|
2.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 59/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 180/2013
tal-1 ta’ Marzu 2013
li jemenda għall-188 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-21 ta’ Frar 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni fiżiċi mal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fit-22 ta' Frar 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żied erba' persuni fiżiċi u sitt entitajiet mal-lista. |
|
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan, |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
|
(a) |
‘Abderrahmane Ould El Amar (alias (a) Ahmed el Tilemsi, (b) Abderrahmane Ould el Amar Ould Sidahmed Loukbeiti, (c) Ahmad Ould Amar). Data tat-twelid: 1977-1982. Post tat-twelid: Tabankort, Mali. Nazzjonalità: minn Mali Indirizz: (a) Gao, Mali, (b) Tabankort, Mali, (c) In Khalil, Mali, (d) Al Moustarat, Mali. Informazzjoni oħra: Isem il-missier hu Leewemere. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 22.2.2013.’ |
|
(b) |
‘ Hamada Ould Mohamed El Khairy (alias (a) Hamad el Khairy, (b) Hamada Ould Mohamed Lemine Ould Mohamed el Khairy, (c) Ould Kheirou, (d) Abou QumQum). Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Nouakchott, Mauritania. Nazzjonalità: (a) mill-Mawritanja, (b) min Mali Numru tal-passaport: A1447120 (Passaport tal-Mali, skada fid-19.10.2011). Indirizz: Gao, Mali. Informazzjoni oħra Isem l-omm huwa Tijal Bint Mohamed Dadda. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 22.2.2013.’ |
|
(c) |
‘Iyad ag Ghali. Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Abeibara, Kidal region, Mali. Nazzjonalità: minn Mali Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.2.2013.’ |