22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 147/2013

tat-13 ta’ Frar 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ aġġornamenti ta’ kull xahar u annwali għall-istatistika dwar l-enerġija

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(3) u 8 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta’ koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija (2) u d-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija (3) jeżiġu mill-Istati Membri biex jirrapportaw dejta kwantitattiva dwar l-enerġija. Sabiex jiġi mmonitorjat il-progress lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti f’dawn id-Direttivi, hija meħtieġa dejta dettaljata u aġġornata dwar l-enerġija, li għandha tinġabar b’mod armonizzat u tkun ta’ kwalità għolja. Tali obbligi ta’ rapportar huma essenzjali, fost l-oħrajn, għas-segwitu tal-għanijiet tal-effiċjenza fl-enerġija u għandhom għalhekk jibqgħu element stabbli tal-iżvilupp tal-qafas legali tal-UE f’dan il-qasam; partijiet minn din id-dejta huma diġà kkomunikati u stabbiliti bħala statistika annwali dwar l-enerġija mill-Kummissjoni (Eurostat).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni, għat-trasmissjoni, għall-evalwazzjoni u għat-tixrid ta’ statistika komparabbli dwar l-enerġija fl-Unjoni.

(3)

L-istatistika dwar l-enerġija tikkonsisti f’qafas statistiku dinamiku ħafna minħabba l-iżvilupp intensiv tal-politiki tal-Unjoni, il-progress teknoloġiku u l-importanza li l-miri tal-Unjoni jkunu mmirati fuq dejta dwar l-enerġija. Għaldaqstant, għandhom isiru aġġornamenti regolari sabiex l-ambitu tal-istatistika jiġi allinjat mal-ħtiġijiet li dejjem jikbru jew jinbidlu.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 ta lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni għall-aġġustamenti tal-annessi statistiċi. L-ewwel aġġustament bħal dan sar fl-2010; minn dakinhar, kien hemm titjib u aġġustamenti ġodda fl-istatistika ta’ kull xahar u annwali u għalhekk jeħtieġ li jiġu indirizzati.

(5)

Il-Kummissjoni żviluppat l-aġġornamenti meħtieġa u ddiskutiet il-fattibbiltà, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-kunfidenzjalità u l-piż tar-rapportar mal-Istati Membri.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 jinbidlu bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2010 (4) jitħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.

(3)   ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

(4)   ĠU L 258, 30.9.2010, p. 1.


ANNESS

“ANNESS A

KJARIFIKI TAT-TERMINOLOĠIJA

Dan l-Anness jipprovdi spjegazzjonijiet jew definizzjonijiet tat-termini li jintużaw fl-Annessi l-oħrajn.

1.   NOTI ĠEOGRAFIĊI

Għall-finijiet esklużivi ta’ rapportaġġ tal-istatistika, japplikaw id-definizzjonijiet ġeografiċi li ġejjin:

L-Awstralja teskludi t-territorji ‘lil hinn mix-xtut tagħha,

Id-Danimarka teskludi l-Gżejjer Faeroe u Greenland,

Franza tinkludi Monako u teskludi t-territorji Franċiżi ‘lil hinn mix-xtut tagħha l-Gwadelup, il-Martinique, il-Gujana, Reunion, St-Pierre u Miquelon, in-New Caledonia, il-Polineżja Franċiża, Wallis u Futuna, Mayotte,

L-Italja tinkludi San Marino u l-Vatikan,

Il-Ġappun jinkludi Okinawa,

Il-Pajjiżi l-Baxxi jeskludu s-Surinam u l-Antilles Olandiżi,

Il-Portugall jinkludi l-Açores u l-Madejra,

Spanja tinkludi l-Gżejjer Kanarji, il-Gżejjer Baleariċi, u Ceuta u Melilla,

L-Isvizzera ma tinkludix Liechtenstein,

L-Istati Uniti jinkludu l-50 Stat, id-Distrett ta’ Columbia, il-Gżejjer Virgin tal-Istati Uniti, Puerto Rico u Gwam.

2.   AGGREGATI

Il-produtturi jiġu kklassifikati skont l-għan tal-produzzjoni:

Produttur tal-attività ewlenija: intrapriżi, kemm proprjetà privata kif ukoll proprjetà pubblika, li jiġġeneraw elettriku u/jew sħana għal bejgħ lil partijiet terzi, bħala l-attività ewlenija tagħhom,

Awtoprodutturi: intrapriżi, kemm proprjetà privata kif ukoll proprjetà pubblika, li jiġġeneraw elettriku u/jew sħana b’mod sħiħ jew b’mod parzjali għall-użu tagħhom stess bħala attività li tappoġġa l-attività primarja tagħhom.

Nota: il-Kummissjoni tista’ tikkjarifika t-terminoloġija b’mod ulterjuri billi żżid referenzi rilevanti tal-NACE skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2) wara li tkun daħlet fis-seħħ reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-NACE.

2.1.   Is-Setturi tal-Provvista u tat-Trasformazzjoni

Il-Produzzjoni/Produzzjoni Indiġena

Il-kwantitajiet ta’ fjuwils estratti jew prodotti, ikkalkulati wara kwalunkwe operazzjoni għat-tneħħija ta’ materja inerta. Il-produzzjoni tinkludi l-kwantitajiet ikkonsmati mill-produttur fil-proċess tal-produzzjoni (eż. għat-tisħin jew għat-tħaddim tal-apparat u tal-awżiljarji) kif ukoll il-provvisti għal produtturi oħrajn tal-enerġija għat-trasformazzjoni jew għal użijiet oħrajn.

Il-mezzi indiġeni: il-produzzjoni mir-riżorsi fl-Istat ikkonċernat.

L-Importazzjonijiet/Esportazzjonijiet

Għad-definizzjonijiet ġeografiċi ara t-taqsima ‘Noti Ġeografiċi’.

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, ‘importazzjonijiet’ tirreferi għall-oriġini aħħarija (il-pajjiż fejn kien magħmul il-prodott tal-enerġija) għall-użu fil-pajjiż u ‘esportazzjonijiet’ tirreferi għall-pajjiż aħħari tal-konsum tal-prodott tal-enerġija magħmul.

L-ammonti jitqiesu bħala importati jew esportati meta jkunu qasmu l-fruntieri politiċi tal-pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali u kemm jekk le.

Fejn ma tista’ tiġi rrapportata l-ebda oriġini jew destinazzjoni, tista’ tintuża ‘Oħrajn’.

Jistgħu jinqalgħu differenzi statistiċi jekk l-importazzjoni u l-esportazzjoni totali biss ikunu disponibbli fuq il-bażi msemmija hawn fuq, filwaqt li l-analiżi ġeografika tkun ibbażata fuq stħarriġ, sors jew kunċett differenti. F’dan il-każ, id-differenzi għandhom ikunu inklużi taħt ‘Oħrajn’.

Il-Bunkers Marittimi Internazzjonali

Il-kwantitajiet ta’ fjuwils ikkunsinjati lil bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera li jkunu involuti f’navigazzjoni internazzjonali. In-navigazzjoni internazzjonali tista’ ssir fuq il-baħar, fuq għadajjar u passaġġi tal-ilma interni jew f’ilmijiet kostali. Jiġu esklużi:

il-konsum minn bastimenti involuti f’navigazzjoni domestika. Il-qasma domestika/internazzjonali għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-port tat-tluq u tal-port tal-wasla, u mhux skont il-bandiera jew in-nazzjonalità tal-bastiment

il-konsum minn bastimenti tas-sajd

il-konsum minn qawwiet militari.

Il-Bidliet fl-Istokk

Id-differenza bejn il-livell tal-istokk tal-ftuħ u l-livell tal-istokk tal-għeluq għal stokks miżmuma fit-territorju nazzjonali.

Il-Konsum Gross (ikkalkolat)

Il-valur ikkalkolat, iddefinit bħala:

Formula

Il-Konsum Gross (osservat)

Il-kwantità effettivament irreġistrata fi stħarriġ tas-setturi tal-użu finali.

Id-Differenzi Statistiċi

Il-valur ikkalkulat, iddefinit bħala:

Il-konsum gross ikkalkulat – il-konsum gross osservat.

Jinkludi l-bidliet fl-istokks tal-konsumaturi finali meta dawn ma jistgħux jiġu speċifikati bħala parti mill-‘Bidliet fl-istokk’.

Għandhom jiġu ddikjarati r-raġunijiet għal kwalunkwe differenza ewlenija.

L-Impjanti tal-Elettriku tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati sabiex jiġi ġġenerat l-elettriku.

Il-fjuwils użati mill-impjanti li fihom mill-inqas unità waħda tas-CHP għandhom jiġu rrapportati taħt l-Impjanti tas-CHP tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija.

L-Impjanti tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati sabiex ikunu prodotti l-elettriku u s-sħana.

L-Impjanti tas-Sħana tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati sabiex tiġi ġġenerata s-sħana.

L-Impjanti tal-Elettriku tal-Awtoprodutturi

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati sabiex jiġi ġġenerat l-elettriku.

Il-fjuwils użati minn impjanti li fihom mill-inqas unità waħda tas-CHP għandhom jiġu rrapportati taħt l-Impjanti tas-CHP tal-Awtoprodutturi.

L-Impjanti tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) tal-Awtoprodutturi

Il-kwantitajiet ta’ fjuwils li jikkorrispondu għall-kwantità ta’ elettriku ġġenerat u tas-sħana mibjugħa.

L-Impjanti tas-Sħana Awtoprodutturi

Il-kwantitajiet ta’ fjuwils li jikkorrispondu għall-kwantità tas-sħana mibjugħa.

L-Impjanti tal-Fjuwils bi Privattiva

Il-kwantitajiet użati sabiex jiġu prodotti l-fjuwils.

Il-kwantitajiet użati għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat ma għandhomx jiġu ddikjarati hawnhekk, iżda għandhom jiġu ddikjarati bħala konsum fis-settur tal-Enerġija.

L-Ifran tal-Kokk

Il-kwantitajiet użati fl-ifran tal-kokk.

Il-kwanitatijiet użati għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat ma għandhomx jiġu ddikjarati hawnhekk, iżda għandhom jiġu ddikjarati bħala konsum fis-settur tal-Enerġija.

L-impjanti tal-BKB/PB

Il-kwanitajiet ta’ linjite użati sabiex jiġu prodotti mattunelli tal-faħam kannella (BKB) jew tal-pit sabiex jiġu prodotti mattunelli tal-pit (PB).

Il-kwantitajiet użati għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat ma għandhomx jiġu ddikjarati hawnhekk, iżda għandhom jiġu ddikjarati bħala konsum fis-settur tal-Enerġija.

L-impjanti tal-manifattura tal-gass

Il-kwantitajiet użati sabiex jiġi prodott il-gass f’impjanti tal-manifattura tal-gass u f’impjanti għall-gassifikazzjoni tal-faħam.

Il-kwantitajiet użati bħala fjuwil għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat ma għandhomx jiġu inklużi hawnhekk, iżda għandhom jiġu ddikjarati bħala konsum fis-settur tal-Enerġija.

Il-kalkari tal-funderija

Il-kwantitajiet ta’ faħam għall-kokk u/jew faħam bituminuż (ġeneralment imsejjaħ PCI) u kokk tal-ifran ittrasformat fil-kalkari tal-funderija.

Il-kwantitajiet użati bħala fjuwil għat-tisħin u għat-tħaddim tal-kalkari tal-funderija (eż.: il-gass tal-kalkari tal-funderija) ma għandhomx jiġu inklużi hawnhekk, iżda għandhom jiġu ddikjarati bħala konsum fis-settur tal-Enerġija.

Il-Likwifikazzjoni tal-Faħam

Il-kwantitajiet ta’ fjuwils użati sabiex jiġi prodott iż-żejt sintetiku.

Ir-raffineriji taż-żejt

Il-kwantitajiet użati sabiex jiġu magħmula prodotti taż-żejt.

Il-kwantitajiet użati bħala fjuwil għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat ma għandhomx jiġu ddikjarati hawnhekk, iżda għandhom jiġu ddikjarati bħala konsum fis-settur tal-Enerġija.

Mhux Speċifikat Band’Oħra – it-Trasformazzjoni

Il-kwantitajiet użati għal attivitajiet ta’ trasformazzjoni li mhumiex inklużi band’oħra. Jekk jintużaw, dak li jiġi inkluż taħt din l-intestatura għandu jiġi spjegat fir-rapport.

2.2.   Is-settur tal-enerġija u l-konsum finali

Is-Settur tal-Enerġija Totali

Il-kwantitajiet ikkonsmati mill-industrija tal-enerġija sabiex jiġu appoġġati l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni (tħaffir fil-minjieri, produzzjoni taż-żejt u tal-gass) jew tal-impjanti tal-attivitajiet ta’ trasformazzjoni. Dan jikkorrispondi għat-Taqsimiet tal-NACE 05, 06, 08.92, 07.21, 09.1, 19 u 35.

Jeskludi l-kwantitajiet ta’ fjuwils ittrasformati f’forma ta’ enerġija oħra (li għandhom jiġu rrapportati taħt is-settur tat-Trasformazzjoni) jew użati b’appoġġ għat-tħaddim tal-pipelines taż-żejt, tal-gass u tas-slurry tal-faħam (li għandhom jiġu rrapportati fis-Settur tat-Trasport).

Jinkludi l-manifattura ta’ materjali kimiċi għall-fissjoni u għall-fużjoni atomika u l-prodotti ta’ dawn il-proċessi.

L-Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana

Il-kwantitajiet ikkonsmati bħala enerġija fl-impjanti tal-elettriku, fl-impjanti tas-sħana u tal-enerġija kkombinati (CHP) u fl-impjanti tas-sħana.

Il-Minjieri tal-Faħam

Il-kwantitajiet ikkonsmati bħala enerġija sabiex jiġu appoġġati l-estrazzjoni u l-preparazzjoni tal-faħam fl-industrija tat-tħaffir fil-minjieri għall-faħam.

Il-faħam maħruq f’impjanti tal-enerġija fid-dħul għal minjiera tal-faħam għandu jiġi rrapportat fis-settur tat-Trasformazzjoni.

L-impjanti tal-fjuwils bi privattiva

Il-kwantitajiet ikkonsmati bħala enerġija fl-impjanti tal-fjuwils bi privattiva.

L-Ifran tal-Kokk

Il-kwantitajiet ikkonsmati bħala enerġija fl-impjanti għall-kokk.

L-impjanti tal-BKB/PB

Il-kwantitajiet użati bħala enerġija fl-impjanti tal-BKP/PB.

L-impjanti tal-manifattura tal-gass/ix-xogħlijiet tal-gassifikazzjoni

Il-kwantitajiet ikkonsmati bħala enerġija fl-impjanti tal-manifattura tal-gass u fl-impjanti tal-gassifikazzjoni tal-faħam.

Il-Kalkari tal-Funderiji

Il-kwantitajiet ikkonsmati bħala enerġija fil-kalkari tal-funderiji.

Il-Likwifikazzjoni tal-Faħam

Il-kwantitajiet ikkonsmati bħala enerġija fl-impjanti tal-Likwifikazzjoni tal-faħam.

Ir-Raffineriji taż-żejt

Il-kwantitajiet ikkonsmati bħala enerġija fir-raffineriji taż-żejt.

L-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass

Il-kwantitajiet ikkonsmati bħala fjuwils fil-proċess tal-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass u fl-impjanti tal-ipproċessar tal-gass naturali.

Teskludi t-telf mill-pipelines (li għandu jiġi rrapportat bħala telf mid-distribuzzjoni) u l-kwantitajiet tal-enerġija użata sabiex jitħaddmu l-pipelines (li għandhom jiġu rrapportati fis-settur tat-Trasport).

Il-Konsum Finali Totali

Definit (ikkalkolat) bħala:

Formula

Jeskludi kunsinni għat-trasformazzjoni, l-użu mill-industriji li jipproduċu l-enerġija u t-telf mid-distribuzzjoni.

L-Użu Mhux tal-Enerġija

Il-prodotti tal-enerġija użati bħala materja prima fis-setturi differenti; jiġifieri, mhux ikkonsmati bħala fjuwils jew ittrasformati f’fjuwil ieħor.

2.3.   L-Ispeċifikazzjoni tal-użu finali tal-Enerġija

Il-Konsum Finali tal-Enerġija

Il-konsum totali tal-enerġija fl-industrija, fit-trasport u f’setturi oħrajn.

Is-Settur tal-Industrija

Dan jirriferi għall-kwantitajiet ta’ fjuwil ikkonsmati mill-intrapriża industrijali b’appoġġ għall-attivitajiet primarji tagħha.

