jespandu l-esportazzjoni ta’ prodotti tat-teknoloġija avvanzata u jappoġġa l-iżvilupp tal-intrapriżi li jinsabu fil-Provinċja ta’ Liaoning. Il-programm huwa ġestit mill-Uffiċċju Provinċjali ta’ Liaoning għall-Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali Barranija, mid-Dipartiment tal-Finanzi ta’ Liaoning u mill-Kummissjoni Ekonomika tal-provinċja ta’ Liaoning. L-awtoritajiet tal-Istati Uniti sabu li dan il-programm kien kumpensatorju fid-deċiżjoni msemmija fuq dwar il-Pajp tal-Linja (ara l-premessa (359)).

(367)

Dan il-programm jagħti benefiċċju fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi mill-GTĊ li jintużaw sabiex jitħallas l-imgħax fuq is-self mill-banek fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Self għall-esportazzjoni jfisser self għal perijodu ta’ żmien qasir miksub mill-intrapriżi li jipproduċu prodotti ta’ teknoloġija avvanzata u tagħmir għall-manifattura tal-prodotti fil-provinċja minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji minħabba n-nuqqas ta’ fondi meħtieġa għall-produzzjoni u l-operat bejn id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tal-prodotti u meta jsir il-ħlas. L-intrapriżi eliġibbli għandu jkollhom valur annwali tal-esportazzjoni ta’ aktar minn $ 1 miljun u jkunu esportaw prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-“Katalogu tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata miċ-Ċina” jew fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-tagħmir għall-manifattura tal-prodotti. Għalhekk, dan il-programm huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku minħabba li huwa limitat għal dawk l-intrapriżi li jissodisfaw dawn il-kriterji. Dan il-programm jiddependi wkoll mill-andament tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-programm huwa speċifiku fuq livell reġjonali fis-sens tal-Artikolu 4(3) minħabba li huwa limitat għall-intrapriżi li jinsabu fir-reġjun denominat ġeografikament fil-Grigal taċ-Ċina.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(368)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet deċiżjoni komparabbli (ibbażati fuq xebh fin-natura tal-programm) tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti.

(369)

Għalhekk, ir-rata tas-sussidju stabbilita b’dan il-mod matul il-PI għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,43 %, li tikkorrispondi għar-rata tal-iskema tas-sussidji fuq l-imgħax tal-esportazzjoni kif stabbilita fil-Memorandum tad-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Wweldjat għat-Tond (Line Pipe) (Paġna Nru 23) (Ir-Reġistru Federali Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008). Fir-rigward tal-investigazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi simili hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-Unjoni (85).

Self għall-esportazzjoni

(a)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(370)

Ir-rikors jirreferi għall-programm preċedenti tas-sussidji fuq l-imgħax tal-esportazzjoni, li huwa eliġibbli biss b’rabta mas-"self għall-esportazzjoni" pendenti. L-awtoritajiet tal-Istati Uniti sabu wkoll li dan il-programm kien kumpensatorju fid-deċiżjoni dwar il-Line Pipe.

(371)

Il-bażi legali hija l-“Miżuri Amministrattivi Provviżorji dwar l-Għajnuna Finanzjarja fuq l-imgħax tal-Esportazzjoni tat-Tagħmir li Jimmanifattura l-Prodotti u Prodotti tat-Teknoloġija Avvanzata tal-Provinċja ta’ Liaoning”, li ġew stabbiliti fis-16 ta’ Diċembru 2004.

(372)

Dan il-programm jikkostitwixxi benefiċċju fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Is-sussidju jagħti benefiċċju skont l-Artikolu 3(2) u 6(b) tar-Regolament bażiku ugwali għad-differenza bejn dak li jħallsu l-benefiċjarji u l-ammont li kienu jħallsu għal self kummerċjali komparabbli fin-nuqqas tal-programm. Dan is-self huwa pprovdut mill-gvern permezz tal-banek politiċi tiegħu u l-SOCBs tiegħu (ara l-analiżi fil-premessi (157) – (180) aktar ’il fuq). Dan is-self għall-esportazzjoni huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni, kif ukoll skont l-Artikolu 4(3) minħabba li huwa limitat għal dawk l-intrapriżi li jinsabu f’reġjun li huwa ġeografikament denominat fiċ-Ċina.

(b)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(373)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet deċiżjoni komparabbli (ibbażati fuq xebh fin-natura tal-programm) tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti.

(374)

Għalhekk, ir-rata tas-sussidju stabbilita matul il-PI għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 1,05 %, li tikkorrespondi għall-ogħla waħda mir-rati għall-iskema ta’ self għall-esportazzjoni kif stabbilita fil-Memorandum tad-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Iwweldjat għat-Tond (Line Pipe) (Paġna Nru 23) (Ir-Reġistru Federali Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008). Fir-rigward tal-investigazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi simili hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-Unjoni (86).

Għotjiet tal-Provinċja ta’ Liaoning – Il-Programm “Five Point One Line”

(a)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(375)

Ir-rikors jgħid li l-programm "Five Points, One Line Coastal Belt" kien introdott fil-21 ta’ Jannar 2006 mill-Gvern Provinċjali ta’ Liaoning. Il-gvern ta’ Liaoning jipprovdi sussidji għal ċerti intrapriżi li jinsabu fiż-żona. L-ewwel prijorità tingħata lil dawk l-intrapriżi stabbiliti fil-ħames żoni ewlenin bħala bażijiet tal-manifattura għall-esportazzjoni. It-trattament preferenzjali jinkludi għadd ta’ benefiċċji, inkluża rata ta’ taxxa mnaqqsa fuq id-dħul ta’ 15 % għal dawk l-intrapriżi li huma ċċertifikati bħala intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata; eżenzjoni ta’ taxxa fuq id-dħul għal intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata “b’investiment domestiku”; prijorità għas-sussidji fuq l-imgħax; privileġġi fil-ġestjoni ekonomika; u eżenzjonijiet mill-ħlasijiet dovuti lill-gvern. Skont ir-rikors, iċ-China Development Bank (CDB), li huwa bank politiku tal-Istat, ipprovda self preferenzjali b’dan il-programm.

(376)

L-awtoritajiet tal-Istati Uniti sabu li dan il-programm kien kumpensatorju fid-deċiżjoni msemmija fuq dwar il-Line Pipe.

(377)

Il-bażi legali ta’ dan il-programm hija l-“Opinjoni tal-Provinċja ta’ Liaoning li Tinkoraġġixxi l-Espansjoni tal-Liberalizzazzjoni f’Żoni Kostali Ewlenin li Qegħdin Jiżviluppaw.” Il-Kummissjoni tar-Riforma u l-Iżvilupp ta’ Liaoning u l-Uffiċċju tal-Finanzi ta’ Liaoning jiġġestixxu s-sussidji fuq l-imgħax, filwaqt li l-Park Industrijali ta’ Huludao Beigang, l-Industrija u l-Awtorità tal-Kummerċ jamministraw l-eżenzjonijiet mill-ħlasijiet previsti f’dan il-programm.

(378)

Dan il-programm jipprovdi vantaġġi finanzjarji fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u/jew dħul mitluf jew mhux miġbur fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Dawn is-sussidji jikkostitwixxu benefiċċju skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku ugwali għall-ammont tal-għotja u/jew għall-eżenzjonijiet mit-taxxa/mill-ħlasijiet dovuti. Dawn is-sussidji huma speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li huma limitati għal ċerti intrapriżi li jinsabu fil-ġurisdizzjoni nnominata tal-awtorità Provinċjali ta’ Liaoning. L-ewwel prijorità għall-għoti ta’ dawn is-sussidji tingħata lil dawk l-intrapriżi li huma stabbiliti fil-ħames żoni ewlenin bħala bażijiet ta’ manifattura għall-esportazzjoni u, għalhekk, tali sussidji huma speċifiċi wkoll, skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku, sa fejn jiddependu mill-andament tal-esportazzjoni.

(b)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(379)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet deċiżjoni komparabbli (ibbażati fuq xebh fin-natura tal-programm) tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti.

(380)

Għalhekk, ir-rata tas-sussidju stabbilita matul il-PI għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,30 %, li tikkorrespondi għar-rata stabbilita għal din l-iskema fil-Memorandum tad-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar il-Pajp tal-Lajn tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Iwweldjat għat-Tond (Line Pipe) (Paġna Nru 23) (Ir-Reġistru Federali Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008). Fir-rigward tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi ta’ għotjiet hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-Unjoni (87).

3.3.9.3.    Għotjiet mill-Programm tax-xjenza u t-teknoloġija tal-Provinċja ta’ Jiangsu

(a)   Il-bażi legali

(381)

Il-bażi legali ta’ dan il-programm hija l-Miżuri Amministrattivi fuq il-Pjattaforma ta’ Servizzi Pubbliċi tax-Xjenza u t-Teknoloġija ta’ Jiangsu (Sukeji (2006) Nru. 102; Sucaijiao (2006) Nru 22).

(b)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(382)

Ir-rikors jgħid li dan il-programm jipprovdi, fost l-oħrajn, għotjiet lil ċerti intrapriżi. Fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, il-Gvern taċ-Ċina ddikjara li ebda kumpannija inkluża fil-kampjun ma użat jew ibbenifikat minn dan il-programm. Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti li l-GTĊ kien mistenni jipprovdi tweġibiet sħaħ anki għal mistoqsijiet li jikkonċernaw kumpanniji mhux inklużi fil-kampjun (il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li ir-rikors jelenka bħala benefiċjarji potenzjali kemm dawk il-kumpanniji li ġew inklużi fil-kampjun kif ukoll produtturi tal-OCS oħrajn li ma ġewx inklużi fil-kampjun li jinsabu fiż-żona ta’ applikazzjoni rilevanti. Għalhekk, il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli fir-reġistru skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku u, b’mod partikolari, fuq l-informazzjoni inkluża fir-rikors u s-sejbiet mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti li għamlu dan il-programm kumpensatorju fid-deċiżjoni li tikkonċerna s-Swiegla tal-Wajer tal-Azzar għall-Konkrit tal-Prestressing mir-Repubblika Poplolari taċ-Ċina (88).

(383)

Il-vantaġġi finanzjarji mogħtija fil-forma ta’ għotjiet jipprovdu kontribuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Dawn is-sejbiet huma speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku minħabba, li jidher li ma hemmx kriterji oġġettivi jew kundizzjonijiet li jirregolaw l-eliġibbiltà għall-benefiċċji minn din l-iskema (kif inhu sti’ulat fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament) u, abbażi tal-fatti disponibbli, jidher li ma ġietx eżerċitata diskrezzjoni mid-Dipartiment ta’ Jiangsu tax-Xjena u t-Teknoloġija b’mod oġġettiv.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(384)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ kwantifikazzjoni preċiża xi mkien ieħor, l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi kienet deċiżjoni komparabbli (ibbażati fuq xebh fin-natura tal-programm) tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti.

(385)

Għalhekk, ir-rata tas-sussidju stabbilita b’dan il-mod matul il-PI għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,01 %, li tikkorrespondi għar-rata stabbilita għal din l-iskema fil-Memorandum tad-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-14 ta’ Mejju 2010 dwar Swiegla tal-Wajer tal-Azzar għall-Konkrit tal-Prestressing (Paġna Nru 35) (Ir-Reġistru Federali Vol. 75, Nru 98, paġna 28557 / il-21 ta’ Mejju 2010). Fir-rigward tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huwa nnutat li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ammonti ta’ benefiċċju mill-programmi ta’ għotjiet hija sostanzjalment l-istess bħal dik użata mill-Unjoni (89).

3.3.9.4.    Għotjiet mill-Programm tax-Xjenza u t-Teknoloġija tal-Provinċja ta’ Hebei

(a)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(386)

Ir-rikors jirreferi għal żewġ għotjiet ipprovduti mill-programm tax-Xjenza u t-Teknoloġija tal-provinċja ta’ Hebei lil produttur tal-OCS fl-2009 skont dan il-programm għal ammont ta’ RMB 700 000 u RMB 2 080 000. Fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, il-Gvern taċ-Ċina ddikjara li l-ebda waħda mill-kumpanniji inklużi fil-kampjun ma kienet stabbilita f’Hebei u, għalhekk, l-informazzjoni mitluba kienet irrilevanti għall-investigazzjoni. Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti tagħha li l-GTĊ kellu jipprovdi tweġibiet sħaħ anki dwar il-kumpanniji li ma ġewx inklużi fil-kampjun (il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq). Għalhekk, is-sejbiet tal-Kummissjoni huma bbażati fuq il-fatti disponibbli (f’dan il-każ ir-rikors) skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(387)

Il-vantaġġi finanzjarji pprovduti minn dan il-programm fil-forma ta’ għotjiet jikkostitwixxu sussidji minħabba li jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Huma jikkostitwixxu benefiċċju skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku ugwali għall-ammont tal-għotjiet. Dawn is-sussidji huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li jiġu pprovduti biss lil dawk il-kumpanniji li jinsabu fil-provinċja ta’ Hebei.

(b)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(388)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-PI. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra għall-valutazzjoni ta’ dan il-benefiċċju, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni mogħtija fir-rikors. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju kkalkolat kien ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-benefiċjarji matul il-PI bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(389)

Għalhekk, ir-rata tas-sussidju stabbilita għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija waħda negliġibbli (inqas minn 0,01 %).

3.3.10.   SUSSIDJI AD HOC

(a)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(390)

Ir-rikors elenka għadd ta’ sussidji ad hoc li allegatament ingħataw lil ċerti produtturi tal-OCS, kemm SOEs kif ukoll intrapriżi privati. Dawn is-sussidji kienu għotjiet jew inkella eżenzjonijiet jew tnaqqis ieħor tat-taxxa, fost l-oħrajn, sabiex jiġu ffinanzjati proġetti jew assi partikolari. Huma ngħataw fil-kuntest tal-politika strateġika ġenerali għat-tisħiħ tal-industrija tal-azzar.

(391)

Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sabiex jipprovdi informazzjoni dwar dawn is-sussidji ad hoc. Il-GTĊ wieġeb li l-allegazzjonijiet fir-rikors kienu bbażati fuq kwotazzjonijiet mir-rapporti annwali u kien jidher li l-ebda waħda minnhom ma kienet tikkonċerna kumpanniji inklużi fil-kampjun. Għalhekk, il-GTĊ ikkonkluda li ma kienx hemm bżonn li jiġu indirizzati l-allegazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet speċifiċi dwar provinċji u kumpanniji mhux inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, il-GTĊ reġa’ tenna wieħed mill-kummenti ġenerali tiegħu li s-sempliċi elenkar ta’ ċerti tranżazzjonijiet bħala “sussidji” f’rapport annwali ta’ kumpannija ma jistax jitqies bħala evidenza biżżejjed sabiex tiġi mnedija investigazzjoni dwarhom minħabba li huwa "ma jikkostitwixxix biżżejjed evidenza prima facie skont l-Artikolu 11.2 tal-Ftehim WTO SCM".

(392)

Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti tagħha fejn spjegat għaliex il-GTĊ intalab jissottometti informazzjoni wkoll dwar l-allegazzjonijiet ta’ sussidju fir-rigward tal-kumpanniji mhux inklużi fil-kampjun (il-premessi (34) – (35) aktar ’il fuq). Il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha dwar dawn is-sussidji ad hoc fuq il-fatti disponibbli fil-fajl skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(393)

Is-sussidji ad hoc elenkati fir-rikors jikkostitwixxu sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ trasferiment dirett tal-fondi fir-rigward tal-għotjiet u trasferimenti simili ta’ riżorsi u, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul mitluf għad-diversi eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxi u/jew ħlasijiet dovuti f’livell ċentrali, provinċjali jew muniċipali. Il-Kummissjoni tinnota li r-rapporti annwali tad-diversi produtturi tal-OCS innifishom jirreferu għal dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji bħala “sussidji”. Mal-ewwel daqqa t’għajn, uħud minn dawn is-sussidji jidhru li huma speċifiċi de jure jew de facto, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku minħabba li, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, huma jitqiesu bħala li ngħataw lil numru limitat ta’ kumpanniji tal-azzar fis-settur tal-azzar imħeġġeġ, u/jew minħabba l-mod kif ġiet eżerċitata d-diskrezzjoni tal-awtoritajiet awtorizzanti għall-għoti tagħhom. Barra minn hekk, uħud minn dawn is-sussidji jidhru li huma speċifiċi wkoll skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li l-aċċess għalihom kien limitat għal ċerti intrapriżi li jinsabu f’reġjuni ġeografikament denominat fit-territorju ta’ provinċja partikolari.

(b)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(394)

Il-Kummissjoni studjat bir-reqqa l-informazzjoni disponibbli fir-reġistru dwar kull wieħed minn dawn is-sussidji ad hoc għad-diversi produtturi tal-OCS. Il-Kummissjoni sabet li wħud minn dawn is-sussidji ma jfixklux il-kummerċ u/jew jagħtu ammonti relattivament żgħar lill-produtturi tal-OCS. B’kuntrast ma’ dan, hemm ukoll numru ta’ sussidji speċifiċi li jidhru li jagħtu ammonti sinifikanti ta’ sussidji lill-produtturi tal-OCS. Fid-dawl ta’ dan u tal-informazzjoni preżenti fil-fajl, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li d-dazju kumpensatorju applikabbli jiġi kkalkolat b’referenza għall-medja sempliċi li tirriżulta mill-għotjiet u l-programmi tat-taxxa kumpensatorji f’dan il-proċediment minkejja n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi rilevanti tal-OCS.

(395)

Għalhekk, ir-rata tas-sussidju stabbilita għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija ta’ 0,5 %.

3.4.   IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET WARA L-IŻVELAR DEFINITTIV

(396)

Il-GTĊ, produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun (Zhejiang Huadong) u r-rikorrent ipprovdew il-kummenti tagħhom wara l-iżvelar definittiv.

3.4.1.   IL-KUMMENTI TAL-GTĊ WARA L-IŻVELAR DEFINITTIV

(397)

Fid-dawl tal-għadd tal-argumenti f’ħafna dettall li ppreżenta l-GTĊ u l-fatt li jkun imprattikabbli (anki minħabba l-preżenza ta’ ċerta informazzjoni kunfidenzjali) li jiġu inklużi kollha f’dan ir-regolament, il-Kummissjoni spjegat b’mod bilaterali bil-miktub lill-GTĊ l-elementi legali u fattwali kollha li jenfasizzaw iċ-ċaħda ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet.

3.4.1.1.    Kwistjonijiet proċedurali

(398)

F’numru ta’ argumenti minn tiegħu dwar it-tnedija tal-investigazzjoni, il-GTĊ deher li kien qed jikkunsidra r-rapport tal-panil tal-GOES  (90) bħala influwenti fl-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim SCM u r-Regolament Bażiku tal-UE. Pereżempju, il-GTĊ jgħid li ċerti dubji "tneħħew” mill-panil tal-GOES  (91). Filwaqt li l-Kummissjoni nnutat is-sejbiet tal-panil f’dan u taqbel ma’ għadd ta’ konklużjonijiet tiegħu, dawn is-sejbiet ma jemendawx t-Trattat rilevanti jew il-lingwaġġ leġiżlattiv, notevolment l-Artikoli 11.2 u 11.3 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji jew l-Artikoli 9(2) u 9(3) tar-Regolament bażiku dwar is-CVD, li huma rilevanti u vinkolanti għall-Kummissjoni fil-proċedimenti kontra s-sussidji kollha.

(399)

Il-GTĊqal li l-Kummissjoni qed tikser l-Artikolu 11.2 tal-Ftehim SCM (ASCM) billi nediet din l-investigazzjoni abbażi ta’ rikors li ma kellu l-ebda evidenza dwar “l-eżistenza, l-estent u l-effett ta’ kwalunkwe (/kull) sussidju allegat” u għaldaqstant il-Kummissjoni kienet kisret l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 11.3 biex tirrevedi l-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-evidenza.

Dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. Ir-referenza tal-GTĊ għall-“eżistenza, l-estent u l-effett” tas-sussidju hija kwotazzjoni mill-Artikolu 11.1 tal-ASCM u tiddeskrivi l-għan ta’ investigazzjoni. Fil-fehma tal-Kummissjoni dan mhuwiex marbut mal-Artikolu 11.2 tal-ASCM, li jirrikjedi li r-rikorrent jipprovdi “biżżejjed evidenza tal-eżistenza ta’ sussidju u, jekk ikun possibbli, l-ammont tiegħu” u r-rikorrent għandu jinkludi “tali informazzjoni hekk kif inhi “disponibbli b’mod raġonevoli” lir-rikorrent. Il-Kummissjoni analizzat l-evidenza mressqa mir-rikorrent, li kienet sostanzjali, kif jidher b’mod ċar mill-verżjoni li tista’ tiġi spezzjonata mill-partijiet interessati tar-rikors. Is-servizzi tal-Kummissjoni proponew biss it-tnedija ta’ investigazzjoni wara li kienu analizzaw kif xieraq lil-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-evidenza li huma jqisu prima facie biżżejjed.

(400)

Il-GTĊ issuġġerixxa li kull element (kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju u speċifiċità) ta’ kull skema ta’ sussidju għandu jiġi determinat individwalment. Il-Kummissjoni taqbel mal-GTĊ li l-allegazzjonijiet dwar is-sussidji għandhom jiġu eżaminati individwalment. Madankollu, mhuwiex il-każ li l-evidenza preżentata fir-rigward ta’ kull element ta’ kull programm ta’ sussidju, għandha tiġi eżaminata f’iżolament. Pereżempju, l-evidenza tal-eżistenza ta’ speċifiċità għal programm wieħed tista’ tkun tassew rilevanti għad-determinazzjoni tal-ispeċifiċità fir-rigward ta’ programm ieħor, inter alia, skont kemm ikun hemm informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-programmi inkwistjoni, kif ukoll sa fejn dawn il-programmi huma marbutin mill-qrib u jiddependu fuq l-istess leġislazzjoni.

(401)

Il-GTĊ argumenta li għandu jkun hemm l-evidenza tal-ammont (de minimis imsemmi fuq) ta’ sussidju tul il-PI għal kull programm u li għandu jkun hemm biżżejjed evidenza tas-sussidjar attwali għal kull sussidju, mhux tal-benefiċċji "potenzjali" jew "probabbli". Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-GTĊ dwar dan il-punt, billi ma hemmx rekwiżit fir-Regolament bażiku jew il-Ftehim tad-WTO SCM li juri li s-sussidji għal programm partikolari huma ’l fuq mill-ammont de minimis. Ma hemmx argument li sussidju għandu jagħti benefiċċju tul il-PI sabiex jiġi kkumpensat u li r-rikorrenti għandhom jagħmlu minn kollox biex jipprovdu tali evidenza. Madankollu, l-Artikolu 11.2 tal-ASCM jirrikjedi “biżżejjed evidenza” tas-sussidjar abbażi tal-informazzjoni “raġonevolment disponibbli” għar-rikorrent. Billi ma hemmx ħafna informazzjoni dwar il-benefiċċji tas-sussidji (pereżempju eżenzjonijiet mit-taxxa, għotjiet, forniment tal-oġġett) disponibbli għall-pubbliku, ħafna drabi jkun possibbli għar-rikorrenti li jistabbilixxi b’ċertezza li s-sussidju jkun ta benefiċċju lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, ir-rikorrent huwa mitlub jipprovdi l-aħjar evidenza li turi li, pereżempju, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma eliġibbli għas-sussidju u li l-programm għadu fis-seħħ jew għadu jipprovdi l-benefiċċji. Il-livell ta’ evidenza meħtieġ jiddependi ħafna fuq il-fatti tal-każ inkwistjoni u fuq kemm ikun hemm informazzjoni raġonevolment disponibbli għar-rikorrent.

(402)

Il-GTĊ iddikjara li n-Notifika ta’ Bidu tikser l-Artikolu 22.2(iii) tal-ASCM, filwaqt li argumenta li ma jistax jiġi kkunsidrat li s-sempliċi ripetizzjoni tal-ismijiet mogħtija lid-diversi programmi hija “deskrizzjoni” tagħhom. Il-Kummissjoni tikkunsidra li biex il-prattiki tas-sussidju li għandhom jiġu investigati, ġew deskritti adegwatement fin-Notifika ta’ Bidu billi ġew speċifikati l-iskemi kkonċernati u għaldaqstant in-Notifika ma tmur kontra l-Artikolu 22.2(iii) tal-ASCM.

