23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/1


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 148/2013

tad-19 ta’ Diċembru 2012

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tkun permessal-flessibbiltà, il-kontroparti għandha tkun tista’ tiddelega r-rapportar ta’ kuntratt lill-kontroparti l-oħra jew lil parti terza. Il-kontropartijiet għandhom ukoll ikunu jistgħu jiftiehmu li jiddelegaw ir-rappurtar lil entità terza komuni inkluż kontroparti ċentrali (CCP), din tal-aħħar tissottometti rapport wieħed, inkluż it-tabella rilevanti tal-oqsma, lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. F’dawn iċ-ċirkostanzi u sabiex tkun żgurata l-kwalità tad-dejta, ir-rapport għandu jindika li sar f’isem iż-żewġ kontropartijiet u li se jinkludi s-sett sħiħ ta’ dettalji li kieku kienu jiġu rrapportati kieku l-kuntratt ġie rrappurtat separatament.

(2)

Biex jiġu evitati inkonsistenzi fit-tabelli tad-Dejta Komuni, kull kontroparti f’kuntratt derivattiv għandha tiżgura li d-Dejta Komuni rappurtata hija mifthiema bejn iż-żewġ partijiet tat-tranżazzjoni. Identifikatur kummerċjali uniku se jgħin fir-rikonċiljazzjoni tad-dejta fil-każ li l-kontropartijiet ikunu qed jirrappurtaw lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet differenti.

(3)

Biex jiġi evitat rapportar doppju u biex jonqos il-piż tar-rapportar, fejn kontroparti waħda jew CCP tirrapporta f’isem iż-żewġ kontropartijiet, il-kontroparti jew is-CCP għandha tkun tista’ tibgħat rapport wieħed lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jkun fih l-informazzjoni rilevanti.

(4)

Il-valuwazzjoni tal-kuntratti tad-derivattivi hija essenzjali biex tippermetti lir-regolaturi jissodisfaw il-mandati tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja. Il-valwazzjoni skont is-suq jew il-valwazzjoni skont mudell tal-valur ta’ kuntratt tindika s-sinjal u d-daqs tal-iskopertura relatata ma’ dak il-kuntratt, u tikkumplimenta l-informazzjoni dwar il-valur oriġinali speċifikat fil-kuntratt.

(5)

Il-ġbir ta’ informazzjoni dwar kollateral li jappartjeni għal kuntratt partikolari huwa essenzjali biex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq tal-iskoperturi. Biex dan ikun possibbli, il-kontropartijiet li jikkollateralizzaw it-tranżazzjonijiet tagħhom għandhom jirrapportaw id-dettalji tal-kollateralizzazzjoni fuq bażi ta’ livell ta’ tranżazzjoni. Meta l-kollateral jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet netti li jirriżultaw minn sett ta’ kuntratti, u għalhekk mhux rapportat fuq bażi ta’ livell ta’ tranżazzjoni iżda fuq bażi ta’ portafoll, il-kontropartijiet għandhom ikunu jistgħu jirrapportaw il-portafoll billi jużaw kodiċi uniku jew sistema numerika kif determinat mill-kontroparti. Dak il-kodiċi uniku għandu jidentifika l-portafoll speċifiku li fuqu l-kollateral huwa skambjat fejn il-kontroparti jkollha aktar minn portafoll wieħed u għandu wkoll jiżgura li kuntratt ta’ derivattiv jista’ jintrabat mal-portafoll partikolari li għalih ikun qed jinżamm il-kollateral.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) lill-Kummissjoni u jirrifletti r-rilevanza tar-rwol tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet biex titjieb it-trasparenza tas-swieq lejn il-pubbliku u r-regolaturi, id-dejta li tiġi rrappurtata lil, tinġabar u titqiegħed għad-dispożizzjoni minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont il-klassi tad-derivattivi u n-natura tat-tranżazzjoni.