Għall-impjanti tas-sħana biss jew għall-impjanti tas-CHP, japplikaw biss kwantitajiet ta’ fjuwils kkonsmati għall-produzzjoni tas-sħana użata mill-impjant innifsu. Il-kwantitajiet ta’ fjuwils kkonsmati għall-produzzjoni tas-sħana li ġiet mibjugħa, u għall-produzzjoni tal-elettriku, għandhom jiġu rrapportati taħt is-settur tat-Trasformazzjoni xieraq.

Il-Ħadid u l-Azzar: It-Taqsimiet tal-NACE 24.1, 24.2, 24.3, 24.51 u 24.52.

Is-Sustanzi Kimiċi (inklużi Petrokimiċi)

L-industriji kimiċi u petrokimiċi; it-Taqsimiet tal-NACE 20 u 21.

Il-Metalli li ma fihomx Ħadid

L-industriji tal-metalli li ma fihomx ħadid; it-Taqsimiet tal-NACE 24.4, 24.53 u 24.54.

Il-Minerali li mhumiex Metalliċi

Il-ħġieġ, iċ-ċeramika, is-siment u materjali oħrajn li jintużaw fl-industriji tal-bini; it-Taqsima tal-NACE 23.

L-Apparat tat-Trasport

L-industriji relatati mal-apparat li jintuża għat-trasport; it-Taqsimiet tal-NACE 29 u 30.

Il-Makkinarju

Prodotti tal-metall iffabbrikati, makkinarju u apparat ieħor li mhux apparat tat-trasport; it-Taqsimiet tal-NACE 25, 26, 27 u 28.

It-Tħaffir fil-Minjieri u t-Tħaffir fil-Barrieri

It-Taqsimiet tal-NACE 07 (minbarra 07.21), 08 (minbarra 08.92) u 09.9; dan jeskludi l-industriji li jipproduċu l-enerġija.

Ikel, Xorb u Tabakk: it-Taqsimiet tal-NACE 10, 11 u 12.

Il-Polpa, il-Karti u l-Istampar

Jinkludu l-produzzjoni ta’ midja rrekordjati; it-Taqsimiet tal-NACE 17 u 18.

L-Injam u Prodotti tal-Injam (minbarra polpa u karti): it-Taqsima tal-NACE 16.

Il-Kostruzzjoni: it-Taqsimiet tal-NACE 41, 42 u 43.

It-Tessuti u l-Ġilda; it-Taqsimiet tal-NACE 13, 14 u 15.

Mhux Speċifikati Band’Oħra – l-Industrija

Il-konsum f’setturi li mhumiex koperti aktar ‘il fuq.

Is-Settur tat-Trasport

L-enerġija użata fl-attivitajiet kollha tat-trasport irrispettivament mis-settur ekonomiku fejn isseħħ l-attività; it-Taqsimiet tal-NACE 49, 50 u 51.

Is-Settur tat-Trasport – il-Ferrovija

Il-konsum kollu għall-użu fit-traffiku tal-ferrovija, inklużi l-ferroviji industrijali; it-Taqsimiet tal-NACE 49.1 u 49.2.

Is-Settur tat-Trasport – in-Navigazzjoni Domestika

Il-kwantitajiet ikkunsinjati lil bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera li mhumiex involuti f’navigazzjoni internazzjonali (ara l-bunkers marittimi internazzjonali). Il-qasma domestika/internazzjonali għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-port tat-tluq u tal-port tal-wasla u mhux skont il-bandiera jew in-nazzjonalità tal-bastiment. It-Taqsima tal-NACE 50.

Is-Settur tat-Trasport – it-Triq

Il-kwantitajiet użati f’vetturi tat-triq.

Jinkludi fjuwils użati minn vetturi agrikoli fuq l-awtostradi u l-lubrifikanti għall-użu f’vetturi tat-triq.

Jeskludi l-enerġija użata f’magni li ma jiċċaqilqux (ara s-settur Oħrajn), għal użu mhux fl-awtostradi fi trakters (ara l-Agrikoltura), għal użu militari f’vetturi tat-triq (ara s-settur Oħrajn – Mhux Speċifikat Band’Oħra), għall-bitum użat fil-kisi tat-toroq u għall-enerġija użata f’magni f’siti ta’ kostruzzjoni (ara s-sottosettur tal-Industrija, il-Kostruzzjoni). It-Taqsimiet tal-NACE 49.3 u 49.4.

Is-Settur tat-Trasport – It-Trasport bil-Pipelines

Il-kwantitajiet użati bħala enerġija fl-appoġġ u fit-tħaddim tal-pipelines li jittrasportaw gassijiet, likwidi, slurries u komoditajiet oħrajn; it-Taqsima tal-NACE 49.5.

Jinkludi l-enerġija użata għall-istazzjonijiet tal-petrol u għall-manutenzjoni tal-pipelines.

Jeskludi l-enerġija użata għad-distribuzzjoni permezz tal-pipelines ta’ gass naturali jew gass manifatturat, il-misħun jew il-fwar mid-distributur għall-utenti finali (li għandha tiġi rrapportata fis-settur tal-enerġija), l-enerġija użata għad-distribuzzjoni finali tal-ilma lill-utenti fid-djar, lill-utenti industrijali, lill-utenti kummerċjali u lil utenti oħrajn (li għandha tiġi inklużi fis-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi) u t-telf li jirriżulta waqt dan it-trasport bejn id-distributur u l-utenti finali (li għandu jiġi rrapportat bħala telf mid-distribuzzjoni).

Is-Settur tat-Trasport – L-Avjazzjoni Internazzjonali

Il-kwantitajiet ta’ fjuwils għall-avjazzjoni kkunsinjati lill-inġenji tal-ajru għall-avjazzjoni internazzjonali. Il-qasma domestika/internazzjonali għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta’ minn fejn isir it-tluq u fejn isir l-inżul u mhux skont in-nazzjonalità tal-linja tal-ajru. Parti mit-Taqsima tal-NACE 51.

Jeskludi l-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tagħhom tat-triq (li għandhom jiġu rrapportati fis-settur tat-trasport – Mhux speċifikat band’oħra) u għall-użu militari tal-fjuwils għall-avjazzjoni (li għandhom jiġu rrapportati fis-setturi Oħrajn – Mhux speċifikat band’oħra).

Is-Settur tat-Trasport – l-Avjazzjoni Domestika

Il-kwantitajiet ta’ fjuwils għall-avjazzjoni kkunsinjati lill-inġenji tal-ajru għall-avjazzjoni domestika – kummerċjali, privata, agrikola, eċċ. Parti mit-Taqsima tal-NACE 51.

Tinkludi l-fjuwil użat għal finijiet li mhumiex ta’ titjiriet, eż. l-ittestjar ta’ qabel il-produzzjoni tal-magni. Il-qasma domestika/internazzjonali għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta’ minn fejn isir it-tluq u fejn isir l-inżul u mhux skont in-nazzjonalità tal-linja tal-ajru.

Teskludi l-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tagħhom tat-triq (li għandhom jiġu rrapportati fis-settur tat-Trasport – Mhux Speċifikat Band’Oħra) u għall-użu militari tal-fjuwils għall-avjazzjoni (li għandhom jiġu rrapportati fis-settur Oħrajn – Mhux Speċfikat Band’Oħra).

Is-Settur tat-Trasport – Mhux Speċifikat Band’Oħra

Il-kwantitajiet użati għal attivitajiet ta’ trasport li mhumiex inklużi band’oħra.

Jinkludi l-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tagħhom tat-triq u l-fjuwils użati fil-portijiet għat-tagħmir li jħott it-tagħbijiet mill-bastimenti, għal diversi tipi ta’ krejnijiet.

Għandu jiġi ddikjarat dak li huwa inkluż taħt din l-intestatura.

Setturi Oħrajn

Is-setturi li ma jissemmewx b’mod speċifiku jew li ma jappartjenux għall-enerġija, għall-industrija jew għat-trasport.

Setturi Oħrajn – Is-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

Il-fjuwils kkonsmati min-negozju u mill-uffiċċji fis-setturi pubbliċi u privati.

It-Taqsimiet tal-NACE 33, 36, 37, 38, 39, 45, 46, 47, 52, 53, 55, 56, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 64, 65, 66, 68, 69, 70, 71, 72, 73, 74, 75, 77, 78, 79, 80, 81, 82, 84, 85, 86, 87, 88, 90, 91, 92, 93, 94, 95, 96 u 99.

Setturi Oħrajn – Residenzjali

Għandhom jiġu ddikjarati l-fjuwils kkonsmati mid-djar kollha, inklużi ‘id-djar b’persuni impjegati magħhom’. It-Taqsimiet tal-NACE 97 u 98.

Setturi Oħrajn – L-Agrikoltura/il-Forestrija

Il-fjuwils kkonsmati mill-utenti kklassifikati bħala agrikoltura, kaċċa u forestrija; it-Taqsimiet tal-NACE 01 u 02.

Setturi Oħrajn – Is-Sajd

Il-fjuwils ikkunsinjati għal sajd intern, kostali u fl-ibħra fondi. Is-sajd għandu jkopri l-fjuwils ikkunsinjati lill-bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera li ħadu l-fjuwil f’dak il-pajjiż (inkluż is-sajd internazzjonali) u l-enerġija użata fl-industrija tas-sajd. It-Taqsima tal-NACE 03.

Setturi Oħrajn – Mhux Speċifikat Band’Oħra

Dawn huma attivitajiet li mhumiex inklużi band’oħra. Din il-kategorija tinkludi l-użu militari tal-fjuwil għal konsum kollu mobbli u immobbli (eż. bastimenti, inġenji tal-ajru, vetturi tat-triq u l-enerġija użata fil-kwartieri fejn jgħixu l-persunal), irrispettivament minn jekk il-fjuwil ikkonsenjat huwiex għall-militar ta’ dak il-pajjiż jew għall-militar ta’ pajjiż ieħor. Jekk jintuża, dak li jiġi inkluż taħt din l-intestatura għandu jiġi spjegat fir-rapport.

3.   TERMINI OĦRAJN

Tapplika t-tifsira tat-taqsiriet li ġejjin:

—   TML: ċomb tetrametil,

—   TEL: ċomb tetraetil,

—   SBP: punt ta’ tgħollija speċjali,

—   LPG: gass likwifikat miż-żejt mhux raffinat,

—   NGL: likwidi tal-gass naturali,

—   LNG: gass naturali likwifikat,

—   CNG: gass naturali kompressat.

“ANNESS B

L-ISTATISTIKA ANNWALI DWAR L-ENERĠIJA

Dan l-anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rrapportat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet tat-trasmissjoni għall-ġbir annwali tal-istatistika dwar l-enerġija.

L-Anness A japplika għal spjegazzjonijiet tat-termini, li għalihom mhijiex ipprovduta spjegazzjoni speċifika f’dan l-Anness.

1.   IL-FJUWILS FOSSILI SOLIDI U L-GASSIJIET MANIFATTURATI

1.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din il-ġabra tad-dejta tapplika għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġejjin:

Il-Prodott tal-Enerġija

Definizzjoni

1.

Antraċite

Faħam ta’ livell għoli użat għal applikazzjonijiet industrijali u residenzjali. Ġeneralment għandu inqas minn 10 % ta’ materja volatili u kontenut għoli ta’ karbonju (madwar 90 % ta’ karbonju fiss). Il-valur kalorifiku gross tiegħu huwa akbar minn 24 000 kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja.

2.

Faħam għall-Kokk

Faħam bituminuż bi kwalità li tippermetti l-produzzjoni ta’ kokk adattat sabiex tiġi appoġġata ċarġ ta’ kalkara tal-funderija. Il-valur kalorifiku gross tiegħu huwa akbar minn 24 000 kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja.

3.

Faħam Bituminuż Ieħor

(Faħam tal-fwar)

Faħam użat sabiex jiġi ġġenerat il-fwar u li jinkludi l-faħam bituminuż kollu li mhux inkluż la taħt il-faħam għall-kokk u lanqas taħt l-antraċite. Huwa kkaratterizzat minn materja aktar volatili mill-antraċite (aktar minn 10 %) u kontenut aktar baxx ta’ karbonju (inqas minn 90 % ta’ karbonju fiss). Il-valur kalorifiku gross tiegħu huwa akbar minn 24 000 kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja. Jekk fl-ifran tal-kokk jintuża faħam bituminuż, dan għandu jiġi rrapportat bħala faħam għall-kokk.

4.

Faħam Sub-bituminuż

Jirreferi għal faħam li ma jagħqadx b’valur kalorifiku gross ta’ bejn 20 000 kJ/kg u 24 000 kJ/kg li fih aktar minn 31 % ta’ materja volatili fuq bażi ħielsa minn materja minerali xotta.

5.

Linjite

Faħam li ma jagħqadx b’valur kalorifiku gross ta’ inqas minn 20 000 kJ/kg u akbar minn 31 % ta’ materja volatili fuq bażi ħielsa minn materja minerali xotta.

6.

Fjuwil bi Privattiva

Fjuwil kompost manifatturat minn trab fin tal-faħam iebes biż-żieda ta’ aġent li jgħaqqad. L-ammont ta’ fjuwil bi privattiva prodott, għalhekk, jista’ jkun xi ftit ogħla mill-ammont effettiv ta’ faħam ikkonsmat fil-proċess ta’ trasformazzjoni.

7.

Kokk tal-Ifran tal-Kokk

Il-prodott solidu miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam, prinċipalment tal-faħam għall-kokk, f’temperatura għolja, għandu livell baxx ta’ umdità u ta’ materja volatili. Il-kokk tal-ifran tal-kokk jintuża primarjament fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar fejn jaġixxi bħala sors ta’ enerġija u bħala aġent kimiku. Ir-riħ tal-kokk u l-kokk tal-funderija huma inklużi f’din il-kategorija.

Is-semi-kokk (prodott solidu miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam f’temperatura baxxa) għandu jiġi inkluż f’din il-kategorija. Is-semi-kokk jintuża bħala fjuwil domestiku jew mill-impjant tat-trasformazzjoni nnifsu. Din l-intestatura tinkludi wkoll il-kokk, ir-riħ tal-kokk u s-semi-kokk magħmul mil-linjite.

8.

Kokk f’forma ta’ gass

Prodott sekondarju tal-faħam iebes użat għall-produzzjoni tal-gass tal-ibliet fl-impjanti tal-manifattura tal-gass. Il-kokk f’forma ta’ gass jintuża għal finijiet ta’ tisħin.

9.

Qatran tal-Faħam

Riżultat ta’ distillazzjoni distruttiva tal-faħam bituminuż. Il-qatran tal-faħam huwa l-prodott sekondarju likwidu tad-distillazzjoni tal-faħam sabiex isir il-kokk fil-proċess tal-ifran tal-kokk jew jiġi prodott mill-faħam kannella (‘qatran b’temperatura baxxa’.) Il-qatran tal-faħam jista’ jiġi distillat aktar fi prodotti organiċi differenti (eż. benzin, toluene, naftalina) li normalment għandhom jiġu rrapportati bħala materja prima għall-industrija petrokimika.

10.

BKB

(Mattunelli tal-Faħam Kannella)

Il-BKB huwa fjuwil kompost manifatturat mil-linjite jew minn faħam sub-bituminuż, prodott billi jingħata l-forma ta’ mattunelli taħt pressjoni għolja mingħajr iż-żieda ta’ aġent li jgħaqqad, inkluż trab fin u trab tal-linjite niexef.

11.

Gass tal-Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

Ikopri t-tipi kollha ta’ gassijiet prodotti f’impjanti ta’ utilità pubblika jew f’impjanti privati, li l-għan ewlieni tagħhom huwa l-manifattura, it-trasport u d-distribuzzjoni tal-gass. Huwa jinkludi l-gass prodott permezz tal-karbonizzazzjoni (inkluż il-gas prodott mill-ifran tal-kokk u ttrasferit lill-gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass), permezz ta’ gassifikazzjoni totali bi jew mingħajr l-arrikkiment bi prodotti taż-żejt (l-LPG, iż-żejt tal-fjuwil residwu, eċċ.), u billi jiġu riformati u sempliċiment jitħalltu l-gassijiet u/jew l-ajra, irrapportat taħt ir-ringieli ‘Minn Sorsi Oħrajn’. Taħt is-settur tat-trasformazzjoni identifika l-ammonti ta’ gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass ittrasferiti lill-gass naturali mħallat li mbagħad jitqassam u jiġi kkonsmat permezz tal-gradilja tal-gass naturali.

Il-produzzjoni ta’ gassijiet oħrajn magħmula mill-faħam (jiġifieri, il-gass tal-ifran tal-kokk, il-gass tal-kalkara tal-funderija u l-gass tal-forn tal-ossiġenu għall-azzar) għandha tiġi rrapportata fil-kolonni li jikkonċernaw gassijiet ta’ din ix-xorta, u mhux bħala produzzjoni ta’ gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass. Il-gassijiet tal-faħam ittrasferiti lill-impjanti tal-manifattura tal-gass imbagħad għandhom jiġu rrapportati (fil-kolonna tagħhom stess) fis-settur tat-trasformazzjoni fir-ringiela tal-impjanti tal-manifattura tal-gass. L-ammont totali ta’ gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass li jirriżulta mit-trasferimenti ta’ gassijiet oħrajn magħmula mill-faħam għandu jidher fil-linja tal-produzzjoni għall-gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass.