(403)

Il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni bdiet, b’mod żbaljat, għadd ta’ programmi ta’ sussidju minħabba li qieset ir-rikors "ħolistikament" jew “fit-totalità tiegħu” minflok eżaminat kull programm; il-GTĊ qal ukoll li s-sejbiet ta’ awtoritajiet investigattivi oħrajn dwar diversi programmi waħdehom mhumiex evidenza biżżejjed għall-bidu. Kif ġie spjegat aktar ’il fuq (il-premessa (400)), is-servizzi tal-Kummissjoni eżaminaw kull programm. L-estent sa fejn is-sejbiet ta’ awtoritajiet oħra dwar programm partikolari jistgħu jikkostitwixxu biżżejjed evidenza għall-bidu, huwa kwistjoni ta’ każ b’każ u tiddependi, sa ċertu punt, fuq x’informazzjoni hija disponibbli b’mod raġonevoli għar-rikorrent.

(404)

Il-GTĊ (li kkwota preżentazzjoni mill-Istati Uniti fil-każ ta’ GOES  (92)) iddikjara li l-istatus "imħeġġa" tal-produtturi tal-OCS fid-dokument ta’ ppjanar tal-gvern, seta’ kien użat bħala "għata" biex jindika l-ispeċifiċità. Dan ma jirrappreżentax ir-realtà Il-leġislazzjoni li tikklassifika l-produtturi tal-OCS bħala “mħeġġa” (93) (u l-konsegwenzi li jirriżultaw minn dan) mhijiex (kif jgħid il-GTĊ) “informazzjoni ġenerali dwar il-politika tal-gvern, mingħajr rabta diretta mal-programm inkwistjoni”. Minħabba li dan jillimita b’mod espliċitu l-aċċess għall-programmi għal ċerti intrapriżi (jew jagħti benefiċċji preferenzjali), huwa ovvju li t-tali leġislazzjoni għandha rabta tassew diretta mal–programm inkwistjoni.

(405)

Il-GTĊ iddikjara li għandu jkun hemm evidenza ta’ benefiċċju attwali minn programm ta’ sussidju u li l-fatt li l-programmi ġew ikkumpensati f’każijiet oħra huwa biżżejjed, is-sejbiet huma marbutin ma’ PI differenti. Ħadd ma jargumenta li sussidju għandu jagħti benefiċċju tul il-PI sabiex jiġi kkumpensat u li r-rikorrenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu evidenza bħal din. Madankollu, minħabba l-bidu, l-evidenza tal-użu ta’ programm f’perijodu raġonevolment reċenti tista’ tkun tassew rilevanti, pereżempju jekk ma hemmx informazzjoni disponibbli pubblikament li l-programm ġie tterminat jew immodifikat. Ir-referenza tal-panil ta’ GOES  (94) mill-GTĊ (għall-Paragrafu 7.72 tar-rapport tal-panil) hija inkonklużiva, minħabba li tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn huwa “ċar” li ma hemmx sussidjar preżentement, li mhuwiex il-każ hawnhekk.

(406)

Il-GTĊ iddikjara li għandu jkun hemm evidenza li wħud mill-produtturi tal-prodott ikkonċernat irċevew benefiċċju mill-programm, sabiex ikun hemm bidu. Din it-talba ma setgħetx tintlaqa’. Ma jeżistix rekwiżit fir-Regolament bażiku u lanqas huwa rekwiżit tal-Artikolu 11.2 tal-ASCM, li jirrikjedi “biżżejjed evidenza tal-eżsitenza ta’ sussidju…", jew evidenza espliċita ta’ utilizzazzjoni li tkun saret minn ċerti produtturi. Billi ma hemmx ħafna informazzjoni dwar il-benefiċċji tas-sussidji (pereżempju eżenzjonijiet mit-taxxa, għotjiet, forniment tal-oġġett) disponibbli għall-pubbliku, ħafna drabi jkun possibbli għar-rikorrenti li jistabbilixxi b’ċertezza li s-sussidju jkun ta benefiċċju lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, ir-rikorrent huwa mitlub jipprovdi l-aħjar evidenza li turi li, pereżempju, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma eliġibbli għas-sussidju u li l-programm għadu fis-seħħ jew għadu jipprovdi l-benefiċċji. Il-livell ta’ evidenza meħtieġ jiddependi ħafna fuq il-fatti tal-każ inkwistjoni u fuq kemm ikun hemm informazzjoni raġonevolment disponibbli għar-rikorrent. L-impożizzjoni ta’ rekwiżit bħal dan fuq ir-rikorrenti jiffavorixxi effettivament is-sistemi li mhumiex trasparenti fuq dawk trasparenti li jagħti l-istess tip ta’ sussidju.

(407)

Il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni ma pprovdietx “perijodu raġonevoli” biex il-GTĊ jissottometti l-informazzjoni neċessarja skont l-Artikolu 12.7 tal-Ftehim SCM. Il-GTĊ qal ukoll li l-Kummissjoni ma tatx “opportunità biżżejjed” lill-GTĊ biex jippreżenta bil-miktub l-evidenza rilevanti kollha rigward l-investigazzjoni skont l-Artikolu 12.1 tal-Ftehim SCM. Dawn l-argumenti għandhom jiġu miċħuda billi l-Kummissjoni tat perijodu raġonevoli u opportunità biżżejjed biex il-GTĊ jissottometti l-informazzjoni rilevanti skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-WTO u tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni tinnota li tat estensjonijiet eċċezzjonalment ġenerużi għall-iskadenza għat-tweġibiet oriġinali għall-kwestjonarju, u b’hekk il-perijodu totali għal tweġiba ġie estiż minn 37 jum għal kważi xahrejn. Fir-rigward tal-proċess ta’ defiċjenza, il-GTĊ kellu aktar minn tliet xhur mill-bidu biex jipprovdi l-informazzjoni mitluba. Il-GTĊ ingħata wkoll l-opportunità li jipprovdi l-informazzjoni nieqsa saż-żmien taż-żjara ta’ verifika. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li “perijodu raġonevoli” għandu jiġi kkunsidrat fil-kuntest proċedurali li bih il-Kummissjoni tingħata mandat mir-Regolament bażiku kontra s-sussidji biex tikkonkludi l-investigazzjoni fi żmien 13-il xahar. Li kieku ngħataw skadenzi itwal, kif talab il-GTĊ, kienet tiġi affettwata negattivament il-possibbiltà li l-Kummissjoni tkompli taħdem bil-ħeffa sabiex tikkonforma mal-iskadenzi legali rilevanti.

(408)

Il-GTĊ irrefera wkoll għat-talba tiegħu għal assistenza mingħand il-Kummissjoni biex iħejji t-tweġiba għall-kwestjonarju, li fl-opinjoni tal-GTĊ ġiet miċħuda mill-Kummissjoni. Dan ma jikkorrispondix għar-realtà minħabba li t-talba tal-GTĊ għall-assistenza tant kienet vasta u vaga (jiġifieri kopriet kull mistoqsija fil-kwestjonarju u fl-appendiċi) li l-Kummissjoni setgħet toffri biss assistenza fir-rigward ta’ problemi speċifiċi li kien qed jiltaqa’ magħhom il-GTĊ fit-tweġibiet u mhux assistenza fil-mistoqsijiet individwali. Il-GTĊ iddeċieda li ma jilqax din l-offerta għal aktar assistenza. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Artikolu 12.11 ASCM jiddikjara li l-assistenza mitluba għandha tkun “prattikabbli”, li mhuwiex il-każ fir-rigward ta’ talbiet vagi li jimponu piż tassew kbir fuq l-awtorità investigattiva, partikolarment meta l-kwestjonarju jispjega ruħu. Il-Kummissjoni tinnota li l-GTĊ huwa tassew esperjenzat fl-investigazzjoni kontra s-sussidji u juża s-servizzi ta’ avukati esterni.

(409)

Fir-rigward tal-programmi ta’ sussidju li jinsabu fir-rikors u li ma ntużawx mill-esportaturi inklużi fil-kampjun, il-GTĊ argumenta li ma kienx se jkun jista’ jipprovdi l-informazzjoni mitluba dwar dawn il-programmi kollha fiż-żmien allokat mill-Kummissjoni, minħabba l-frammentazzjoni tal-industrija tal-azzar. Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni ma tatux x’jifhem sa tard fil-proċediment, il-konsegwenzi potenzjali jekk l-informazzjoni mitluba ma tingħatax dwar dawn il-programmi, meta tqis li dawn kienu jikkonċernaw il-kumpanniji mhux inklużi fil-kampjun. Mill-bidu l-Kummissjoni tinnota inkonsistenza fil-pożizzjoni tal-ĠTC, minħabba li d-dikjarazzjoni tiegħu li ma kellux ħin biżżejjed biex jipprovdi t-tweġibiet fiż-żmien allokat jidher li hija kunfliġġenti mal-għażla li gaħmel deliberatement li ma jirrispondix għall-programmi kollha li ma ntużawx mill-esportaturi inklużi fil-kampjun minħabba li allegatement ma fehemx l-iskop tat-talba tal-Kummissjoni u l-konsegwenzi tar-rifjut li tingħata l-informazzjoni mitluba. F’kull każ, kif ġie speċifikat fuq (il-premessa (407)), il-Kummissjoni tat diversi estensjonijiet fl-iskadenzi lill-GTĊ sabiex ikun jista’ jissottometti l-informazzjoni mitluba dwar il-programmi kollha. Għaldaqstant, il-ħin kollu allokat (jiġifieri aktar minn tliet xhur, meta wieħed iqis il-proċess ta’ defiċjenza) kien aktar minn biżżejjed biex tingħata l-informazzjoni mitluba. Il-GTĊ stess jirrikonoxxi espliċitement fil-kummenti tiegħu li huwa veru li hu assuma l-pożizzjoni tiegħu li ma kellux jintalab jissottometti l-informazzjoni dwar dawn il-programmi l-oħra, u dan jintwera wkoll mill-fatt li huwa lanqas biss prova jissottometti tweġiba parzjali jew inkompleta biex juri r-rieda tiegħu li jikkoopera, iżda sempliċement ma ssottometta l-ebda informazzjoni f’dan ir-rigward.

(410)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument tal-GTĊ li ma kienx fehem il-konsegwenzi jekk ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba dwar il-programmi mhux użati mill-esportaturi fil-kampjun. Il-Kummissjoni ċċarat dawn il-konsegwenzi f’diversi istanzi mill-bidu tal-proċediment. B’mod aktar speċifiku, il-konsegwenzi għan-nuqqas ta’ kooperazzjoni huma espliċitement indikati b’referenza għall-pożizzjonijiet rilevanti kollha tar-Regolament bażiku fin-Notifika ta’ Bidu u fl-ewwel paġna tal-kwestjonarju. Il-Kummissjoni wieġbet fit-tul ukoll dwar l-għan tat-teħid ta’ kampjun u dwar il-bżonn li l-GTĊ jipprovdi l-informazzjoni mitluba minħabba l-livell għoli ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-eżamijiet possibbli tat-talbiet għal trattament individwali fl-ittri tad-19 ta’ Marzu, il-11 ta’ April, l-4 ta’ Mejju (ittra ta’ defiċjenza), is-7 ta’ Ġunju (ittra ta’ qabel iż-żjara ta’ verifika), u l-14 ta’ Awwissu 2012. Għaldaqstant, il-GTĊ ma setax ma kienx konxju jew ma fehemx il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tiegħu fir-rigward ta’ dawn il-programmi mhux użati mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun. B’mod fundamentali, il-GTĊ jidher li injora li, bħala dak li jagħti l-iskemi ta’ sussidju allegati, kien meħtieġ li jikkoopera u jipprovdi l-informazzjoni dwar l-iskemi kollha ta’ sussidju ali allegatement huma disponibbli għall-prodott li qed jiġi investigat.

(411)

Il-GTĊ għamel ukoll għadd ta’ argumenti fir-rigward tal-proċess ta’ verifika u ż-żjara ta’ verifika nnifisha. Il-GTĊ oġġezzjona li mill-ittra ta’ qabel il-verifika tal-Kummissjoni ma setax jistabbilixxi l-estent tal-verifika tal-informazzjoni rilevanti u jilmenta dwar iċ-ċaħda allegata mill-Kummissjoni li tipprovdi taqsira aktar speċifika tal-verifika. Il-GTĊ żied li, bħala minimu, kien intitolat għal ċertu "tnaqqis" tal-kamp ta’ applikazzjoni possibbli tal-verifika (pereżempju, permezz ta’ lista bil-miktub bil-quddiem tal-mistoqsijiet kollha li l-uffiċjali tal-Kummissjoni jkunu se jistaqsu) (95) li fl-opinjoni tal-GTĊ ma setgħetx tkun eżawrjenti minħabba li ż-żjara kienet qasira. Fir-rigward ta’ dan l-argument tal-aħħar, il-Kummissjoni tiċħad l-argument tal-GTĊ billi ma hemmx bażi legali fl-ASCM tad-WTO jew fir-Regolament bażiku kontra s-sussidji tal-UE li jagħti dritt ċar għal dan it-tnaqqis fil-kamp ta’ applikazzjoni taż-żjara. Lanqas teżisti deċiżjoni tad-WTO li tissuġġerixxi li dritt bħal dan irid ikun interpretat biex ikun jeżisti.

Fir-rigward tal-argumenti l-oħra tal-GTĊ, il-Kummissjoni tinnota li bagħtet ittra dettaljata ta’ qabel il-verifika fis-7 ta’ Ġunju 2012, li tindika b’mod ċar (i) skeda proposta li qabel kienet maqbula informalment mal-GTĊ, (ii) l-għan taż-żjara ta’ verifika, (iii) il-kamp ta’ applikazzjoni, il-kontenut u l-għan taż-żjara, u (iv) l-użu possibbli tal-fatti disponibbli għal programmi mhux użati mill-esportaturi inklużi fil-kampjun (ara aktar ’il fuq). Sabiextillimita l-ħtieġa għall-preżenza tal-uffiċjali rilevanti tal-GTĊ, indikat ukoll f’liema jum kull programm kien se jiġi indirizzat. Il-Kummissjoni kompliet takkomoda, iktar ma kien hemm fl-ordni, it-talbiet għal aktar dettalji dwar iż-żjarat ta’ verifika mill-GTĊ fi spirtu ta’ kooperazzjoni sħiħa, billi ltaqgħet mar-rappreżentanti tal-GTĊ f’qasir żmien biex tagħti l-kjarifiki mitlubin dwar id-dettalji taż-żjarat ta’ verifika. Il-Kummissjoni mbagħad għamlet segwitu bil-miktub ta’ din il-laqgħa, billi wieġbet aktar talbiet għal kjarifika mill-GTĊ f’għadd ta’ e-mails skambjati mal-GTĊ. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għamlet dak kollu possibbli biex tiżgura żjara ta’ verifika li tirnexxi, iżda madankollu l-GTĊ jidher li injora dawn l-isforzi kollha.

3.4.1.2.    L-għoti tal-HRS u s-CRS għal rimunerazzjoni mhix adegwata

(412)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni messha stabbilixxiet determinazzjoni “referenzjarja” tal-eżistenza ta’ korp pubbliku qabel ma talbet informazzjoni speċifika għat-tranżazzjoni fl-Appendiċi fil-kwestjonarju tal-GTĊ. Din it-talba ma tiġix aċċettat, billi jkun imprattiku li tissepara l-investigazzjoni f’żewġ stadji b’dan il-mod, billi l-Kummissjoni jkollha tagħmel żewġ talbiet separati għall-informazzjoni u twettaq żewġ żjarat ’a’ verifika separati fiċ-Ċina. Barra mill-implikazzjonijiet dwar ir-riżori, fil-prattika dan jagħmilha virtwalment impossibbli li titlesta l-investigazzjoni fl-iskadenzi. F’kull każ, it-totalità tal-evidenza (inkluża d-data speċifika għat-tranżazzjonijiet dwar il-prezzijiet u l-kwantitajiet) tista’ tkun rilevanti għad-determinazzjoni tal-korp pubbliku.

(413)

Il-GTĊ iddikjara li n-nuqqas tiegħu li jipprovdi tweġibiet għall-Appendiċi B maħsuba għall-SOEs li jfornu l-HRS u s-CRS lill-produtturi tal-OCS, ma għandux iwassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku u l-fatt li l-Kummissjoni applikat il-fatti disponibbli jikser l-Artikolu 12.7 tal-ftehim ASCM. Il-GTĊ qal ukoll li l-Kummissjoni talbet li l-Appendiċi B jimtela minn ħafna kumpanniji irrilevanti għall-investigazzjoni. Dan l-argument għandu jiġi miċħud. Il-Kummissjoni fasslet l-Appendiċi B b’tali mod biex tivverifika l-allegazzjonijiet fir-rikors u għamlet dan f’konformità mas-sejbiet tal-Korp tal-Appell tad-WTO f’DS379, li stabbilixa ċerti linji gwida għad-determinazzjoni ta’ korp pubbliku. Id-dikjarazzjoni tal-GTĊ li “l–Appendiċi B ma kienx jappartjeni biss għall-SOEs” ma tirrappreżentax ir-realtà. Huwa minnu li fil-bidu l-Kummissjoni talbet lill-produtturi tal-HRS/CRS biex jimlew l-Appendiċi B, iżda wara t-tweġiba tal-GTĊ għall-kwestjonarju l-Kummissjoni, sabiex tiffaċilita x-xogħol tal-GTĊ fit-tweġibiet tiegħu għall-Appendiċi B, illimitat it-talba tagħha biss għall-SOEs ikkonċernati (96). Minkejja dan l-isforz mill-Kummissjoni, il-GTĊ u l-SOEs ikkonċernati ma weġbux għall-Appendiċi B għalkemm huwa ċar (notevolment mir-rikors) li l-SOEs li jfornu l-HRS/is-CRS lill-produtturi esportaturi tal-OCS huma milqutin minn din l-investigazzjoni.

(414)

Meta wieħed iqis li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ma kellhiex alternattiva ħlief li tapplika l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku u għamlet dan f’konformità sħiħa mal-Artikolu 12.7 tal-ASCM.

(415)

Il-GTĊ qal li l-fatti disponibbli użati mill-Kummissjoni ma jappoġġawx il-konklużjoni li l-“linji gwida” dwar l-industrija tal-azzar li ġew kwotati huma legalment vinkolanti. Id-dokument ta’ ppjanar prinċipali tal-industrija tal-azzar, li abbażi tiegħu l-Kummissjoni għamlet is-sejbiet tagħha dwar l-eżistenza ta’ korp pubbliku huwa l-Ordni Nru 35 tal-NDRC – Politiki ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u tal-Azzar. Il-Kummissjoni staqsiet mistoqsija diretta dwar l-istatus legali tal-ordnijiet tal-NDRC u kien ikkonfermat li l-ordnijiet fil-leġislazzjoni Ċiniża huma legalment vinkolanti jekk jaqgħu f’waħda minn erbgħa kategoriji tal-liġi fiċ-ĊinaGħaldaqstant din id-dikjarazzjoni hija f’kuntradizzjoni mal-informazzjoni rilevanti fil-fajl.

(416)

Il-GTĊ qal li t-tagħwiġ tas-suq misjub mill-Kummissjoni fis-settur tal-azzar huwa irrelevanti għad-determinazzjoni tal-korp pubbliku tal-produtturi tal-HRS/is-CRS u li d-determinazzjoni tal-korp pubbliku kellha ssir speċifikament għall-entitajiet li jfornu l-HRS/is-CRS liż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun u mhux biss għall-SOEs li jipproduċu l-HRS/is-CRS fiċ-Ċina b’mod ġenerali. Skont il-GTĊ, jekk il-Kummissjoni ma jkollhiex informazzjoni fuq dawn l-entitajiet, ma tkunx tista’ tagħmel determinazzjoni; inkella tkun qed tibbaża fuq inferenza avversa impermissibbli. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma din id-dikjarazzjoni. L-eżistenza ta’ tagħwiġ fis-suq hija rilevanti, għalkemm mhix fattur determinanti fl-analiżi. Is-sejba ta’ “korp pubbliku” tal-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ dan il-proċediment tikkonċerna l-produtturi kollha tal-HRS/CRS li huma kompletament jew parzjalment tal-istat, billi saret abbażi ta’ evidenza relatata ma’ politika wiesgħa u fatturi mifruxin mal-industrija kollha u ma kinitx determinazzjoni speċifika għal kumpannija. L-entitajiet tal-istat li jfornu l-HRS/is-CRS liż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jaqgħu b’mod ċar fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sejba tal-korp pubbliku u, għaldaqstant, ma kienx ikkunsidrat neċessarju li ssir determinazzjoni speċifika limitata għalihom. F’kull każ, il-GTĊ ma pprovda l-ebda informazzjoni li tista’ tkun utli f’determinazzjoni bħal din speċifika għal kumpannija bħala tweġiba għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni.

L-argument tal-GTĊ li l-Kummissjoni ma tistax tagħmel determinazzjoni fin-nuqqas ta’ “fatti reali” dwar l-SOEs speċifiċi kkonċernati, ifisser li l-GTĊ kieku fil-fatt jibbenefika min-nuqqas ta’ kooperazzjoni (billi kien irrifjuta li jagħti l-“fatti”) u għalhekk jikseb riżultat “aktar favorevoli” milli kieku kkoopera, li huwa l-oppost ta’ inferenza avversa.

(417)

Il-GTĊ oġġezzjona li kien innotifikat mill-Kummissjoni dwar l-analiżi ta’ “inkarigu u direzzjoni” biss fl-istadju tal-iżvelar finali u għaldaqstant id-drittijiet tad-difiża tiegħu kienu nkisru. Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħetx tkun taf li kienet se tasal għal din il-konklużjoni fi stadju aktar bikri tal-investigazzjoni. Din is-sejba hija r-riżultat tal-informazzjoni kollha u d-data kollha miġbura tul il-proċediment u kienet żvelata hekk kif saret id-determinazzjoni finali, jiġifieri meta sar l-iżvelar definittiv. Ir-rikors allega sussisji relatati mal-forniment ta’ oġġetti tal-gvern mill-SOEs. L-investigazzjoni wriet li l-politika tal-gvern inkwistjoni, li inizjalment kienet tikkonċerna l-SOEs, kienet tapplika wkoll għall-entitajiet privati, u dan wassal għal konklużjoni ta’ inkarigu jew direzzjoni mill-gvern.

(418)

Il-GTĊ iddikjara li l-fatti diskussi mill-Kummissjoni bl-ebda mod ma jiġġustifikaw il-konklużjoni li kwalunkwe korp privat fl-industrija tal-azzar jiġi inkarigat u mogħti struzzjonijiet mill-istat biex jipprovdi s-sussidji kkumpensati. Dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. Fl-analiżi tagħha dwar l-inkarigu u d-direzzjoni, il-Kummissjoni rreferiet għal għadd ta’ pjanijiet governattivi u dokumenti politiċi u taqsimiet kwotati minn dawn id-dokumenti li juru rabta diretta bejn il-gvern u l-kondotta ta’ dawn il-kumpanniji privati tal-azzar u appoġġat is-sejbiet tagħha b’eżempji ta’ azzjonijiet minn dawn l-operaturi privati.

(419)

Il-GTĊ qal li l-Kummissjoni naqset milli tiddistingwi bejn il-konsegwenzi ta’ azzjoni governattiva u l-intenzjoni ta’ azzjoni governattiva waqt l-analiżi tal-inkarigu u d-direzzjoni. Il-Kummissjoni stabbilixxiet l-eżistenza ta’ politika tal-gvern biex tappoġġa l-industrija tal-azzar u tipprovdi l-HRS/is-CRS permezz ta’ korpi pubbliċi (SOEs) bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tas-suq. Kien stabbilit ukoll li din il-politika (permezz tal-predominanza tal-SOEs u d-disważjoni tal-esportazzjonijiet tal-HRS/is-CRS) sforzat b’mod effettiv lill-produtturi privati biex ifornu lill-industrija domestika tal-OCS bl-istess prezzijiet aktar baxxi minn dawk tas-suq tal-SOEs. Tabilħaqq, hemm evidenza li l-prezzijiet tal-fornituri privati huma marbutin espliċitement ma’ dawk tal-SOEs. Għaldaqstant, il-Kummissjoni stabbilixxiet li waħda milli-miri tal-politika kienet li tinkariga u tagħti struzzjonijiet lill-korpi privati biex iwettqu l-istess prattiki bħall-SOEs. Dan huwa każ klassiku tal-gvern, waħdu u permezz tal-SOEs, “jeżerċita l-awtorità tiegħu” fuq il-fornituri privati. Il-politika għandha l-elementi meħtieġa kollha għall-inkarigu u d-direzzjoni, jiġifieri “azzjoni tal-gvern”, “indirizzata lil parti partikolari”, “li l-għan tagħha huwa kompitu jew obbligu partikolari.” Bħala turija tal-intenzjonijiet tal-gvern, ċerti dispożizzjonijiet tal-Ordni Nru 35 jippenalizzaw lill-kumpanniji li ma jaġixux skont il-politiki deskritti fih. Dan juri li l-GTĊ beħsiebu jidderieġi l-industrija kollha tal-azzar f’ċerta direzzjoni u li jekk ikun hemm kumpanniji li ma jaqblux ma din l-intezjoni jkollhom ibatu l-konsegwenzi.