(7)

L-AETS ikkonsultat lill-awtoritajiet rilevanti u l-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) qabel issottomettiet l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom. Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (3), l-AETS għamlet ukoll konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq tal-AETS stabbilit skont l-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dettalji li għandhom jidhru fir-rapporti skont l-Artikolu 9(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

1.   Rapporti lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandhom jinkludu:

(a)

id-dettalji stipulati fit-Tabella 1 tal-Anness li fih l-informazzjoni marbuta mal-kontropartijiet fil-kuntratt;

(b)

l-informazzjoni stipulata fit-Tabella 2 tal-Anness li fih id-dettalji dwar il-kuntratt tad-derivattivi konkluż bejn iż-żewġ kontropartijiet.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-konklużjoni ta’ kuntratt għandha tfisser ‘l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni’ kif imsemmi fl-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

3.   Meta jsir rapport wieħed f’isem iż-żewġ kontropartijiet, għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fit-Tabella 1 tal-Anness fir-rigward ta’ kull kontroparti. L-informazzjoni stipulata fit-Tabella 2 tal-Anness għandha tintbagħat darba biss.

4.   Meta jsir rapport wieħed f’isem iż-żewġ kontropartijiet għandu jindika dan il-fatt, kif stabbilit fil-kaxxa 9 tat-Tabella 1 tal-Anness.

5.   Meta kontroparti waħda tirrapporta d-dettalji ta’ kuntratt lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet f’isem il-kontroparti l-oħra, jew entità terza tirrapporta kuntratt lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet f’isem kontroparti waħda jew f’isem iż-żewġ kontropartijiet, id-dettalji rapportati għandhom jinkludu s-sett sħiħ tad-dettalji li kieku kienu jiġu rrapportati li kieku l-kuntratti ġew irrapportati lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet minn kull kontroparti separatament.

6.   Fejn kuntratt tad-derivattivi jinkludi fatturi tipiċi ta’ aktar minn assi sottostanti wieħed kif speċifikat fit-Tabella 2 tal-Anness, rapport għandu jindika l-klassi tal-assi li l-kontropartijiet jaqblu li l-kuntratt jixbah l-aktar qabel ma r-rapport jintbagħat lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet.

Artikolu 2

Tranżazzjonijiet ikklerjati

1.   Meta kuntratt eżistenti jiġi sussegwentement ikklerjat minn CCP, l-ikklerjar għandu jiġu rrapportat bħala modifika tal-kuntratt eżistenti.

2.   Meta kuntratt jiġi konkluż f’ċentru tan-negozjar u jiġi kklerjat minn CCP b’mod li kontroparti ma tkunx konxja mill-identità tal-kontroparti l-oħra, il-kontroparti li tirrapporta għandha tidentifika lis-CCP bħala l-kontroparti tagħha.

Artikolu 3

Rapportar tal-iskoperturi

1.   Id-dejta dwar il-kollateral meħtieġ skont it-Tabella 1 tal-Anness għandha tinkludi kull kollateral depożitat.

2.   Meta kontroparti ma tikkollateralizzax fuq bażi ta’ livell ta’ tranżazzjoni, il-kontropartijiet għandhom jirrapportaw lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet il-kollateral depożitat fuq bażi ta’ portafoll.

3.   Meta l-kollateral relatat ma’ kuntratt jiġi rrappurtat fuq bażi ta’ portafoll, il-kontroparti li tirrapporta għandha tirrapporta lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet kodiċi li jidentifika l-portafoll tal-kollateral depożitat lill-kontroparti l-oħra relatata mal-kuntratt rapportat.

4.   Kontropartijiet nonfinanzjarji minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mhumiex meħtieġa jirrapportaw il-kollateral, il-valwazzjoni skont is-suq, jew il-valwazzjoni skont mudell tal-kuntratti msemmija fit-Tabella 1 tal-Anness.

5.   Għal kuntratti kklerjati minn CCP, valwazzjoni skont is-suq għandha tingħata biss mis-CCP.

Artikolu 4

Reġistru tar-rapportar

Modifiki għad-dejta reġistrata fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom jinżammu f’reġistru li jidentifika l-persuna jew persuni li talbu l-modifika, inkluż ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet innifisu jekk applikabbli, ir-raġuni jew ir-raġunijiet għal tali modifika, data u kronogramma u deskrizzjoni ċara tal-bidliet, inkluż il-kontenut l-antik u l-ġdid tad-dejta rilevanti kif stabbilit fil-kaxxi 58 u 59 tat-Tabella 2 tal-Anness.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(4)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet

Tabella 1

Dejta tal-Kontroparti

 

Kaxxa

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati

Partijiet fil-kuntratt

1

Kronogramma tar-rapportar

Data u ħin tar-rapportar lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.