12.

Gass tal-Ifran tal-Kokk

Miksub bħala prodott sekondarju mill-manifattura tal-kokk tal-ifran tal-kokk għall-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar.

13.

Gass tal-Kalkari tal-Funderija

Prodott waqt il-ħruq tal-kokk f’kalkari tal-funderija fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar. Dan jiġi rkuprat u jintuża bħala fjuwil parzjalment fl-impjant u parzjalment fi proċessi oħrajn tal-industrija tal-azzar jew f’impjanti tal-enerġija attrezzati biex jaħarquh. Il-kwantità ta’ fjuwil għandha tiġi rrapportata fuq bażi ta’ valur kalorifiku gross.

14.

Gassijiet oħrajn irkuprati

Prodott sekondarju tal-produzzjoni tal-azzar f’forn tal-ossiġenu, irkuprat malli jħalli l-forn. Il-gassijiet huma magħrufa wkoll bħala gass konvertitur, gass LD jew gass BOS. Il-kwantità ta’ fjuwil irkuprat għandha tiġi rrapportata fuq bażi ta’ valur kalorifiku gross. Ikopri wkoll gassijiet manifatturati mhux speċifikati li mhumiex imsemmija hawn fuq, bħal gassijiet kombustibbli ta’ oriġini karbonika solida rkuprati mill-manifattura u minn proċessi kimiċi mhux definiti band’oħra.

15.

Pit

Depożitu sedimentarju li jinħaraq, li huwa artab, poruż jew kompressat, li ġej minn pjanti b’kontenut għoli ta’ ilma (sa 90 % meta mhux ipproċessat), li jitqatta’ malajr, b’kulur li jvarja mill-kannella ċar għall-kannella skur. Mhux inkluż il-pit li jintuża għal skopijiet mhux ta’ enerġija.

Din id-definizzjoni hija bla ħsara għad-definizzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u għal-Linji Gwida tal-IPCC 2006 għall-Inventarji Nazzjonali dwar il-Gass b’Effett Serra.

16.

Prodotti tal-Pit

Prodotti bħal mattunelli tal-pit derivati direttament jew indirettament minn tuba tal-pit u pit mitħun.

17.

Xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt

Ix-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt huma blat sedimentarju li jkun fih materja organika fil-forma ta’ keroġenu. Il-keroġenu huwa materjal tax-xama’ rikk fl-idrokarbur meqjus bħala prekursur tal-pitrolju. Ix-xejl taż-żejt jista’ jinħaraq direttament jew inkella jiġi pproċessat permezz tat-tisħin sabiex jiġi estratt iż-żejt tax-xejl. Iż-żejt tax-xejl u prodotti oħrajn derivati mil-likwifikazzjoni għandhom jiġu rrapportati fuq il-kwestjonarju Annwali dwar iż-żejt f’Idrokarbonji Oħrajn.

1.2.   Lista tal-aggregati

Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti għandha tiġi ddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

L-Anness A japplika għall-ispjegazzjonijiet tat-termini, li għalihom ma tiġix ipprovduta spjegazzjoni speċifika f’dan l-anness.

1.2.1.   Is-Setturi tal-Provvista u tat-Trasformazzjoni

1.   Il-Produzzjoni

1.1.   Li minnha: taħt l-art

Applikabbli biss għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam sub-bituminuż u għal-linjite.

1.2.   Li minnha: fil-wiċċ

Applikabbli biss għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam sub-bituminuż u għal-linjite.

2.   Minn Sorsi Oħrajn

Dan jikkonsisti f’żewġ komponenti:

slurries irkuprati, middlings u prodotti tal-faħam oħrajn ta’ grad baxx, li ma jistgħux jiġu kklassifikati skont it-tip ta’ faħam. Dan jinkudi l-faħam irkuprat minn munzelli ta’ skart u minn kontentituri tal-iskart oħrajn,

provvisti ta’ fjuwil li l-produzzjoni tiegħu hija koperta minn bilanċi tal-enerġija minn fjuwils oħrajn, iżda li l-konsum għalihom sejjer iseħħ fil-bilanċ tal-enerġija mill-faħam.

2.1.   Li minnhom: minn prodotti taż-żejt

Mhux applikabbli għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam sub-bituminuż, għal-linjite, għall-pit, għal prodotti tal-pit u għax-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

Eż.: żieda ta’ kokk taż-żejt mal-faħam għall-kokk għall-ifran tal-kokk

2.2.   Li minnhom: minn gass naturali

Mhux applikabbli għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam sub-bituminuż, għal-linjite, għall-pit, għal prodotti tal-pit u għax-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

Eż.: żieda ta’ gass naturali mal-gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass għal konsum finali dirett

2.3.   Li minnhom: minn sorsi rinnovabbli

Mhux applikabbli għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam sub-bituminuż, għal-linjite, għall-pit, għal prodotti tal-pit u għax-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

Eż.: skart industrijali bħala aġent li jwaħħal fil-manifattura tal-fjuwil bi privattiva

3.   Importazzjonijiet

4.   Esportazzjonijiet

5.   Bunkers Marittimi Internazzjonali

6.   Bidliet fl-Istokk

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

7.   Konsum gross

8.   Differenzi statistiċi

9.   Settur tat-Trasformazzjoni Totali

Il-kwantitajiet ta’ fjuwils użati għall-konverżjoni primarja jew sekondarja tal-enerġija (eż. mill-faħam għall-elettriku, mill-gass tal-ifran tal-kokk għall-elettriku) jew użati għat-trasformazzjoni għal prodotti tal-enerġija derivati (eż. mill-faħam tal-kokk għall-kokk).

9.1.   Li minnu: L-Impjanti tal-Elettriku ta’ Produtturi tal-Attività Ewlenija

9.2.   Li minnu: L-Impjanti tas-CHP ta’ Produtturi tal-Attività Ewlenija

9.3.   Li minnu: L-Impjanti tas-Sħana ta’ Produtturi tal-Attività Ewlenija

9.4.   Li minnu: L-Impjanti tal-Elettriku Awtoprodutturi

9.5.   Li minnu: L-Impjanti tas-CHP Awtoprodutturi

9.6.   Li minnu: L-Impjanti tas-Sħana Awtoprodutturi

9.7.   Li minnu: L-Impjanti tal-Fjuwils bi Privattiva

9.8.   Li minnu: L-Ifran tal-Kokk

9.9.   Li minnu: L-Impjanti tal-BKB/PB

9.10.   Li minnu: L-Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

9.11.   Li minnu: Il-Kalkari tal-Funderiji

Il-kwantitajiet ta’ faħam għall-kokk u/jew faħam bituminuż (ġeneralment imsejjaħ PCI) u kokk tal-ifran tal-kokk ittrasformati fil-kalkari tal-funderija. L-ammonti użati bħala fjuwil għat-tisħin u għat-tħaddim tal-kalkari tal-funderija (eż. il-gass tal-kalkari tal-funderija) ma għandhomx jiġu inklużi fis-settur tat-trasformazzjoni, iżda għandhom jiġu rrapportati bħala konsum fis-settur tal-enerġija.

9.12.   Li minnu: Il-Likwifikazzjoni tal-Faħam

Iż-żejt li jittieħed mix-xejl tal-bitum u prodotti oħrajn derivati mil-Likwifikazzjoni għandhom jiġu rrapportati skont kif inhu stabbilit fil-Kapitolu 4 ta’ dan l-anness.

9.13.   Li minnu: Għall-Gass Naturali Mħallat

Il-kwantitajiet ta’ gassijiet tal-faħam imħalltin mal-gass naturali.

9.14.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – It-Trasformazzjoni

1.2.2.   Is-Settur tal-Enerġija

1.   Is-Settur tal-Enerġija Totali

1.1.   Li minnu: L-Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana

1.2.   Li minnu: Il-Minjieri tal-Faħam

1.3.   Li minnu: L-Impjanti tal-Fjuwils bi Privattiva

1.4.   Li minnu: L-Ifran tal-Kokk

1.5.   Li minnu: L-Impjanti tal-BKB/PB

1.6.   Li minnu: L-Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

1.7.   Li minnu: Il-Kalkari tal-Funderiji

1.8.   Li minnu: Ir-Raffineriji taż-żejt

1.9.   Li minnu: Il-Likwifikazzjoni tal-Faħam

1.10.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – L-Enerġija

2.   Telf mid-distribuzzjoni

It-telf li jseħħ minħabba t-trasport u d-distribuzzjoni, kif ukoll meta jivvampjaw il-gassijiet manifatturati.

3.   Il-Konsum Finali Totali

4.   L-użu mhux tal-enerġija totali

4.1.   Li minnu: Is-Setturi tal-Industrija, tat-Trasformazzjoni u tal-Enerġija

L-użu mhux tal-enerġija fis-sottosetturi kollha tal-industrija, tat-trasformazzjoni u tal-enerġija, eż. il-faħam użat sabiex isir il-metanol jew l-ammonja.

4.1.1.   Mill-4.1, li minnu: fis-settur petrokimiku

L-użu mhux tal-enerġija, eż. l-użu tal-faħam bħala materja prima sabiex jiġi prodott il-fertilizzant u bħala materja prima għal prodotti petrokimiċi oħrajn.

4.2.   Li minnu: Is-Settur tat-Trasport

L-użu mhux tal-enerġija fis-sottosetturi kollha tat-Trasport.

4.3.   Li minnu: Setturi Oħrajn

L-użu mhux tal-enerġija fis-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi, f’dawk Residenzjali, Agrikoli u Oħrajn li mhumiex Speċifikati Band’Oħra.

1.2.3.   L-ispeċifikazzjoni tal-użu finali tal-enerġija

1.   Il-Konsum Finali tal-Enerġija

2.   Is-Settur tal-Industrija

2.1.   Li minnu: Il-Ħadid u l-Azzar

2.2.   Li minnu: Is-Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

2.3.   Li minnu: Il-Metalli li ma fihomx Ħadid

2.4.   Li minnu: Il-Minerali li Mhumiex Metalliċi

2.5.   Li minnu: L-Apparat tat-Trasport

2.6.   Li minnu: Il-Makkinarju

2.7.   Li minnu: It-Tħaffir fil-Minjieri u t-Tħaffir fil-Barrieri

2.8.   Li minnu: L-Ikel, ix-Xorb u t-Tabakk

2.9.   Li minnu: Il-Polpa, il-Karta u l-Istampar

2.10.   Li minnu: L-Injam u l-Prodotti tal-Injam

2.11.   Li minnu: Il-Kostruzzjoni

2.12.   Li minnu: It-Tessuti u l-Ġilda

2.13.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – l-Industrija

3.   Is-Settur tat-Trasport

3.1.   Li minnu: Il-Ferroviji

3.2.   Li minnu: In-Navigazzjoni Domestika

3.3.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – it-Trasport

4.   Setturi Oħrajn

4.1.   Li minnu: Is-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

4.2.   Li minnu: Residenzjali

4.3.   Li minnu: L-Agrikoltura/il-Forestrija

4.4.   Li minnu: Is-Sajd

4.5.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – Oħrajn

1.2.4.   L-Importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet

L-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni.

Applikabbli għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam sub-bituminuż, għal-linjite, għall-fjuwils bi privattiva, għall-kokk tal-ifran tal-kokk, għall-qatran tal-faħam, għall-bkb, għall-qatran tal-faħam, għall-pit, għal prodotti tal-pit u għax-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

1.3.   Il-valuri kalorifiċi

Applikabbli għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam sub-bituminuż, għal-linjite, għall-fjuwils bi privattiva, għall-kokk tal-ifran tal-kokk, għall-kokk tal-gass, għall-qatran tal-faħam, għall-bkb, għall-pit, għal prodotti tal-pit u għax-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

Kemm il-valuri kalorifiċi gross kif ukoll dawk netti għandhom jiġu ddikjarati għall-aggregati ewlenin li ġejjin:

1.   Il-Produzzjoni

2.   L-Importazzjonijiet

3.   L-Esportazzjonijiet

4.   Użati fl-ifran tal-kokk

5.   Użati fil-kalkari tal-funderija

6.   Użati fl-Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana ta’ Produtturi tal-Attività Ewlenija

7.   Użati fl-Industrija

8.   Għal Użu Ieħor

1.4.   Unitajiet tal-kejl

1.

Il-kwantitajiet tal-enerġija

103 tunnellati

L-eċċezzjoni: għall-gassijiet (il-gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass, il-gass tal-ifran tal-kokk, il-gass tal-kalkari tal-funderija, gassijiet irkuprati oħrajn) il-qies huwa direttament fil-kontenut tal-enerġija u l-unità li għandha tintuża hija għalhekk it-TJ (ibbażata fuq il-valuri kalorifiċi gross).

2.

Il-valuri kalorifiċi

MJ/tunnellata metrika

1.5.   Derogi u eżenzjonijiet

Mhux applikabbli.

2.   IL-GASS NATURALI

2.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

Din il-ġabra ta’ dejta tapplika għall-gass naturali, li jinkludi l-gassijiet li jinsabu f’depożiti ta’ taħt l-art, kemm jekk ikunu likwifikati u kemm jekk ikunu gassijiet, li jikkonsisti primarjament minn metanu.

Jinkludi kemm gass ‘mhux assoċjat’ li joriġina minn faċilitajiet li jipproduċu l-idrokarburi biss f’forma ta’ gass, u gass ‘assoċjat’ li ġie prodott f’assoċjazzjoni ma’ żejt mhux raffinat kif ukoll ma’ metanu rkuprat mill-minjieri tal-faħam (gass tal-minjieri tal-faħam tal-ħaġra u l-bini tagħha) jew minn saffi tal-faħam (gass tas-saffi tal-faħam).

Ma jinkludix gassijiet maħluqa mid-diġestjoni anerobika tal-bijomassa (eż. gass muniċipali jew tad-drenaġġ) u lanqas gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass.

2.2.   Lista tal-aggregati

Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti għandha tiġi ddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

2.2.1.   Is-Setturi tal-Provvista u tat-Trasformazzjoni

Dak li għandu jiġi ddikjarat huma l-kwantitajiet espressi kemm f’unitajiet ta’ volum kif ukoll f’unitajiet ta’ enerġija, u li jinkludu l-valuri kalorifiċi gross u netti, għall-aggregati li ġejjin:

1.   Il-Produzzjoni Indiġena

Il-produzzjoni niexfa kollha li tista’ titqiegħed fis-suq fi ħdan il-fruntieri nazzjonali, inkluża l-produzzjoni ‘lil hinn mix-xtut. Il-produzzjoni titkejjel wara l-purifikazzjoni u l-estrazzjoni tal-NGLs u tal-kubrit.

Teskludi t-telf mill-estrazzjoni u l-kwantitajiet li ġew injettati mill-ġdid, li tħallew joħorġu minn fetħa jew li ġew ivvampjati.

Tinkludi l-kwantitajiet użati fl-industrija tal-gass naturali; fl-estrazzjoni tal-gassijiet, fis-sistemi tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar.

1.1.   Li minnha: Il-Gass Assoċjat

Il-gass naturali prodott f’assoċjazzjoni ma’ żejt mhux raffinat.

1.2.   Li minnha: Il-Gass Mhux Assoċjat

Il-gass naturali li joriġina minn faċilitajiet li jipproduċu biss idrokarburi f’forma ta’ gass.

1.3.   Li minnha: Il-Gass tal-Minjieri tal-Faħam tal-Ħaġra u l-Bini Tagħhom

Il-metanu prodott f’minjieri tal-faħam jew minn saffi tal-faħam, imwassal permezz ta’ pajpijiet fis-superfiċi u kkonsmat fil-minjieri tal-faħam tal-ħaġra u l-bini tagħhom jew trasmess permezz ta’ pipeline lill-konsumaturi.

2.   Minn Sorsi Oħrajn

Il-fjuwil li jitħallat mal-gass naturali u kkonsmat bħala taħlita.

2.1.   Li minnhom: minn prodotti taż-żejt

L-LPG għat-titjib tal-kwalità, eż. il-kontenut tas-sħana

2.2.   Li minnhom: mill-faħam

Il-gass manifatturat sabiex jitħallat mal-gass naturali

2.3.   Li minnhom: minn riżorsi rinnovabbli

Il-bijogass sabiex jitħallat mal-gass naturali

3.   L-importazzjonijiet

4.   L-esportazzjonijiet

5.   Il-Bunkers Marittimi Internazzjonali

6.   Il-Bidliet fl-Istokk

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

7.   Il-konsum gross

8.   Id-differenzi statistiċi

Ir-rekwiżit li jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi mhuwiex applikabbli hawnhekk.