(420)

Il-GTĊ qal ukoll li l-Kummissjoni ma stabbilietx li l-GTĊ għandu politika li jipprovdi l-HRS u s-CRS lis-settur tal-OCS u li l-Kummissjoni ma waslitx għal konklużjoni f’dan ir-rigward. Dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. Kif intwera fl-analiżi fil-premessi (49) – (72) hawn fuq, l-SOEs li jipprovdu l-HRS/is-CRS lill-produtturi tal-OCS huma korpi pubbliċi, il-fergħa estiża tal-GTĊ u huwa ċar li dawn jipprovdu l-HRS/is-CRS lill-produtturi esportaturi tal-OCS. Kien stabbilit ukoll li l-prezzijiet ta’ dawn l-inputs ma jirriflettux il-valuri tas-suq. Għaldaqstant huwa konkluż li permezz ta’ dawn l-SOEs, il-GTĊ jeżerċita politika ta’ forniment ta’ HRS u CRS bl-irħis.

(421)

Il-GTĊ qal li l-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni żbaljata li hemm kontroll tal-gvern dominanti tas-settur tal-azzar b’mod ċenerali u li l-industrija tal-azzar tikkonforma ma’ ċerti linji gwida, iżda ma kkonkludietx li l-forniment tal-azzar lis-settur tal-OCS bi prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq huwa l-għan tal-politika. Dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. Kif ġie spjegat fil-premessa (419) hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-politika tal-gvern tinvolvi intenzjoni li l-fornituri privati jingħataw struzzjonijiet biex isegwu l-prattiki tal-SOEs tal-forniment bi prezzijiet aktar baxxi minn tas-suq.

(422)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni ma għamlitx sejba li hemm ħsieb speċifiku mill-GTĊ li jipprovdi kontribuzzoni finanzjarja proprja, li hija l-kwistjoni fil-każ tal-forniment tal-HRS u s-CRS kif inhu preskritt mir-Rapport tal-AB fl-Istati Uniti – Investigazzjoni dwar id-Danzju Kumpensatorju fuq DRAMS mill-Korea  (97). Dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. L-azzjonijiet tal-gvern inkwistjoni huma bbażati fuq politika tal-gvern maħsuba li tagħti struzzjonijiet lill-fornituri privati li jsegwu l-prattiki tal-SOEs ta’ forniment bi prezz aktar baxx minn tas-suq. Din mhix “konsegwenza” jew “prodott sekondarju” tal-intervent tal-gvern; dan huwa l-għan tal-intervent. Huwa ċar li f’dan il-każ il-fornituri privati tal-HRS/is-CRS mhumiex qed jeżerċitaw l-“għażla libera” fis-suq, billi s-suq huwa magħweġ mill-predominanza tal-SOEs u l-esportazzjoni tal-HRS/is-CRS hija skoraġġuta.

(423)

Il-GTĊ jgħid li l-Kummissjoni ma għamlitx sejbiet dwar korpi privati li fornew l-HRS/is-CRS lill-kumpanniji fil-kampjun. Dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. Bħal fil-każ ta’ ċerti korpi pubbliċi, il-Kummissjoni għamlet determinazzjoni għas-settur kollu ta’ inkarigu u direzzjoni li tapplika għall-fornituri privati kollha. Billi l-politika tal-gvern inkwistjoni tapplika għall-entitajiet kollha bħal dawn, ma hemmx għalfejn issir determinazzjoni speċifika għal kumpannija.

(424)

Il-GTĊ qal li l-Kummissjoni rrifjutat l-evidenza tal-GTĊ dwar il-proporzjon ta’ produzzjoni Ċiniża ta’ HRS u CRS li ġej mingħad l-SOEs. It-tabella mogħtija mill-GTĊ f’dan ir-rigward ma tista titqies bħala evidenza. Il-GTĊ irrifjuta li jagħti data mis-sors qabel u waqt il-verifika għal din it-tabella u għalhekk ma tistax titqies bħala informazzjoni kredibbli. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni użat informazzjoni mir-Reġistru Dinji tal-Azzar, li ġeneralment huwa aċċettat mill-industrija dinjija tal-azzar.

(425)

Il-GTĊ qal li l-Kummissjoni ma spjegatx għaliex il-prezzijiet tas-suq dinji tal-HRS u s-CRS huma l-aktar valur referenzjarju xieraq u rrefera għad-deċiżjoni tal-AB fil-US-Softwood Lumber IV li l-valur referenzjaru barra mill-pajjiż “għandu jirrelata jew jirreferi għal, biex ikun marbut mall-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq fil-pajjiż tal-forniment u għandu jirrifletti l-prezz, il-kwalita, id-disponibbilta, il-kummerċjabbilta, it-trasportazzjoni u kondizzjonijiet oħra għax-xiri jew il-bejgħ". Il-GTĊ jgħid ukoll li l-“predominanza governattiva” ma tistax twassal għal ġurisprudenza aktar laxka, billi li kieku din kienet għażla l-użu ta’ valur referenzjarju barra mill-pajjiż ma kienx ikun disponibbli. Il-GTĊ jgħid li l-Kummissjoni ma mxietx f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 14 tal-ASCM. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma din id-dikjarazzjoni. Il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fiċ-Ċina huma magħwġa, kif sabet il-Kummissjoni u spjegat fil-premessi (49) – (97) hawn fuq. Minħabba li l-azzar jiġi prodott madwar id-dinja bi proċessi simili u jiġi kummerċjalizzat madwar id-dinja, l-aktar valur referenzjarju raġonevoli estern huwa prezz dinji, billi ċ-Ċina għandha tkun f’sitwazzjoni tas-suq mhix magħwġa, billi huwa probabbli li l-prezzijiet ikunu allinjati mal-prezzijiet dinjija. Il-GTĊ pprova ftit informazzjoni dwar is-suq tal-azzar fiċ-Ċina, Anki jekk intalab li jagħmel dan speċifikament mill-Kummissjoni. Barra minn hekk iċ-Ċina ma pproponietx valuri referenzjari oħra barra mill-valur referenzjarju tal-pajjiż li ma kienx adattat minħabba t-tagħwiġ li nstab.

Il-GTĊ qal lu l-Kummissjoni bbażat is-sejbien tal-ispeċifiċità fir-rigward tal-forniment tal-HRS/is-CRS għal rimunerazzjoni mhix adegwata fuq, xejn ħlief, dikjarazzjoni tawtoloġika li saret mir-rikorrenti fir-rikors u dan mhuwiex biżżejjed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ASCM. Dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. Kemm l-HRS u s-CRS jintużaw bħala inputs minn għadd limitat ta’ kumpanniji biss, billi l-kumpanniji f’ħafna setturi ma jkollhomx użu għal dawn il-prodotti. Il-GTĊ innifsu, fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, ikkonferma li l-HRS u s-CRS jintużaw biss minn għadd limitata ta’ industriji. Il-GTĊ ma argumentax dwar dan il-fatt fil-kummenti għall-iżvelar definittiv. Għaldaqstant, huwa kkonfermat li dan is-sussidju huwa speċifiku fit-tifsira tal-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku, li huwa riproduzzjoni tal-Artikolu 2.1.(c) tal-ASCM.

3.4.1.3.    Self u rati ta’ mgħax preferenzjali lill-industrija tal-OCS

(426)

Il-GTĊ iddikjara li l-banek mhumiex mitluba li jsegwu l-linji gwida tal-industrija, ma jsirux jafu bid-deċiżjonijiet individwali tan-negozju mill-gvern, u li s-settur bankarju mhuwiex predominat mill-gvern. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. L-Artikoli 24 u 25 tal-Ordni Nru 35 jillimitaw l-għoti ta’ self biss għal dawk il-kumpanniji li jikkonformaw mal-politiki nazzjonali tal-iżvilupp għall-industrija tal-ħadid u l-azzar, għaldaqstant id-dikjarazzjoni tal-GTĊ li l-banek ma jridux isegwu l-politiki industrijali hija kuntrarju għal din l-evidenza. Huwa ċar, li dawn id-dispożizzjonijiet jirrestrinġu l-kumpanniji li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-banek u dawk li ma jistgħux. Anki d-dikjarazzjoni li s-settur bankarju mhuwiex dominat mill-Gvern għandha tiġi mwarrba. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-GTĊ pprova biss informazzjoni tassew limitata dwar l-istruttura tas-sjieda fis-settur bankarju, filwaqt li ddikjara li ma kellux tali informazzjoni, għalkemm skont l-Artikolu 24 tal-Liġi tal-Banek Kummerċjali, il-banek kollha huma obbligati li jirrappurtaw tali informazzjoni lill-Kummissjoni Regolatorja tal-Banek fiċ-Ċina, aġenzija tal-istat awtorizzata mill-Kunsill tal-Istat. L-informazzjoni l-oħra fil-fajl kwotata f’dan ir-regolament wasslet għall-konklużjoni li s-settur bankarju fiċ-Ċina huwa tassew iddominat mill-gvern (ara l-premessi (166)-(169) hawn fuq).

Barra mis-sorsi mdsemmija f’dan ir-regolament, ir-Rapport ta’ kull Pajjiż tal-FMI Nru 11/321 dwar iċ-Ċina ta’ Novembru 2011 jiddikjara li l-istat huwa wkoll direttament u indirettament involut fis-settur finanzjarju u jirrakkomanda l-orjentazzjoni mill-ġdid fir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-gvern fis-settur finanzjarju f’direzzjoni oħra mill-użu tas-sistema bankarja biex jintlaħqu għanijiet politiċi tal-gvern wesgħin u biex id-deċiżjonijiet ta’ self ikunu bbażati fuq għanijiet kummerċjali (98)  (99).

(427)

Il-GTĊ iddikjara li l-fatt li ma setax jikkonforma mal-esiġenzi tal-Appendiċi A mal-kwestjonarju tal-GTĊ ma setax iwassal għall-użu tal-fatti disponibbli, minħabba li l-Kummissjoni ma setgħetx iżżomm il-GTĊ responsabbli biex jipprovdi data interna, sensittiva u speċifika għat-tranżazzjonijiet rigward il-banek, li ħafna minnhom ma kinu tal-gvern bl-ebda mod. Kif ġie spjegat fil-premessa (426) hawn fuq il-GTĊ kellu aċċess tal-anqas għal xi ftit mill-informazzjoni mitluba iżda rrifjuta li jipprovdi tweġibiet għall-mistoqsijiet fl-Appendiċi A. F’dan ir-rigward huwa nnutat ukoll li billi l-GTĊ irrifjuta li jipprovdi data dwar is-sjieda l-Kummissjoni, fil-każ ta’ ħafna mill-banek, ma kinitx taf liema banek huma tal-istat u liema mhumiex.

(428)

B’rabta ma’ ċerti Ċirkularijiet tal-PBOC, il-GTĊ jiddikjara li s-sommarji disponibbli għall-pubbliku tal-kontenut taċ-ċirkolarijiet rilevanti, flimkien mat-testimonji tal-uffiċjali tal-PBOC huma biżżejjed biex jissostitwixxu ċ-Ċirkolarijiet proprji u l-ebda fatt disponibbli ma għandu jiġi applikat minħabba n-nuqqas tal-GTĊ li jipprovdihom. Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni rrifjutat l-informazzjoni mogħtija b’rieda tajba, jiġifieri t-testimonjanza tal-uffiċjal tal-PBOC flimkien mal-astratt taċ-ċirkularijiet inkwistjoni u rrefera għall-Artikolu 28 tar-Regolament Bażiku li jistipula li l-informazzjoni li hija falza jew qarrieqa biss tista’ tiġi injorata. Barra minn hekk il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni ma bbażatx is-sejbiet tagħha fuq fatti reali disponibbli jew fuq l-informazzjoni mogħtija, iżda obbligat lill-GTĊ jagħti prova li l-qagħda tal-affarijiet eżaminata waqt il-każ tal-Karta Fina Miksija ma kienx għadha kurrenti. F’dan il-każ, skont il-GTĊ, is-sejbiet tal-Karta Fina Miksija lanqas biss jikkuntradixxu l-informazzjoni mogħtija mill-GTĊ, billi dawn kienu bbażati fuq l-informazzjoni relatata ma’ perijodu ta’ żmien kompletament differenti.

Fir-rigward tal-estratti mogħtija mill-PBOC u l-websajt u t-testimonjanza tal-uffiċjal tal-PBOC, dawn ma setgħux jiġu vverifikati mingħajr id-dokumenti sors, jiġifieri ċ-Ċirkularijiet infushom. Il-Kummissjoni ma tifhimx għaliex, minn naħa waħda, il-GTĊ jikkunsidra li din hija dokumentazzjoni interna kunfidenzjali u kif, min-naħa l-oħra, is-sommarju tal-kontenut huwa allegatement ippubblikat fuq il-websajt tal-PBOC. Is-sejbiet fil-każ tal-Karta Fina Miksija huwa tassew rilevanti għall-każ preżenti. Il-fatt li l-informazzjoni kienet relatata ma’ perijodu ta’ żmien differenti huwa ta’ rilevanza limitata, minħabba li l-fatti rreġistrati (inkluż ir-rikors) juru li l-prattiki inkwistjoni ma nbidlux minn dakinhar. Fir-rigward tal-allegazzjoni tal-GTĊ li l-Kummissjoni qed taqleb il-piż tal-prova, huwa nnutat li s-sejbiet fil-każ tal-Karta Fina Miksija huma parti mit-totalità tal-evidenza kkunsidrata, iżda li l-GTĊ mhuwiex mitlub li “jiddiżapprovahom”. Il-kooperazzjoni f’investigazzjonijiet bħal dawn hija proċess b’żewġ naħat u l-partijiet kollha jistgħu joffru evidenza jew argumenti biex jikkontradixxu evidenza oħra fil-fajl.

(429)

Il-GTĊ jargumenta li l-Kummissjoni ma sabitx li r-rati tal-valuri referenzjari jirriflettu tagħwiġ mhux kummerċjali (u b’hekk jammettu li r-rati ta’ interess tas-suq Ċiniż ġeneralment jirriflettu rimunerazzjoni adegwata) u li l-fatt li hemm biss limitu aktar baxx fuq ir-rati ta’ interess għas-self kummerċjali jikkontribwixxi għad-detriment tal-produtturi esportaturi li jużaw self bħal dan u mhux il-benefiċċju. Mingħajr il-limitu l-aktar baxx imponut mill-PBOC, dawk ir-rati setgħu jkunu ħafna aktar baxxi. Dan l-argument mhuwiex f’loku. Il-fatt li l-GTĊ (PBOC) jistabbilixxi r-rati referenzjarji b’mod arbitrarju, fl-ewwel post, jenfasizza mġiba mhux kummerċjali. Dan huwa kkonfermat ukoll mir-Rapport ta’ kul Pajjiż tal-FMI Nru 11/321 (100) dwar iċ-Ċina ta’ Novembru 2011 li jirreferi għar-regolament dwar l-interess.

(430)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni naqset milli tivvaluta l-kredibbiltà kreditizja tal-partijiet li kienu involuti, kif għamlet fil-każ tal-Karta Fina Miksija. Bħala tweġiba, l-kredibbiltà kreditizja tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma ġietx ivvalutata, minħabba li f’kull każ hija influwenzata mill-politiki industrijali u mill-appoġġ u l-intervent tal-istat. Billi nstab li s-sistema finanzjarja fiċ-Ċina hija magħwġa, dan ikun eżerċizzju inutli. Fil-każ dwar il-Karta Fina Miksija ma kinitx saret valutazzjoni tal-kredibbiltà kreditizja.

(431)

Il-GTĊ joġġezzjona wkoll għad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni, billi jallega li hija “purament punittiva” u li “f’kull każ ir-raġunijiet tal-Kummissjoni għal din l-għażla ma ġewx żvelati b’mod li jippermetti skrutinju". Għall-GTĊ, jekk il-Kummissjoni ssib li l-valur referenzjarju flimkien mal-primjum tar-riskju BB ikun ir-rata, imbagħad għandha tispjega r-raġunar tagħha f’dak ir-rigward u fuq bażi speċifika għall-produtturi u s-self. Dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. Minħabba t-tagħwiġ u n-nuqqas ta’ valutazzjoni xierqa tal-kredibbiltà kreditizja jew tar-riskju tal-produtturi tal-OCS mill-banek tas-self, il-Kummissjoni ma setgħetx tqis il-klassifikazzjoni tal-kreditu (jekk din kienet teżisti) tal-produtturi esportaturi b’mod superfiċjali. Il-klassifikazzjoni BB f’dan il-każ mhix sfavorevoli għall-produtturi esportaturi minħabba li hija l-aqwa klassifikazzjoni mhux ta’ investiment fis-suq.

3.4.1.4.    L-għoti ta’ LURs għal rimunerazzjoni mhix adegwata

(432)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li d-dikjarazzjonijiet tal-GTĊ li l-LURs jingħataw b’referenza għall-kompetizzjoni huma tali li ma jneħħux il-bżonn għal valur referenzjarju estern. Il-GTĊ iddikjara wkoll li tul l-ispjegazzjoni dwar għaliex id-dikjarzzzjonijiet tal-GTĊ ġew miċħuda, il-Kummissjoni ffukat biss fuq l-evidenza tal-GTĊ u mhux fuq il-fatti li kienu disponibbli. Il-GTĊ jitlob li l-Kummissjoni tiżvela l-bażi reali fattwali li użat biex tiddetermina li l-prezzijiet stabbiliti mill-awtoritajiet lokali kienu arbitrarji, jiġifieri li ma kinux jirreferu jew jirrelataw għall-provvista u d-domanda għall-artijiet industrijali.

Il-mod kif il-GTĊ fehem din il-kwistjoni mhuwiex korrett. Il-Kummissjoni ma sabitx li l-LURs jingħataw b’referenza għall-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni sabet minn 13-il tranżazzjoni LUR 6 biss kellhom jiġu suġġetti għal proċess ta’ offerti jew irkant. Fir-rigward ta’ dawn is-sitta, l-evidenza ppreżentata f’dan ir-rigward uriet li l-offerti ma kinux kompetittivi billi ma kienx hemm offerta waħda u l-prezz kien stabbilit mill-awtoritajiet. Il-Kummissjoni ma fehmitx it-talbiet tal-GTĊ għall-fatti disponibbli użati fir-rigward tan-nuqqas ta’ suq għal-LURs biex jiġi żvelat meta l-ebda fatti disponibbli ma ntużaw biex jiġu rrifjutati d-dikjarazzjonijiet tal-GTĊ f’din il-kwistjoni u l-analiżi saret abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi f’dan ir-rigward. Il-bażi fattwali għad-determinazzjoni li l-prezzijiet huma stabbiliti b’mod arbitrarju hija msemmija fil-premessi (114)-(116) hawn fuq, jiġifieri l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet li saru ppreżentati mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, is-Sistema tal-Evalwazzjoni tal-Artijiet Urbani u l-Ordni Nru 35.

(433)

Skont il-GTĊ, il-Kummissjoni ma ddeterminatx l-ispeċifiċità skont l-Artkoli 2.1 u 2.2 tal-ASCM, u lanqas issostanzjat b’mod ċar id-determinazzjonijiet tagħha tal-ispeċifiċità abbażi ta’ evidenza pożittiva, kif inhu mitlub fl-Artikolu 2.4 tal-ASCM. Barra minn hekk, hija ma ssostanzjatx il-ħtieġa li jibbaża l-benefiċċju l-ammont fuq valur referenzjarju ta’ barra mill-pajjiż u lanqas ħadmet il-valur referenzjarju magħżul b’mod konsistenti mal-Artikolu 14 (d) tal-ASCM. Dawn id-dikjarazzjonijiet kellhom jiġu miċħuda. Il-bażi tal-Kummissjoni għas-sejbiet tal-ispeċifiċità hija l-fatt li l-kumpanniji kollha li ma jikkonformawx mal-politiki industrijali stabbiliti mill-ista huma esklużi mill-forniment tal-LUR, il-prezzijiet ħafna drabi jiġu stabbiliti b’mod arbitrarju mill-awtoritajiet u l-prattiki tal-gvern mhumiex ċari u mhumiex trasparenti. Il-bżonn ta’ valur referenzjarju barra mill-pajjiż kien spjegat u ġġustifikat fil-premessi (109), (118) u (120), (121) hawn fuq. Billi nstab li s-suq tal-LURs fiċ-Ċina huwa magħweġ, mhuwiex possibbli li jiġi applikat valur referenzjarju tal-pajjiż kif ippropona l-GTĊ. Il-Kummissjoni ma taqbilx mad-dikjarazzjoni li l-valur referenzjarju nħadem b’mod inkonsistenti mal-Artikolu 14(d) tal-ASCM. Il-valur referenzjarju tat-Tajwan huwa kkunsidrat bħala l-aħjar valur disponibbli għall-Kummissjoni u huwa konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-AB f’DS 379.

(434)

Il-GTĊ jiddikjara li huwa ssuġġerixxa li kull valur referenzjarju possibbli jkun wieħed fil-pajjiż u jkun ibbażat fuq il-prezzijiet li kienu qed iħallsu l-industriji Ċiniżi “mhux iffavoriti”; skont il-GTĊ, dan huwa preċiżament minħabba li ma hemmx distizjoni fl-ewwel post, u li għalhekk l-ammont ta’ sussidju ġustament ikun żero. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma din id-dikjarazzjoni u, f’kull każ, il-GTĊ ma pprovdiex informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-LUR tal-industriji “mhux iffavoriti” li, fit-teorija, jistgħu jintużaw biex jinħadem il-valur referenzjarju.

(435)

Il-GTĊ jiddikjara wkoll li r-rikorrent ma pprovda l-ebda indikazzjoni jew evidenza li l-LURs ingħataw, b’mod partikolari, lil sottogrupp ta’ intrapriżi limitati u l-Unjoni ma għamiltx is-sejba kriċjali li l-forniment tal-LURs huwa espliċitament limitat għal ċerti intrapriżi/ intrapriżi mħeġġa. Il-Kummissjoni għamlet sejba li l-forniment tal-LUR huwa limitat għall-kumpanniji li jikkonformaw mal-politiki industrijali stabbiliti mill-GTĊ fl-Ordni Nru 35 tal-NDRC (il-premessa (116) hawn fuq).

(436)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni ma għamlitx eżami rigoruż biex issib valur referenzjarju li jirreferi jew jirrelata għas-sitwazzjoni fiċ-Ċina u li l-Kummissjoni ma għamlitx ħilitha biex tidentifika valur referenzjarju li japprossima l-kundizzjonijiet tas-suq li jiddominaw fin-nuqqas tat-tagħwiġ, jew jekk għamlet dan ma spjegatx kif dan huwa hekk. Id-dikjarazzjoni kellha tiġi miċħuda. Il-Kummissjoni, tabilħaqq, eżaminat bir-reqqa d-diversi indikaturi u qabblet it-Tajwan u r-RPĊ, b’mod ġenerali, kif ukoll il-provinċiji Ċiniżi individwali kkonċernati. Wara analiżi bħal dawn, il-Kummissjoni tqis lit-Tajwan (101) bħala punt ta’ riferiment minħabba t-totalità tal-informazzjoni fil-fajl, jiġifieri (i) il-livell ta’ żvilupp ekonomiku u l-istruttura ekonomika prevalenti fit-Tajwan u l-provinċji Ċiniżi relevanti fejn huma stabbiliti l-produtturi esportaturi u l-belt (102), (ii) il-prossimità fiżika ta’ dawn iż-żewġ provinċji Ċiniżi mat-Tajwan, (iii) il-livell għoli ta’ infrastruttura li għandhom kemm it-Tajwan kif ukoll iż-żewġ provinċji Ċiniżi, (iv) ir-rabtiet ekonomiċi b’saħħithom u l-kummerċ transkonfinali bejn it-Tajwan u r-RPĊ, (v) id-densità tal-popolazzjoni simili fil-provinċji Ċiniżi kkonċernati u fit-Tajwan, (vi) is-similarità bejn it-tip ta’ art u t-tranżazzjonijiet użati għall-bini tal-punt ta’ riferiment relevanti fit-Tajwan ma’ dawk fir-RPĊ u (vii) il-karatteristiċi demografiċi, lingwistiċi u kulturali komuni fit-Tajwan u r-RPĊ. Barra minn hekk, il-provinċji ta’ Jiangsu u Zhejiang, flimkien mal-Belt ta’ Chongqing, huma kkunsidrati bħala provinċji bl-aqwa manifattura fir-RPĊ. Għalhekk il-PDG per capita tat-Tajwan u tal-provinċji Ċiniżi u l-Belt ta’ Chongqing mhux identiku, il-PDG ta’ dawn il-provinċji Ċiniż u l-Belt ta’ Chongqing kiber b’mod rapidu f’dawn l-aħħar snin, jiġifieri qed ilaħħqu mat-Tajwan.