2

ID tal-kontroparti

Kodiċi uniku li jidentifika l-kontroparti li tirrapporta.

Fil-każ ta’ individwu, għandu jintuża kodiċi tal-klijent.

3

ID tal-kontroparti l-oħra

Kodiċi uniku li jidentifika lill-kontroparti l-oħra tal-kuntratt. Din il-kaxxa għandha timtela mill-perspettiva tal-kontroparti li tirrapporta. Fil-każ ta’ individwu, għandu jintuża kodiċi tal-klijent.

4

Isem il-kontroparti

Isem korporattiv tal-kontroparti li tirrapporta.

Dan il-kaxxa tista’ titħalla vojta fil-każ li l-ID tal-kontroparti diġà jkun fiha din l-informazzjoni.

5

Domiċilju tal-kontroparti

Informazzjoni dwar l-uffiċċju reġistrat, li tikkonsisti fl-indirizz sħiħ, il-belt u l-pajjiż tal-kontroparti li tirrapporta.

Dan il-kaxxa tista’ titħalla vojta fil-każ li l-ID tal-kontroparti diġà jkun fiha din l-informazzjoni.

6

Settur korporattiv tal-kontroparti

Natura tal-attivitajiet tal-kumpanija tal-kontroparti li tirrapporta (bank, kumpanija tal-assigurazzjoni, eċċ.).

Din il-kaxxa tista’ titħalla vojta fil-każ li l-ID tal-kontroparti diġà jkun fiha din l-informazzjoni.

7

Natura finanzjarja jew nonfinanzjarja tal-kontroparti

Indika jekk il-kontroparti li tirrapporta mhijiex kontroparti finanzjarji jew nonfinanzjarja skont il-punti 8 u 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

8

ID tas-sensar

Fil-każ li sensar jaġixxi bħala intermedjarju għall-kontroparti li tirrapporta mingħajr ma jsir kontroparti, il-kontroparti li tirrapporta għandha tidentifika lil dan is-sensar b’kodiċi uniku. Fil-każ ta’ individwu, għandu jintuża kodiċi tal-klijent.

9

ID tal-entità li tirrapporta

Fil-każ li l-kontoparti li tirrapporta tkun iddelegat is-sottomissjoni tar-rapport lil parti terza jew lill-kontroparti l-oħra, din l-entità għandha tiġi identifikata b’kodiċi uniku f’din il-kaxxa. Inkella din il-kaxxa għandha titħalla vojta.

Fil-każ ta’ individwu, għandu jintuża kodiċi tal-klijent, kif assenjat mill-entità ġuridika użata mill-kontroparti individwali biex teżegwixxi t-tranżazzjoni.

10

ID tal-membru li jikklerja

Fil-każ li l-kontroparti li tirrapporta ma tkunx membru tal-ikklerjar, il-membru tal-ikklerjar tagħha għandu jiġi identifikat b’kodiċi uniku f’din il-kaxxa. Fil-każ ta’ individwu, għandu jintuża kodiċi tal-klijent, kif assenjat mis-CCP.

11

ID tal-benefiċjarju

Il-parti soġġetta għad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt. Meta t-tranżazzjoni titwettaq permezz ta’ struttura, bħal trust jew fond, li tirrappreżenta għadd ta’ benefiċjarji, dik l-istruttura għandha tkun identifikata bħala l-benefiċjarju. Jekk il-benefiċjarju tal-kuntratt ma jkunx kontroparti għal dan il-kuntratt, il-kontroparti tar-rapportar trid tidentifika lil dan il-benefiċjarju b’kodiċi uniku jew, fil-każ ta’ individwi, b’kodiċi tal-klijent kif assenjat mill-entità ġuridika użata mill-individwu.