9.   Il-gass li jista’ jiġi rkuprat: L-istokks tal-ftuħ u tal-għeluq

Il-kwantitajiet ta’ gass disponibbli għall-kunsinna matul kwalunkwe ċiklu ta’ input-produzzjoni. Dan jirreferi għall-gass naturali li jista’ jiġi rkuprat maħżun f’faċilitajiet tal-ħżin speċjali (faċilità żvojtata tal-gass u/jew taż-żejt, akwifikatur, kavità tal-melħ, kaverni mħalltin jew oħrajn) kif ukoll ħażna ta’ gass naturali likwifikat. Il-cushion gas għandu jiġi eskluż.

Ir-rekwiżit li jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi mhuwiex applikabbli hawnhekk.

10.   Il-Gass li Jitħalla Joħroġ minn Fetħa

Il-volum ta’ gass rilaxxat fl-arja fis-sit tal-produzzjoni jew fl-impjant tal-ipproċessar tal-gassijiet.

Ir-rekwiżit li jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi mhuwiex applikabbli hawnhekk.

11.   Il-Gass Ivvampjat

Il-volum ta’ gass maħruq f’vampi fis-sit tal-produzzjoni jew fl-impjant tal-ipproċessar tal-gassijiet.

Ir-rekwiżit li jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi mhuwiex applikabbli hawnhekk.

12.   Is-Settur tat-Trasformazzjoni Totali

Il-kwantitajiet ta’ fjuwils użati għall-konverżjoni primarja jew sekondarja tal-enerġija (eż. minn gass naturali għal elettriku) jew użati għat-trasformazzjoni għal prodotti tal-enerġija derivati (eż. minn gass naturali għal metanol).

12.1.   Li minnu: L-Impjanti tas-Sħana ta’ Produtturi tal-Attività Ewlenija

12.2.   Li minnu: L-Impjanti tal-Elettriku Awtoprodutturi

12.3.   Li minnu: L-Impjanti tas-CHP ta’ Produtturi tal-Attività Ewlenija

12.4.   Li minnu: L-Impjanti tas-CHP Awtoprodutturi

12.5.   Li minnu: L-Impjanti tas-Sħana ta’ Produtturi tal-Attività Ewlenija

12.6.   Li minnu: L-Impjanti tas-Sħana Awtoprodutturi

12.7.   Li minnu: L-Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

12.8.   Li minnu: L-Ifran tal-Kokk

12.9.   Li minnu: Il-Kalkari tal-Funderija

12.10.   Li minnu: Minn gass għal likwidi

Il-kwantitajiet ta’ gass naturali użati bħala materja prima għall-konverżjoni għal likwidi, eż. il-kwantitajiet ta’ fjuwils li jiddaħħlu fil-proċess tal-produzzjoni tal-metanol għat-trasformazzjoni f’metanol.

12.11.   Li minnu: Mhux speċifikat – It-Trasformazzjoni

2.2.2.   Is-Settur tal-Enerġija

1.   Is-Settur tal-Enerġija Totali

1.1.   Li minnu: Il-Minjieri tal-Faħam

1.2.   Li minnu: L-Estrazzjoni taż-Żejt u tal-Gass

1.3.   Li minnu: L-Inputs fir-raffineriji taż-żejt

1.4.   Li minnu: L-Ifran tal-Kokk

1.5.   Li minnu: Il-Kalkari tal-Funderiji

1.6.   Li minnu: L-Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

1.7.   Li minnu: L-Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana

1.8.   Li minnu: Il-Likwifikazzjoni (l-LNG) jew il-Gassifikazzjoni

1.9.   Li minnu: Minn Gass għal Likwidi

1.10.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – l-Enerġija

2.   It-telf tad-distribuzzjoni u t-trasport

2.2.3.   L-ispeċifikazzjoni tal-użu finali tal-enerġija

Il-konsum tal-gass naturali jeħtieġ li jiġi rrapportat kemm għall-użu tal-enerġija u (kull fejn ikun japplika) għall-użu mhux tal-enerġija b’mod separat, għall-aggregati kollha li ġejjin:

1.   Il-Konsum Finali Totali

Il-konsum finali tal-enerġija u l-użu mhux tal-enerġija għandhom jiġu ddikjarati separatament taħt din l-intestatura.

2.   Is-Settur tat-Trasport

2.1.   Li minnu: It-Trasport bit-triq

Jinkludi kemm is-CNG kif ukoll il-bijogass.

2.1.1.   Li minnu: Il-frazzjoni tal-bijogass fit-Trasport bit-Triq

2.2.   Li minnu: It-trasport bil-pipelines

2.3.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – it-Trasport

3.   Is-Settur tal-Industrija

3.1.   Li minnu: Il-Ħadid u l-Azzar

3.2.   Li minnu: Is-Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

3.3.   Li minnu: Il-Metalli li ma fihomx Ħadid

3.4.   Li minnu: Il-Minerali li Mhumiex Metalliċi

3.5.   Li minnu: L-Apparat tat-Trasport

3.6.   Li minnu: Il-Makkinarju

3.7.   Li minnu: It-Tħaffir fil-Minjieri u t-Tħaffir fil-Barrieri

3.8.   Li minnu: L-Ikel, ix-Xorb u t-Tabakk

3.9.   Li minnu: Il-Polpa, il-Karta u l-Istampar

3.10.   Li minnu: L-Injam u l-Prodotti tal-Injam

3.11.   Li minnu: Il-Kostruzzjoni

3.12.   Li minnu: It-Tessuti u l-Ġilda

3.13.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – l-Industrija

4.   Setturi Oħrajn

4.1.   Li minnhom: Is-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

4.2.   Li minnhom: Residenzjali

4.3.   Li minnhom: L-Agrikoltura/il-Forestrija

4.4.   Li minnhom: Is-Sajd

4.5.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra – Oħrajn

2.2.4.   L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet

Dak li għandu jiġi ddikjarat huma l-kwantitajiet tal-gass naturali totali u tal-LNG bħala parti minnu, espressi skont il-pajjiż tal-oriġini għall-importazzjonijiet u skont il-pajjiż tad-destinazzjoni għall-esportazzjonijiet.

2.2.5.   Il-Kapaċitajiet tal-Ħażna tal-Gass

1.   Isem

L-isem tas-sit tal-faċilità tal-ħażna.

2.   Tip

It-tip ta’ ħażna, bħal faċilità tal-gass żvojtata, kaverna tal-melħ, eċċ.

3.   Il-Kapaċità tal-Ħidma

Il-kapaċità totali għall-ħażna tal-gass, mingħajr il-cushion gas. Il-cushion gas huwa l-volum totali ta’ gass meħtieġ bħala inventarju permanenti sabiex jinżammu pressjonijiet adegwati fil-ġibjun tal-ħażna ta’ taħt l-art u rati ta’ kapaċità ta’ kunsinna matul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni.

4.   L-Ogħla Livell ta’ Produzzjoni

Ir-rata massima meta l-gass jista’ jiġi rtirat mill-ħażna kkonċernata; din tikkorrispondi għall-kapaċità massima tal-irtirar.

2.3.   Unitajiet tal-kejl

1.

Il-kwantitajiet tal-enerġija

Ħlief jekk ikun indikat mod ieħor, il-kwantitajiet ta’ gass naturali jiġu ddikjarati skont il-kontenut tal-enerġija tagħhom, jiġifieri f’TJ, abbażi tal-valur kalorifiku gross.

Fejn ikunu meħtieġa l-kwantitajiet fiżiċi, l-unità hija f’106 m3 jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15 °C, 101 325  kPa).

2.

Il-valuri kalorifiċi

KJ/m3, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15 °C, 101 325  kPa).

3.

Il-kapaċità ta’ ħidma tal-ħażna

106 m3, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15 °C, 101 325  kPa).

4.

L-ogħla livell ta’ produzzjoni

106 m3/jum, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15 °C, 101 325  kPa).

2.4.   Derogi u eżenzjonijiet

Mhux applikabbli.

3.   L-ELETTRIKU U S-SĦANA

3.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-kapitolu jkopri s-sħana u l-elettriku.

3.2.   Lista tal-aggregati

Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti għandha tiġi ddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

L-Anness A japplika għal spjegazzjonijiet tat-termini, li għalihom mhijiex ipprovduta spjegazzjoni speċifika f’dan il-kapitolu. Id-definizzjonijiet u l-unitajiet imsemmija fil-Kapitoli 1, 2, 4 u 5 japplikaw għall-prodotti tal-enerġija li jappartjenu għall-fjuwils solidi u għall-gassijiet manifatturati, għall-gass naturali, għall-prodotti taż-żejt raffinat u taż-żejt mhux raffinat u għall-enerġija rinnovabbli u għall-enerġija mill-iskart.

3.2.1.   Is-Setturi tal-Provvista u tat-Trasformazzjoni

Id-definizzjonijiet speċifiċi li ġejjin japplikaw għall-aggregati għall-elettriku u għas-sħana f’dan il-kapitolu:

—   Il-Produzzjoni Gross tal-Elettriku: is-somma tal-produzzjoni tal-enerġija elettrika mis-settijiet li jiġġeneraw kollha kkonċernati (inkluż il-ħżin ippompjat) imkejla fit-terminali tal-produzzjoni tal-ġeneraturi ewlenin.

—   Il-Produzzjoni Gross tas-Sħana: is-sħana totali prodotta mill-installazzjoni u tinkludi s-sħana użata mill-awżiljarji tal-installazzjoni li jużaw fluwidu sħun (it-tisħin tal-ispazju, it-tisħin tal-fjuwil likwidu, eċċ.) u t-telf fl-iskambji tas-sħana tal-installazzjoni/tan-netwerk, kif ukoll is-sħana mill-proċessi kimiċi użati bħala forma primarja tal-enerġija.

—   Il-Produzzjoni Netta tal-Elettriku: il-produzzjoni gross tal-elettriku mingħajr l-enerġija elettrika assorbita mill-awżiljarji li jiġġeneraw u t-telf fit-trasformaturi tal-ġeneratur ewlieni.

—   Il-Produzzjoni Netta tas-Sħana: is-sħana pprovduta lis-sistema tad-distribuzzjoni kif stabbilita mill-qisien tal-flussi li ħerġin ‘il barra u dawk li jirritornaw.

L-aggregati msemmija fit-tabella li jmiss iridu jiġu ddikjarati separatament għall-impjanti produtturi tal-attività ewlenija u għall-impjanti awtoprodutturi. F’dawn iż-żewġ tipi ta’ impjanti, għall-impjanti tal-elettriku biss, għal dawk tas-CHP u għall-impjanti tas-sħana biss, għall-aggregati li ġejjin, għandhom jiġu ddikjarati kemm il-produzzjoni netta kif ukoll il-produzzjoni gross tal-elettriku u tas-sħana, b’mod separat kull fejn japplika:

1.   Il-produzzjoni totali

1.1.   Li minnha: Nukleari

1.2.   Li minnha: Idro

1.2.1.   Li minnha: parti mill-idro prodotta mill-ħżin ippompjat

1.3.   Li minnha: Ġeotermali

1.4.   Li minnha: Solari

1.5.   Li minnha: Il-marea, il-mewġ, l-oċean

1.6.   Li minnha: Ir-Riħ

1.7.   Li minnha: Il-fjuwils kombustibbli

Il-fjuwils li kapaċi jieħdu n-nar jew jinħarqu, jiġifieri li jagħmlu reazzjoni mal-ossiġenu sabiex tiġi prodotta żieda sinifikanti fit-temperatura u li jinħarqu direttament għall-produzzjoni tal-elettriku u/jew tas-sħana.

1.8.   Li minnha: Il-Pompi tas-Sħana

Il-produzzjoni tas-sħana mill-pompi tas-sħana biss fejn is-sħana tinbiegħ lil partijiet terzi (jiġifieri f’każijiet fejn il-produzzjoni sseħħ fis-Settur tat-Trasformazzjoni).

1.9.   Li minnha: Il-Bojlers tal-Elettriku

Il-kwantitajiet ta’ sħana mill-bojlers tal-elettriku fejn il-produzzjoni tinbiegħ lil partijiet terzi.

1.10.   Li minnha: Is-Sħana minn Proċessi Kimiċi

Is-sħana li toriġina minn proċessi mingħajr enerġija bħala input, bħal reazzjoni kimika.

Teskludi s-sħana tal-iskart li toriġina minn proċessi li jeħtieġu l-enerġija, li għandha tiġi rrapportata bħala sħana prodotta mill-fjuwil korrispondenti.

1.11.   Li minnha: Sorsi Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

Kull fejn ikun applikabbli, l-aggregati msemmija fit-tabella li jmiss għandhom jiġu ddikjarati bħala totali, għall-elettriku u għas-sħana separatament. Għall-ewwel tliet aggregati fit-tabella li jmiss, il-kwantitajiet għandhom jiġu kkalkolati minn u għandhom ikunu kompatibbli mal-valuri ddikjarati skont it-tabella preċedenti.

1.   Il-Produzzjoni Gross Totali

2.   L-Użu mill-Impjant Innifsu

3.   Il-Produzzjoni Netta Totali

4.   L-Importazzjonijiet

Ara wkoll l-ispjegazzjoni taħt 5 ‘L-Esportazzjonijiet’.

5.   L-Esportazzjonijiet

L-ammonti ta’ elettriku jitqiesu bħala importati jew esportati meta jkunu qasmu l-fruntieri politiċi tal-pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali u kemm jekk le. Jekk l-elettriku jgħaddi minn pajjiż, l-ammont għandu jiġi rrapportat kemm bħala importazzjoni kif ukoll bħala esportazzjoni.

6.   Użati għall-Pompi tas-Sħana

7.   Użati għall-Bojlers tal-fwar li Jaħdmu bl-Elettriku

8.   Użati għall-Ħżin ippompjat

9.   Użati għall-Produzzjoni tal-Elettriku

10.   L-Enerġija Pprovduta

Għall-elettriku: is-somma tal-produzzjoni netta tal-enerġija elettrika pprovduta mill-impjanti tal-enerġija kollha fil-pajjiż, imnaqqsa bl-ammont użat fl-istess ħin għall-pompi tas-sħana, għall-bojlers tal-fwar li jaħdmu bl-elettriku, għall-ippompjar u mnaqqsa jew miżjuda bl-esportazzjonijiet għal jew bl-importazzjonijiet minn barra.

Għas-sħana: is-somma tal-produzzjoni netta tas-sħana għall-bejgħ mill-impjanti kollha f’pajjiż, imnaqqsa bis-sħana użata għall-produzzjoni tal-elettriku u mnaqqsa jew miżjuda bl-esportazzjonijiet jew bl-importazzjonijiet minn barra.

11.   It-Telf mit-Trasmissjoni u mid-Distribuzzjoni

It-telf kollu minħabba t-trasport u d-distribuzzjoni tal-enerġija elettrika u tas-sħana.

Għall-elettriku, jinkludi t-telf fit-trasformaturi li ma jitqisux bħala partijiet integrali mill-impjanti tal-enerġija.

12.   Il-Konsum Totali (ikkalkolat)

13.   Id-Differenza Statistika

14.   Il-Konsum Totali (osservat)

L-elettriku prodott, is-sħana mibjugħa u l-kwantitajiet ta’ fjuwils użati, inkluża l-enerġija totali korrispondenti tagħhom mill-kombustibbli li ġew elenkati fit-tabella li jmiss għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-impjanti produtturi tal-attività ewlenija u għall-impjanti awtoprodutturi. F’dawn iż-żewġ tipi ta’ impjanti, din il-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana għandha tiġi ddikjarata għall-impjanti tal-elettriku (biss), għal dawk tas-CHP u għall-impjanti tas-sħana (biss) separatament, kull fejn ikun applikabbli:

1.   Il-fjuwils solidi u l-gassijiet manifatturati:

1.1.   L-Antraċite

1.2.   Il-Faħam għall-Kokk

1.3.   Faħam Bituminuż Ieħor

1.4.   Faħam Sub-Bituminuż

1.5.   Il-Linjite

1.6.   Il-Pit

1.7.   Il-Fjuwil bi Privattiva

1.8.   Il-Kokk tal-Ifran tal-Kokk

1.9.   Il-Kokk f’forma ta’ Gass

1.10.   Il-Qatran tal-Faħam

1.11.   Il-BKB (il-Mattunelli tal-Faħam Kannella)

1.12.   Il-Gass tal-Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

1.13.   Il-Gass tal-Ifran tal-Kokk

1.14.   Il-Gass tal-Kalkari tal-Funderiji

1.15.   Gassijiet irkuprati oħrajn

1.16.   Il-Prodotti tal-Pit

1.17.   Ix-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt

2.   Il-Prodotti taż-żejt raffinat u taż-żejt mhux raffinat:

2.1.   Iż-Żejt Mhux Raffinat

2.2.   L-NGL

2.3.   Il-Gass tar-Raffineriji

2.4.   L-LPG

2.5.   In-Nafta

2.6.   Fjuwil tal-Ġett tat-tip Pitrolju

2.7.   Pitrolju ieħor

2.8.   Il-Gass/id-Diżil (iż-Żejt tal-Fjuwil Distillat)

2.9.   Iż-Żejt tal-Fjuwil Tqil

2.10.   Il-Bitum (Inkluż l-Orimulsion)

2.11.   Il-Kokk taż-żejt

2.12.   Prodotti Oħrajn taż-Żejt

3.   Il-Gass Naturali

4.   L-Enerġija Rinnovabbli u l-Enerġija mill-Iskart

4.1.   L-Iskart Industrijali (Mhux Rinnovabbli)

4.2.   L-Iskart Muniċipali (Rinnovabbli)

4.3.   L-Iskart Muniċipali (Mhux Rinnovabbli)

4.4.   Il-Bijofjuwils solidi

4.5.   Il-Bijofjuwils

4.6.   Il-Bijodiżil

4.7.   Bijofjuwils Likwidi Oħrajn

3.2.2.   Il-konsum tal-elettriku u tas-sħana fis-Settur tal-Enerġija

1.   Is-Settur tal-Enerġija Totali

Jeskludi l-użu mill-impjant stess, użat għall-ħżin ippompjat, għall-pompi tas-sħana u għall-bojlers tal-elettriku.