Barra minn hekk, id-data reċenti tissuġġerixxi li r-RPĊ kollha kemm hi, iż-żewġ provinċji u l-belt ta’ Chongqing għandhom tkabbir ta’ PDG ħafna akbar minn tat-Tajwan (103), jiġifieri qed ilaħħqu b’pass tassew mgħaġġel. Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li t-tqabbil eżatt bejn il-PDG ta’ ekonomija mhux tas-suq (ir-RPĊ) u l-PDG ta’ ekonomija tas-suq stabbilita sew (it-Tajwan) mhuwiex fatt deċiżiv billi huwa normali għal ekonomija mhux tas-suq li tkun f’livell inqas avvanzat minn ekonomija tas-suq stabbilita fejn jidħol il-PDG. Barra minn hemm, ħafna fatturi oħra, eż. ir-regoli tal-ippjanar, il-politika ambjentali, eċċ. jistgħu jaffettwaw il-provvista u d-domanda tal-art industrijali. Il-kwistjoni reali hija xi jkunu “il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq” fir-rigward tad-drittijiet tal-użu tal-art fir-RPĊ li kieku din kienet ekonomija tas-suq operattiva u, fuq il-bażi tal-evidenza kollha, dawn ikun simili ħafna għal dawk fit-Tajwan.

(437)

Il-GTĊ jiddikjara wkoll li l-Kummissjoni, fil-kalkoli tagħha, użat il-perijodu ta’ deprezzement ta’ 50 sena, filwaqt li mhux il-kuntratti kollha ta’ drittijiet tal-użu tal-artijiet kienu bbażati fuq it-termini ta’ 50 sena. Dan ma kienx korrett. L-LURs kollha, li l-forniment tagħhom kien ikkumpensat f’din l-investigazzjoni, kienu bbażati fuq termini ta’ 50 sena.

3.4.1.5.    Programm li jikkonsisti mill-forniment tal-elettriku għal rimunerazzjoni mhix adegwata

(438)

Il-GTĊ iddikjara li l-konklużjoni rigward l-ispeċifiċità hija “totalment artifiċjali” minħabba li l-firxa tal-attività ekonomika li tħallas ir-rata mhux penalizzati, tkopri l-maġġoranza assoluta tal-ekonomija Ċiniża. Il-GTĊ iddubita wkoll mis-sejba tal-Kummissjoni dwar l-“ispeċifiċità reġjonali” u, b’mod partikolari, il-konklużjoni li dan is-sussidju huwa disponibbli biss fiż-żoni ġeografiċi fejn jinsab il-produttur esportatur. Skont il-GTĊ, il-penali tapplika għal kulħadd fiż-żoni ġeografiċi kollha, li fihom jinsabu l-produtturi esportaturi kollha u għaldaqstant ma hemmx speċifiċità reġjonali. Dan l-argument kellu jiġi miċħud. Il-Kummissjoni tinnota li l-GTĊ jidher li jibbaża l-kummenti tiegħu esklużivament fuq is-sistema ta’ prezzar differenti għall-kategoriji ta’ intrapriżi “mħeġġa”, “ristretti”, “projbiti” un “permessi” skont id-deċiżjoni Nru 40. Madankollu, il-Kummissjoni nbbażat is-sejbiet tagħha fuq is-sistema speċjali tal-ipprezzar tal-elettriku disponibbli fiż-żona muniċipali usa’ ta’ Chongqing, fejn wieħed mill-esportaturi li kkooperaw u li ġew inklużi fil-kampjuni għandu impjant ta’ produzzjoni. Dan l-esportatur jibbenefika minn rata aktar baxxa tal-elettriku li tapplika b’mod speċifiku għal sottogrupp ta’ kumpanniji li jappartjenu għal ċerti setturi (jiġifieri l-forn elettroniku tal-ferroliga u l-kumpanniji tal-fertilizzanti) fl-istess kaegorija ta’ utenti industrijali kbar. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rata aktar baxxa ta’ elettriku li tapplika biss għal dan is-sett tassew ristrett ta’ kumpanniji li japprtjenu biss għal dawk is-setturi speċifiċi eliġibbli hija de jure speċifika.

Fir-rigward tal-ispeċifiċità “reġjonali”, il-premessa (149) ma tirreferi għall-ebda sistema ta’ penali kif jindika l-GTĊ fil-kummenti tiegħu. Din il-premessa tiċċara li din r-rata ta’ elettriku ta’ benefiċċju tapplika għas-sottogrupp ristrett ta’ kumpanniji, inkluż il-produttur tal-prodott ikkonċernat, huwa limitat għal żona ġeografika magħżula (jiġifieri l-muniċipalità usa’ ta’ Chongqing) li hija parti mir-Reġjun tal-Punent Usa’ taċ-Ċina, imħeġġeġ skont il-liġi msemmija fl-istess premessa u li tkompli tiġi spjegat fil-premessa (233) hawn fuq. Kif ikompli jiġi ddikjarat fil-premessa (149), din il-leġislazzjoni tirreferi għall-ipprezzar tal-elettriku bħala wieħed mill-għodod biex jintlaħaq l-għan politiku prinċipali biex jitrawwem l-iżvilupp ta’ dan ir-reġjun. Is-sejba tal-Kummissjoni li dan is-sussidju huwa wkoll speċifiku għar-reġjuni, hija b’dan ikkonfermata.

(439)

Il-GTĊ iddubita wkoll mill-konklużjoni fil-premessa (146) hawn fuq rigward l-ispeċifiċità abbażi tas-sistema tal-ipprezzar differenti bejn il-kategoriji ta’ intrapriżi “mħeġġa”, “ristretti”, “projbiti” u dawk “permessi”. Il-GTĊ jispjega għal darba oħra li d-differenza fil-prezz tal-elettriku mħallsa bejn il-proġett skoraġġut speċifikament u l-bqija, topera bħala penali, jew soprataxxa, biex tiskoraġġixxi l-proġetti speċifiċi u mhux “skont” imħallas biex jiskoraġġixxi l-proġetti. Il-GTĊ jikkonkludi li l-Kummissjoni għandha ssib liema rimunerazzjoni tkun ikkunsidrata adegwata u f’dan il-każ il-Kummissjoni assumiet li l-prezz tal-penali jkun rimunerazzjoni adegwata. Dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. Kif ġie spjegat fit-tul hawn fuq, is-sejba tal-Kummissjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tirreferi għar-rata aktar baxxa ta’ elettriku li din il-kumpannija tista’ tuża bħala parti mis-sottogrupp ristrett ta’ kumpanniji fi ħdan il-kategorija tal-utenti industrijali akbar. L-argumenti tal-GTĊ, għaldaqstant, mhumiex rilevanti fir-rigward tas-sejbiet mill-Kummissjoni.

3.4.1.6.    Programmi oħra ta’ introjtu u taxxa mhux użati mill-produtturi inklużi fil-kampjun ikkumpensata għall-finijiet tar-“rata residwa”.

(440)

Il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni ma applikatx b’mod konsistenti r-regoli rilevanti tad-WTO rigward it-teħid ta’ kampjun li jinsabu fil-Ftehim tad-WTO tal-Antidumping (jiġifieri l-Artikoli 6.10, 9.2 u 9.3), u minħabba li l-għan tat-teħid tal-kampjun ikun li jiġi llimitat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. Dan l-argument kien marbut mal-Artikolu 19.4 tal-ASCM tad-WTO, li jillimita l-ammont ta’ dazju kumpensatorju għall-ammont ta’ sussidju li "jinstab li jeżisti". Il-GTĊ ikkonkluda li jekk il-Kummissjoni ma kkunsidratx l-estent tas-sussidjar li ġie maqbud mill-kampjun magħżul adegwat, is-soluzzjoni kienet li jiġu inklużi fil-kampjun aktar kumpanniji. Fl-ewwel post il-Kummissjoni tinnota li l-analoġija bejn it-teħid ta’ kampjun fl-investigazzjonijiet tal-anti-dumping u ta’ kontra s-sussidji għandha ċerti limiti, minħabba li bil-kontra tal-investigazzjonijiet tal-antidumping fl-investigazzjonijiet CVD, ma teżistix regola ġenerali li kull esportatur jirċievi dazju individwali u l-hekk imsejħa każijiet “aggregati” huma permessi espliċitament. Barra minn hekk, differenti mill-każijiet tal-antidumping, il-gvern huwa parteċipant u rispondent meħtieġ f’każ CVD u l-gvern, għalhekk, huwa inkluż b’mod impliċitu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kull "kampjun" għall-finijiet ta’ determinazzjo’i ta’ CVD. Fi kliem ieħor, l-azzjonijiet tal-gvern bħala dak li jagħti s-sussidju allegat, dejjem jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni CVD, irrilevanti mill-użu ta’ kampjun ta’ produtturi esportaturi.

(441)

Fir-rigward tal-kumment tal-GTĊ li r-rikors huwa li “jiġu inklużi aktar kumpanniji fil-kampjun”, il-Kummissjoni tinnota li dan huwa preċiżament dak li għamlet f’dan il-każ. Barra mill-irtirar tal-kooperazzjoni minn wieħed mill-esportaturi li oriġinarjament kien qabel li jikkoopera, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi esportatur ieħor fil-kampjun. Minkejja dan, ftit wara li l-kumpannija ġiet infurmata bl-inklużjoni tagħha fil-kampjun, hija nnotifikat lill-Kummissjoni li ma kienx għadha beħsiebha tikoopera fl-investigazzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni kienet sfurzata tillimita l-kampjun għaż-żewġ esportaturi li kien fadal u li oriġinarjament kienu inklużi fil-kampjun u ma kinux irtiraw il-kooperazzjoni tagħhom, sabiex tevita aktar dewmien li seta’ jxekkel it-tlestija minnufih tal-investigazzjoni fi żmien l-iskadenzi legali preskritti. Il-Kummissjoni tinnota li dan it-tentattiv li ma rnexxiex u li ddgħajjef esklużivament minħabba l-imġiba tal-esportaturi, juri eżattament li d-dikjarazzjoni tal-GTĊ hija bla mertu minħabba li ma tindirizzax il-problema tal-kumpanniji li ma jidentifikawx ruħhom biex jiġu inklużi fil-kampjun, fl-ewwel post, jew li jirtiraw mill-kampjun jekk jintgħażlu.

(442)

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-fatti disponibbli, il-GTĊ irrefera għall-Artikolu 12.7 tal-ASCM u kkwota l-ġurisprudenza tad-WTO li tenfasizza li l-fatti fil-fajl ma jistgħux jintużaw biex jissostitwixxu informazzjoni nieqsa, u li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni ma jiġġustifikax id-determinazzjonijiet mingħajr bażijiet fattwali. Il-Kummissjoni ma tifhimx il-loġika ta’ din id-dikjarazzjoni, meta wieħed iqis li fid-determinazzjoni tagħha kienet użat il-fatti fil-fajl, kif inhu previst fid-dispożizzjoni tad-WTO u r-Regolament bażiku f’konformità sħiħa mal-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO. Billi l-GTĊ irrikonoxxa wkoll, li s-sejbiet tal-Karta Fina Miksija u fid-diversi deċiżjonijiet dwar id-DOC tal-Istati Uniti jikkostitwixxu l-aħjar fatti disponibbli għall-Kummissjoni u jintużaw preċiżament biex jimlew il-lakuni fl-informazzjoni kkawżata min-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ.

Il-GTĊ iddubita wkoll mill-użu ta’ dawn il-fatti, billi dawn ma jirriflettux sussidju preżenti u lanqas ma huma marbutin b’mod speċifiku mal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni tinnota f’dan ir-rigward li ħafna minn dawn il-programmi ta’ sussidju jikkonċernaw is-sussidji mhux rikorrenti (pereżempju, għotjiet, vantaġġi fiskali marbutin mal-investiment fl-assi) li normalment jiġu amortizzati tul għadd ta’ snin u għalhekk il-benefiċċji tagħhom ikomplu jeżistu sew fil-futur u, għaldaqstant, lil hinn mill-PI f’dan il-każ. Meta jkunu involuti s-sussidji rikorrenti, ma hemmx evidenza li dawn il-programmi ma jkunux inbidlu mill-investigazzjoni inkwistjoni. Fir-rigward tar-rabta bejn dawn il-programmi u l-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni tfakkar li dawn il-programmi kollha jkopru s-settur tal-azzar (mhumiex speċifiċi għall-prodott), jew japplikaw fir-reġjun fejn l-esportaturi tal-OCS ikollhom il-fabbriki tagħhom. Fin-nuqqas ta’ evidenza kuntrarja fil-fajl, il-Kummissjoni ddeċidiet li huwa raġonevoli li jiġi konkluż li l-benefiċċji ta’ dawn il-programmi xorta jirriflettu l-aħjar proxy għas-sussidji preżenti għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat. Huwa enfasizzat li l-GTĊ kellu opportunità biżżejjed biex jippreżenta evidenza kuntrarja fuq dawn il-programmi kollha, iżda deliberatement iddeċieda li ma jippreżentahiex u, b’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kellha tuża l-fatti disponibbli fil-fajl kif inhu preskritt mir-Regolament bażiku tal-ASCM tad-WTO.

3.4.1.7.    Programmi ta’ ekwità

(443)

Il-ĠTĊ iddikjara li dawn il-programmi kollha (dividendi mhux imħallsa, bdil ta’ dejn għal ekwità u infużjonijiet tal-ekwità) ma nbdewx skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 11.2 u 11.3 tal-ASCM.

Dan l-argument kellu jiġi miċħud. Kif diġà ġie spjegat fit-taqsima dwar it-tweġiba tal-kummenti tal-GTĊ dwar il-bidu (il-premessi (399) - (406) hawn fuq) is-servizzi tal-Kummissjoni analizzaw l-evidenza ppreżentata mir-rikorrent, li kienet sostanzjali, kif jidher ċar mill-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tar-rikors. Is-servizzi tal-Kummissjoni proponew biss it-tnedija ta’ investigazzjoni dwar skemi speċifiċi wara li kienu analizzaw kif xieraq lil-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-evidenza li huma jqisu biżżejjed fuq bażi prima facie.

(444)

Fl-opinjoni tal-GTĊ il-programmi tal-ekwità huma sussidji uniċi ad-hoc, sal-estent li jeżistu, billi japplikaw biss għal benefiċjarju partikolari u mhux skont leġislazzjoni partikolari u billi “il-Kummissjoni taf fiċ-ċert li l-kumpanniji soġġetti għal dazju residwu mhux talli ma rċevewx dawn is-sussidji, talli ma setgħux jirċevuhom minħabba n-natura ad-hoc tagħhom”, ma għandhomx jiġu kkumpensati. Barra hekk, il-GTĊ saħaq li sal-punt li fatti huma disponibbli jsiru deċiżjonijiet, imma jridu jkunu bbażati fuq fatti attwali. Għal din ir-raġuni l-kumpensatorju ta’ sussidji ad hoc lil kumpanniji għajr dawk li allegatament verament irċevewhom huwa ksur tal-Artikolu 12.7 tal-ASCM.

Kien innotat li l-GTĊ ma weġibx għal mistoqsija waħda fil-kwestjonarju jew fl-ittra ta’ nuqqasijiet li tikkonċerna dawn l-iskemi. B’hekk l-istqarrija tal-GTĊ li “l-Kummissjoni taf bħala fatt li kumpanniji soġġetti għad-dazju residwali mhux biss ma rċevewx imma ma setgħux jirċievu minħabba n-natura ad hoc tagħhom" dawn is-sussidji, ma tirrappreżentax ir-realtà. Għall-kuntrarju, ir-rikors niżżel bosta kumpanniji li bbenefikaw minn dawn l-iskemi ta’ ekwità u ma stqarrx li din il-lista hija eżawrjenti. Billi l-GTĊ ma pprovdiex kwalunkwe informazzjoni fuq in-natura jew l-eliġibbiltà ta’ dawn l-iskemi l-Kummissjoni ma għandha l-ebda għażla imma li tapplika l-fatti disponibbli.

3.4.2.   KUMMENTI TA’ ZHEJIANG HUADONG

3.4.2.1.    L-għoti ta’ LURs għal rimunerazzjoni mhux adegwata

(445)

Zhejiang Huadong stqarret li hi pprovdiet lill-Kummissjoni bil-leġislazzjonijiet kollha rilevanti li jirregolaw il-mod ta’ ħidma u t-twaqqif ta’ valuri għall-bejgħ ta’ LURs fiċ-Ċina u rreferiet għad-Dispożizzjonijiet dwar l-Għoti tad-Dritt tal-Użu tal-Art Statali għall-Bini permezz ta’ sejħa għall-offerti, irkant u stima biex turi li hemm suq immobiljari li jiffunzjona sew fiċ-Ċina, fejn l-istimi u l-prezzijiet imħallsa huma pubbliċi. Stqarret ukoll li s-suq immobiljari li jeżisti llum fiċ-Ċina, u l-istatistika uffiċjali eżawrjenti fuq il-prezzijiet LUR disponibbli, tifforma l-aħjar evidenza għall-valutazzjoni tal-prezz tal-LURs fiż-zmien li dan l-produttur esportatur xtrahom.

Dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. Il-Kummissjoni tispjega s-sejbiet b’rispett għal-LURs ta’ Zhejiang Huadong fil-premessa (115) hawn fuq. Dawn is-sejbiet ma ġewx argumentati fil-kummenti tagħha għall-iżveler definittiv. Evidenza disponibbli turi li s-suq LUR fiċ-Ċina huwa mfixkel hekk kif l-offerti investigati fuq il-post mill-Kummissjoni ma kinux kompetittivi u l-prezzijiet kienu arbitrarjament imwaqqfa mill-awtoritajiet. Il-bażi fattwali għad-determinazzjoni li l-prezzijiet huma stabbiliti b’mod arbitrarju hija msemmija fil-premessi (114) - (116) hawn fuq, jiġifieri l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet li saru ppreżentati mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, is-Sistema tal-Evalwazzjoni tal-Artijiet Urbani u l-Ordni Nru 35.

(446)

Zhejiang Huadong stqarret li skont l-Artikolu 14(d) tal-Ftehim WTO SCM prezzijiet referenzjarji xierqa għandhom jirrelataw jew jirreferu għall-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fil-pajjiż tal-provvista fl-ewwel istanza jew fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet bħal dawn. Stqarret ukoll li fuq il-bażi tal-paragrafu 15(b) tal-Protokoll ta’ Adeżjoni Ċina-WTO, meta t-termini u l-kundizzjonijiet prevalenti fiċ-Ċina mhumiex disponibbli bħala punti referenzjarji xierqa, il-Membru importatur WTO għandu jaġġusta t-termini u l-kundizzjonijiet prevalenti fejn pratikabbli, qabel ma jikkunsidra l-użu tat-termini u kundizzjonijiet prevalenti ’l barra miċ-Ċina. Filwaqt li l-Kummissjoni taqbel mal-biċċa l-kbira tat-teorija legali li hemm f’din it-talba, hija kkonkludiet ukoll li ma hemmx suq funzjonanti għall-art fiċ-Ċina u għal din ir-raġuni ntuża l-punt referenzjarju għall-artijiet. Il-ħtieġa għal punt referenzjarju ’l barra mill-pajjiż kien spjegat u ġustifikat fil-premmesi (109), (118) u (120)- (121) hawn fuq. Hekk kif instab li s-suq LUR fiċ-Ċina huwa mxekkel ma kienx possibbli li jiġi applikat punt referenzjarju fil-pajjiż kif suġġerit minn Zhejiang Huadong u ma hemmx bażi fejn dan il-punt referenzjarju jista’ jiġi aġġustat. Barra hekk, mill-informazzjoni mitfugħa b’rabta mal-punt referenzjarju ssuġġerit minn Zhejiang Huadong (Xiaoshan tal-Provinċja ta’ Zhejiang) mhuwiex ċar u mhuwiex verifikabbli jekk l-informazzjoni tal-prezzijiet issuġġerita hijiex allegatament limitata mal-prezzijiet tal-LUR tal-industriji “mhux iffavoriti”.

(447)

Zhejiang Huadong stqarret li l-għażla ta’ Tajwan bħala punt referenzjarju ma kinetx raġonevoli u objettiva għar-raġunijiet li ġejjin: 1) Zhejiang Province ma kinetx reġjun ta’ żvilupp għoli PGD simili għat-Tajwan fiż-żmien meta nxtraw l-LURs; 2) l-għażla tal-Kummissjoni tal-prezzijiet attwali tal-art fit-Tajwan kienet ibbażata fuq offerti għall-bejgħ ta’ art industrijali u mhux fuq il-bażi ta’ prezzijiet attwali għal propjeta’ mogħtija b’kiri għal użu industrijali li huwa simili għal-LUR assenjat lil Zhejiang Huadong.

Din l-istqarrija trid tiġi miċħuda. Fir-rigward ta’ 1) kif mistqarr hawn fuq fil-premessa (436) il-Kummissjoni ħarset fid-dettall lejn l-indikaturi varji u qablet lil Tajwan u lir-RPĊ bħala ħaġa sħiħa kif ukoll provinċji Ċiniżi individwali kkonċernati. Wara analiżi bħal din il-Kummissjoni tikkunsidra lit-Tajwan bħala punt referenzjarju xieraq konsistenti mar-Regolament bażiku mar-regoli WTO. Fir-rigward ma’ 2) għandu jkun innotat li l-Kummissjoni użat l-aħjar informazzjoni li kienet raġonevolment disponibbli lilha.

(448)

Zhejiang Huadong saħqet fuq żball aritmetiku fil-kalkolu tar-rati ta’ inflazzjoni wżati fl-aġġustament għall-inflazzjoni tal-punt referenzjarju. Il-Kummissjoni kkunsidrat din it-talba u rrevediet il-kalkolu kkonċernat.

(449)

Zhejiang Huadong stqarret li ma hemmx speċifiċità fix-xiri tagħha ta’ LURs billi l-kumpanniji kollha fiċ-Ċina huma trattati fl-istess mod skont il-leġislazzjoni. Zhejiang Huadong stqarret ukoll li l-Kummissjoni ma indirizzatx b’mod adegwat il-kwistjoni ta’ speċifiċità u ma kien hemm l-ebda raġunament fl-iżvelar definittiv rigward ir-raġunijiet dwar għalfejn il-prezz imħallas minn Zhejian Huadong jirriżulta f’benefiċċju.

Dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. Il-bażi tas-sejbiet ta’ speċifiċità tal-Kummissjoni hija l-fatt li l-kumpanniji kollha li ma jkunux konformi mal-politiki industrijali mwaqqfa mill-istat huma esklużi mid-dispożizzjoni ta’ LUR, il-prezzijiet huma ta’ spiss imwaqqfa b’mod arbitrarju mill-awtoritajiet u prattiki tal-gvern mhumiex ċari u mhux trasparenti. Il-Kummissjoni għamlet is-sejba li d-dispożizzjoni tal-LUR hija limitata lil kumpanniji li huma konformi mal-politiki industrijali mwaqqfa mill-GTĊ fl-Ordni Nru 35 tal-NDRC (premessa (116) hawn fuq.

3.4.2.2.    L-għoti tas-CRS għal rimunerazzjoni mhux adegwata

(450)

Zhejiang Huadong stqarret li għar-raġuni ta’ raġonevolezza u imparzjalità u għal raġunijiet ta’ konsistenza l-Kummissjoni kellha ġġib d-data tal-prezz tal-azzar mill-istess sors ta’ data (jiġifieri l-Bullettin ta’ Negozju tal-Azzar (SBB) għar-reġjuni kollha rrappreżentati fil-basket tal-punt referenzjarju għall-wasla tal-punt referenzjarju. Stqarret ukoll li l-SBB jipprovdi varjetà ta’ swieq għal prezzijiet CRS barra dawk magħżula mill-Kummissjoni u ssuġġeriet li żżid il-Messiku u l-Arġentina billi dawn il-pajjiżi jirrappreżentaw is-suq emerġenti tal-azzar fil-kontinent Amerikan. Din it-talba kellha titwarrab hekk kif fit-tfassil tal-punt referenzjarju l-Kummissjoni użat data ta’ prezzijiet li tirrifletti s-sitwazzjoni attwali tas-suq f’kull pajjiż jew reġjun b’mod l-aktar preċiż possibbli. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-Ewropa (il-biċċa l-kbira minnhom huma Stati Membri tal-Unjoni) il-Kummissjoni kkunsidrat li kellha aktar data dettaljata tal-prezzijiet disponibbli minn MEPS. Li kieku kienet fil-pussess ta’ data MEPS għall-pajjiżi l-oħra magħżula, kienet tużaha. Fir-rigward tal-inklużjoni ta’ prezzijiet fil-Messiku u l-Arġentina, huwa nnotat li dawn huma relattivament swieq żgħar meta mqabbla maċ-Ċina kif ukoll ma’ pajjiżi/reġjuni oħrajn fil-basket tal-punt referenzjarju użat mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni rrivediet il-kalkolu tal-marġini tas-sussidju residwu għal din l-iskema wara korrezzjoni lill-prezzijiet imfassla ta’ punt referenzjarju għal HRS u CRS. Il-korrezzjoni kkonċernat il-prezzijiet tal-azzar għal-Brażil użati fit-tfassil tal-punt referenzjarju li bi żball inkluda taxxi fil-kalkoli żvelati lill-partijiet.

