21.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 48/1


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 154/2013

tat-18 ta’ Diċembru 2012

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 (Regolament SPĠ) jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti tal-preferenzi tariffarji skont l-arranġament ġenerali tal-Iskema ta’ Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ). Skont dan, pajjiż li kien ikklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul għoli jew bi dħul medju superjuri għal tliet snin konsekuttivi ma għandux jibbenefika minn dawn il-preferenzi.

(2)

Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament ġenerali tas-SPĠ hija stabbilita fl-Anness II tar-Regolament SPĠ.

(3)

Il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadotta att iddelegat skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex tirrevedi l-Anness II sal-1 ta’ Jannar ta’ kull sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament SPĠ kif stipulat fl-Artikolu 5(2) tiegħu.

(4)

Fl-2010, 2011 u 2012 ir-Repubblika tal-Ażerbajġan u r-Repubblika Iżlamika tal-Iran ġew ikklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi bi dħul medju superjuri.

(5)

Ir-Repubblika tal-Ażerbajġan u r-Repubblika Iżlamika tal-Iran għandhom jitneħħew mil-lista tal-pajjiżi benefiċjarji ta’ arranġament ġenerali tal-SPĠ u l-Anness II tar-Regolament SPĠ għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 huwa sostitwit mill-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu jibda japplika minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.


ANNESS

“ANNESS II

Il-pajjiżi benefiċjarji  (1) tal-arranġament ġenerali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2)

Kolonna A

:

kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistiċi tal-kummerċ estern tal-Unjoni

Kolonna B

:

l-isem

A

B

AF

L-Afganistan

AM

L-Armenja

AO

L-Angola

BD

Il-Bangladexx

BF

Il-Burkina Faso

BI

Il-Burundi

BJ

Il-Benin

BO

Il-Bolivja

BT

Il-Butan

CD

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

CF

Ir-Repubblika Afrikana Ċentrali

CG

Il-Kongo

CK

Il-Gżejjer Cook

CN

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

CO

Il-Kolombja

CR

Il-Kosta Rika

CV

Il-Kap Verde

DJ

Ġibuti

EC

L-Ekwador

ER

L-Eritrea

ET

L-Etjopja

FM

L-Istati Federati tal- Mikronesja

GE

Il-Ġeorġja

GM

Il-Gambja

GN

Il-Ginea

GQ

Il-Ginea Ekwatorjali

GT

Il-Gwatemala

GW

Il-Ginea-Bissaw

HN

Il-Ħonduras

HT

Ħaiti

ID

L-Indoneżja

IN

L-Indja

IQ

L-Iraq

KG

Ir-Repubblika Kirgiża

KH

Il-Kambodja

KI

Il-Kiribati

KM

Il-Komoros

LA

Ir-Repubblika Popolari Demokratika tal-Laos

LK

Is-Sri Lanka

LR

Il-Liberja

LS

Il-Lesoto

MG

Il-Madagaskar

MH

Il-Gżejjer Marshall

ML

Mali

MM

Il-Burma/Mjanmar

MN

Il-Mongolja

MR

Il-Mawritanja

MV

Il-Maldivi

MW

Il-Malawi

MZ

Il-Możambik

NE

In-Niġer

NG

In-Niġerja

NI

In-Nikaragwa

NP

In-Nepal

NR

Nawru

NU

Nju

PA

Il-Panama

PE

Il-Perù

PH

Il-Filippini

PK

Il-Pakistan

PY

Il-Paragwaj

RW

Ir-Rwanda

SB

Il-Gżejjer Solomon

SD

Is-Sudan

SL

Sjerra Leone

SN

Is-Senegal

SO

Is-Somalja

ST

São Tomé u Príncipe

SV

El Salvador

SY

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

TD

Iċ-Ċad

TG

It-Togo

TH

It-Tajlandja

TJ

It-Taġikistan

TL

Timor Leste

TM

It-Turkmenistan

TO

Tonga

TV

Tuvalu

TZ

It-Tanzanija

UA

L-Ukraina

UG

L-Uganda

UZ

L-Użbekistan

VN

Il-Vjetnam

VU

Il-Vanwatu

WS

Samoa

YE

Il-Jemen

ZM

Iż-Żambja

Pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament ġenerali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) li kienu rtirati temporanjament minn dan l-arranġament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi

Kolonna A

:

kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni

Kolonna B

:

l-isem

A

B

MM

Il-Burma/Mjanmar”


(1)  Din il-lista tinkludi pajjiżi li mingħandhom setgħu kienu rtirati jew sospiżi preferenzi temporanjament. Il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat għandu jkun kapaċi jipprovdi lista aġġornata.