12

Kapaċità tan-negozjar

Tidentifika jekk il-kontroparti tar-rapportar ikkonkludietx il-kuntratt bħala prinċipal għan-nom tagħha stess (għan-nom tagħha stess jew għan-nom ta’ klijent) jew bħala aġent għan-nom ta’ u f’isem klijent.

13

Naħa tal-kontroparti

Tidentifika jekk il-kuntratt kienx ta’ xiri jew bejgħ. Fil-każ ta’ kuntratt derivattiv ta’ rata ta’ mgħax, in-naħa li tixtri se tirrappreżenta lill-pagatur tas-segment 1 u n-naħa tal-bejgħ se jkun il-pagatur tas-segment 2.

14

Kuntratt ma’ kontroparti mhux fiż-ŻEE

Tindika jekk il-kontroparti l-oħra hijiex domiċiljata barra miż-ŻEE.

15

Direttament marbuta ma’ attività kummerċjali jew it-teżor

Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex oġġettivament miżurabbli bħala marbut direttament mal-attività kummerċjali jew it-teżor tal-kontroparti li tirrapporta, kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Dan il-kaxxa għandha titħalla vojta f’każ li l-kontroparti li tirrapporta tkun kontroparti finanzjarja, kif imsemmi fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (EU) Nru 648/2012.

16

Limitu minimu tal-ikklerjar

Informazzjoni dwar jekk il-kontroparti li tirrapporta hijiex qed taqbeż il-limitu tal-ikklerjar kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dan il-kaxxa għandha titħalla vojta f’każ li l-kontroparti li tirrapporta tkun kontroparti finanzjarja, kif imsemmi fil-punti 8 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (EU) Nru 648/2012.

17

Valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt

Valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt, jew valwazzjoni skont mudell fejn applikabbli skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 648/2012.

18

Munita tal-valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt

Il-munita użata għall-valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt, jew il-valwazzjoni skont mudell fejn applikabbli skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

19

Data tal-valwazzjoni

Data tal-aħħar valwazzjoni skont is-suq jew valwazzjoni skont mudell.

20

Il-ħin li fih saret il-valwazzjoni

Il-ħin tal-aħħar valwazzjoni skont is-suq jew valwazzjoni skont mudell.

21

Tip ta’ valwazzjoni

Indika jekk il-valwazzjoni twettqitx skont il-valur tas-suq jew skont mudell.

22

Kollateralizzazzjoni

Jekk twettqitx kollateralizzazzjoni.

23

Portafoll tal-kollateral

Jekk il-kollateralizzazzjoni twettqitx fuq bażi ta’ portafoll. Portafoll tfisser il-kollateral ikkalkulat fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet netti li jirriżultaw minn sett ta’ kuntratti, minflok għal kull tranżazzjoni.

24

Kodiċi tal-portafoll tal-kollateral

Jekk il-kollaterali jiġi rrapportat fuq bażi ta’ portafoll, il-portafoll għandu jiġi identifikat b’kodiċi uniku determinat mill-kontroparti rrapportata.

25

Il-valur tal-kollateral

Il-valur tal-kollateral depożitat mill-kontroparti li tirrapporta lill-kontroparti l-oħra. Meta kollateral jiġi depożitat fuq bażi ta’ portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valur tal-kollateral kollu depożitat għall-portafoll.

26

Munita tal-valur tal-kollateral

Speċifika l-valur tal-kollateral għall-kaxxa 25.


Tabella 2

Dejta Komuni

 

Kaxxa

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati

Tipi applikabbli ta’ kuntratt tad-derivattivi

 

Taqsima 2a –

Tip ta’ kuntratt

 

Kuntratti kollha

1

Tassonomija użata

Il-kuntratt għandu jkun identifikat bl-użu ta’ identifikatur tal-prodott.

 

2

ID 1 tal-prodott

Il-kuntratt għandu jkun identifikat bl-użu ta’ identifikatur tal-prodott.

 

3

ID 2 tal-prodott

Il-kuntratt għandu jkun identifikat bl-użu ta’ identifikatur tal-prodott.