(451)

Zhejiang Huadong stqarret ukoll li l-konklużjoni tal-Kummissjoni fuq l-ispeċifiċità mhijiex sostanzjata (l-ebda evidenza pożittiva) u bla bażi, b’hekk is-sussidju allegat mid-dispożizzjoni ta’ CRS għal LTAR ma kinetx kumpensata. Zhejiang Huadong ammettiet li l-benefiċċju, jekk jeżisti, ta’ dispożizzjoni ta’ HRS u CRS għal LTAR mhuwiex limitat għal ċerti impriżi jew setturi, imma universalment mogħti lil xerrejja u konsumaturi potenzjali kollha mis-setturi ekonomiċi kollha.

Dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. Il-GTĊ għamel l-istess kumment u l-Kummissjoni tindirizzaha fil-premessa tagħha (415) hawn fuq. Ix-“xerrejja” potenzjali b’definizzjoni huma limitati għal ċerti intrapriżi.

3.4.3.   KUMMENTI MIR-RIKORRENT

3.4.3.1.    L-għoti ta’ ilma u elettriku għal rimunerazzjoni mhux adegwata

(452)

Ir-rikorrent stqarr li minħabba d-distorsjonijiet u l-influwenza tal-istat fis-swieq Ċiniżi tal-ilma u l-elettriku, il-Kummissjoni kellha tuża punti referenzjarji internazzjonali u tikkalkula l-benefiċċji għal dawn l-iskemi skont l-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku.

Dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. F’dan il-każ partikolari, l-evidenza tar-rekord ma ppermettietx lill-Kummissjoni biex issib li s-swieq tal-ilma u l-elettriku huma mxekla sal-punt li jiġġustifika rikors għal punt referenzjarju ’l barra mill-pajjiż.

3.4.3.2.    Ċerti programmi tat-Taxxa li jikkonċernaw Intrapriżi b’investiment barrani (FIEs)

(453)

Ir-rikorrent stqarr li l-Kummissjoni kellha tikkwantifika l-ammont tas-sussidju għal żewġ programmi tat-taxxa relatati ma’ FIEs, jiġifieri Kreditu mit-taxxa fuq id-dħul għax-xiri ta’ tagħmir immanifatturat lokalment u l-programm ta’ eżenzjoni mit-taxxa Tnejn b’xejn u Tlieta bin-nofs (Two free, Three half-tax exemption) għal FIEs produttivi, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u l-fatt li l-GTĊ kellu jipprovdi evidenza li ma ngħataw l-ebda benefiċċji għal dawn il-programmi li produtturi OCS fil-PI.

Dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. Kif diġà spjegat fil-premessi (282) hawn fuq, għall-għan tat-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-partijiet kollha kkonċernati u għall-kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni partikolari b’rabta mat-tmiem pendenti ta’ dawn l-iskemi, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tikumpensax għalihom.

3.5.   L-AMMONT TA’ SUSSIDJI KUMPENSABBLI

(454)

L-ammonti ta’ sussidji kumpensatorji skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espressi ad valorem, għall-kumpanniji investigati, jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt:

Produttur esportatur

MARĠINI TAS-SUSSIDJU DEFINITTIV (%)

HUADONG GROUP

23,8

PANHUA GROUP

29,7

UNION STEEL CHINA

26,8

KUMPANNIJI LI KKOOPERAW IŻDA LI MA ĠEWX INKLUŻI FIL-KAMPJUN

26,8

IL-KUMPANNIJI L-OĦRAJN KOLLHA

44,7

(455)

Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, il-marġini tas-sussidju totali għall-kumpanniji li kkooperaw iżda li ma ġewx inklużi fil-kampjun jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-marġini tas-sussidju medju peżat totali stabbilit għall-kumpanniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun, jiġifieri 26,8 %.

(456)

Fir-rigward tal-esportaturi l-oħrajn kollha fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet il-livell ta’ kooperazzjoni. It-tqabbil bejn id-data tal-importazzjoni tal-Eurostat u l-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat irrapportat għall-perijodu ta’ investigazzjoni mill-kumpanniji li kkooperaw juri li l-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kienet baxxa, jiġifieri ta’ 58 %. Minħabba dan il-livell baxx ta’ kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju totali għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx hija stabbilita fil-livell tar-rati tas-sussidju totali kif stabbilita għall-kumpanniji kollha li ma kkooperawx fl-iskemi kollha li ġew investigati, jiġifieri 44,7 %.

4.   DANNU

4.1.   IL-PRODUZZJONI TAL-UNJONI U L-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(457)

L-informazzjoni kollha disponibbli rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fir-rikors, id-data miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perijodu kkunsidrat.

(458)

Matul il-PI, l-OCS kien immanifatturat minn 22 produttur fl-Unjoni. Abbażi ta’ dak imsemmi fil-premessa ta’ qabel, il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stmata li hi madwar 4 018 310 tunnellata matul il-PI. Il-produtturi tal-Unjoni li jagħmlu tajjeb għall-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku u minn hawn ’il quddiem huma msejħa "l-industrija tal-Unjoni".

4.2.   DETERMINAZZJONI TAS-SUQ RILEVANTI TAL-UNJONI

(459)

Waqt l-investigazzjoni nstab li parti sostanzjali tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienet destinata għall-użu ristrett, jiġifieri spiss ittrasferita (mingħajr fattura) u/jew imwassla bil-prezzijiet tat-trasferiment fl-istess kumpannija jew grupp ta’ kumpanniji għal aktar ipproċessar downstream.

(460)

Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni sofrietx dannu jew le u sabiex jiġi determinat il-konsum u l-indikaturi ekonomiċi diversi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ġie eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili kienx ikkunsidrat fl-analiżi u jekk iva sa liema punt.

(461)

Sabiex tingħata stampa sħiħa kemm jista’ jkun tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ittieħdet u ġiet analizzata data għall-attività kollha tal-OCS u wara ġie determinat jekk il-produzzjoni kinetx destinata għall-użu ristrett jew għas-suq ħieles.

(462)

Għall-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni u s-sehem mis-suq, instab li analiżi u evalwazzjoni siewja ta’ dawn l-indikaturi kellha tiffoka fuq is-sitwazzjoni prevalenti fis-suq ħieles.

(463)

Madankollu l-indikaturi ekonomiċi l-oħra setgħu jiġu eżaminati b’mod raġonevoli biss billi ssir referenza għall-attività sħiħa, li tinkludi l-użu ristrett u l-bejgħ. Il-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, l-istokkijiet, l-impjiegi, il-produttività, il-pagi u l-abilità li jiżdied il-kapital jiddependu fuq l-attività sħiħa, sew jekk il-produzzjoni tkun ristretta kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles.

4.3.   IL-KONSUM TAL-UNJONI

(464)

Il-prodott simili jinbiegħ mill-industrija tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati kif ukoll jinbiegħ/jiġi trasferit lil kumpanniji relatati għal aktar ipproċessar downstream, eż. f’ċentri ta’ servizzi tal-azzar.

(465)

Fil-kalkolu tal-konsum apparenti tal-Unjoni għall-OCS, l-istituzzjonijiet żiedu l-volum tal-importazzjonijiet totali ta’ OCS fl-Unjoni kif irrappurtat mill-Eurostat u l-volum tal-bejgħ u l-użu ristrett tal-prodott simili fl-Unjoni mmanifatturat mill-industrija tal-Unjoni kif irrappurtat fir-rikors u vverifikat matul iż-żjarat ta’ verifika għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(466)

Madankollu, id-data tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet hija bbażata fuq il-kodiċijiet NM sħaħ, u huwa evidenti li għal parti minn dawn il-kodiċijiet NM, l-importazzjoni mhijiex il-prodott ikkonċernat.

(467)

Abbażi ta’ dan, il-konsum totali tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

 

2008

2009

2010

PI

Konsum (f’tunnellati)

5 197 716

3 879 380

4 548 528

4 811 310

Indiċi (2008=100)

100

75

88

93

(468)

Il-konsum totali fis-suq tal-Unjoni naqas b’7 % matul il-perijodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-2009 kien hemm tnaqqis ta’ madwar 25 % l-aktar bħala riżultat tal-effetti negattivi globali tal-kriżi ekonomika, speċjalment fuq l-industrija tal-kostruzzjoni. Wara dan il-konsum beda jirkupra u żdied fit-total b’24 % bejn l-2009 u l-PI iżda xorta kien għadu taħt il-livell inizjali tal-2008.

4.4.   IMPORTAZZJONIJIET MILL-PAJJIŻ IKKONĊERNAT U S-SEHEM TAS-SUQ

(469)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej matul il-perijodu kkunsidrat:

 

2008

2009

2010

PI

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati)

472 988

150 497

464 582

702 452

Indiċi (2008=100)

100

32

98

149

Sehem mis-suq (%)

9,1

3,9

10,2

14,6

Indiċi (2008=100)

100

43

112

160

Sors:

Il-Eurostat

(470)

Minkejja t-tnaqqis fil-konsum, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b’mod sinifikanti b’49 % matul il-perijodu kkunsidrat. Minħabba l-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas drastikament fl-2009. Madankollu, l-importazzjonijiet mir-RPĊ bdew jirkupraw b’pass mgħaġġel ħafna, biex kien hemm żieda impressjonanti ta’ 367 % mill-2009 sal-PI.

(471)

Bl-istess mod, is-sehem fis-suq miżmum minn dawk l-importazzjonijiet żdied b’60 % matul il-perijodu kkunsidrat. Għalkemm dan naqas b’iktar minn nofs bejn l-2008 sal-2009, wera tendenza ta’ żieda impressjonanti bejn l-2009 u l-PI u żdied b’275 %.

4.4.1.   IL-PREZZIJIET TAL-IMPORTAZZJONIJIET U T-TWAQQIGĦ TAL-PREZZ

L-importazzjonijiet mir-RPĊ

2008

2009

2010

PI

Prezz medju f’EUR/tunnellata

875

728

768

801

Indiċi (2008=100)

100

83

88

91

Sors:

Il-Eurostat

(472)

Il-prezz medju tal-importazzjoni mir-RPĊ naqas b’9 % matul il-perijodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-2009, naqas b’mod sinifikanti bi 17 %, imbagħad żdied b’ħames punti perċentwali bejn l-2009 u l-2010 u bi tliet punti perċentwali oħra fil-PI.

(473)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ baqgħu konsistentement taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perijodu kollu meqjus. Kif muri fit-tabella hawn fuq, filwaqt li fl-2009 fl-aqwa tal-kriżi ekonomika, anki t-twaqqigħ fil-prezz ta’ 17 % ma setax jgħin l-importazzjonijiet Ċiniżi biex iżommu s-sehem tas-suq f’sitwazzjoni ta’ konsum li naqas f’daqqa waħda u t-tnaqqis sinifikanti fis-suq, it-twaqqigħ kontinwu fis-snin sussegwenti jispjega ż-żieda stabbli impressjonanti fis-sehem mis-suq miżmuma mill-importazzjoni mir-RPĊ bejn l-2009 u l-PI.

(474)

Sabiex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ b’medja peżata għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal livell ex-works, tqabblu mal-prezzijiet b’medja peżata korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustamenti adegwati għal-kosti ta’ wara l-importazzjoni.

(475)

Il-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni msemmija fil-premessa ta’ hawn fuq ġew ikkalkulati fuq il-bażi ta’ data verifikata mingħand żewġ importaturi mhux relatati tal-prodott ikkonċernat.

(476)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar skont it-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-PI, wera marġni ta’ twaqqigħ b’medja peżata ta’ 20,2 % mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw.

(477)

Wara l-iżvelar produttur esportatur wieħed talab aktar informazzjoni fuq il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz, fejn ma kienx hemm qbil eżatt bejn it-tip ta’ prodott esportat mir-RPĊ u t-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq tal-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni. Huma talbu wkoll għal informazzjoni dwar jekk sarx aġġustament għal differenzi fiżiċi fejn ma nstabx qbil eżatt.

(478)

Fejn ma kienx hemm qbil eżatt bejn it-tip ta’ prodott esportat u t-tip ta’ prodott mibjugħ fl-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni qabblet it-tip ta’ prodott esportat mat-tip ta’ prodott li l-aktar hu simili mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. F’dawn il-każijiet sar tqabbil lit-tip ta’ prodott li hu l-aktar simili fejn l-unika differenza kienet il-ħxuna tas-substrat.

(479)

Fejn kien hemm iktar minn tip wieħed ta’ prodott li hu l-aktar simili, il-Kummissjoni qabblet it-tip tal-prodott esportat mal-irħas tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq tal-Unjoni, minkejja jekk dan l-irħas tip ta’ prodott kellux substrat eħxen jew irqaq. B’hekk, l-ebda aġġustament għal differenzi fiżiċi kien meqjus neċessarju.

5.   SITWAZZJONI EKONOMIKA TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

5.1.   IL-KUMMENTI PRELIMINARI

(480)

Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjonijiet eżaminaw il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(481)

Id-data ppreżentata mir-rikorrent għall-produtturi kollha tal-OCS fl-Unjoni, ivverifikata ma’ sorsi oħra disponibbli u ma’ data verifikata tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, intużat biex jiġu stabbiliti indikaturi makroekonomiċi, bħall-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, il-bejgħ ristrett, l-impjiegi u l-produttività.

(482)

Id-data ppreżentata u vverifikata mis-sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun intużat sabiex jiġu stabbiliti indikaturi mikroekonomiċi, bħalma huma l-prezz tal-bejgħ tal-unità, il-kost unitarju tal-produzzjoni, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, l-abbiltà ta’ żieda tal-kapital, l-istokkijiet u l-kostijiet lavorattivi.

5.2.   DATA RELATATA MAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI BĦALA ENTITÀ SĦIĦA

5.2.1.   IL-PRODUZZJONI, IL-KAPAĊITÀ TAL-PRODUZZJONI U L-UTILIZZAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ

(483)

L-informazzjoni kollha disponibbli rigward l-industrija tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni ppreżentata fir-rikors, id-data miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet vverifikati tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perijodu kkunsidrat.

 

2008

2009

2010

PI

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

4 447 780

3 514 965

3 992 209

4 018 310

Indiċi (2008=100)

100

79

90

90

Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

6 007 536

6 128 301

6 099 587

5 923 311

Indiċi (2008=100)

100

102

102

99

L-użu tal-kapaċità (%)

74

57

65

68

Indiċi (2008=100)

100

77

88

92

Sors:

Ir-rikors, it-tweġibiet għall-kwestjonarju

(484)

It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-produzzjoni naqset b’10 % matul il-perijodu kkunsidrat. B’konformità ma’ tnaqqis fid-domanda, il-produzzjoni naqset sew fl-2009, u wara rkuprat parzjalment fl-2010. Għalkemm il-konsum żdied matul il-PI, il-volum tal-produzzjoni baqa’ tista’ tgħid fl-istess livell tal-2010.

(485)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perijodu kkunsidrat. L-utilizzazzjoni tal-kapaċità segwiet ix-xejra tal-produzzjoni u naqset bi 8 % matul il-perijodu kkunsidrat.

5.2.2.   VOLUM TA’ BEJGĦ, SEHEM MIS-SUQ U TKABBIR

 

2008

2009

2010

PI

Volum tal-bejgħ (tunnellati)

2 951 468

2 280 304

2 643 923

2 592 540

Indiċi (2008=100)

100

77

90

88

Sehem mis-suq (tunnellati) (%)

56,8

58,8

58,1

53,9

Indiċi (2008=100)

100

104

102

95

Sors:

Ir-rikors, it-tweġibiet għall-kwestjonarju

(486)

Fl-2009 il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas drastikament bi 23 %. Fl-2010, il-volum tal-bejgħ żdied bi 13-il punt perċentwali, iżda mbagħad naqas b’żewġ punti perċentwali fil-PI.

(487)

Is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 2.9 punti perċentwali matul il-perijodu kkunsidrat. Wara żieda fis-sehem mis-suq fl-2009, l-industrija tal-Unjoni rat is-sehem tagħha jonqos fl-2010 u fil-PI bir-riżultat li s-sehem tagħha mis-suq kien 5 punti perċentwali anqas matul il-PI milli fl-2009. Dan ġara fl-isfond ta’ żieda ta’ aktar minn 24 % fil-konsum mill-2009 sal-aħħar tal-PI. Għaldaqstant, l-industrija ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum u ma setgħetx tikseb mill-ġdid il-volum tal-bejgħ li kienet tilfet qabel.

(488)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas b’7 % matul il-perijodu kkunsidrat u l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati naqas bi 12 %, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 2,9 punti perċentwali minn 56,8 % fl-2008 għal 53,9 % fil-PI.

5.2.3.   L-IMPJIEGI U L-PRODUTTIVITÀ

 

2008

2009

2010

PI

Impjiegi (FTE)

7 088

6 470

6 097

6 046

Indiċi (2008=100)

100

91

86

85

Produttività (tunnellati/FTE)

627

543

655

665

Indiċi (2008=100)

100

87

104

106

Sors:

Ir-rikors, it-tweġibiet għall-kwestjonarju, Eurofer

(489)

L-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni segwew xejra progressivament ’l isfel. Għalhekk, in-numru totali ta’ impjegati, imkejjel f’ekwivalenti ta’ full time (FTE), fl-industrija naqas bi 15 % fuq il-perijodu kkunsidrat u laħaq l-anqas livell tiegħu fil-PI. Madankollu, il-produttività żdiedet b’6 % matul il-perijodu kkunsidrat, li juri li l-industrija kienet qed tipprova tirrazzjonalizza l-kosti tal-produzzjoni tagħha.

5.2.4.   UŻU RISTRETT U BEJGĦ INTERN

 

2008

2009

2010

PI

Użu ristrett u bejgħ ristrett (tunnellati)

1 135 987

914 412

986 386

970 757

Indiċi (2008=100)

100

80

87

85

Sehem mis-suq (%)

22

24

22

20

Indiċi (2008=100)

100

108

99

92

Sors:

Ir-rikors u tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-produtturi fil-kampjun

(490)

Kif indikat fil-premessa (459), hemm suq sinifikanti għall-OCS fl-Unjoni li huwa ffurmat mill-użu downstream tal-OCS mill-industrija tal-Unjoni.

(491)

Instab li l-użu ristrett u l-bejgħ ristrett kienu destinati għal aktar trasformazzjoni mill-kumpanniji nfushom jew mill-kumpanniji relatati tagħhom li għandhom x’jaqsmu prinċipalment ma’ negozju relatat mal-materjali tal-kostruzzjoni, jiġifieri li huma utenti finali tal-OCS.

(492)

Abbażi ta’ dak identifikat hawn fuq, ġie stabbilit li l-użu ristrett u l-bejgħ ristrett tal-industrija tal-Unjoni jammonta għal 24 % tal-volum totali tal-produzzjoni fil-PI. Matul il-perijodu kkunsidrat, l-użu ristrett u l-volumi relatati tal-bejgħ naqsu bi 15 % u s-sehem mis-suq tagħha naqas bi 8 %.

(493)

L-investigazzjoni sabet li ma kienx hemm differenza materjali bejn l-użu ristrett u l-bejgħ ristrett f’termini tal-użu aħħari tal-prodott. L-użu ristrett kien irrappurtat mill-kumpanniji fejn il-produzzjoni downstream kienet qed isseħħ bl-istess entità legali, madankollu, il-bejgħ ristrett kien il-bejgħ lil entitajiet legali oħra relatati ma’ fattura. Barra minn hekk, il-metodu tal-ipprezzar kemm fl-użu u kemm fil-bejgħ ristrett lil partijiet relatati kien simili, jiġifieri ntalab valur ġust (il-metodu "kost b’addenda") tal-prodott kemm lill-kumpanniji relatati kif ukoll lill-unitajiet interni ta’ produzzjoni downstream tal-kumpanniji fil-kampjun.

(494)

Il-valur medju għal kull tunnellata baqa’ stabbli matul il-perijodu kkunsidrat u kien 3 % aktar baxx mill-prezz tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fil-PI tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Din id-differenza fil-prezzijiet ma kinitx ikkunsidrata bħala sinifikanti u x-xejra fil-prezz tal-bejgħ ristrett issegwi x-xejra fil-prezz lill-klijenti mhux relatati.

 

2008

2009

2010

PI

Użu ristrett u bejgħ ristrett (EUR/tunnellata)

962

802

901

965

Indiċi (2008=100)

100

83

94

100

Sors:

It-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi fil-kampjun

(495)

Meta jitqies li l-biċċa l-kbira tal-bejgħ ristrett u l-użu ristrett kienu destinati għan-negozju downstream tal-materjal tal-kostruzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, dak il-bejgħ u l-użu ristrett kien indirettament espost ukoll għall-kompetizzjoni minn atturi oħra fis-suq, inklużi l-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ. Id-domanda interna tal-produzzjoni downstream kienet tiddependi fuq l-opportunità li jinbiegħu l-prodotti downstream fis-suq ħieles li ma kienx affettwat mill-importazzjonijiet issussidjati tal-OCS. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li t-tnaqqis fil-volumi u fis-sehem mis-suq matul il-perijodu kkunsidrat kien minħabba l-kompetizzjoni minn importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ.

5.3.   DATA RELATATA MAL-PRODUTTURI TAL-UNJONI FIL-KAMPJUN

5.3.1.   IL-PREZZIJIET MEDJI TAL-BEJGĦ TAL-UNITÀ FL-UNJONI U L-KOST TAL-PRODUZZJONI

 

2008

2009

2010

PI

Il-prezz tal-unità fl-Unjoni għal klijenti mhux relatati (EUR/tunnellata)

1 023

805

911

994

Indiċi (2008=100)

100

79

89

97

Spiża tal-unità tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

925

884

893

978

Indiċi (2008=100)

100

95

97

106

Sors:

It-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi fil-kampjun

(496)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas bi 3 % matul il-perijodu kkunsidrat. L-akbar tnaqqis ta’ 21 % seħħ fl-2009 bi qbil mat-tnaqqis fil-konsum. Fil-perijodu mill-2009 sal-PI, f’konformità ma’ żieda fil-konsum u fil-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet irkupraw bi 23 % iżda ma laħqux il-livell tal-2008.

(497)

B’mod parallel, il-kostijiet medji għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili żdiedu b’6 % matul il-perijodu kkunsidrat minħabba żieda fil-kost tal-materja prima.

(498)

Wara l-waqgħa ta’ 21 % fil-prezz ta’ unità lil klijenti mhux relatati fl-2009, il-prezz ta’ unità beda jiżdied. Fl-2010 u matul il-PI, meta mqabbel mal-2009, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat żieda fil-kosti u setgħet iżżid il-prezzijiet moderatament kemm tkopri dawn iż-żidiet, biżżejjed kemm iżżommhom profittabbli fuq l-istess livell baxx għall-2010 u l-PI. Madankollu, dan irriżulta f’aktar telf fis-sehem mis-suq billi l-prezzijiet Ċiniżi tal-importazzjoni kienu dejjem irħas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

5.3.2.   IL-PROFITTABBILTÀ, IL-FLUSS TA’ FLUS, L-INVESTIMENT, IR-REDDITU FUQ L-INVESTIMENTI U L-KAPAĊITÀ LI JIŻDIED IL-KAPITAL

 

2008

2009

2010

PI

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ) (%)

6,7

–9,3

2,8

2,6

Indiċi (2008=100)

100

– 138

41

39

Fluss ta’ flus (EUR)

328 190 880

211 298 356

152 030 083

204 650 414

Indiċi (2008=100)

100

64

46

62

Investimenti (EUR)

55 717 957

4 537 128

12 530 132

15 302 264

Indiċi (2008=100)

100

8

22

27

Redditu fuq l-investimenti (%)

13,8

–13,9

5,9

6

Indiċi (2008=100)

100

– 101

43

44

Sors:

It-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi fil-kampjun

(499)

Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita billi l-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Fl-2009 il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod drammatiku u rriżultat f’telf ta’ 9,3 %. Mill-2010 din bdiet tirkupra, iżda ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni ma ħallewhiex tilħaq il-livell ikkunsidrat tajjeb u sostenibbli għall-industrija (6,7 %). Matul il-perijodu kollu kkunsidrat, il-profittabilità naqset b’61 %.