1.1.   Li minnu: Il-Minjieri tal-Faħam

1.2.   Li minnu: L-Estrazzjoni taż-Żejt u tal-Gass

1.3.   Li minnu: L-Impjanti tal-Fjuwils bi Privattiva

1.4.   Li minnu: L-Ifran tal-Kokk

1.5.   Li minnu: L-Impjanti tal-BKB/PB

1.6.   Li minnu: L-Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

1.7.   Li minnu: Il-Kalkari tal-Funderiji

1.8.   Li minnu: Ir-Raffineriji taż-żejt

1.9.   Li minnu: L-Industrija Nukleari

1.10.   Li minnu: L-Impjanti tal-Likwifikazzjoni tal-Faħam

1.11.   Li minnu: L-Impjanti tal-Likwifikazzjoni (LNG)/tar-Rigassifikazzjoni

1.12.   Li minnu: L-Impjanti tal-Gassifikazzjoni (il-bijogass)

1.13.   Li minnu: Minn Gass għal Likwidi

1.14.   Li minnu: L-Impjanti tal-Produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

1.15.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – l-Enerġija

3.2.3.   L-ispeċifikazzjoni tal-użu finali tal-enerġija

1.   Is-Settur tal-Industrija

1.1.   Li minnu: Il-Ħadid u l-Azzar

1.2.   Li minnu: Is-Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

1.3.   Li minnu: Il-Metalli li ma fihomx Ħadid

1.4.   Li minnu: Il-Minerali li Mhumiex Metalliċi

1.5.   Li minnu: L-Apparat tat-Trasport

1.6.   Li minnu: Il-Makkinarju

1.7.   Li minnu: It-Tħaffir fil-Minjieri u t-Tħaffir fil-Barrieri

1.8.   Li minnu: L-Ikel, ix-Xorb u t-Tabakk

1.9.   Li minnu: Il-Polpa, il-Karta u l-Istampar

1.10.   Li minnu: L-Injam u l-Prodotti tal-Injam

1.11.   Li minnu: Il-Kostruzzjoni

1.12.   Li minnu: It-Tessuti u l-Ġilda

1.13.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – l-Industrija

2.   Is-Settur tat-Trasport

2.1.   Li minnu: Il-Ferroviji

2.2.   Li minnu: It-trasport bil-pipelines

2.3.   Li minnu: It-trasport bit-Triq

2.4.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – it-Trasport

3.   Is-Settur Residenzjali

4.   Is-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

5.   L-Agrikoltura/il-Forestrija

6.   Is-Sajd

7.   Mhux Speċifikat Band’Oħra – Oħrajn

3.2.4.   L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet

L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-kwantitajiet ta’ enerġija ta’ elettriku u sħana skont il-pajjiż.

3.2.5.   Il-produzzjoni netta tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-produzzjoni netta tas-sħana mill-awtoprodutturi

Il-produzzjoni netta tal-elettriku u l-ġenerazzjoni netta tas-sħana mill-awtoprodutturi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tal-produzzjoni tas-sħana għandhom jiġu ddikjarati, għall-impjanti tas-CHP, għall-impjanti tal-elettriku (biss) u għall-impjanti tas-sħana (biss) separatament, fl-impjanti jew fl-attivitajiet li ġejjin:

1.   Is-Settur tal-Enerġija Totali

1.1.   Li minnu: Il-Minjieri tal-Faħam

1.2.   Li minnu: L-Estrazzjoni taż-Żejt u tal-Gass

1.3.   Li minnu: L-Impjanti tal-Fjuwils bi Privattiva

1.4.   Li minnu: L-Ifran tal-Kokk

1.5.   Li minnu: L-Impjanti tal-BKB/PB

1.6.   Li minnu: L-Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

1.7.   Li minnu: Il-Kalkari tal-Funderiji

1.8.   Li minnu: Ir-Raffineriji taż-żejt

1.9.   Li minnu: L-Impjanti tal-Likwifikazzjoni tal-Faħam

1.10.   Li minnu: L-Impjanti tal-Likwifikazzjoni (LNG)/tar-Rigassifikazzjoni

1.11.   Li minnu: L-Impjanti tal-Gassifikazzjoni (il-bijogass)

1.12.   Li minnu: Minn Gass għal Likwidi

1.13.   Li minnu: L-Impjanti tal-Produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

1.14.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – l-Enerġija

2.   Is-Settur tat-Trasport

2.1.   Li minnu: Il-Ferroviji

2.2.   Li minnu: It-trasport bil-pipelines

2.3.   Li minnu: It-trasport bit-Triq

2.4.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – it-Trasport

3.   Is-setturi l-oħrajn kollha: identiċi għal-lista tal-aggregati kif hemm fit-‘3.2.3 L-ispeċifikazzjoni tal-użu finali tal-enerġija’.

3.3.   Dejta strutturali dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana

3.3.1.   Il-Kapaċità Elettrika Netta Massima u l-Ogħla Livell ta’ Tagħbija

Il-kapaċità għandha tiġi rrapportata fil-31 ta’ Diċembru tas-sena rrapportata rilevanti.

Tinkludi l-kapaċità elettrika kemm tal-impjanti tal-elettriku (biss) kif ukoll tal-impjanti tas-CHP.

Il-Kapaċità Elettrika Netta Massima hija s-somma tal-kapaċitajiet netti massimi tal-impjanti kollha meħuda b’mod individwali matul perjodu partikolari ta’ ħidma. Il-perjodu ta’ ħidma li wieħed jassumi għall-finijiet preżenti li għaddej b’mod kontinwu: fil-prattika 15-il siegħa jew aktar fil-jum. Il-kapaċità netta massima hija l-enerġija massima li wieħed jassumi li hija l-unika enerġija attiva li tista’ tiġi pprovduta, b’mod kontinwu, bl-impjanti kollha qegħdin jaħdmu, fil-punt tal-ħruġ tan-netwerk. L-Ogħla Livell ta’ Tagħbija huwa definit bħala l-ogħla valur ta’ enerġija assorbita jew ipprovduta minn netwerk jew minn taħlita ta’ netwerks fil-pajjiż.

Il-Kapaċità Elettrika Netta Massima għandha tiġi ddikjarata kemm għall-produtturi tal-attività ewlenija kif ukoll għall-awtoprodutturi:

1.   Total

2.   Nukleari

3.   Idro

3.1.   Li minnu: impjanti mħalltin

3.2.   Li minnu: ħżin ippompjat pur

4.   Ġeotermali

5.   Fotovoltajka tax-xemx

6.   Termali tax-xemx

7.   Il-mareat, il-mewġ, l-oċean

8.   Ir-riħ

9.   Il-fjuwils kombustibbli

9.1.   Li minnhom: Il-fwar

9.2.   Li minnhom: Il-kombustjoni interna

9.3.   Li minnhom: It-turbina tal-gass

9.4.   Li minnhom: Iċ-ċiklu kkombinat

9.5.   Li minnhom: Oħrajn

Għandhom ikunu speċifikati jekk jiġu ddikjarati.

L-informazzjoni li ġejja dwar l-ogħla livell ta’ tagħbija għandha tiġi ddikjarata għan-netwerk:

10.   L-ogħla livell ta’ tagħbija

11.   Il-kapaċità disponibbli fil-mument tal-akbar livell ta’ intensità

12.   Id-data u l-ħin ta’ meta jkun hemm l-ogħla livell ta’ tagħbija

3.3.2.   Il-Kapaċità Elettrika Netta Massima tal-Fjuwils Kombustibbli

Għandha tiġi ddikjarata l-kapaċità elettrika netta massima tal-fjuwils kombustibbli kemm għall-produtturi tal-attività ewlenija kif ukoll għall-awtoprodutturi, u b’mod separat għal kull tip ta’ impjant li jaħdem b’fjuwil wieħed (single-fired) jew għal kull tip ta’ impjant li jaħdem b’aktar minn fjuwil wieħed (multi-fired) li jissemma fit-tabella li jmiss. L-indikazzjonijiet dwar liema tip ta’ fjuwil jintuża bħala fjuwil primarju u alternat għandhom jiġu miżjuda għall-każijiet kollha ta’ impjanti li jaħdmu b’aktar minn fjuwil wieħed.

1.   Jaħdem b’Fjuwil Wieħed:

1.1.   Jaħdem bil-faħam jew bil-prodotti tal-faħam

Jinkludi l-kapaċità tal-gass tal-ifran tal-kokk, tal-gass tal-kalkari tal-funderiji u tal-gass tal-forn tal-ossiġenu għall-azzar.

1.2.   Jaħdem b’Fjuwils Likwidi

Jinkludi l-kapaċità tal-gass tar-raffineriji.

1.3.   Jaħdem bil-Gass Naturali

Jinkludi l-kapaċità tal-gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass.

1.4.   Jaħdem bil-Pit

1.5.   Jaħdem b’riżorsi rinnovabbli u skart kombustibbli

2.   Jaħdem b’Aktar minn Fjuwil Wieħed, Solidi u Likwidi

3.   Jaħdem b’Aktar minn Fjuwil Wieħed, Solidi u Gass Naturali

4.   Jaħdem b’Aktar minn Fjuwil Wieħed, Likwidi u Gass Naturali

5.   Jaħdem b’Aktar minn Fjuwil Wieħed, Solidi, Likwidi u Gass Naturali

Is-sistemi li jaħdmu b’aktar minn fjuwil wieħed jinkludu biss unitajiet li jistgħu jaħarqu aktar minn tip wieħed ta’ fjuwil fuq bażi kontinwa. L-impjanti li għandhom unitajiet separati li jużaw fjuwils differenti għandhom jinqasmu fil-kategoriji xierqa ta’ fjuwils uniċi.

3.4.   Dejta dwar l-enerġija nukleari

Għandha tiġi ddikjarata d-dejta li ġejja rigward l-użu ċivili tal-enerġija nukleari:

1.

Il-kapaċità ta’ arrikkiment

Il-kapaċità ta’ ħidma separattiva annwali tal-impjanti operazzjonali ta’ arrikkiment (separazzjoni isotopika tal-Uranju).

2.

Il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ elementi ta’ fjuwils ġodda

Il-kapaċità tal-produzzjoni annwali tal-impjanti li jiffabbrikaw il-fjuwils. Huma esklużi l-impjanti li jiffabbrikaw il-fjuwil MOX.

3.

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-impjanti li jiffabbrikaw il-fjuwil MOX

Il-kapaċità tal-produzzjoni annwali tal-impjanti li jiffabbrikaw il-fjuwil MOX. Il-fjuwil MOX jinkludi taħlita ta’ Plutonju u Uranju (Ossidu Mħallat).

4.

Il-produzzjoni ta’ elementi ta’ fjuwils ġodda

Il-produzzjoni ta’ elementi raffinati ta’ fjuwils ġodda fl-impjanti li jiffabbrikaw il-fjuwils nukleari. Mhumiex inklużi l-vireg jew prodotti parzjali oħrajn. Huma esklużi wkoll l-impjanti ta’ fabbrikazzjoni li jipproduċu l-fjuwil MOX.

5.

Il-produzzjoni ta’ elementi tal-fjuwil MOX

Il-produzzjoni ta’ elementi raffinati ta’ fjuwils ġodda fl-impjanti li jiffabbrikaw il-fjuwil MOX. Mhumiex inklużi l-vireg jew prodotti parzjali oħrajn.

6.

Il-produzzjoni tas-sħana nukleari

L-ammont totali ta’ sħana ġġenerata minn reatturi nukleari għall-produzzjoni tal-elettriku jew għal applikazzjonijiet utli oħrajn ta’ sħana.

7.

Il-medja annwali ta’ użu ta’ elementi rradjati li jintilfu definittivament

Il-medja kkalkolata tal-użu tal-elementi tal-fjuwils li jkunu ntilfu definittivament mir-reatturi nukleari matul is-sena ta’ referenza kkonċernata. Teskludi l-elementi ta’ fjuwils li jintilfu biss temporanjament u li x’aktarx jerġgħu jintużaw aktar tard.

8.

Il-produzzjoni tal-Uranju u tal-Plutonju fl-impjanti tal-ipproċessar mill-ġdid

L-Uranju u l-Plutonju prodotti matul is-sena ta’ referenza fl-impjanti tal-ipproċessar mill-ġdid.

9.

Il-kapaċità (tal-Uranju u tal-Plutonju) fl-impjanti tal-ipproċessar mill-ġdid

Il-kapaċità annwali ta’ ripproċessar tal-Uranju u tal-Plutonju.

3.5.   Unitajiet tal-kejl

1.

Il-kwantitajiet tal-enerġija

L-elettriku: GWh

Is-sħana: TJ

Il-fjuwils solidi u l-gassijiet manifatturati: japplikaw l-unitajiet tal-kejl fil-Kapitolu 1 ta’ dan l-anness.

Il-gass naturali: japplikaw l-unitajiet tal-kejl fil-Kapitolu 2 ta’ dan l-anness.

Il-prodotti taż-żejt raffinat u taż-żejt mhux raffinat: japplikaw l-unitajiet tal-kejl fil-Kapitolu 4 ta’ dan l-anness.

Ir-riżorsi rinnovabbli u l-iskart: japplikaw l-unitajiet tal-kejl fil-Kapitolu 5 ta’ dan l-anness.

L-Uranju u l-Plutonju: tHM (tunnellati ta’ metall tqil).

2.

Il-Kapaċità

Il-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku: MWe

Il-kapaċità tal-ġenerazzjoni tas-sħana: MWt

Il-kapaċità tal-arrikkiment (separazzjoni isotopika tal-Uranju): tSWU (tunnellati ta’ Unitajiet ta’ Xogħol Separattiv).

Il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ elementi ta’ fjuwils ġodda: tHM (tunnellati ta’ metall tqil).

3.6.   Derogi u eżenzjonijiet

Franza għandha deroga għar-rapportaġġ tal-aggregati relatati mas-sħana. Dik id-deroga għandha tiġi fi tmiemha hekk kif Franza tkun tista’ tippreżenta dan ir-rapport u, f’kull każ, mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

4.   IL-PRODOTTI TAŻ-ŻEJT RAFFINAT U TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT

4.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

Ħlief jekk jiġi speċifikat mod ieħor, din il-ġabra ta’ dejta tapplika għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġejjin:

Il-Prodott tal-Enerġija

Definizzjoni

1.

Iż-Żejt Mhux Raffinat

Iż-żejt mhux raffinat huwa żejt minerali ta’ oriġini naturali li jinkludi taħlita ta’ idrokarburi u impuritajiet assoċjati, bħall-kubrit. Jeżisti fil-fażi likwida taħt it-temperatura u l-pressjoni normali tas-superfiċi u l-karatteristiċi fiżiċi tiegħu (id-densità, il-viskożità, eċċ.) huma ferm varjabbli. Din il-kategorija tinkludi field jew lease condensate rkuprat minn gassijiet assoċjati u mhux assoċjati fejn jitħallat mal-fluss ta’ żejt mhux raffinat kummerċjali.

2.

L-NGL

L-NGL huma idrokarburi likwidi jew likwifikati rkuprati mill-gass naturali f’faċilitajiet ta’ separazzjoni jew f’impjanti tal-ipproċessar tal-gass. Il-likwidi tal-gass naturali jinkludu l-etanu, il-propan, il-butan (normali u iso-), il-pentan (iso) u l-pentani plus (li xi drabi jissejħu gażolina naturali jew kondensat tal-impjant).

3.