 

4

Sottostanti

Is-sottostanti għandhom jiġu identifikati bl-użu ta’ identifikatur uniku għal dan is-sottostanti. Fil-każ ta’ basktijiet jew indiċi, meta ma jkunx jeżisti identifikatur uniku għandha tintuża indikazzjoni għal dan il-basket jew indiċi.

 

5

Munita nozzjonali 1

Il-munita tal-ammont nozzjonali. Fil-każ ta’ kuntratt derivattiv tar-rata tal-imgħax, din tkun il-munita nozzjonali tas-segment nru 1.

 

6

Munita nozzjonali 2

Il-munita tal-ammont nozzjonali. Fil-każ ta’ kuntratt derivattiv tar-rata tal-imgħax, din tkun il-munita nozzjonali tas-segment nru 2.

 

7

Munita konsenjabbli

Il-munita li se tiġi kkonsenjata.

 

 

Taqsima 2B –

Dettalji dwar it-tranżazzjoni

 

Kuntratti kollha

8

ID tat-tranżazzjoni

ID uniku tat-tranżazzjoni miftiehem fil-livell Ewropew, li jiġi pprovdut mill-kontroparti li tirrapporta. Jekk ma jkunx hemm ID uniku tat-tranżazzjoni, għandu jiġi ġġenerat kodiċi uniku u miftiehem mal-kontroparti l-oħra.

 

9

Numru ta’ Referenza tat-Tranżazzjoni

Numru uniku ta’ identifikazzjoni għat-tranżazzjoni pprovdut mill-entità li tirrapporta jew minn parti terza f’isimha.

 

10

Ċentru tal-eżekuzzjoni

Iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni għandu jiġi identifikat b’kodiċi uniku għal dan iċ-ċentru. F’każ ta’ kuntratt OTC konkluż, għandu jiġi identifikat jekk l-istrument rispettiv huwiex ammess biex jiġi nnegozjat iżda ġie nnegozjat OTC jew mhuwiex ammesi biex jiġi nnegozjat u ġie nnegozjati OTC.

 

11

Kompressjoni

Identifika jekk il-kuntratt jirriżultax minn eżerċizzju ta’ kompressjoni.

 

12

Prezz/rata

Il-prezz għal kull derivattiv ħlief, fejn applikabbli, kummissjoni u imgħax akkumulat.

 

13

Notazzjoni tal-prezz

Il-mod li bih jiġi espress il-prezz.

 

14

Ammont nozzjonali

Il-valur oriġinali tal-kuntratt.

 

15

Multiplatur tal-prezzijiet

L-għadd ta’ unitajiet tal-istrument finanzjarju li jkunu inklużi f’lot ta’ tranżazzjonijiet; pereżempju, l-għadd ta’ derivattivi rappreżentati b’kuntratt wieħed.

 

16

Kwantità

Għadd ta’ kuntratti inklużi fir-rapport, fejn ikunu rrapportati aktar minn kuntratt derivattiv wieħed.

 

17

Pagament bil-quddiem

L-ammont ta’ kwalunkwe pagament bil-quddiem li tkun għamlet jew irċeviet il-kontroparti tar-rapportar.

 

18

Tip ta’ konsenja

Indika jekk il-kuntratt humiex saldat fiżikament jew fi flus.

 

19

Kronogramma tal-eżekuzzjoni

Kif definit fl-Artikolu 1(2).

 

20

Data effettiva

Data meta jidħlu fis-seħħ l-obbligi skont il-kuntratt.

 

21

Data tal-maturità

Data oriġinali tal-iskadenza tal-kuntratt rapportat. Terminazzjoni bikrija ma għandhiex tiġi rrapportata f’din il-kaxxa.

 

22

Data tat-terminazzjoni

Data tat-terminazzjoni tal-kuntratt rapportat. Jekk mhux differenti mid-data tal-maturità, din il-kaxxa għandha titħalla vojta.

 

23

Data tas-saldu

Data tas-saldu tas-sottostanti. Jekk iżjed minn waħda, jistgħu jintużaw aktar kaxxi (eż. 23 A, 23B, 23C, …).