(500)

Ix-xejra fil-fluss tal-flus segwiet sa ċertu punt ix-xejra negattiva fil-profittabilità. L-anqas livell inkiseb fl-2010. Bl-istess mod, ir-redditu fuq l-investiment naqas b’56 % minn 13,8 % fl-2008 għal 6 % fil-PI.

(501)

L-evoluzzjoni tal-profittabilità, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment matul il-perijodu kkunsidrat illimitaw l-abbilità tal-industrija tal-Unjoni li tinvesti fl-attivitajiet tagħha u dgħajfu l-iżvilupp tagħha. L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tagħmel investiment sostanzjali fil-bidu tal-perijodu kkunsidrat, madankollu, minn hemm ’il quddiem l-investimenti niżlu drastikament fl-2009 u b’mod ġenerali naqsu bi 73 % matul il-perijodu kkunsidrat.

(502)

Minħabba n-natura tal-industrija tal-Unjoni, li sa ċertu punt hija ffurmata minn kumpanniji kbar multinazzjonali integrati tal-azzar, l-abbiltà ta’ dawn il-kumpanniji li jżidu l-kapital ma kinitx affettwata mill-prestazzjoni finanzjarja fqira tas-settur tal-OCS.

5.3.3.   IL-ĦAŻNIET

 

2008

2009

2010

PI

Ħażniet tal-għeluq (tunnellati)

116 852

97 533

124 848

130 593

Indiċi (2008=100)

100

83

107

112

Sors:

It-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi fil-kampjun

(503)

Għas-sitt produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, l-istokks kienu jirrappreżentaw 8 % tal-volum tal-produzzjoni fil-PI. Il-livell tal-istokk tal-għeluq żdied bi 12 % matul il-perijodu kkunsidrat. Għalkemm, għandu jiġi nnotat li l-istokkijiet mhumiex indikatur importanti għall-industrija billi l-produzzjoni sseħħ prinċipalment meta ssir ordni, iż-żieda ewlenija fl-istokkijiet seħħet mill-2009 sal-PI u ħabtet maż-żieda fl-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ.

5.3.4.   IMPJIEGI, PAGI U PRODUTTIVITÀ

Il-kosti medji tax-xogħol għal kull impjegat (EUR, produtturi tal-Unjoni fil-kampjun)

60,959

57,892

58,637

62,347

Indiċi (2008=100)

100

95

96

102

(504)

L-ispejjeż medji tax-xogħol tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdiedu bi 2 % biss matul il-perijodu kkunsidrat li huwa aktar baxx mir-rata tal-inflazzjoni. L-investigazzjoni wriet li l-produtturi fil-kampjun għamlu tnaqqis sinifikanti, speċjalment fil-kostijiet ġenerali u amministrattivi, u għalhekk għamlu sforzi biex ikunu aktar effiċjenti.

5.3.5.   L-EFFETTI TA’ DUMPING FIL-PASSAT JEW IS-SUSSIDJAR

(505)

Billi dan huwa l-ewwel proċediment kontra s-sussidji fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, ma hemm l-ebda data disponibbli sabiex jiġu valutati l-effetti possibbli ta’ dumping jew sussidji passati.

5.4.   ID-DAQS TAL-MARĠINI TAS-SUSSIDJU ATTWALI

(506)

Il-marġini kollha stabbiliti u speċifikati hawn fuq fit-taqsima dwar is-sussidji huma konsiderevolment ogħla mil-livell de minimis. Minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ, l-impatt fuq is-suq tal-Unjoni, tal-marġini attwali ta’ sussidju, ma jistax jitqies bħala negliġibbli.

5.5.   KONKLUŻJONI DWAR ID-DANNU

(507)

L-investigazzjoni wriet li l-indikaturi kollha tad-dannu (għajr il-produttività) marru għall-agħar jew ma żviluppawx bi qbil mal-konsum matul il-perijodu kkunsidrat.

(508)

Matul il-perijodu kkunsidrat, fil-kuntest tat-tnaqqis fil-konsum, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b’mod sinifikanti. Fl-istess ħin, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’mod ġenerali naqas bi 12 % u s-sehem tiegħu mis-suq niżel minn 56,8 % fl-2008 għal 53,9 % fil-PI. Għalkemm il-konsum irkupra b’24 %, mill-2009 sal-PI, wara s-sena tal-kriżi ekonomika li affettwat id-domanda, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien qed jonqos. L-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex terġa’ tikseb is-sehem mis-suq li kienet tilfet minħabba t-tkabbir sinifikanti tal-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni. L-importazzjonijiet irħas issussidjati żdiedu matul il-perijodu kkunsidrat, waqt li waqqgħu b’mod kostanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(509)

Barra minn hekk, l-indikaturi ta’ dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħalma huma l-fluss tal-flus u l-profittabilità kienu affettwati serjament. Dan ifisser li l-abbiltà tal-industrija tal-Unjoni biex tiffinanzja l-kapital u biex tinvesti naqset ukoll.

(510)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fil-kuntest tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku.

6.   KAWŻALITÀ

6.1.   INTRODUZZJONI

(511)

Skont l-Artikolu 8(5) u 8(6) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet issussidjati li joriġinaw mir-RPĊ ikkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni f’livell li jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. Ġew eżaminati fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet issussidjati, li setgħu fl-istess waqt ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, sabiex ikun żgurat li kwalunkwe dannu kkawżat minn dawk il-fatturi l-oħra ma jiġix attribwit lill-importazzjonijiet issussidjati.

6.2.   L-EFFETT TAL-IMPORTAZZJONIJIET ISSUSSIDJATI

(512)

L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni naqas b’7 % matul il-perijodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ żdied b’madwar 49 %, is-sehem mis-suq tagħhom ukoll żdied b’60 % minn 9,1 % fl-2008 għal 14,6 % fil-PI. Fl-istess ħin, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 % u s-sehem mis-suq niżel bi 2,9 % minn 56,8 % fl-2008 għal 53,9 % fil-PI.

(513)

Filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu wkoll affettwati mill-kriżi ekonomika u waqgħu bi 68 % mill-2008 sal-2009, huma rkupraw b’ritmu mgħaġġel ħafna bejn l-2009 u l-PI b’żieda ta’ 367 % sal-aħħar tal-PI, għalkemm il-konsum tal-Unjoni żdied biss b’24 % matul dan il-perijodu. Permezz tat-tnaqqis ta’ 9 % fil-prezz unitarju meta mqabbel mal-2008 u t-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’sa 20,2 % matul il-PI, l-importazzjonijiet Ċiniżi żiedu s-sehem tagħhom tas-suq b’60 % għal 14,6 % mill-2008 sal-PI.

(514)

Fl-istess ħin, mill-2008 sal-PI l-volumi tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati b’mod ġenerali naqas bi 12 %. Fiż-żmien tal-irkupru tas-suq, mill-2009 sal-PI, l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid il-volumi tal-bejgħ tagħha lil partijiet mhux relatati bi 13 % biss iżda tilfet 8 % mis-sehem tas-suq biex b’hekk ibbenefikat b’mod limitat miż-żieda fil-konsum. Kienu l-importazzjonijiet Ċiniżi li bbenefikaw l-aktar mill-irkupru fil-konsum biex ħallew parteċipanti oħra fis-suq lura ħafna.

(515)

Il-prezzijiet ta’ importazzjoni medji mir-RPĊ naqsu b’9 % matul il-perijodu kkunsidrat. Għalkemm hemm tendenza li qed jiżdiedu wara l-waqgħa drastika fl-2009, bejn l-2009 u l-PI, baqgħu kostantament taħt il-livelli mitluba mill-industrija tal-Unjoni. Il-prezz tal-unità lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas bi 3 % biss, ħaġa li turi xi reżistenza għall-pressjoni tal-prezz eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Madankollu, dawn il-prezzijiet kienu ovvjament sostnuti akkost ta’ volumi tal-bejgħ anqas u tnaqqis fil-profitti fuq dak il-bejgħ billi dawn niżlu b’61 % minn 6,7 % fl-2008 għal 2,6 % fil-PI.

(516)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li ż-żieda fl-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ bi prezzijiet li kostantement waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni, kellha rwol deċiżiv fid-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, li żamm lill-industrija tal-Unjoni milli tibbenefika b’mod sħiħ mill-irkupru fil-konsum tal-Unjoni.

6.3.   L-EFFETT TA’ FATTURI OĦRA

6.3.1.   L-IMPORTAZZJONIJIET MINN PAJJIŻI TERZI

Pajjiż

 

2008

2009

2010

PI

Il-Korea t’Isfel

Volum (tunnellati)

228 123

226 568

173 935

237 164

 

Indiċi (2008=100)

100

99

76

104

 

Sehem mis-suq (%)

4,4

5,8

3,8

4,9

 

Indiċi (2008=100)

100

133

87

112

 

Prezz medju

901

727

846

903

 

Indiċi (2008=100)

100

81

94

100

l-Indja

Volum (tunnellati)

159 999

149 138

155 384

141 391

 

Indiċi (2008=100)

100

93

97

88

 

Sehem mis-suq (%)

3,1

3,8

3,4

2,9

 

Indiċi (2008=100)

100

125

111

95

 

Prezz medju

932

667

773

824

 

Indiċi (2008=100)

100

72

83

88

Pajjiżi Oħra

Volum (tunnellati)

249 151

158 461

124 319

167 007

 

Indiċi (2008=100)

100

64

50

67

 

Sehem mis-suq (%)

4,8

4,1

2,7

3,5

 

Indiċi (2008=100)

100

85

57

72

 

Prezz medju

951

809

924

955

 

Indiċi (2008=100)

100

85

97

100

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ

Volum (tunnellati)

637 274

534 167

453 637

545 562

 

Indiċi (2008=100)

100

84

71

86

 

Sehem mis-suq (%)

12,3

13,8

10,0

11,3

 

Indiċi (2008=100)

100

112

81

92

 

Prezz medju

929

735

842

898

 

Indiċi (2008=100)

100

79

91

97

Sors:

Il-Eurostat

(517)

Filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu jikkostitwixxu 56 % tal-importazzjonijiet kollha fl-Unjoni matul il-PI, sorsi importanti oħra tal-importazzjonijiet kienu mir-Repubblika tal-Indja ("l-Indja") (11 %) u l-Korea t’Isfel (19 %). Għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-importazzjonijiet mill-Indja, għalkemm il-prezz medju tagħhom naqas b’mod drastiku bi 12 %, b’mod ġenerali naqsu bi 12 % matul il-perijodu kkunsidrat u tilef 5 % tas-sehem tas-suq. L-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel żdiedu b’4 % biss bil-prezz medju jibqa’ fuq l-istess livell bħal dak tal-2008. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja kien 2,9 % fil-PI, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel kellhom sehem ta’ 4,9 %.

(518)

Importazzjonijiet oħra, li jirrappreżentaw 14 % tal-importazzjonijiet totali, naqsu bi 33 % u l-prezz medju tagħhom baqa’ fl-istess livell bħal dak tal-2008.

(519)

Għalkemm il-prezz medju tal-importazzjoni l-oħra kollha kien taħt il-livell tal-prezz tal-industrija tal-Unjoni, l-effett ta’ dawn l-importazzjonijiet, jekk kien hemm, jista’ possibbilment ikun biss marġinali. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda evidenza li l-importazzjonijiet minn sorsi oħra kienu kkummerċjalizzati inġustament. It-tieni, b’kuntrast mal-importazzjonijiet Ċiniżi, il-livell ġenerali tal-prezz ta’ sorsi ewlenin ta’ importazzjonijiet oħra kien aktar stabbli matul il-perijodu kkunsidrat kollu, u għalhekk juri li l-industrija tal-Unjoni tista’ tikkompeti b’suċċess ma’ dawk l-importazzjonijiet fis-segmenti tas-suq. It-tielet nett, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra ġeneralment naqsu matul il-perijodu kkunsidrat u għadhom f’livell baxx, kemm b’mod ġenerali kif ukoll għall-pajjiżi esportaturi ewlenin individwalment. Barra minn hekk, it-tnaqqis tas-sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet oħra jikkonferma li dawk l-importazzjonijiet ma setgħux ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

6.3.2.   IL-PRESTAZZJONI TAL-ESPORTAZZJONIJIET TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

 

2008

2009

2010

PI

Esportazzjonijiet, Eurostat (tunnellati)

669 790

612 204

580 477

605 760

Indiċi (2008=100)

100

91

87

90

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 068

937

995

1 092

Indiċi (2008=100)

100

88

93

102

Esportazzjonijiet minn produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

53 542

46 516

48 102

46 228

Indiċi (2008=100)

100

87

90

86

Medja tal-prezz tal-bejgħ (EUR/tunnellata)

1 086

826

984

1 132

Indiċi (2008=100)

100

76

91

104

Sors:

Il-Eurostat u t-tweġibiet għall-kwestjonarji

(520)

It-total tal-esportazzjonijiet tal-OCS mill-industrija tal-Unjoni lil pajjiżi terzi skont l-Eurostat naqas b’10 % matul il-perijodu kkunsidrat. Madankollu, il-prezz medju kien relattivament għoli u żdied bi 2 % matul il-perijodu kkunsidrat. L-esportazzjonijiet kienu jirrappreżentaw 15 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u għalhekk għenu lill-industrija tal-Unjoni biex tikseb ekonomiji ta’ skali u tnaqqas l-ispejjeż globali tal-produzzjoni. Għaldaqstant, jista’ jiġi konkluż li l-attività tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tkun il-kawża potenzjali ta’ dannu materjali.

(521)

Din l-istampa ġenerali hija riflessa mis-sitwazzjoni fl-esportazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lejn klijenti mhux relatati f’pajjiżi terzi. Dawn naqsu b’14 % matul il-perijodu kkunsidrat, madankollu, il-prezz tal-esportazzjoni għal kull unità kien kontinwament ogħla (b’medja ta’ minn 2 sa 14 % skont is-sena) mill-prezz tal-Unjoni.

6.3.3.   IMPORTAZZJONIJIET MIR-RPĊ MIR-RIKORRENTI

(522)

Matul l-investigazzjoni u wara l-iżvelar finali, ġie sostnut li r-rikorrenti (permezz tal-kumpanniji relatati tagħhom) kienu involuti huma nfushom fl-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u li dawk l-importazzjonijiet allegatement kienu jikkostitwixxu bejn 20 % u 40 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Madankollu, ma ngħatat l-ebda evidenza biex issostni din l-allegazzjoni. Wara investigazzjoni ta’ dawn l-allegazzjonijiet, billi ġiet eżaminata d-data vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, instab li dawn impurtaw biss madwar 10 000 tunnellata matul il-PI, li b’mod ġenerali kien jaqbel mad-data fir-rikors. Volum pjuttost simili, li ma ġiex żvelat skont l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku, instab li ġie importat minn kumpanniji relatati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Dawn l-importazzjonijiet flimkien ammontaw għal madwar 2-3 % tat-total tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-importaturi kienu qegħdin jimpurtaw kwantitajiet bħal dawn u b’dan il-mod mir-RPĊ sabiex iqumu dubji dwar l-istatus tagħhom bħala produtturi tal-Unjoni skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament bażiku, jew biex jikkawżaw dannu għalihom infushom. Għaldaqstant l-argument huwa miċħud.

6.3.4.   UŻU RISTRETT U BEJGĦ INTERN

(523)

Ġie allegat minn ċerti partijiet interessati li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-ingaġġ tagħha stess fin-negozju downstream tal-produzzjoni ta’ materjali tal-kostruzzjoni (eż. pannelli sandwich, folji trapezojdi eċċ.) jew direttament jew permezz tal-kumpanniji relatati fi ħdan il-gruppi. Kien allegat speċifikament li l-industrija tal-Unjoni għamlet l-OCS disponibbli għan-negozji downstream tagħha stess bi prezzijiet orħos minn dawk għal kumpanniji mhux relatati, b’hekk kienet qed "tissussidjahom" fi ħdan il-grupp u tippermettilhom li jwaqqgħu l-prezzijiet għad-deterrent tal-kompetituri tagħhom fis-segment downstream.

(524)

Kif jidher hawn fuq, il-valur medju ta’ użu ristrett u bejgħ ristrett għal kull tunnellata kien ta’ 3 % biss anqas mill-prezz tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fil-PI. L-investigazzjoni wriet li l-użu ristrett u l-bejgħ ristrett probabbilment kienu affettwati indirettament minn kompetizzjoni inġusta minħabba importazzjonijiet issussidjati. Kieku kien hemm xi vantaġġ għan-negozju downstream kif allegat, dan kien jidher fit-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-bejgħ ristrett u l-prezzijiet tal-bejgħ mhux relatat. Għaldaqstant dan l-argument ġie miċħud.

(525)

Wara l-iżvelar finali CISA reġa stqarr li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel OCS disponibbli għan-negozji downstream relatat bi prezz "sussidjat", b’hekk iwaqqgħu l-prezz tal-kompetituri tagħhom fis-segment downstream. Madankollu, ma ġiet provduta l-ebda evidenza biex tbiddel il-konklużjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (524), jiġifieri li d-differenza fil-prezz bejn bejgħ relatat u mhux relatat kien żgħir (2 %) u dan ma kienx każ ta’ dannu li wettaq lilu nnifsu.

(526)

CISA sfida wkoll id-data fuq il-kost ta’ produzzjoni ta’ OCS u, b’estensjoni, il-prezz ta’ OCS lil partijiet relatati. Minħabba l-prezz ta’ bejgħ ta’ kojls iggalvanizzati imniżżel fil-jaħraq, materja prima fil-manifatturar ta’ OCS, huma jallegaw li l-kost ta’ produzzjoni ta’ OCS fil-perijodu ta’ investigazzjoni ma jistax jaqbeż EUR 900/it-tunnellata.

(527)

L-ewwel nett, ma kienx ċar sa liema punt il-kostijiet bħal SG&A u l-kostijiet finanzjarji kienu inklużi fil-kost totali li CISA qed jagħmel referenza għalihom. It-tieni nett, il-Kummissjoni vverifikat il-kost ta’ prodizzjoni ta’ OCS fil-produtturi kollha tal-kampjun tal-Unjoni u hija sodisfatta li l-kost kollu tal-produzzjoni inkluż fil-materja prima, l-ipproċessar, il-kisi, SG&A, il-kostijiet ta’ finanzjament eċċ.

(528)

Is-CISA mbagħad stqarr li l-bejgħ ta’ OCS lil partijiet relatati qed isir b’telf u b’hekk qed jikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni. Dan huwa bbażat fuq tqabbil tal-kost totali ta’ produzzjoni (EUR 978/tunnellata) meta mqabbel mal-prezz medju ta’ bejgħ relatat (EUR 965/tunnellata).

(529)

Filwaqt li huwa korrett li tqabbil matematiku sempliċi jista’ jissuġġerixxi li bejgħ relatat qed isir b’telf, dawn iwassal għas-suppożizzjoni li l-industrija tal-Unjoni jkollha l-istess livell ta’ SG&A u spejjeż ġenerali oħrajn ta’ bejgħ u bejgħ ristrett hekk kif ukoll fuq dawk relatati tagħhom. Kif mistqarr fil-premessa (493), bejgħ lil partijiet sar fuq bażi ta’ “kost u żieda” u b’hekk l-Industrija tal-Unjoni kienet qed tirkupra l-kostijiet tagħha fuq dak il-bejgħ.

6.3.5.   IL-KRIŻI EKONOMIKA

(530)

Il-kriżi ekonomika u l-effett tagħha fuq in-negozju tal-kostruzzjoni tal-anqas jispjegaw parzjalment it-tnaqqis fid-domanda u l-pressjoni tal-prezzijiet matul il-perijodu kkunsidrat. Kif imsemmi hawn fuq, fl-2009 il-konsum naqas b’25 %. Madankollu, mill-2010 ’l quddiem, is-suq beda jirkupra u, bejn l-2009 u t-tmiem tal-PI, il-konsum żdied b’24 %.

(531)

Madankollu, l-analiżi tad-danni u l-kawżalità sseparat l-analiżi tas-suq tal-2009 minn mal-irkupru ta’ wara mill-2009 sal-PI. Fl-analiżi tad-danni u l-kawżalità intwera b’mod ċar li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ħadu vantaġġ kbir mill-konsum li kien qed jirkupra u barra minn hekk waqqa’ l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, biex b’hekk dawru l-possibilità ta’ opportunitajiet ugwali biex l-atturi kollha jirkupraw mill-waqgħa f’battalja kontinwa għall-għajxien.

(532)

Wara l-iskadenza għal kummenti għall-iżvelar finali parti interessat nnotat li l-għeluq imħabbar ta’ impjant fil-Belġju, u li force majeure kien qed jikkawża diffikultajiet għall-produzzjoni u l-konsenja normali minn faċilitajiet oħrajn fil-Belġju. Il-parti interessata allegat li dan juri n-nuqqas ta’ sigurtà fil-provvista ta’ OCS mill-Unjoni u kienet raġuni li tippermetti lil importaturi u utenti biex jġibu b’mod liberu l-OCS tagħhom mill-Unjoni u ċ-Ċina.

(533)

Dawn l-argumenti ġew rifjutati. Minħabba li l-użu tal-kapaċità fl-Unjoni huwa baxx, il-kwistjoni mhijiex waħda ta’ problema ta’ provvista hekk kif l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità adegwata disponibbli. F’kwalunkwe każ il-faċilitajiet li qed jingħalqu fil-Belġju ma manifatturawx OCS. Is-sigurtà tal-provvista hija ovvjament importanti, imma d-dazji proposti f’dan il-każ mhumiex imfassla biex iwaqqfu l-provvista ta’ OCS miċ-Ċina, biss biex jipprevjenu li l-provvista titgħabba fis-suq tal-Unjoni.

6.3.6.   L-EĊĊESS TA’ KAPAĊITÀ STRUTTURALI

(534)

Ġie ddikjarat minn ċerti partijiet interessati li l-kawża tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni, li ħafna drabi hija produtturi tal-azzar integrati vertikalment, ma kinitx l-importazzjonijiet mir-RPĊ iżda li kien minħabba problemi strutturali fl-industrija tal-azzar tal-Unjoni bħal pereżempju l-kapaċità żejda. Kien hemm ukoll l-argument li l-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar li saret qabel il-perijodu kkunsidrat kienet wasslet għal kapaċità żejda u li kull dannu mġarrab kien konsegwenza ta’ wisq faċilitajiet ta’ produzzjoni.

(535)

Huwa l-każ li l-produzzjoni tal-OCS hija bbażata fuq il-kapital u l-industrija għandha spejjeż fissi relattivament għoljin. Madankollu, il-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar - li saret qabel il-bidu tal-perijodu - ma wasslitx għal kapaċità żejda. Wara żieda żgħira fil-kapaċità installata fl-2009, l-industrija naqqset bi ftit il-kapaċità fl-2010 u għal darb oħra fil-PI. Il-kapaċità installata matul l-IP kienet inqas mill-konsum totali tal-PI u jekk id-domanda fil-PI irkuprat sal-livell tal-2008 u l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tieħu vantaġġ tad-domanda miżjuda, l-użu tal-kapaċità kienet tkun madwar 74 %.

(536)

L-effett negattiv tal-kapaċità żejda jista’ jiġi attribwit biss minimament lill-produtturi tal-OCS tal-Unjoni. L-ewwel nett, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ovvjament kienet qed tieħu passi biex issostni l-effiċjenza tagħha u l-produttività żdiedet b’6 % għall-industrija kollha. It-tieni, l-investiment kontinwu fil-linji tal-produzzjoni u l-flessibbiltà fl-użu tagħhom għall-produzzjoni ta’ prodotti oħra għenu biex jinkisbu ekonomiji ta’ skala u naqqsu l-ispejjeż fissi. Għalhekk, billi l-użu tal-kapaċità tal-kumpanniji fil-kampjun naqas bi 18 % matul il-perijodu kkunsidrat, il-kostijiet medji tal-produzzjoni żdiedu biss b’6 %, u dan jinkludi ż-żieda fil-kostijiet tal-materja prima. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-kapaċità żejda tista’ tikser ir-rabta kawżali. Dan l-argument huwa għalhekk miċħud.

6.4.   IL-KONKLUŻJONI DWAR IL-KAWŻALITÀ

(537)

Intwera li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet issussidjati li joriġinaw mir-RPĊ fil-perijodu kkunsidrat, speċjalment mill-2009 sal-PI. Instab ukoll li dawn l-importazzjonijiet, b’mod kostanti, kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u b’mod partikolari matul il-PI.

(538)

Din iż-żieda fil-volum u fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet issussidjati bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ, seħħet fl-istess żmien meta kien hemm żvilupp negattiv fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Din is-sitwazzjoni marret għall-agħar fil-PI, meta, minkejja l-irkupru tal-konsum, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx terġa’ tikseb is-sehem tagħha mis-suq li kienet tilfet u l-profittabilità. Indikaturi finanzjarji oħra bħar-redditu fuq l-investimenti staġnaw fil-livell tal-2010, u l-impjiegi laħqu l-aktar livell baxx tagħhom.