Il-Materja Prima tar-Raffineriji

Materja prima tar-raffineriji hija ż-żejt ipproċessat iddestinat għal ipproċessar ulterjuri (eż. żejt tal-fjuwil ta’ distillazzjoni diretta jew żejt tal-gass tal-vakwu) ħlief għat-taħlit. B’aktar ipproċessar, hija tiġi ttrasformata f’komponent wieħed jew aktar u/jew fi prodotti raffinati. Din id-definizzjoni tkopri wkoll ir-ritorni mill-industrija petrokimika għall-industrija tar-raffinar (eż. il-gażolina bil-piroliżi, il-frazzjonijiet C4, il-frazzjonijiet taż-żejt tal-gass u taż-żejt tal-fjuwil).

4.

Addittivi/Ossiġenati

L-addittivi huma sustanzi mhux idrokarburi miżjuda jew imħalltin ma’ prodott sabiex jiġu mmodifikati l-proprjetajiet tal-fjuwils (l-ottan, is-cetane, il-proprjetajiet kesħin, eċċ.):

l-ossiġenati, bħall-alkoħol (il-metanol, l-etanol), l-eteri (bħall-MTBE (metil butil terzjarju eteru), l-ETBE (etil terzjarju butil eteru), it-TAME (eteru metil amil terzjarju));

l-esteri (eż. iż-żerriegħa taż-żejt tar-rapa jew id-dimetilester, eċċ.);

it-taħlitiet kimiċi (bħat-TML, it-TEL u d-deterġenti).

Nota: Il-kwantitajiet ta’ addittivi/ossiġenati (alkoħol, eteri, esteri u taħlitiet kimiċi oħrajn) li ġew irrapportati f’din il-kategorija għandhom jirrelataw mal-kwantitajiet iddestinati biex jitħalltu mal-fjuwils jew biex jintużaw bħala fjuwils.

4.1.

Li minnhom: Bijofjuwils

Il-Bijogażolina u l-Bijodiżils. Japplikaw id-definizzjonijiet tal-Kapitolu 5, l-Enerġija Rinnovabbli u l-Enerġija mill-Iskart.

Il-kwantitajiet tal-bijofjuwils likwidi li ġew irrapportati f’din il-kategorija jirrelataw mal-bijofjuwil u mhux mal-volum totali tal-likwidi li fihom jitħalltu l-bijofjuwils.

Jeskludu l-kummerċ kollu tal-bijofjuwils li ma jkunux tħalltu mal-fjuwils tat-trasport (jiġifieri fil-forma pura tagħhom); dawn għandhom jiġu rrapportati kif hemm fil-Kapitolu 5. Il-bijofjuwils ikkummerċjalizzati bħala parti mill-fjuwils tat-trasport għandhom jiġu rrapportati fil-prodott xieraq fejn jiġi indikat il-porzjon ta’ bijofjuwil.

5.

Idrokarburi oħrajn

Żejt mhux raffinat sintetiku minn ramliet tal-qatran, minn żejt li jittieħed mix-xejl tal-bitum, eċċ., likwidi mil-Likwifikazzjoni tal-faħam (ara l-Kapitolu 1), il-produzzjoni ta’ likwidi mill-konverżjoni tal-gass naturali f’gażolina (ara l-Kapitolu 2), l-idroġenu u ż-żjut emulsifikati (eż. l-Orimulsjoni).

Jeskludi l-produzzjoni tax-xejl taż-żejt, li għaliha japplika l-Kapitolu 1.

Il-produzzjoni taż-żejt li jittieħed mix-xejl tal-bitum (prodott sekondarju) għandha tiġi rrapportata bħala ‘Minn sorsi oħrajn’ fil-kategorija ‘Idrokarburi Oħrajn’.

6.

Il-Gass tar-Raffineriji (mhux likwifikat)

Il-gass tar-raffineriji jinkludi taħlita ta’ gassijiet li mhumiex kondensibbli, li primarjament jikkonsistu mill-idroġenu, mill-metanu, mill-etanu u mill-olefini miksuba waqt id-distillazzjoni taż-żejt mhux raffinat jew it-trattament tal-prodotti taż-żejt (eż. qsim) fir-raffineriji. Dan jinkludi wkoll il-gassijiet li jiġu rritornati mill-industrija petrokimika.

7.

L-Etanu

Idrokarbur ta’ katina miftuħa u bil-gass min-natura tiegħu, (C2H6) estratt minn flussi ta’ gass naturali u ta’ gass prodott mir-raffineriji.

8.

L-LPG

L-LPG huma idrokarburi tal-pitrolju ħfief derivati mill-impjanti tal-proċessi tar-raffineriji, tal-istabbilizzazzjoni taż-żejt mhux raffinat u tal-ipproċessar tal-gass naturali. Huma jikkonsistu primarjament mill-propan (C3H8) u mill-butan (C4Hl0) jew minn taħlita tat-tnejn. Dawn jistgħu jinkludu wkoll il-propilene, il-butilene, l-isopropilene u l-isobutilene. L-LPG normalment jiġu likwifikati taħt pressjoni għat-trasport u għall-ħażna.

9.

In-Nafta

In-nafta hija materja prima ddestinata jew għall-industrija petrokimika (eż. il-manifattura tal-etilene jew il-produzzjoni tal-aromatiċi) jew għall-produzzjoni tal-gażolina permezz tar-riforma jew tal-isomerizzazzjoni fir-raffinerija.

In-nafta tinkludi l-materjal fil-medda tad-distillazzjoni ta’ bejn it-30 °C u l-210 °C jew f’parti minn din il-medda.

10.

Il-Gażolina għall-Magni

Il-gażolina għall-magni tikkonsisti minn taħlita ta’ idrokarburi ħfief li jiddistillaw bejn il-35 °C u l-215 °C. Tintuża bħala fjuwil għall-magni għall-użu fuq l-art bi tqabbid pożittiv. Il-gażolina għall-magni tista’ tinkludi addittivi, ossiġenati u aġenti li jtejbu l-ottanu, inklużi s-sustanzi taċ-ċomb bħat-TEL u t-TML.

Tinkludi l-komponenti tat-taħlit tal-gażolina għall-magni (esklużi l-addittivi/ossiġenati), eż. l-alkylates, il-gażolina iżomerata, riformata u maqsuma ddestinata sabiex tintuża bħala gażolina għall-magni raffinata.

10.1.

Li minnha: Il-Bijogażolina

Japplikaw id-definizzjonijiet tal-Kapitolu 5, l-Enerġija Rinnovabbli u l-Enerġija mill-Iskart.

11.

Il-Gażolina għall-Avjazzjoni

Spirtu tal-magni ppreparat b’mod partikolari għall-magni bil-pistuni tal-avjazzjoni, b’numru ta’ ottanu adattat għall-magna, punt tal-iffriżar ta’ – 60 °C u medda ta’ distillazzjoni ġeneralment fil-limiti ta’ bejn it-30 °C u l-180 °C.

12.

Fjuwil tal-ġett tat-tip Gażolina

(Fjuwil tal-ġett tat-tip Nafta jew JP4)

Dan jinkludi ż-żjut kollha tal-idrokarbur ħafif għall-użu fl-unitajiet tal-enerġija tat-turbini fl-avjazzjoni, u li jiddistillaw bejn il-100 °C u l-250 °C. Dawn jinkisbu billi l-pitrolji u l-gażolina jew in-nafti jitħalltu b’tali mod li l-kontenut aromatiku ma jaqbiżx il-25 % fil-volum, u l-pressjoni tal-fwar hija bejn it-13,7 kPa u l-20,6 kPa.

13.

Fjuwil tal-ġett tat-tip Pitrolju

Distillat użat għall-unitajiet tal-enerġija tat-turbini tal-avjazzjoni. Għandu l-istess karatteristiċi tad-distillazzjoni f’temperatura ta’ bejn il-150 °C u t-300 °C (ġeneralment mhux ‘il fuq minn 250 °C) u t-temperatura li fiha l-fwar taż-żejt mhux raffinat jista’ jaqbad bħall-pitrolju. Barra minn hekk, huwa għandu speċifikazzjonijiet partikolari (bħall-punt tal-iffriżar) li jiġu stabbiliti mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA).

Jinkudi l-komponenti tat-taħlit tal-pitrolju.

13.1.

Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

Bijofjuwils likwidi derivati mill-bijomassa u li jitħalltu ma’ jew jissostitwixxu l-pitrolju tal-ġett.

14.

Pitrolju Ieħor

Distillat tal-pitrolju raffinat użat f’setturi li mhumiex tat-trasport bl-inġenji tal-ajru. Dan jiddistilla f’temperatura ta’ bejn il-150 °C u t-300 °C.

15.

Iż-Żejt tal-Gass/tad-Diżil

(Iż-Żejt tal-Fjuwil Iddistillat)

Iż-żejt tal-gass/tad-diżil huwa primarjament distillat medju li jiddistilla f’temperatura ta’ bejn il-180 °C u t-380 °C. Jinkludi komponenti li jitħalltu. Huma disponibbli diversi gradi, skont l-użu:

15.1.

Li minnu: Id-Diżil tat-Triq

Żejt tad-diżil għat-triq għat-tqabbid bill-kompressjoni tad-diżil (karozzi, trakkijiet, eċċ.), ġeneralment b’kontenut baxx ta’ kubrit;

15.1.1.

Minn 15.1, li minnu: Il-Bijodiżils

Japplikaw id-definizzjonijiet tal-Kapitolu 5, l-Enerġija Rinnovabbli u l-Enerġija mill-Iskart.

15.2

Li minnu: Iż-Żejt tal-Gass għat-Tisħin u Żejt tal-Gass Ieħor

Żejt ħafif għat-tisħin għal użijiet industrijali u kummerċjali, id-diżil marittimu u d-diżil użat fit-traffiku tal-ferroviji, żejt tal-gass ieħor li jinkludi ż-żjut tal-gass tqal li jiddistillaw f’temperatura ta’ bejn it-380 °C u l-540 °C u li jintużaw bħala materja prima petrokimika.

16.

Iż-Żejt tal-Fjuwil

Żjut tal-fjuwil (tqal) residwali kollha (inklużi dawk li jinkisbu bit-taħlit). Il-viskożità kinematika hija ‘l fuq minn 10 cSt f’temperatura ta’ 80 °C. It-temperatura li fiha l-fwar taż-żejt jista’ jaqbad hija dejjem ‘il fuq minn 50 °C u d-densità hija dejjem aktar minn 0,90 kg/l.

16.1.

Li minnu: Kontenut Baxx ta’ Kubrit

Żejt tal-fjuwil tqil b’kontenut ta’ kubrit aktar baxx minn 1 %.

16.2.

Li minnu: Kontenut Għoli ta’ Kubrit

Żejt tal-fjuwil tqil b’kontenut ta’ kubrit ta’ 1 % jew ogħla.

17.

L-Ispirtu Abjad u l-SBP

Intermedji tad-distillat raffinat b’distillazzjoni fil-medda tan-nafta/tal-pitrolju. Huma suddiviżi bħala:

—   Spirtu Industrijali (SBP): Żjut ħfief li jiddistillaw f’temperatura ta’ bejn it-30 °C u l-200 °C. Hemm 7 jew 8 gradi ta’ spirtu industrijali, skont il-pożizzjoni tal-qatgħa fil-medda tad-distillazjoni. Il-gradi jiġu definiti skont id-differenza fit-temperatura bejn il-punti tad-distillazzjoni b’volum ta’ 5 % u b’volum ta’ 90 % (li ma tkunx aktar minn 60 °C).

—   Spirtu Abjad: L-Ispirtu industrijali b’temperatura li fiha l-fwar taż-żejt mhux raffinat jista’ jaqbad ‘il fuq minn 30 °C. Il-medda tad-distillazzjoni tal-ispirtu abjad hija bejn il-135 °C u l-200 °C.

18.

Il-Lubrifikanti

Idrokarburi prodotti mid-distillat skont il-prodott; dawn jintużaw primarjament sabiex titnaqqas il-frizzjoni bejn is-superfiċji li jġorru l-piżijiet.

Jinkludu l-gradi raffinati kollha taż-żejt ta’ lubrifikazzjoni, minn żejt tal-magħżel għal żejt taċ-ċilindri, u dawk kollha li jintużaw fil-griżijiet, fiż-żjut għall-magni u fil-gradi kollha tal-istokks ta’ bażi taż-żejt ta’ lubrifikazzjoni.

19.

Il-Bitum

Idrokarbur solidu, semi-solidu jew viskuż bi strutturi kollojdali, li l-kulur tiegħu jvarja minn kannella sa iswed, miksub bħala residwu fid-distillazzjoni taż-żejt mhux raffinat, bid-distillazzjoni f’vakwu tar-residwi taż-żejt minn distillazzjoni atmosferika. Il-bitum ta’ spiss jissejjaħ asfalt u primarjament jintuża għall-kostruzzjoni tat-toroq u għal materjal għas-soqfa.

Jinkludi l-bitum fluwidizzat u l-bitum ridott.

20.

Ix-Xemgħat tal-Paraffin

Dawn huma idrokarburi alifatiċi saturati. Dawn ix-xemgħat huma residwi estratti billi titneħħa x-xama’ miż-żjut ta’ lubrifikazzjoni. Huma għandhom struttura kristallina li hija ftit jew wisq fina skont il-grad. Il-karatteristiċi ewlenin tagħhom huma dawn li ġejjin: huma mingħajr kulur, mingħajr riħa u trasluċidi, b’punt ta’ tidwib ‘il fuq minn 45 °C.

21.

Il-Kokk taż-żejt

Prodott sekondarju iswed u solidu, miksub primarjament bit-tfarrik u bil-karbonizzazzjoni tal-materja prima derivata mill-pitrolju, mill-qigħan bil-vakwu, mill-qatran u miż-żiftijiet fi proċessi bħala kkokkjar imdewwem jew ikkokkjar fluwidu. Jikkonsisti primarjament mill-karbonju (minn 90 sa 95 %) u għandu kontenut baxx ta’ rmied. Jintuża bħala materja prima fl-ifran tal-kokk għall-industrija tal-azzar, għal finijiet ta’ tisħin, għall-manifattura tal-elettrodi u għall-produzzjoni tas-sustanzi kimiċi. L-aktar żewġ kwalitajiet importanti huma ‘l-kokk l-aħdar u ‘l-kokk kalċinat’.

Jinkludi ‘l-kokk katalista’ ddepożitat fuq il-katalista matul il-proċessi ta’ raffinar; dan il-kokk ma jistax jiġi rkuprat u ġeneralment jinħaraq bħala fjuwil tar-raffineriji.

22.

Prodotti Oħrajn

Il-prodotti kollha li ma jissemmewx b’mod speċifiku hawn fuq, pereżempju: il-qatran u l-kubrit.

Jinkludu l-aromatiċi (eż. il-BTX jew il-benżin, it-toluene u l-xylene) u l-olefini (eż. il-propilene) prodotti fir-raffineriji.

4.2.   LISTA TAL-AGGREGATI

Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti għandha tiġi ddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

4.2.1.   Il-provvista ta’ żejt mhux raffinat, NGL, materja prima tar-raffineriji, addittivi u idrokarburi oħrajn.

It-tabella li ġejja tapplika għaż-żejt mhux raffinat, għal-likwidi tal-gass naturali, għall-materja prima tar-raffineriji, għall-addittivi/ossiġenati (u l-parti bijofjuwils tagħhom) u għal idrokarburi oħrajn:

1.   Il-Produzzjoni Indiġena

Mhux applikabbli għall-materja prima tar-raffineriji u għall-bijofjuwils.

2.   Minn Sorsi Oħrajn Addittivi, Bijofjuwils u Idrokarburi oħrajn, li l-produzzjoni tagħhom diġà ġiet koperta f’bilanċi ta’ fjuwils oħrajn.

Mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, għall-NGL u għall-materja prima tar-raffineriji.

2.1.   Li minnhom: mill-Faħam

Jinkludi l-likwidi prodotti mill-impjanti tal-Likwifikazzjoni tal-faħam, il-produzzjoni likwida mill-ifran tal-kokk.

2.2.   Li minnhom: mill-Gass Naturali

Il-manifattura tal-gażolina sintetika tista’ teħtieġ il-gass naturali bħala materja prima. L-ammont ta’ gass għall-manifattura tal-metanol tiġi ddikjarata skont il-Kapitolu 2, filwaqt li l-irċevuti tal-metanol jiġu ddikjarati hawnhekk.

2.3.   Li minnhom: mir-Riżorsi Rinnovabbli

Jinkludi l-bijofjuwils li qegħdin sabiex jitħalltu mal-fjuwils tat-trasport.

Il-Produzzjoni tiġi ddikjarata kif stabbilit fil-Kapitolu 5, filwaqt li l-ammonti għat-taħlit jiġu ddikjarati hawnhekk.

3.   Il-Flussi Lura mis-Settur Petrokimiku

Prodotti raffinati jew semi-raffinati li jiġu rritornati mill-konsumaturi finali lir-raffineriji għal ipproċessar, taħlit jew bejgħ. Ġeneralment ikunu prodotti sekondarji tal-manifattura petrokimika.

Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

4.   Prodotti Trasferiti

Il-prodotti taż-żejt importati li jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala materja prima għal ipproċessar ulterjuri fir-raffinerija, mingħajr kunsinna lill-konsumaturi finali.

Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

5.   L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet

Jinkludu kwantitajiet ta’ żejt mhux raffinat u ta’ prodotti importati jew esportati skont ftehimiet tal-ipproċessar (jiġifieri raffinar akkont). Iż-żejt mhux raffinat u l-NGLs għandhom jiġu rrapportati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-oriġini aħħarija; il-materja prima tar-raffineriji u l-prodotti raffinati għandhom jiġu rrapportati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-aħħar kunsinna.

Jinkludu kwalunkwe likwidu ta’ gass (eż. l-LPG) estratt matul ir-rigassifikazzjoni tal-gass naturali likwifikat importat u tal-prodotti taż-żejt importati jew esportati direttament mill-industrija petrokimika.

Nota: Il-kummerċ kollu tal-bijofjuwils li ma jkunux tħalltu ma’ fjuwils għat-trasport (jiġifieri fil-forma pura tagħhom) għandu jiġi rrapportat fil-Kwestjonarju dwar l-Enerġiji Rinnovabbli.

L-esportazzjonijiet mill-ġdid taż-żejt importat għall-ipproċessar fiż-żoni riżervati għandhom jiġu inklużi bħala esportazzjoni ta’ prodott mill-pajjiż tal-ipproċessar għad-destinazzjoni finali.

6.   L-Użu Dirett

Iż-żejt mhux raffinat, l-NGL, l-Addittivi u l-Ossiġenati (u l-parti li hija bijofjuwils) u l-idrokarburi l-oħrajn li jintużaw direttament mingħajr ma jiġu pproċessati fir-raffineriji taż-żejt.

Jinkludi żejt mhux raffinat li jinħaraq għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

7.   Il-bidliet fl-istokk

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

8.   Il-Konsum Ikkalkolat tar-Raffineriji

L-ammont totali tal-prodott ikkalkolat bħala li ddaħħal fil-proċess tar-raffineriji. Huwa definit bħala:

Formula
.

9.   Id-differenzi statistiċi

Definiti bħala l-konsum ikkalkolat tar-raffineriji wara li jitnaqqas il-konsum osservat tar-raffineriji.

10.   Il-Konsum Osservat tar-Raffineriji

L-ammonti mkejla bħala input għar-raffineriji

11.   It-Telf mir-Raffineriji

Id-differenza bejn il-konsum tar-raffineriji (osservat) u l-produzzjoni gross tar-raffineriji. It-telf jista’ jseħħ matul il-proċessi tad-distillazzjoni minħabba l-evaporazzjoni. It-telf irrapportat huwa pożittiv. Jista’ jkun hemm żidiet volumetriċi iżda l-ebda żieda fil-massa.

12.   L-Istokks Totali tal-Ftuħ u tal-Għeluq fit-Territorju Nazzjonali

L-istokks kollha fit-territorju nazzjonali, inklużi l-istokks miżmuma mill-gvernijiet, mill-konsumaturi ewlenin jew mill-organizzazzjonijiet li jżommu l-istokks, l-istokks miżmuma abbord bastimenti tal-oċeani li jkunu deħlin, l-istokks miżmuma f’żoni riżervati u l-istokks miżmuma għal oħrajn, kemm jekk skont ftehim governattiv bilaterali jew le. Il-ftuħ u l-għeluq jirreferu għall-ewwel u għall-aħħar jum tal-perjodu tar-rappurtaġġ rispettiv tagħhom.

13.   Il-Valur Kalorifiku Nett

Il-produzzjoni, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, u l-medja ġenerali.

4.2.2.   Il-provvista ta’ prodotti taż-żejt

It-tabella li ġejja tapplika għall-prodotti raffinati (il-gass tar-raffineriji, l-etanu, l-LPG, in-nafta, il-gażolina għall-magni, kif ukoll il-parti tagħha ta’ bijogażolina, gażolina għall-avjazzjoni, fjuwil tal-ġett tat-tip gażolina, fjuwil tal-ġett tat-tip pitrolju, kif ukoll bħala l-parti bijoloġika tagħhom, pitrolju ieħor, iż-żejt tal-gass/tad-diżil, iż-żejt tal-fjuwil b’livell baxx ta’ kubrit u b’livell għoli ta’ kubrit, l-ispirtu abjad u l-SBP, il-lubrifikanti, il-bitum, ix-xemgħat tal-paraffin, il-kokk taż-żejt u prodotti oħrajn). Iż-żejt mhux raffinat u l-NGL li jintużaw sabiex jinħarqu direttament għandhom jiġu inklużi fil-kunsinni tal-prodotti raffinati u fit-trasferimenti tal-interprodotti.

1.

L-Irċevuti tal-Prodotti Primarji

Jinkludu l-kwantitajiet ta’ żejt mhux raffinat indiġenu jew importat (inkluż il-kondensat) u l-NGL indiġenu li jintużaw direttament mingħajr ma jkunu ġew ipproċessati f’raffineriji taż-żejt u l-kwantitajiet tal-Flussi lura mill-industrija Petrokimika li, għalkemm mhux fjuwil primarju, jintużaw direttament.

2.

Il-Produzzjoni Gross tar-Raffinerija

Il-produzzjoni tal-prodotti raffinati f’raffinerija jew f’impjant tat-taħlit.

Teskludi t-telf mir-raffineriji, iżda tinkludi l-fjuwil tar-Raffinerija.

3.

Il-Prodotti Riċiklati

Il-prodotti raffinati li jgħaddu għat-tieni darba min-netwerk tat-tqegħid fis-suq, wara li jkunu ġew ikkunsinjati darba lill-konsumaturi finali (eż. lubrifikanti użati li jiġu pproċessati mill-ġdid). Dawn il-kwantitajiet għandhom jingħarfu mill-Flussi lura petrokimiċi.

4.

Il-Fjuwil tar-Raffineriji

Il-prodotti taż-żejt kkonsmati b’appoġġ għat-tħaddim ta’ raffinerija.

Jeskludi l-prodotti użati mill-kumpaniji taż-żejt barra mill-proċess tar-raffinar, eż. il-bunkers jew it-tankers taż-żejt.

Jinkludi l-fjuwils użati għall-produzzjoni fir-raffineriji tal-elettriku u tas-sħana mibjugħa.

4.1.

Li minnu: użat għall-ġenerazzjoni tal-elettriku

L-ammonti użati sabiex jiġi ġġenerat l-elettriku fl-impjanti fir-raffineriji.

4.2.

Li minnu: użat għall-produzzjoni tas-CHP

L-ammonti użati fl-impjanti tas-CHP fir-raffineriji.

4.3.

Li minnu: użat għall-ġenerazzjoni tas-sħana

L-ammonti użati sabiex tiġi ġġenerata s-sħana fir-raffineriji.

5.

L-Importazzjonijiet u l-Esportazzjonijiet

6.

Il-Bunkers Marittimi Internazzjonali

7.

It-Trasferimenti tal-Interprodotti

Il-kwantitajiet li ġew ikklassifikati mill-ġdid jew minħabba li l-ispeċifikazzjoni tagħhom inbidlet jew minħabba li tħalltu fi prodott ieħor.

Annotazzjoni negattiva għal prodott wieħed tiġi kkompensata b’annotazzjoni pożittiva (jew b’diversi annotazzjonijiet) għal prodott wieħed jew għal diversi prodotti u viċi versa; l-effett nett totali għandu jkun ta’ żero.

8.

Il-Prodotti Trasferiti

Il-prodotti taż-żejt importati li jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala materja prima għall-ipproċessar ulterjuri fir-raffinerija, mingħajr ma jiġu kkunsinjati lill-konsumaturi finali.

9.

Il-Bidliet fl-Istokk

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

10.

Il-Konsenji Interni Gross Ikkalkolati

Dawn jiġu definiti bħala:

Formula

11.

Id-Differenza Statistika

Definita bħala l-kunsinna interna gross ikkalkolata mingħajr dik osservata.

12.

Il-Konsenji Interni Gross Osservati

Il-kunsinna osservata tal-prodotti taż-żejt raffinati minn sorsi primarji (eż. ir-raffineriji, l-impjanti tat-taħlit, eċċ.) għas-suq intern.

Din il-figura tista’ tkun differenti mill-figura kkalkolata minħabba, pereżempju, id-differenzi fil-kopertura u/jew id-differenzi fid-definizzjoni fis-sistemi differenti tar-rapportaġġ.

12.1.

Li minnhom: Il-Konsenji Gross lis-Settur Petrokimiku

Il-kwantitajiet ta’ fjuwils ikkunsinjati lis-settur Petrokimiku.

12.2.

Li minnhom: L-Użu tal-Enerġija fis-Settur Petrokimiku

Il-kwantitajiet ta’ żejt użati bħala fjuwil għall-proċessi petrokimiċi bħall-qsim tal-fwar.

12.3.

Li minnhom: L-Użu Mhux għall-Enerġija fis-Settur Petrokimiku

Il-kwantitajiet ta’ żejt użati fis-settur petrokimiku sabiex jiġu prodotti l-etilene, il-propilene, il-butilene, il-gass tas-sinteżi, l-aromatiċi, il-butadiene u materjali mhux ipproċessati oħrajn ibbażati fuq l-idrokarburi fi proċessi bħall-qsim tal-fwar, l-impjanti tal-aromatiċi u r-riforma tal-fwar. Jeskludu l-ammonti ta’ żejt użati għal finijiet ta’ fjuwil.

13.

Il-Flussi Lura mis-Settur Petrokimiku għar-Raffineriji

14.

Il-Livelli tal-Istokks tal-Ftuħ u tal-Għeluq

L-istokks kollha fit-territorju nazzjonali, inklużi l-istokks miżmuma mill-gvernijiet, mill-konsumaturi ewlenin jew mill-organizzazzjonijiet li jżommu l-istokks, l-istokks miżmuma abbord bastimenti tal-oċean li jkunu deħlin, l-istokks miżmuma f’żoni riżervati u l-istokks miżmuma għal oħrajn, kemm jekk skont ftehim governattiv bilaterali u kemm jekk le. Il-ftuħ u l-għeluq jirreferu għall-ewwel u għall-aħħar jum tal-perjodu tar-rapportaġġ rispettiv tagħhom.

15.

Il-Bidliet fl-Istokk fl-Utilitajiet Pubbliċi

Il-bidliet fl-istokks li jinżammu mill-utilitajiet pubbliċi u li mhumiex inklużi fil-Livelli tal-Istokks u fil-Bidliet fl-Istokks irrapportati band’oħra. Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

Jinkludu ż-Żejt Mhux Raffinat u l-NGL użati sabiex jinħarqu direttament, jekk ikun applikabbli.

16.

Il-Valur Kalorifiku Nett tal-Konsenji Interni Gross

4.2.3.   Il-kunsinni interni gross skont is-settur

Fit-tabelli li ġejjin, l-aggregati li ġejjin japplikaw għaż-żejt mhux raffinat, għal-likwidi tal-gass naturali, għall-gass tar-raffineriji, għall-etanu, għal-LPG, għan-nafta, għall-gażolina totali għall-magni u l-parti bijoloġika tagħha, għall-gażolina għall-avjazzjoni, għall-fjuwil tal-ġett tat-tip gażolina, għall-fjuwil tal-ġett totali tat-tip pitrolju u l-parti bijoloġika tiegħu, għal pitrolju ieħor, għaż-żejt tal-gass/tad-diżil (u l-frazzjonijiet tiegħu tad-diżil għat-triq, iż-żejt tal-gass għat-tisħin u żejt tal-gass ieħor, il-bijodiżils u ż-żejt tal-gass/tad-diżil mhux bijoloġiku), iż-żejt tal-fjuwil totali (inklużi l-frazzjonijiet tiegħu b’kontenut baxx ta’ kubrit u b’kontenut għoli ta’ kubrit), l-ispirtu abjad u l-SBP, il-lubrifikanti, il-bitum, ix-xemgħat tal-paraffin, il-kokk taż-żejt, prodotti oħrajn taż-żejt.

Għandhom jiġu ddikjarati kemm il-kwantitajiet involuti għall-użu tal-enerġija u għall-użu mhux tal-enerġija, kif ukoll is-somma totali tagħhom.

1.   Is-Settur tat-Trasformazzjoni Totali

Il-kwantitajiet totali ta’ fjuwils użati għall-konverżjoni primarja jew sekondarja tal-enerġija.

1.1.   Li minnu: L-Impjanti tal-Elettriku ta’ Produtturi tal-Attività Ewlenija

1.2.   Li minnu: L-Impjanti tal-Elettriku Awtoprodutturi

1.3.   Li minnu: L-Impjanti tas-CHP ta’ Produtturi tal-Attività Ewlenija

1.4.   Li minnu: L-Impjanti tas-CHP Awtoprodutturi

1.5.   Li minnu: L-Impjanti tas-Sħana ta’ Produtturi tal-Attività Ewlenija

1.6.   Li minnu: L-Impjanti tas-Sħana Awtoprodutturi

1.7.   Li minnu: L-Impjanti tal-Manifattura tal-Gass/tal-Gassifikazzjoni

1.8.   Li minnu: Il-Gass Naturali Mħallat

1.9.   Li minnu: L-Ifran tal-Kokk

1.10.   Li minnu: Il-Kalkari tal-Funderiji

1.11.   Li minnu: L-Industrija Petrokimika

1.12.   Li minnu: L-Impjanti tal-Fjuwils bi Privattiva

1.13.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – It-Trasformazzjoni

2.   Is-Settur tal-Enerġija Totali

Il-kwantità totali użata bħala enerġija fis-settur tal-enerġija

2.1.   Li minnu: Il-Minjieri tal-Faħam

2.2.   Li minnu: L-Estrazzjoni taż-Żejt u tal-Gass

2.3.   Li minnu: L-Ifran tal-Kokk

2.4.   Li minnu: Il-Kalkari tal-Funderiji

2.5.   Li minnu: L-Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

2.6.   Li minnu: L-Impjanti tal-Enerġija

L-impjanti tal-elettriku, tas-CHP u tas-sħana.

2.7.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – L-Enerġija

3.   It-telf mid-distribuzzjoni

It-telf li jseħħ barra mir-raffinerija minħabba t-trasport u d-distribuzzjoni.

Jinkludi t-telf mill-pipelines.

4.   Il-Konsum Finali tal-Enerġija

5.   Is-Settur tal-Industrija

5.1.   Li minnu: Il-Ħadid u l-Azzar

5.2.   Li minnu: Is-Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

5.3.   Li minnu: Il-Metalli li ma fihomx Ħadid

5.4.   Li minnu: Il-Minerali li Mhumiex Metalliċi

5.5.   Li minnu: L-Apparat tat-Trasport

5.6.   Li minnu: Il-Makkinarju

5.7.   Li minnu: It-Tħaffir fil-Minjieri u t-Tħaffir fil-Barrieri

5.8.   Li minnu: L-Ikel, ix-Xorb u t-Tabakk

5.9.   Li minnu: Il-Polpa, il-Karta u l-Istampar

5.10.   Li minnu: L-Injam u l-Prodotti tal-Injam

5.11.   Li minnu: Il-Kostruzzjoni

5.12.   Li minnu: It-Tessuti u l-Ġilda

5.13.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – l-Industrija

6.   Is-Settur tat-Trasport

6.1.   Li minnu: L-Avjazzjoni Internazzjonali

6.2.   Li minnu: L-Avjazzjoni Domestika

6.3.   Li minnu: It-Trasport bit-Triq

6.4.   Li minnu: Il-Ferroviji

6.5.   Li minnu: In-Navigazzjoni Domestika

6.6.   Li minnu: It-Trasport bil-Pipelines

6.7.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – It-Trasport

7.   Setturi Oħrajn

7.1.   Li minnhom: Is-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

7.2.   Li minnhom: Residenzjali

7.3.   Li minnhom: L-Agrikoltura/il-Forestrija

7.4.   Li minnhom: Is-Sajd

7.5.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra – Oħrajn

8.   L-Użu Totali Mhux tal-Enerġija

Il-kwantitajiet li jintużaw bħala materja prima fis-setturi differenti u li ma jiġux ikkonsmati bħala fjuwil jew ittrasformati f’fjuwil ieħor. Dawn il-kwantitajiet huma inklużi fl-aggregati li ġew elenkati aktar ‘il fuq.

8.1.   Li minnu: Is-Settur tat-Trasformazzjoni

8.2   Li minnu: Is-Settur tal-Enerġija

8.3   Li minnu: Is-Settur tat-Trasport

8.4   Li minnu: Is-Settur tal-Industrija

8.4.1   Is-Settur tal-Industrija, li minnu: Is-sustanzi kimiċi (inklużi dawk petrokimiċi)

8.5   Li minnu: Setturi Oħrajn

4.2.4.   L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet

L-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. Ara wkoll in-noti taħt il-punt 4.2.1, l-aggregat numru 5.