 

24

Tip ta’ Ftehim Qafas

Referenza għall-isem tal-ftehim qafas relevanti, jekk użat għall-kuntratt rapportat (eż. ftehim qafas ISDA; Ftehim Qafas tax-Xiri u l-Bejgħ tal-Enerġija; Ftehim Qafas Internazzjonali ForEx; Ftehim Qafas Ewropew jew kwalunkwe Ftehim Qafas lokali).

 

25

Verżjoni tal-Ftehim Qafas

Referenza għas-sena tal-verżjoni tal-ftehim qafas użat għat-tranżazzjoni rapportata, jekk applikabbli (eż. 1992, 2002, …).

 

 

Taqsima 2c –

Mitigazzjoni tar-riskji/Rapportar

 

Kuntratti kollha

26

Kronogramma tal-konferma

Data u ħin tal-konferma, kif definit fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 (1), b’indikazzjoni taż-żona fejn saret il-konferma.

 

27

Mezzi tal-konferma

Jekk il-kuntratt ġiex ikkonfermat elettronikament, nonelettronikament jew għadu mhux ikkonfermat.

 

 

Taqsima 2d –

Ikklerjar

 

Kuntratti kollha

28

Obbligu tal-ikklerjar

Jindika, jekk il-kuntratt rapportat huwiex soġġett għall-obbligu tal-ikklerjar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

 

29

Ikklerjat

Jindika, jekk l-ikklerjar seħħx.

 

30

Kronogramma tal-ikklerjar

Ħin u data meta seħħ l-ikklerjar.

 

31

CCP

F’każ ta’ kuntratt li ġie kklerjat, il-kodiċi uniku għas-CCP li kklerja l-kuntratt.

 

32

Intragrupp

Jindika jekk il-kuntratt ġiex iffirmat bħala tranżazzjoni intragrupp, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

 

 

Taqsima 2e

Rati tal-Imgħax

Jekk UPI huwa rrapportat u fih l-informazzjoni kollha ta’ hawn taħt, dan mhuwiex meħtieġ jiġi rraportat.

Derivattivi tar-rati tal-imgħax

33

Rata fissa tas-segment nru 1

Indikazzjoni tar-rata fissa tas-segment nru 1użata, jekk applikabbli.

 

34

Rata fissa tas-segment nru 2

Indikazzjoni tar-rata fissa tas-segment nru 2użata, jekk applikabbli.

 

35

Kont tal-ġranet tar-rata fissa

L-għadd ta’ ġranet reali fil-perjodu tal-kalkolu tal-pagatur b’rata fissa rilevanti, jekk applikabbli.

 

36

Frekwenza tal-pagamenti tas-segment fiss

Frekwenza tal-pagamenti għas-segment b’rata fissa, jekk applikabbli.

 

37

Frekwenza tal-pagamenti b’rata varjabbli

Frekwenza tal-pagamenti għas-segment b’rata varjabbli, jekk applikabbli.

 

38

Frekwenza tal-issettjar mill-ġdid tar-rata varjabbli

Frekwenza tal-issettjar mill-ġdid tar-rata tas-segment b’rata varjabbli, jekk applikabbli.

 

39

Rata varjabbli tas-segment nru 1

Indikazzjoni tar-rati tal-imgħax użati li jiġu ssettjati mill-ġdid f’intervalli predeterminati b’referenza għal rata ta’ referenza fis-suq, jekk applikabbli.

 

40

Rata varjabbli tas-segment nru 2

Indikazzjoni tar-rati tal-imgħax użati li jiġu ssettjati mill-ġdid f’intervalli predeterminati b’referenza għal rata ta’ referenza fis-suq, jekk applikabbli.

 

 

Taqsima 2f –

Kambju

Jekk UPI huwa rrapportat u fih l-informazzjoni kollha ta’ hawn taħt, dan mhuwiex meħtieġ jiġi rraportat.

Derivattivi tal-munita

41

Munita 2

Il-kontro munita, jekk differenti mill-munita tal-konsenja.

 

42

Rata tal-kambju 1

Ir-rata kuntrattwali tal-kambju tal-muniti.

 

43

Rata tal-kambju forward

Rata tal-kambju forward fid-data tal-valur.

 

44

Bażi tar-rata tal-kambju

Ikkwota l-bażi għar-rata tal-kambju.