(539)

L-eżaminazzjoni tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni żvelat li dawn il-fatturi mhumiex tali li jkissru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(540)

Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat b’mod xieraq l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-esportazzjonijiet issussidjati, ġie konkluż li l-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku.

7.   L-INTERESS TAL-UNJONI

7.1.   IL-KUMMENTI PRELIMINARI

(541)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, l-istituzzjonijiet eżaminaw jekk, minkejja s-sejbiet ta’ hawn fuq, kinux jeżistu raġunijiet sodi sabiex jiġi konkluż jekk mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri kumpensatorji. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi involuti kollha, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

7.2.   L-INTERESS TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(542)

L-industrija tal-Unjoni bħala entità sħiħa hija magħmula minn 22 produttur magħruf li jirrappreżentaw il-produzzjoni kollha tal-OCS fl-Unjoni. Il-produtturi jinsabu fi Stati Membri differenti tal-Unjoni, u jimpjegaw direttament ’il fuq minn 5 400 persuna b’rabta mal-prodott simili.

(543)

Ħadd mill-produtturi ma oppona l-bidu tal-investigazzjoni. Kif intwera aktar ’il fuq fl-indikaturi makroekonomiċi, l-industrija kollha tal-Unjoni esperjenzat deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha u ntlaqtet negattivament mill-importazzjonijiet issussidjati.

(544)

L-industrija tal-Unjoni ġarbet dannu materjali kkawżata mill-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ. L-indikaturi kollha tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perijodu kkunsidrat. B’mod partikolari, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni, bħall-profittabilità u r-redditu fuq l-investimenti, kienu affettwati serjament. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni se tkompli tmur għall-agħar.

(545)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji se terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ġusti ta’ kummerċ fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li tallinja l-prezzijiet tal-OCS b’mod li jirriflettu l-kostijiet tad-diversi komponenti u l-kundizzjonijiet tas-suq. Jista’ jkun mistenni wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tirkupra tal-anqas parti mis-sehem tas-suq mitluf matul il-perijodu kkunsidrat, b’impatt pożittiv fuq il-profittabilità tagħha u l-qagħda finanzjarja ġenerali tagħha.

(546)

Jekk il-miżuri ma jiġux imposti, huwa mistenni aktar telf fis-sehem mis-suq u l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni tibqa’ sejra lura. Dan ma jkunx sostenibbli fuq medda medja sa medda twila ta’ żmien. Huwa probabbli wkoll li xi produtturi individwali jkollhom jagħlqu l-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħhom, billi jkunu qed jagħmlu t-telf matul il-perijodu kkunsidrat. Minħabba t-telf imġarrab u l-livell għoli ta’ investiment fil-produzzjoni fil-bidu tal-perijodu kkunsidrat, għandu jkun mistenni li l-parti l-kbira tal-produtturi tal-Unjoni mhux se jirnexxielhom jirkupraw l-investimenti tagħhom, jekk ma jiġux imposti l-miżuri.

(547)

Għaldaqstant, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.3.   L-INTERESS TAL-UTENTI U L-IMPORTATURI

(548)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (14), ħames importaturi ppreżentaw ruħhom iżda tnejn biss wieġbu għall-kwestjonarju. Minn madwar 100 utent elenkati fir-rikors, 19 ippreżentaw ruħhom u esprimew interess fil-proċediment. Sussegwentement, għaxar kumpanniji ppreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju.

(549)

L-aktar utenti u importaturi attivi għamlu sottomissjonijiet bil-miktub konġunti u saru diversi seduti fil-kors tal-investigazzjoni. L-argumenti ewlenin tagħhom rigward l-impożizzjoni ta’ miżuri huma analizzati hawn taħt.

(550)

Wara l-iżvelar finali, waslu kummenti minn importaturi u partijiet interessati oħrajn. Madankollu l-ebda elementi ġodda għajr dawk hawn taħt ma ġew ipprovduti.

7.3.1.   IL-KOMPETIZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

(551)

L-utenti u l-importaturi allegaw li s-suq tal-OCS tal-Unjoni ma kienx kompetittiv biżżejjed u li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu meħtieġa biex jagħtu aktar saħħa ta’ negozjar lill-kumpanniji li jimportaw u li jużaw l-OCS. Huma ssuġġerew ukoll li l-industrija tal-Unjoni kienet involuta f’arranġamenti oligopolistiċi biex tikkontrolla s-suq. L-investigazzjoni fl-istadju provviżorju ma kkonfermatx dawn l-allegazzjonijiet. Il-produtturi tal-Unjoni kienu qed jikkompetu fl-istess swieq u spiss kienu qed ibigħu lill-istess konsumaturi, jew lill-kumpanniji tal-kostruzzjoni ta’ xulxin. Minħabba li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza għajr rikorsi aneddotali dwar id-diffikultajiet waqt in-negozjar tal-prezzijiet u li minbarra l-ħames gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni li lmentaw, joperaw 11-il produttur ieħor tal-OCS fl-Unjoni, li xi wħud minnhom huma kbar ħafna, u l-varjetà ta’ sorsi oħra ta’ importazzjonijiet, dawn it-talbiet ġew miċħudin.

7.3.2.   NUQQAS TA’ PROVVISTI

(552)

L-utenti u l-importaturi allegaw ukoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi kienet se toħloq nuqqas ta’ OCS fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, fid-dawl tal-varjetà wiesgħa ta’ sorsi ta’ provvista deskritti hawn fuq, kif ukoll il-kapaċità ta’ produzzjoni libera fl-industrija tal-Unjoni, mhuwiex meqjus probabbli li tali nuqqas jista’ jseħħ. Għaldaqstant l-argument huwa miċħud.

7.3.3.   KONKLUŻJONI DWAR L-INTERESSI TAL-UTENTI U L-IMPORTATURI

(553)

L-10 utenti li kkooperaw irrappreżentaw 7 % tat-total tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-PI. L-investigazzjoni turi li l-utenti kollha għandhom sorsi differenti ta’ provvista. Bħala medja, ix-xiri mir-RPĊ kien jikkostitwixxi madwar 15 % tax-xiri totali tagħhom ta’ prodotti tal-OCS; barra minn hekk, l-akbar volumi kienu misjuba li oriġinaw minn produtturi tal-Unjoni (73 %) u 12 % ġew importati minn pajjiżi terzi oħra. Billi l-prodott ikkonċernat huwa standardizzat ħafna, l-importanza tar-rabta tal-konsumatur hija pjuttost relattiva, u kemm l-utenti kif ukoll l-importaturi jistgħu pjuttost faċilment ibidlu s-sorsi tal-provvista fejn hija kkonċernata l-kwalità tal-prodott.

(554)

L-investigazzjoni wriet li l-utenti kollha li kkooperaw minbarra wieħed, għamlu l-profitt fis-settur li juża l-prodott ikkonċernat u l-profittabilità tagħhom matul il-PI kienet tvarja minn 1 % sa 13 %, skont il-kumpannija. Il-profittabilità ta’ dawk il-kumpanniji ma kinitx tiddependi b’mod sinifikanti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ.

(555)

Abbażi tar-risposti għall-kwestjonarju tal-utenti, saret stima tal-effett probabbli tal-miżuri proposti. Għalhekk, anki jekk wieħed jassumi l-agħar xenarju improbabbli għall-utenti li kkooperaw, jiġifieri li ma tista’ tingħadda l-ebda żieda fil-prezz u li jkunu marbuta li jimportaw mir-RPĊ bl-istess volumi bħal fil-PI, l-impatt tal-livell tad-dazju fuq il-kost tagħhom tal-produzzjoni jkun żieda ta’ bejn 1 % sa 5 % u tnaqqis ta’ bejn 1 sa 2,8 punti perċentwali fil-profittabbiltà għall-maġġoranza tal-importazzjonijiet u ta’ madwar 4 punti perċentwali għall-importazzjoni b’dazju residwu. Madankollu, ix-xenarju l-aktar probabbli huwa impatt konsiderevolment anqas minn dan. Importazzjonijiet mir-RPĊ jirrappreżentaw parti żgħira tan-negozju tal-utenti u jista’ jkun mistenni li l-kost se jiżdied mill-miżuri ta’ kompensatorji li jingħataw faċilment. Barra hekk, minħabba li minbarra l-ħafna sorsi sinifikanti alternattivi tal-produtturi tal-Unjoni, mhux soġġetti għal miżuri, huma disponibbli eż. l-Indja u l-Korea t’Isfel, huwa mistenni li l-prezzijiet fis-suq, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri se jikkunsidraw dawn il-fatturi wkoll.

(556)

Iż-żewġ importaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw madwar 6 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ matul il-PI, l-ammont eżatt ma setax jiġi żvelat skont l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku. Bl-istess mod bħalma huwa għall-utenti, l-importaturi ukoll żammu sorsi differenti ta’ forniment barra mir-RPĊ. Barra minn hekk, kien stabbilit li hemm ċans li l-profittabilità tal-importaturi tkun aktar affettwata mill-miżuri minn dik tal-utenti, li kieku kellhom iżommu l-mudell ta’ importazzjoni pprattikat matul il-PI. Madankollu, fil-prattika l-importaturi bħala negozjanti għandhom it-tendenza li jkunu aktar flessibbli mill-utenti, u probabbilment ikunu minn tal-ewwel li jduru għal sorsi alternattiva ta’ forniment.

(557)

Parti mill-benefiċċju tal-importazzjonijiet Ċiniżi għall-utent u l-importatur effettivament toħroġ u hija possibbli minħabba d-diskriminazzjoni inġusta fil-prezzijiet ipprattikata mill-esportaturi Ċiniżi, u mhux minn vantaġġ kompetittiv naturali. Għalhekk, l-istabbiliment mill-ġdid ta’ kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni permezz tal-korrezzjoni tad-distorsjoni tal-kummerċ li tirriżulta minn importazzjonijiet issussidjati, se jippermetti lis-suq tal-OCS li jerġa’ jsir suq sod, b’dinamika mmexxija mill-ekonomija tas-suq u l-iżvilupp tal-prezzijiet, filwaqt li fl-istess ħin ma jiġux żvantaġġati atturi oħra (utenti, produtturi, klijenti finali) li ma jistgħux jibbenefikaw immedjatament minn importazzjonijiet issussidjati.

7.4.   KONKLUŻJONI DWAR L-INTERESS TAL-UNJONI

(558)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-interess tal-Unjoni, ma hemmx raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ.

8.   MIŻURI KOMPENSATORJI DEFINITTIVI

8.1.   LIVELL TA’ TNEĦĦIJA TAD-DANNU

(559)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa dwar is-sussidju, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, gћandhom jiġu imposti miżuri kumpensatorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet issussidjati.

(560)

Sabiex jiġi determinat il-livell ta’ dawn il-miżuri, kienu kkunsidrati l-marġini ta’ sussidju li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(561)

Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tas-sussidju ta’ dannu, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet issussidjati, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Huwa meqjus li l-profitt li jista’ jinkiseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet issussidjati għandu jkun ibbażat fuq is-sena 2008 meta l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu inqas preżenti fis-suq tal-Unjoni. Huwa għalhekk ikkunsidrat li marġini ta’ profitt ta’ 6,7 % tal-fatturat jista’ jkun ikkunsidrat bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet tistenna li takkwista fin-nuqqas ta’ sussidju ta’ dannu.

(562)

Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jikkawża l-ebda dannu għall-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz mhux dannuż inkiseb permezz taż-żieda tal-marġni ta’ profitt ta’ 6,7 % imsemmi mal-ispiża tal-produzzjoni.

(563)

Iż-żieda neċessarja fil-prezz ġiet imbagħad maħduma fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-medja peżata tal-prezz tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ, aġġustata b’mod xieraq għall-ispejjeż tal-importazzjoni u d-dazji tad-dwana mal-prezz mhux ta’ dannu tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju tal-importazzjoni CIF tat-tipi mqabbla.

(564)

Wara l-iżvelar finali l-partijiet interessati sfidaw l-użu ta’ 6,7 % bħala l-mira ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni u d-deskrizzjoni tal-2008 bħala sena rappreżentattiva għall-profittabilità. Madankollu l-argument tagħhom li l-profitt li sar mill-industrija tal-Unjoni fl-2008 kien affettwat mill-kriżi finanzjarja, li tagħmel l-2008 sena eċċezzjonali, jidher li jipponta lejn argument li l-profitt li sar fl-2008 huwa inqas milli l-industrija tantiċipa f’sena normali. Dan l-argument hu mwarrab hekk kif ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza ta’ x’seta’ kien il-profitt tal-industrija tal-Unjoni fl-2008 fin-nuqqas tal-kriżi finanzjarja.

(565)

Partijiet interessati saħħqu wkoll fuq il-fatt li volumi ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ kienu fl-iktar livell baxx fl-2009 aktar milli fl-2008. Madankollu, minħabba li l-industrija tal-Unjoni ma kinetx profitabbli fl-2009, huwa impossibbli li tiġi użata d-data tal-2009 biex jitwaqqaf mira ta’ profitt għall-industrija tal-Unjoni.

(566)

CISA allegaw ulterjorment li l-profitt għal klijenti mhux relatati fl-2008 ma jistax jintuża bħala l-mira tal-profitt minħabba li dik is-sena turi l-akbar differenza fil-prezz bejn bejgħ relatat u mhux relatat. Dan l-argument kien imwarrab, hekk kif id-differenza fil-prezz ma kinetx rilevanti għall-kalkolu tal-profitt tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati.

(567)

CISA mbagħad ippropona li l-mira tal-profitt għal bejgħ ta’ OCS lil partijiet mhux relatati fl-Unjoni kien ibbażat fuq il-medja tal-profitt ġenerali għall-korporazzjoni multinazzjonali ArcelorMittal għas-snin 2010 u 2011. Dan kien imwarrab bħala sors kredibbli għall-profitt fuq l-OCS fl-Unjoni fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet dumped, minħabba li jekk jiġi kkunsidrat il-profitt tal-grupp kollu dinji tal-ArcelorMittal b’mod ċar mhuwiex rappreżentattiv tal-profitt fuq bejgħ ta’ OCS fl-Unjoni.

(568)

Parti waħda interessata sfidat il-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-marġini tal-bejgħ taħt il-prezz. Madankollu din l-isfida kienet ibbażata fuq is-suppożizzjoni żbaljata li l-Kummissjoni kienet ikkalkulat l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz bit-tneħħija tal-profitt medju tal-industrija tal-Unjoni fil-PI (2,6 %) mill-prezz tas-suq biex tasal għall-“punt ta’ ekwilibriju” (jiġifieri prezz li ma jirriżultax fl-ebda profitt) u wara biż-żieda tal-mira ta’ profitt f’dan il-"punt ta’ ekwilibriju".

(569)

Il-Kummissjoni kkalkulat l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz biż-żieda tal-mira ta’ profitt lill-kost ta’ produzzjoni ta’ kull tip ta’ prodott. Il-metodoloġija ssuġġerita minn din il-parti interessata hija żbaljata, minħabba li l-profitt medju ta’ 2,6 % ma nkisibx awtomatikament fuq kull bejgħ ta’ kull mudell mill-kumpanniji kollha fejn intużat id-data.

(570)

Parti interessata sfidat wkoll il-kalkoli tal-Kummissjoni ta’ dannu. Minħabba li l-parti ma kellhiex aċċess sħiħ għad-data użata mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-marġni ta’ dannu, ippruvat tikkalkulha waħedha, billi bbażat il-fehim tagħha fuq id-differenza tal-prezz fuq is-suq bejn aluminju żingu miksi u substrat żingu miksi, li kienet ikkalkulat għal USD 50 għal kull MT. Dan il-"kalkolu l-ġdid", ibbażat fuq data inkompleta, irriżulta f’marġni inqas ta’ dannu minn dak li l-Kummissjoni kienet ikkalkulat.

(571)

L-argumenti tagħhom kienu mwarrba minħabba li l-analiżi tad-data sħiħa miż-żewġ produtturi esportaturi u l-industrija tal-Unjoni, id-differenza allegata tal-prezz ma setgħetx tinstab. Konsegwentement, għandu jkun enfasizzat li d-data li l-parti interessata kienet qed tuża kienet inkompleta u b’hekk wieħed ma setax jiddependi fuqha biex jipproduċi mill-ġdid il-kalkoli ta’ dannu tal-Kummissjoni.

8.2.   IL-MIŻURI DEFINITTIVI

(572)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa rigward is-sussidju, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku, għandu jiġi imponut dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-OCS li joriġinaw mir-RPĊ fil-livell tal-inqas marġini ta’ sussidju jew dannu misjub, skont ir-regola tad-dazju aktar baxx. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tiġi stabbilita kif xieraq fil-livell tal-marġnijiet ta’ sussidju li nstabu. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġu imposti dawn id-dazji huma stabbiliti kif ġej:

Isem il-Kumpannija

Marġini ta’ sussidju (%)

Il-marġini tad-dannu (%)

Taxxa kompensatorja (%)

Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co., Ltd.; Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd.; Zhangjiagang Free Trade Zone Jiaxinda International Trade Co., Ltd.

29,7

55,8

29,7

Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co. Ltd; Hangzhou P.R.P.T. Metal Material Co., Ltd.

23,8

29,7

23,8

Union Steel China

26,8

13,7

13,7

Kumpanniji oħra li kkooperaw

26,8

43,0

26,8

Dazju residwu

44,7

58,3

44,7

(573)

Ir-rati ta’ dazju kompensatorju ta’ kumpannija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpanniji. Dawn ir-rati tad-dazju (f’kuntrast mad-dazju applikabbli għall-pajjiż kollu għall-“kumpanniji l-oħra kollha”) b’hekk huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u prodotti minn kumpanniji u b’hekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti impurtati prodotti minn kwalunkwe kumpannija oħra mhux imsemmija speċifikament fl-Artikolu 1 bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux igawdu minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpanniji l-oħra kollha”.

(574)

Kwalunkwe klejm li titlob l-applikazzjoni ta’ rata tad-dazju kumpensatorju ta’ kumpannija individwali (pereżempju wara bdil f’isem l-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (104) minnufih bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bdil fl-attivitajiet tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjat ma’, pereżempju, il-bdil tal-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u l-bejgħ. Jekk ikun il-lok, ir-Regolament għandu wara jiġi emendat kif dovut bl-aġġornament tal-lista ta’ kumpanniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali.

(575)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju kumpensatorju, il-livell ta’ dazju residwu ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan qed jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv ’fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku (“OCS”), jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga jew mhux liga (ma jinkludix l-azzar li ma jissaddadx) li huma miżbugħa, mogħtija l-verniċ jew miksija bil-plastik fuq mill-anqas naħa waħda, bl-esklużjoni ta’ dawk imsejħa "pannelli sandwich" tat-tip użat għall-applikazzjonijiet fil-bini u li jikkonsistu minn żewġ folji tal-metall fuq barra u b’qalba ta’ stabbilizzazzjoni ta’ materjal għall-insulazzjoni marsus bejniethom, bl-esklużjoni ta’ dawk il-prodotti b’kisja finali ta’ trab taż-żingu (żebgħa rikka fiż-żingu, li fiha piż ta’ 70 % jew aktar ta’ żingu), u bl-esklużjoni ta’ dawk il-prodotti b’substrat miksi b’kisja metallika tal-kromju jew tal-landa, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7210 70 80, ex 7212 40 80, ex 7225 99 00, ex 7226 99 70 (il-kodiċijiet TARIC 7210708011, 7210708091, 7212408001, 7212408021, 7212408091, 7225990011, 7225990091, 7226997011 u 7226997091), u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpanniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpannija

Dazju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Union Steel China

13,7

B311

Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co., Ltd; Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd; Zhangjiagang Free Trade Zone Jiaxinda International Trade Co., Ltd.

29,7

B312

Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co., Ltd; Hangzhou P.R.P.T. Metal Material Co., Ltd.

23,8

B313

Angang Steel Company Ltd.

26,8

B314

Baoutou City Jialong Metal Works Co., Ltd.

26,8

B317

Changshu Everbright Material Technology Co., Ltd.

26,8

B318

Changzhou Changsong Metal Composite Material Co., Ltd.

26,8

B319

Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd.

26,8

B321

Jigang Group Co., Ltd.

26,8

B324

Maanshan Iron & Steel Company Limited

26,8

B325

Qingdao Hangang Color Coated Sheet Co., Ltd.

26,8

B326

Shandong Guanzhou Co., Ltd.

26,8

B327

Shenzen Sino Master Steel Sheet Co., Ltd.

26,8

B328

Tangshan Iron & Steel Group Co., Ltd.

26,8

B329

Tianjin Xinyu Color Plate Co., Ltd.

26,8

B330

Wuhan Iron and Steel Company Limited

26,8

B331

Zhejiang Tiannu Color Steel Co., Ltd.

26,8

B334

Il-kumpanniji l-oħrajn kollha

44,7

B999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU C 52, 22.2.2012, p. 4.

(3)  ĠU C 373, 21.12.2011, p. 16.

(4)  ĠU L 252, 19.09.2012, p. 33.

(5)  Id-dokument WT/DS379/AB/R, tal-11 ta’ Marzu 2011

(6)  Il-paragrafu 317 tar-rapport tal- AB

(7)  Il-paragrafu 290 tar-rapport tal- AB

(8)  Il-paragrafu 297 tar-rapport tal- AB

(9)  Il-paġna 33 tal-verżjoni bl-Ingliż tat-12-il Pjan ta’ Żvilupp fuq Ħames snin għall-Industrija tal-Azzar

(10)  L-Artikolu 36 tal-Liġi tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar l-Assi Statali tal-Intrapriżi jaqra hekk: "Intrapriża b’investiment mill-istat li tagħmel investiment għandha tikkonforma mal-politiki industrijali nazzjonali,…"

(11)  L-Artikolu 6 tal-Miżuri Provviżorji għas-superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Investimenti minn Intrapriżi Ċentrali jaqra: "il-prinċipju li jintlaħqu l-pjanijiet ta’ żvilupp u l-politiki industrijali tal-istat għandu jiġi osservat għall-attivitajiet ta’ investiment tal-intrapriżi kif ukoll għas-superviżjoni u l-amministrazzjoni tas-SASAC fuq l-attivitajiet ta’ investiment tal-intrapriżi"

(12)  L-Artikoli 13(1) u 13(2) tal-Miżuri għall-Amministrazzjoni tal-Istrateġiji u l-Pjanijiet ta’ Żvilupp tal-Intrapriżi Ċentrali

(13)  Il-Viċi Prim Ministru Ċiniż Zheng Peiyan qal li r-rilokazzjoni tal-Capital Steel f’Hebei tirrappreżenta deċiżjoni politika maġġuri meħuda mill-Partit Komunista tal-Kumitat Ċentrali taċ-Ċina u l-Kunsill tal-Istat (Aġenzija tal-Aħbarijiet Xinhua, it-23 ta’ Ottubru, 2005)

(14)  ara p.e. "China approves Anshan Steel merger with Panzhihua", http://www.reuters.com/article/2010/05/25/us-china-steel-merger-idUSTRE64O2G020100525

"Steel merger will become China’s biggest", http://www.chinadaily.com.cn/bizchina/2010-04/19/content_9747309.htm

"Four Chinese steel makers agree to merge", http://online.wsj.com/article/SB10001424052748703792704575366830150284538.html

"New steel group formed by merger in China’s Hubei Province", http://www.steelorbis.com/steel-news/latest-news/new-steel-group-formed-by-merger-in-chinas-hubei-province-685647.htm

(15)  “…..fil-fehma tagħna, dik l-evidenza li gvern jeżerċita kontroll li jagħmel sens fuq entità u kif taġixxi jista’ jservi, f’ċerti ċirkostanzi, bħala evidenza li l-entità rilevanti għandha awtorità governattiva u teżerċita din l-awtorità meta twettaq il-funzjonijiet governattivi.” DS379 Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell para.318.

(16)  Is-17-il kumpannija elenkati fl-Anness jappartjenu għal xi wħud mill-akbar produtturi statali tal-azzar fiċ-Ċina.

(17)  e.ż http://en.wikipedia.org/wiki/Shougang_Corporation, http://en.wikipedia.org/wiki/Hebei_Iron_and_Steel, http://companies.china.org.cn/trade/company/559.html, http://companies.china.org.cn/trade/company/557.html etc.

(18)  L-Artikolu 7 tal-Miżuri Interim għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi Statali tal-Intrapriżi: "il-gvernijiet tal-poplu f’diversi livelli għandhom jesegwixxu strettament il-liġijiet u r-regolamenti dwar l-amministrazzjoni tal-assi tal-istat, għandhom iżommu s-separazzjoni tal-funzjoni tal-gvern tal-amministrazzjoni tal-affarijiet pubbliċi u l-funzjoni bħala l-kontributur tal-assi tal-istat, u jżommu s-separazzjoni tal-korpi tal-gvern u l-intrapriżi u s-separazzjoni tas-sjieda u s-setgħa ta’ ġestjoni. Il-korpi ta’ superviżjoni u amministrazzjoni tal-assi tal-istat ma għandhomx jeżerċitaw il-funzjoni tal-gvern tal-amministrazzjoni tal-affarijiet pubbliċi, u l-korpi u d-dipartimenti l-oħra tal-gvern ma għandhomx iwettqu dmirijiet tal-kontributur ta’ assi tal-istat fl-intrapriżi"

(19)  The state-business nexus in China’s steel industry – Chinese market distortions in domestic and international perspective, 2009 studju mħejji minn Think!Desk – China research & Consulting għal Eurofer, Analyses of State-owned Enterprises and State Capitalism in China, 2011, Capital Trade Incorporated imħejji għall-U.S.-China Economic and Security Review Commission

(20)  L-Artikoli 22, 27, 29 tal-Liġi tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar l-Assi Statali tal-Intrapriżi.

(21)  Ir-rabta bejn l-istat u n-negozju fl-industrija tal-azzar taċ-Ċina – id-distorsjonijiet tas-suq Ċiniż f’perspettiva domestika u internazzjonali, studju tal-2009 ippreparat minn Think!Desk – Riċerka u Konsulenza taċ-Ċina għall-Eurofer, Analiżi tal-Intrapriżi tal-Istat u tal-Kapitaliżmu tal-Istat fiċ-Ċina, 2011, Inkorporazzjoni tal-Kummerċ Kapitali ppreparat għall-Kummissjoni ta’ Reviżjoni Ekonomika u tas-Sigurtà bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u l-Anness 10 tar-rikors.

(22)  It-12-il Pjan ta’ Żvilupp fuq Ħames Snin għall-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar, Sezzjoni IV(VII) – Jiġu aċċellerati l-amalgamazzjoni u r-riorganizzazzjoni

(23)  Paġni 108-109 tar-rikors

(24)  e.g Il-website ta’ Chongqing Iron and Steel (http://en.cqgtjt.com/), il-website ta’ Baosteel (http://www.baosteel.com/group_e/01news/ShowArticle.asp?ArticleID=2553)

(25)  Eż. Miżuri Provviżorji għas-superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Investimenti minn Intrapriżi Ċentrali, Miżuri għall-Amministrazzjoni tal-Istrateġiji u l-Pjanijiet ta’ Żvilupp tal-Intrapriżi Ċentrali, il-Liġi tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar l-Assi Statali tal-Intrapriżi, l-Ordni Nru 35 tal-NDRC – Politiki għall-Iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar.

(26)  DS 379 Rapport tal-AB, paragrafu 441.

(27)  DS 379 Rapport tal-AB, paragrafu 444.

(28)  Il-GTĊ issottometta tabella b’ċifri relatati mal-produzzjoni tal-HRS u s-CRS prodotti minn SOEs u kumpanniji privati iżda matul il-verifika nstab li din it-tabella mhijiex kompluta u l-GTĊ rrifjuta li jipprovdi l-informazzjoni użata għall-preparazzjoni ta’ din it-tabella li tippermetti verifika korretta.

(29)  It-tweġibiet ta’ 4 produtturi esportaturi Ċiniżi (2 fil-kampjun, 2 tweġibiet volontarji) rigward l-akkwisti tagħhom tal-HRS (u s-CRS). L-investigazzjonijiet simili minn awtoritajiet investigattivi oħra jikkonfermaw dawn iċ-ċifri. Pereżempju l-USDOC stabbilixxiet li l-proporzjonijiet li ġejjin ta’ HRS fiċ-Ċina kienu prodotti minn SOEs fl-imgħoddi: Ċilindri tal-Azzar ta’ Pressjoni Għolja (70 %), Wire Decking (l-USDOC stabbilixxiet li l-awtoritajiet tal-gvern kienu responsabbli għal maġġoranza tal-HRS prodott matul il-PI), Pajpijiet u Tubi Rettangulari b’Ħitan Irqaq (70,81 %).

(30)  Skont ir-Reġistru tal-Kapaċità Dinjija tal-Azzar, il-kapaċità tal-produzzjoni tas-CRS fiċ-Ċina hija madwar 81,035,000 tunnellata fis-sena u fuq il-bażi ta’ data pubblikament disponibbli dwar is-sjieda, madwar 57,490,000 tunnellata huma prodotti minn kumpanniji tal-istat.

(31)  Id-differenza fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-SOE u l-prezzijiet tal-fornituri privati bħala medja kienet biss 3.75 % differenti matul il-PI.

(32)  L-Artikolu 18 tal-Ordni Nru 35-Il-politiki tat-teknoloġiji u t-tagħmir importati: l-intrapriżi huma mħeġġa jużaw tagħmir u teknoloġiji magħmula domestikament u jnaqqsu l-esportazzjoni.

L-Artikolu 20 tal-Ordni Nru 35-L-intrapriżi tal-ħadid u l-azzar huma mħeġġa jiżviluppaw fi gruppi u jwettqu riorganizzazzjoni strateġika permezz ta’ alleanza bejn intrapriżi b’saħħithom…

(33)  L-Artikolu 22 tal-Ordni Nru 35-L-investiment fi kwalunkwe proġett tal-ħadid u l-azzar għandu jkun soġġett għall-eżami jew il-verifika tal-NDRC skont id-dispożizzjonijiet rilevanti

L-Artikolu 23 tal-Ordni Nru 35- Għal kwalunkwe investiment barrani fl-industrija tal-ħadid u l-azzar fiċ-Ċina, l-investituri barranin mhumiex permessi li jkollhom sehem li jagħti kontroll kif inhu l-prinċipju ġenerali.

(34)  L-Artikolu 24 tal-Ordni Nru 35- Għal kwalunkwe proġett li ma jikkonformax mal-politiki ta’ żvilupp għall-industrija tal-ħadid u l-azzar u ma jkunx ġie soġġett għal eżami u approvazzjoni jew fejn l-eżami u l-approvazzjoni tiegħu ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet rilevanti, id-dipartiment tal-artijiet u r-riżorsi tal-istat ma għandux jittratta l-formalitajiet għall-użu tal-art u d-dipartiment tal-industrija u l-kummerċ ma għandux jaċċetta r-reġistrazzjoni tiegħu, id-dipartiment amministrattiv tal-kummerċ ma għandux japprova l-kuntratt u l-kostituzzjoni tiegħu, l-istituzzjoni finanzjarja ma għandha tipprovdi l-ebda self jew tagħti appoġġ ta’ kreditu f’xi forma oħra…

L-Artikolu 25 tal-Ordni Nru 35-Biex tagħti self fuq perijodu medju u twil għall-investiment ta’ assi fissi għall-proġetti ta’ tidwib tal-ħadid, tidwib tal-azzar u rrumblar tal-azzar, istituzzjoni finanzjarja għandha tikkonforma mal-politiki ta’ żvilupp għall-industrija tal-ħadid u l-azzar, u ssaħħaħ il-ġestjoni tar-riskju tagħhom.

(35)  L-Artikolu 30 Fejn żewġ intrapriżi domestiċi jew aktar ikunu involuti f’kompetizzjoni ħarxa għal riżorsi barranin, l-istat jista’ jadotta koordinazzjoni amministrattiva sabiex iżomm alleanza jew jagħżel waħda minnhom biex tagħmel investiment bil-għan li tiġi evitata kompetizzjoni ħarxa.

(36)  It-Taqsima III (III)6 it-12-il Pjan ta’ Żvilupp fuq Ħames Snin għall-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar -Livell ta’ raggruppament industrijali: inaqqas b’mod sinifikanti l-ammont tal-intrapriżi tal-azzar; il-proporzjon tal-produzzjoni tal-azzar tal-aqwa 10 intrapriżi tal-azzar mal-aggregat nazzjonali jitla’ għal madwar 60 % minn 48.6 %

III.(V) tat-12-il Programm fuq Ħames Snin għall-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar - Titjib tal-Arranġament tal-Industrija

Dan il-kapitolu jiddeskrivi kif l-industrija tal-ħadid u l-azzar għandha tiġi rikostruwita bil-għajnuna ta’ amalgamazzjonijiet, rilokazzjonijiet, kontroll tal-kapaċità tal-produzzjoni, projbizzjonijiet f’xi provinċji u appoġġ f’oħrajn.

(37)  L-Anness 24 tar-rikors – kompilazzjoni ta’ kwotazzjonijiet rilevanti minn diversi pjanijiet u leġislazzjonijiet

(38)  eż. Jiangsu Shagang Group fuq il-website tagħha (http://www.sha-steel.com/eng/index.html) sostniet: Shagang Group se timplimenta fedelment il-politika tal-Istat dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-azzar. Bil-gwida tal-Prospett Xjentifiku dwar l-iżvilupp, Shagang se ssegwi l-istrateġija għal żvilupp sostenibbli, tieħu triq ġdida għall-industrijalizzazzjoni, taċċellera t-trasformazzjoni u t-titjib, tippromwovi b’mod vigoruż l-aġġustament mill-ġdid tal-istruttura tal-prodott, tkompli testendi l-katina industrijali tagħha, tagħti attenzjoni adegwata lill-intrapriżi ta’ sostenn, tibni loġistika moderna, timplimenta operazzjoni kapitali, ittejjeb kostantement il-kompetittività globali tagħha sabiex tkompli tagħmel lil Shagang perfetta, b’saħħitha u eċċellenti u se nagħmlu mill-aħjar tagħna biex nistabbilixxu lil Shagang bħala marka famuża ta’ "Fabbrika ta’ Mitt Sena". In-nies ta’ Shagang se jagħmlu wkoll kontribuzzjonijiet ġodda biex jibnu Jiangsu armonjuża u jgħinu sabiex iċ-Ċina ssir pajjiż b’saħħtu fis-settur tal-azzar.

(39)  Rapport tal-Bord tal-Appell, US – Countervailing Duty Investigation on DRAMS, parag. 111 u 116

(40)  Tilwima Nru DS194 Stati Uniti – Miżuri li jittrattaw il-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni bħala sussidji (Rapport tal-Panil tad-29 ta’ Ġunju 2001)

(41)  Il-paragrafi 8.28 -8.30 tar-rapport tal-panil. Għalkemm l-"azzjoni" tal-gvern kienet oriġinarjament kwalifikata bħala "espliċita u affermattiva", sejbiet suċċessivi tal-Bord tal-Appell jissuġġerixxu li dan jista’ jkun standard riġidu żżejjed.

(42)  Rigward l-art użata għal skopijiet ta’ industrija, negozju, divertiment jew djar residenzjali kummerċjali, eċċ. kif ukoll l-art b’żewġ utenti jew aktar intenzjonati, is-separazzjoni tagħhom għandha tadotta mezzi bħal irkant, stedina għall-offerti jew kwalunkwe metodu ieħor ta’ offerti pubbliċi.

(43)  L-Artikolu 24 tal-Ordni tal-NDRC Nru 35 (Politiki għall-Iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar): Għal kwalunkwe proġett li jonqos milli jikkonforma mal-politiki ta’ żvilupp għall-industrija tal-ħadid u l-azzar u li ma jkunx ġie soġġett għal eżami u approvazzjoni jew fejn l-eżami u l-approvazzjoni tiegħu ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet rilevanti, id-dipartiment tal-art u r-riżorsi tal-istat ma għandux jittratta l-formalitajiet għad-drittijiet tal-użu tal-artijiet.

(44)  George E. Peterson, Land leasing and land sale as an infrastructure-financing option, World Bank Policy Research Working Paper 4043, tas-7 ta’ Novembru 2006.

(45)  Deutsche Bank Research tal-2006 dwar is-settur bankarju taċ-Ċina.

(46)  Id-dokumenti WT/TPR/S/230 p. 79 u WT/TPR/C/264 p. 122.

(47)  http://www.dbresearch.com/PROD/DBR_INTERNET_EN-PROD/PROD0000000000204417.PDF

(48)  Id-Dokument WT/TPR/S/230 p. 79, April 2010.

(49)  Id-Dokument WT/TPR/S/264 p. 122, Lulju 2012.

(50)  Ibid.

(51)  Informazzjoni miġjuba mir-riċerka tal-2006 tad-Deutsch Bank dwar is-settur bankarju fiċ-Ċina, paġni 3-4.

(52)  Informazzjoni miġjuba miċ-China Monetary Report Quarter Two, 2010 of the Monetary Policy Analysis Group of the People’s Bank of China, bid-data tal-5 ta’ Awwissu 2010, pagna 10.

(53)  Il-premessi 87 u 90 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011.

(54)  Ara s-sejba dwar il-korpi pubbliċi fil-premessa 53.

(55)  L-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali

(56)  IMF Working Paper, "Progress in China’s Banking Sector Reform: Has Bank Behaviour Changed?", WP/06/71, Marzu 2006, (ara l-paġni 3-4, 13, 18-20).

(57)  IMF Working Paper, "Interest Rate Liberalization in China", WP/09/171, Awwissu 2009, (ara l-paġni 3-4, 21-23).

(58)  IMF Country Report, PRC: 2010 Article IV Consultation, No. 10/238, Lulju 2010, (ara l-paġni 22, 24 u 28-29).

(59)  OECD 2010 Economic Survey of China, Frar 2010, (ara l-Kapitolu 3, il-paġni 71, 73-81, 97).

(60)  OECD China’s Financial Sector Reforms, Economic Department Working Paper No. 747, ECO/WKP (2010) 3, l-1 ta Frar 2010, (ara l-paġni 2, 8-15, 36).

(61)  L-Artikoli 16, 24 u 25

(62)  Avviż dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-aġġustament u r-rivitalizzazzjoni ta’ għaxar industriji ewlenin għall-Provinċja ta’ Hubei jissuġġerixxi li "jiġi integrat attivament il-kapital finanzjarju provinċjali ta’ sostenn għall-iżvilupp industrijali, jiġi ottimizzat l-investiment kapitali, ikun hemm innovazzjoni f’diversi modi ta’ sostenn. Tiżdied l-intensità tal-appoġġ għall-innovazzjoni u l-progress teknoloġiku tal-ħadid u l-azzar…", "Jintużaw miżuri finanzjarji sabex jippromwovu l-konsolidament tal-industrija u jsir aktar faċli għall-intrapriżi kompetittivi li jiksbu finanzjament għall-M&A". Jiġu implimentati miżuri ta’ sostenn għall-industriji ewlenin. L-industrija tal-ħadid u l-azzar: L-istituzzjonijiet finanzjarji kollha għandhom itejbu u jottimizzaw is-servizz ta’ kreditu għall-proġetti ta’ pproċessar profond tal-industriji tal-azzar u ta’ metalli mhux tal-ħadid sabiex jaqdu l-ħtiġijiet finanzjarji tal-kumpanniji rilevanti fir-rigward tal-investimenti, il-bejgħ għall-esportazzjoni u oqsma essenzjali oħra" eċċ.

(63)  Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ aġġustament u rivitalizzazzjoni għall-industrija tal-azzar [2009] jipprovdu għal "żieda fl-appoġġ finanzjarju għall-intrapriżi ewlenin".

(64)  Il-premessa 116 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011.

(65)  Il-premessa 117 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011.

(66)  Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fuq il-paġni 25 u 26 tal-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar is-Circular Welded Carbon Quality Steel Line Pipe (Paġna Nru 26) (Ir-Reġistru Federali / Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008).

(67)  Ċerti Roti tal-Azzar mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, Determinazzjoni tad-Dazju Kumpensatorju Affermattiv Preliminari, is-6 ta’ Settembru 2011, ir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti, dokument bin-numru 2011-22720.

(68)  ĠU L 128, 14.5.2011, p. 18.

(69)  Iż-żewġ programmi huma marbuta ma’ trattament tat-taxxa fuq l-introjtu preferenzjali simili fl-istess reġjun ġeografiku.

(70)  Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fuq il-paġna 25 tal-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-3 ta’ Ġunju 2010 dwar il-Wire Decking (Paġna Nru 25) (Ir-Reġistru Federali / Vol. 75, Nru 111, paġna 32902 / l-10 ta’ Ġunju 2010).

(71)  Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fuq il-paġna 11 tal-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar Certain Tow Behind Lawn Groomer and Certain Parts Thereof (Ir-Reġistru Federali / Vol. 74, Nru 117, paġna 29180 / id-19 ta’ Ġunju 2019).

(72)  Il-premessi 125-136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011.

(73)  Il-premessi 137-147 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011.

(74)  Il-premessi 148-159 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011.

(75)  Il-Memorandum dwar il-Kwistjonijiet u d-Deċiżjoni għall-Istabbiliment Finali fl-Investigazzjoni dwar id-Dazju Kumpensatorju tal-Folja Libera Miksija mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, is-17 ta’ Ottubru 2007; Ir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti, C-570-907.

(76)  Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fil-paġna 18 tal-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tat-28 ta’ Mejju 2010 dwar Ċerti Gradi tal-Azzar (Ir-Reġistru Federali / Vol. 75, Nru 109, paġna 32362 / it-8 ta’ Ġunju 2010).

(77)  Premessi. 172-181 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011.

(78)  Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fil-paġna 18 tal-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tat-28 ta’ Mejju 2010 dwar Ċerti Gradi tal-Azzar (Ir-Reġistru Federali / Vol. 75, Nru 109, paġna 32362 / it-8 ta’ Ġunju 2010).

(79)  Eż. Il-Konferenza tal-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata tal-Akkademja Ċiniża tax-Xjenzi, il-11 ta’ Novembru 2002, il-Memorandum dwar il-Kwistjonijiet u ta’ Deċiżjoni għall-Istabbiliment Affermattiv Finali ta’ Dazju Kumpensatorju: tajers OTR mir-RPĊ, it-18 ta’ April 2011; Ir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti, C-570-913, p. 24.

(80)  Il-Memorandum dwar il-Kwistjonijiet u ta’ Deċiżjoni għall-Istabbiliment Finali tad-Dazju Kumpensatorju Affermattiv: Xkejjer Laminati Minsuġa għar-RPĊ, is-16 ta’ Ġunju 2008; Ir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti, C-570-917, p. 27; Il-Memorandum dwar il-Kwistjonijiet u ta’ Deċiżjoni għall-Istabbiliment Finali fl-Investigazzjoni tad-Dazju Kumpensatorju dwar Pajp tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Iwweldjat għat-Tond mir-RPĊ, it-23 ta’ Marzu 2009, Ir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti, C-570-936, p. 18, il-Memorandum dwar il-Kwistjonijiet u ta’ Deċiżjoni għall-Istabbiliment Finali fl-Investigazzjoni dwar id-Dazju Kumpensatorju ta’ Pajpijiet u Tubi Rettangolari b’Ħitan Irqaq mir-RPĊ, it-13 ta’ Ġunju 2008, Ir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti, C-570-915, p. 13.

(81)  Il-premessa 202 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011.

(82)  Ċerti Prodotti ta’ Karbonju Bla Saldaturi u Standard tal-Azzar Liga, Linji u Pajpijiet tal-Pressa mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, Determinazzjoni Affermattiva Finali tad-Dazju Kumpensatorju, il-21 ta’ Settembru 2010, Ir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti Vol. 75, Nru 182, p. 57444.

(83)  Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fuq il-paġni 20 u 21 tal-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-10 ta’ Settembru 2010 dwar il-Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Karbonju ta’ Kwalità Wweldjat għat-Tond (Ir-Reġistru Federali / Vol. 75, Nru 182, paġna 57444 / il-21 ta’ Settembru 2010).

(84)  Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fuq il-paġni 20 u 21 tal-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar il-Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Wweldjat għat-tond (Ir-Reġistru Federali / Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008).

(85)  Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fil-paġna 23 tal-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar il-Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Wweldjat għat-Tond (Ir-Reġistru Federali / Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008).

(86)  Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fil-paġna 23 tal-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tas-17 ta’ Novembru 2008 dwar il-Pajp tal-Linja tal-Azzar ta’ Kwalità tal-Karbonju Wweldjat għat-Tond (Ir-Reġistru Federali / Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 / l-24 ta’ Novembru 2008).

(87)  Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata

(88)  Swiegla tal-Wajer tal-Azzar għall-Konkrit tal-Prestressing mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, Determinazzjoni Affermattiva Preliminari tad-Dazju Kumpensatorju, it-2 ta’ Novembru 2009, Reġistru Federali tal-Istati Uniti, dokument numru E9-26322, p. 56576-56592.

(89)  Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju hija spjegata fil-paġna 35 tal-Memorandum dwar id-Deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-14 ta’ Mejju 2010 dwar Swiegla tal-Wajer tal-Azzar ta’ Konkrit Prestressjat (Ir-Reġistru Federali / Vol. 75, Nru 98, paġna 28557 / it-21 ta’ Mejju 2010).

(90)  Rapport tal-Panil dwar iċ-Ċina – Danzji Kumpensatorji u tal-Anti-Dumping ta’ Azzar Elettriku Rrumblat Ċatt mal-Vina mill-Istati Uniti.

(91)  ibid.

(92)  Rapport tal-Panil dwar iċ-Ċina – Danzji Kumpensatorji u tal-AntiDumping ta’ Azzar Elettriku Rrumblat Ċatt mal-Vina mill-Istati Uniti.

(93)  Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Temporanji li Jippromwovu l-Aġġustamenti tal-Istruttura Industrijali.

(94)  Rapport tal-Panil dwar iċ-Ċina – Danzji Kumpensatorji u tal-AntiDumping ta’ Azzar Elettriku Rrumblat Ċatt mal-Vina mill-Istati Uniti.

(95)  Mill-fehim tal-Kummissjoni, lista bħal din tkun eżawrjenti u għaldaqstant tneħħi l-flessibbiltà mill-verifika u tipprekludi li jiġu mistoqsija mistoqsijiet ta’ segwitu jew mistoqsijiet li jirriżultaw minn argumenti jew fatti mqajma tul il-verifika.

(96)  Mistoqsija 5.12 tal-ittra ta’ defiċjenza lill-GTĊ.

(97)  AB fl-Investigazzjoni tad-Dazju Kumpensatorju fuq id-DRAMS mill-Korea: l-inkarigu u d-direzzjoni ma koprux “is-sitwazzjoni li fiha jintervjenji l-gvern fis-suq b’ċertu mod, li jista’ jew jista’ ma jkollux riżultat partikolari bbażat sempliċement fuq iċ-ċirkostanzi fattwali partikolari u l-eżerċitar tal-għażla libera mill-atturi fis-suq. Dan l-“inkarigu” jew id-“direzzjoni” tal-gvern ma jistax ikun b’nuqqas ta’ attenzjoni jew sempliċement prodott sekondarju tar-regolament governattiv.”.

(98)  "Esponiment kbir tal-banek għall-intrapriżi tal-istat, marġini ggarantiti pprovduti b’regolamenti ta’ interess, responsabbiltà u rieda li għadhom limitati biex ir-rati tas-self ikunu differenzjati, flimkien mal-gwida impliċita dwar il-pass u d-direzzjoni tas-self il-ġdid, idgħajfu l-iżvilupp ta’ ġestjoni tar-riskju tal-kreditu effettiva tal-banek. Huwa importanti li l-banek ikollhom l-għodod biex jagħmlu deċiżjonijiet ta’ self ibbażati fuq għanijiet purament kummerċjali.

(99)  Sehem kbir mis-settur bankarju huwa tal-istat, bħalma hi ħafna mill-klijentela korporattiva tal-banek. Bħala azzjonist prinċipali, l-istat jaħtar maniġment għoli fil-banek prinċipali kollha. Fin-nuqqas ta’ sistema espliċita ta’ garanzija ta’ depożiti u qafas ta’ riżoluzzjoni, l-istat jassigura impliċitament ukoll id-depożiti kollha. L-involviment qawwi mill-istat f’ħafna aspetti tas-sistema finanzjarja jnaqqas id-dixxiplina tas-suq, idgħajjef it-tmexxija korporattiva, u huwa probabbli li joħloq restrizzjonijiet fil-baġit mhux vinkolanti.

(100)  2011 il-Fond Monetarju Internazzjonali, Novembru 2011, ir-Rapport ta’ Kull Pajjiż tal-FMI Nru 11/321, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: Valutazzjoni tal-Istabbiltà tas-Sistema Finanzjarja.

(101)  Informazzjoni miksuba minn http://www.taiwanembassy.org/be/ct.asp?xItem=306196&CtNode=3382&mp=102&xp1= u http://en.wikipedia.org/wiki/Taiwan

(102)  Informazzjoni miksuba minn http://en.wikipedia.org/wiki/Jiangsu; http://en.wikipedia.org/wiki/Zhejiang#Economy u http://en.wikipedia.org/wiki/Chongqing#Economy

(103)  Informazzjoni miksuba minn https://www.cia.gov/library/publications/the-world-factbook/rankorder

(104)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, B-1049 Brussels.