 

 

Taqsima 2g –

Komoditajiet

Jekk UPI huwa rrapportat u fih l-informazzjoni kollha ta’ hawn taħt, dan mhuwiex meħtieġ jiġi rraportat sakemm mhux biex jiġi rrapportat skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2).

Derivattivi ta’ komoditajiet

 

Ġenerali

 

 

45

Bażi tal-komodità

Tindika t-tip ta’ komodità sottostanti tal-kuntratt.

 

46

Dettalji tal-komodità

Dettalji tal-komodità partikolari lil hinn mill-kaxxa 45.

 

 

Enerġija

Informazzjoni li għandha tiġi rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011, jekk applikabbli.

 

47

Post jew żona tal-konsenja

Punt(i) tal-konsenja taż-żona tas-suq.

 

48

Punt ta’ Interkonnessjoni

Identifikazzjoni tal-fruntiera/i jew punt(i) tul il-fruntiera/i ta’ kuntratt ta’ trasport.

 

49

Tip ta’ tagħbija

Taqsimiet repetibbli tal-kaxxi 50-54 biex jidentifikaw il-profil tal-konsenja tal-prodott li jikkorrispondi għall-perjodi ta’ konsenja ta’ ġurnata.

 

50

Data u ħin ta’ meta tibda l-konsenja

Data u ħin tal-bidu tal-konsenja.

 

51

Data u ħin tat-tmiem tal-konsenja

Data u ħin tat-tmiem tal-konsenja.

 

52

Kapaċità tal-kuntratt

Kwantità għal kull intervall ta’ ħin tal-konsenja.

 

53

Unità tal-Kwantità

Kwantità ta’ kuljum jew ta’ kull siegħa f’MWh jew kWh/d li tikkorrispondi għall-komodità sottostanti.

 

54

Intervall prezz/ħin tal-kwantitajiet

Jekk applikabbli, il-prezz tal-kwantitajiet għal kull intervall ta’ ħin.

 

 

Taqsima 2h –

Opzjonijiet

Jekk UPI huwa rrapportat u fih l-informazzjoni kollha ta’ hawn taħt, dan mhuwiex meħtieġ jiġi rraportat.

Kuntratti li fihom opzjoni

55

Tip ta’ opzjoni

Jindika jekk il-kuntratt huwiex sejħa jew put.

 

56

Stil tal-opzjoni (eżerċizzju)

Jindika jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċitata biss f’data fissa (stil Ewropew u Ażjatiku), f’serje ta’ dati speċifikati minn qabel (Bermudan) jew fi kwalunkwe ħin matul il-ħajja tal-kuntratt (Stil Amerikan).

 

57

Prezz tal-eżerċizzju (rata massima/minima)

Il-prezz tal-eżerċizzju tal-opzjoni.

 

 

Taqsima 2i –

Modifiki għar-rapport

 

Kuntratti kollha

58

Tip ta’ azzjoni

Jekk ir-rapport fihx:

kuntratt derivattiv jew avveniment ta’ wara n-negozju għall-ewwel darba, f’liema każ se jiġi identifikat bħala “ġdid”;

modifika tad-dettalji ta’ kuntratt derivattiv irrapportat preċedentament, f’liema każ se jiġi identifikat bħala “modifika”;

kanċellazzjoni ta’ rapport sottomess ħażin, f’liema każ, se jiġi identifikat bħala “żball”;

terminazzjoni ta’ kuntratt eżistenti, f’liema każ se jiġi identifikat bħala “kanċellazzjoni”;

kompressjoni tal-kuntratt rapportat, f’liema każ se jiġi identifikat bħala “kompressjoni”;

aġġornament ta’ valwazzjoni ta’ kuntratt, f’liema każ se jiġi identifikat bħala “aġġornament tal-valwazzjoni”;

kwalunkwe emenda oħra lir-rapport, f’liema każ se jiġi identifikata bħala “oħrajn”.

 

59

Dettalji tat-tip ta’ azzjoni

Fejn il-kaxxa 58 hija rrapportata bħala “oħrajn” id-dettalji ta’ din l-emenda għandhom jiġu speċifikati hawn.

 


(1)  Ara paġna 11 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1.