4.3.   Unitajiet tal-kejl

1.

Il-kwantitajiet tal-enerġija

103 tunnellati

2.

Il-valuri kalorifiċi

MJ/tunnellata metrika

4.4.   Derogi u eżenzjonijiet

Ċipru huwa eżentat mir-rapportaġġ tal-aggregati definiti fit-Taqsima 4.2.3 taħt il-punt 4 (Setturi Oħrajn) u l-punt 5 (L-Użu Totali Mhux tal-Enerġija); għandhom japplikaw biss il-valuri totali.

Ċipru għandu deroga ta’ 3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għar-rapportaġġ tal-aggregati definiti fit-Taqsima 4.2.3 taħt il-punt 2 (Is-Settur tal-Industrija) u l-punt 3 (Is-Settur tat-Trasport); matul dan il-perjodu ta’ deroga għandhom japplikaw biss il-valuri totali.

5.   L-ENERĠIJA RINNOVABBLI U L-ENERĠIJA MILL-ISKART

5.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

Ħlief jekk jiġi speċifikat mod ieħor, din il-ġabra ta’ dejta tapplika għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġejjin:

Il-Prodott tal-Enerġija

Definizzjoni

1.

L-enerġija mill-ilma

L-enerġija potenzjali u kinetika tal-ilma kkonvertita f’elettriku f’impjanti idroelettriċi. Għandu jiġi inkluż il-ħżin ippompjat. Il-produzzjoni għandha tiġi rrapportata għad-daqsijiet tal-impjanti ta’ < 1 MW, 1 sa < 10 MW, ≥ 10 MW u mill-ħżin ippompjat.

2.

Ġeotermali

L-enerġija disponibbli bħala sħana emessa mill-qoxra tad-dinja, ġeneralment fil-forma ta’ misħun jew fwar. Din il-produzzjoni tal-enerġija hija d-differenza bejn l-entalpija tal-fluwidu prodott fil-ħofra għall-ilma tal-produzzjoni u dik tal-fluwidu li eventwalment jintrema. Din tiġi sfruttata f’siti adattati:

għall-ġenerazzjoni tal-elettriku billi jintuża fwar niexef jew billi tintuża salmura b’entalpija għolja wara li l-fwar jista’ jibda jaqbad

direttament bħala sħana għat-tisħin tad-distrett, għall-agrikoltura, eċċ.

3.

L-Enerġija mix-Xemx

Ir-radjazzjoni tax-xemx sfruttata għall-produzzjoni tal-misħun u għall-ġenerazzjoni tal-elettriku. Din il-produzzjoni tal-enerġija hija s-sħana disponibbli għall-mezz tat-trasferiment tas-sħana, jiġifieri l-enerġija inċidenti mix-xemx mingħajr it-telf ottiku u tal-kolletturi. L-enerġija passiva mix-xemx għat-tisħin, għat-tkessiħ u għat-tidwil dirett tad-djar jew ta’ bini ieħor mhijiex inkluża.

3.1.

Li minnha: Fotovoltajka tax-Xemx

Id-dawl tax-xemx ikkonvertit f’elettriku bl-użu taċ-ċelloli tax-xemx, ġeneralment minn materjal semi-konduttur li meta jkun espost għad-dawl jiġġenera l-elettriku.

3.2.

Li minnha: Termali tax-Xemx

Is-sħana mir-radjazzjoni tax-xemx; tista’ tikkonsisti minn:

(a)

impjanti termo-elettriċi tax-xemx; jew

(b)

apparat għall-produzzjoni tal-misħun domestiku jew għat-tisħin staġonali tal-pixxini tal-għawm (eż. il-kolletturi bil-pjanċa ċatta, primarjament tat-tip termosifun).

4.

Il-Mareat, il-Mewġ, l-Oċean

L-enerġija mekkanika derivata mill-moviment tal-mareat, mill-moviment tal-mewġ jew mill-kurrent tal-oċeani u sfruttata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

5.

Ir-Riħ

L-enerġija kinetika tar-riħ sfruttata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fit-turbini tar-riħ.

6.

L-Iskart Industrijali (mhux rinnovabbli)

Skart irrapportat ta’ oriġini industrijali mhux rinnovabbli (solidi jew likwidi) maħruq direttament għall-produzzjoni tal-elettriku u/jew tas-sħana. Il-kwantità ta’ fjuwils użati għandha tiġi rrapportata fuq bażi ta’ valur kalorifiku nett. L-iskart industrijali rinnovabbli għandu jiġi rrapportat fil-kategoriji tal-Bijomassa Solida, tal-Bijogass u/jew tal-Bijofjuwils Likwidi.

7.

L-Iskart Muniċipali:

L-iskart prodott mid-djar, mill-isptarijiet u mis-settur terzjarju maħruq f’installazzjonijiet speċifiċi, fuq bażi ta’ valur kalorifiku nett.

7.1.

Li minnu: Rinnovabbli

Il-porzjon tal-iskart muniċipali li huwa ta’ oriġini bijoloġika.

7.2.

Li minnu: Mhux Rinnovabbli

Il-porzjon tal-iskart muniċipali li huwa ta’ oriġini mhux bijoloġika.

8.

Il-Bijofjuwils Solidi:

Ikopru l-materjal organiku u mhux fossili ta’ oriġini bijoloġika li jista’ jintuża bħala fjuwil għall-produzzjoni tas-sħana jew għall-ġenerazzjoni tal-elettriku. Jinkludu:

8.1.

Li minnhom: Il-Faħam tal-Kannol

Ir-residwu solidu tad-distillazzjoni distruttiva u tal-piroliżi tal-injam u ta’ materjal veġetali ieħor.

9.

Il-Bijogass:

Gass magħmul primarjament mill-metanu u mid-dijossidu tal-karbonju prodotti mid-diġestjoni anerobika tal-bijomassa.

10.

Il-Bijofjuwils Likwidi

Il-kwantitajiet ta’ bijofjuwils likwidi rrapportati f’din il-kategorija għandhom jirrelataw mal-bijofjuwil u mhux mal-volum totali tal-likwidi li fihom jitħalltu l-bijofjuwils. Għall-każ partikolari tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-fjuwils likwidi, huwa kkonċernat biss il-kummerċ tal-kwantitajiet li ma tħalltux mal-fjuwils tat-trasport (jiġifieri fil-forma pura tagħhom); il-kummerċ tal-bijofjuwils likwidi mħalltin mal-fjuwils tat-trasport għandu jiġi rrapportat fid-dejta dwar iż-żejt fil-Kapitolu 4.

Huma kkonċernati l-bijofjuwils likwidi li ġejjin:

10.1.

Li minnhom: Il-Bijogażolina

Din il-kategorija tinkludi l-bijoetanol (l-etanol prodott mill-bijomassa u/jew mill-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart), il-bijometanol (il-metanol prodott mill-bijomassa u/jew mill-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart), il-bijoETBE (etil-terzjarju-butil-eteru prodott fuq il-bażi tal-bijoetanol; il-perċentwal skont il-volum tal-bijoETBE li jiġi kkalkolat bħala bijofjuwil huwa ta’ 47 %) u l-bijoMTBE (metil-terzjarju-butil-eteru prodott fuq il-bażi tal-bijometanol: il-perċentwal skont il-volum tal-bijoMTBE li jiġi kkalkolat bħala bijofjuwil huwa ta’ 36 %).

10.1.1.

Il-Bijogażolina, li minnha: Il-Bijoetanol

L-etanol prodott mill-bijomassa u/jew mill-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart.

10.2.

Li minnha: Il-Bijodiżil

Din il-kategorija tinkludi l-bijodiżil (metil-ester prodott minn żejt veġetali jew tal-annimali, ta’ kwalità ta’ diżil), il-bijodimetileteru (dimetileteru prodott mill-bijomassa), il-Fischer Tropsch (Fischer Tropsch prodott mill-bijomassa), iż-żejt bijoloġiku estratt fil-kiesaħ (żejt prodott minn żerriegħa taż-żejt permezz ta’ pproċessar mekkaniku biss) u l-bijofjuwils likwidi l-oħrajn kollha li jiġu miżjuda ma’, imħalltin ma’ jew użati direttament bħala diżil għat-trasport.

10.3.

Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

Il-bijofjuwils likwidi derivati mill-bijomassa u mħalltin ma’ jew li jissostitwixxu l-Pitrolju tal-ġett.

10.4.

Bijofjuwils likwidi oħrajn

Il-fjuwils likwidi, użati direttament bħala fjuwil, li mhumiex inklużi fil-bijogażolina jew fil-bijodiżils.

5.2.   Lista tal-aggregati

Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti għandha tiġi ddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

5.2.1.   Il-Produzzjoni Gross tal-Elettriku u tas-Sħana

L-elettriku u s-sħana prodotti mill-prodotti tal-enerġija msemmija fit-Taqsima 5.1 (ħlief għall-faħam tal-kannol, għall-bijogażolina u għall-pitrolju bijoloġiku tal-ġett) għandhom jiġu ddikjarati, kull fejn ikun applikabbli, separatament:

għall-impjanti produtturi tal-attività ewlenija u għall-impjanti awtoprodutturi;

għall-impjanti li jipproduċu l-elettriku biss, għall-impjanti li jipproduċu s-sħana biss u għall-impjanti tas-sħana u tal-enerġija kkombinati (CHP).

Dan ir-rekwiżit jeskludi l-faħam tal-kannol. Għall-bijofjuwils likwidi, huwa jeskludi l-bijogażolina u l-pitrolju bijoloġiku tal-ġett. Għall-idro, id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu suddiviżi fl-impjanti bi produzzjoni elettrika sa 1 MW, bejn 1 u 10 MW, u ‘l fuq minn 10 MW.

5.2.2.   Is-Setturi tal-Provvista u tat-Trasformazzjoni

Għall-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati l-kwantitajiet ta’ prodotti tal-enerġija li jissemmew fit-Taqsima 5.1 (ħlief għall-enerġija mill-ilma, għall-enerġija fotovoltajka mix-xemx, għall-enerġija mill-mareat, mill-mewġ u mill-oċeani u għall-enerġija mir-riħ) u li jintużaw fis-Setturi tal-Provvista u tat-Trasformazzjoni:

1.   Il-Produzzjoni

2.   L-Importazzjonijiet

3.   L-Esportazzjonijiet

4.   Il-bidliet fl-istokk

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

5.   Il-konsum gross

6.   Id-differenzi statistiċi

7.   Is-Settur tat-Trasformazzjoni Totali

Il-kwantitajiet ta’ riżorsi rinnovabbli u skart użati għall-konverżjoni ta’ forom primarji ta’ enerġija għal forom sekondarji (eż. minn gassijiet minn miżbliet għall-elettriku) jew użati għat-trasformazzjoni għal prodotti tal-enerġija derivati (eż. il-bijogass użat għal gass naturali mħallat).

7.1.   Li minnu: L-Impjanti tal-Elettriku ta’ Produtturi tal-Attività Ewlenija

7.2.   Li minnu: L-Impjanti tas-CHP ta’ Produtturi tal-Attività Ewlenija

7.3.   Li minnu: L-Impjanti tas-Sħana ta’ Produtturi tal-Attività Ewlenija

7.4.   Li minnu: L-Impjanti tal-Elettriku Awtoprodutturi

7.5.   Li minnu: L-Impjanti tas-CHP Awtoprodutturi

7.6.   Li minnu: L-Impjanti tas-Sħana Awtoprodutturi

7.7.   Li minnu: L-Impjanti tal-Fjuwils bi Privattiva

Il-kwantitajiet ta’ riżorsi rinnovabbli u skart użati sabiex jiġi prodott il-fjuwil bi privattiva. Ir-riżorsi rinnovabbli u l-iskart użati għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat għandhom jiġu rrapportati bħala konsum fis-settur tal-Enerġija.

7.8.   Li minnu: L-Impjanti tal-BKB/PB

Il-kwantitajiet ta’ riżorsi rinnovabbli u skart użati biex jiġi prodott il-BKB. Ir-riżorsi rinnovabbli u l-iskart użati għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat għandhom jiġu rrapportati bħala konsum fis-settur tal-Enerġija.

7.9.   Li minnu: Il-Gass tal-Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

Il-kwantitajiet ta’ riżorsi rinnovabbli u skart użati biex jiġi prodott il-gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass. Ir-riżorsi rinnovabbli u l-iskart użati għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat għandhom jiġu rrapportati bħala konsum fis-settur tal-Enerġija.

7.10.   Li minnu: Il-kalkari tal-funderiji

Il-kwantitajiet ta’ enerġija rinnovabbli (eż. il-faħam tal-kannol) ittrasformata fil-kalkari tal-funderiji.

L-enerġija rinnovabbli użata għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat ma għandhiex tiġi rrapportata hawnhekk, iżda għandha tiġi rrapportata bħala konsum fis-settur tal-Enerġija.

7.11.   Li minnu: L-Impjanti għat-taħlit tal-gass naturali

Il-kwantitajiet ta’ bijogassijiet imħalltin mal-gass naturali li jiġu injettati fin-netwerk tal-gass naturali.

7.12.   Li minnu: it-taħlit ma’ gażolina tal-magni/Diżil/Pitrolju

Il-kwantitajiet ta’ bijofjuwils likwidi li ma jiġux ikkunsinjati għall-konsum finali iżda li jintużaw ma’ prodotti taż-żejt oħrajn irrapportati fil-kwestjonarju dwar iż-żejt.

7.13.   Li minnu: L-impjanti tal-produzzjoni tal-faħam tal-kannol

Il-kwantitajiet ta’ injam użat għall-produzzjoni tal-faħam tal-kannol.

7.14.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – It-Trasformazzjoni

5.2.3.   Is-Settur tal-Enerġija

Għall-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati l-kwantitajiet tal-prodotti tal-enerġija li jissemmew fit-Taqsima 5.1 (ħlief għall-enerġija mill-ilma, għall-enerġija fotovoltajka mix-xemx, għall-enerġija mill-mareat, mill-mewġ u mill-oċeani u għall-enerġija mir-riħ) u li jintużaw fis-settur tal-enerġija jew għall-konsum finali:

1.   Is-Settur tal-Enerġija Totali

L-enerġiji rinnovabbli u l-iskart ikkonsmati mill-industrija tal-enerġija sabiex tiġi appoġġata l-attività tat-trasformazzjoni. Pereżempju, l-enerġiji rinnovabbli u l-iskart użati għat-tisħin, għat-tidwil jew sabiex jitħaddmu l-pompi/il-kompressuri.

Il-kwantitajiet ta’ enerġiji rinnovabbli u ta’ skart ittrasformati f’forma ta’ enerġija oħra għandhom jiġu rrapportati taħt is-settur tat-Trasformazzjoni.

1.1.   Li minnu: L-Impjanti tal-Gassifikazzjoni

1.2.   Li minnu: L-Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana Pubbliċi

1.3.   Li minnu: Il-Minjieri tal-Faħam

1.4.   Li minnu: L-Impjanti tal-Fjuwils bi Privattiva

1.5.   Li minnu: L-Ifran tal-Kokk

1.6.   Li minnu: Ir-Raffineriji taż-Żejt

1.7.   Li minnu: L-Impjanti tal-BKB/PB

1.8.   Li minnu: Il-Gass tal-Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

1.9.   Li minnu: Il-Kalkari tal-Funderiji

1.10.   Li minnu: L-Impjanti tal-produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

1.11.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra

2.   It-Telf mid-Distribuzzjoni

It-telf kollu li jkun seħħ minħabba t-trasport u d-distribuzzjoni.

5.2.4.   L-użu finali tal-enerġija

Għall-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati l-kwantitajiet tal-prodotti tal-enerġija li jissemmew fit-Taqsima 5.1 (ħlief għall-enerġija mill-ilma, għall-enerġija fotovoltajka mix-xemx, għall-enerġija mill-mareat, mill-mewġ u mill-oċeani u għall-enerġija mir-riħ):

1.   Il-Konsum Finali tal-Enerġija

2.   Is-Settur tal-Industrija

2.1.   Li minnu: Il-Ħadid u l-Azzar

2.2.   Li minnu: Is-Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

2.3.   Li minnu: Il-Metalli li ma fihomx Ħadid

2.4.   Li minnu: Il-Minerali li Mhumiex Metalliċi

2.5.   Li minnu: L-Apparat tat-Trasport

2.6.   Li minnu: Il-Makkinarju

2.7.   Li minnu: It-Tħaffir fil-Minjieri u t-Tħaffir fil-Barrieri

2.8.   Li minnu: L-Ikel, ix-Xorb u t-Tabakk

2.9.   Li minnu: Il-Polpa, il-Karta u l-Istampar

2.10.   Li minnu: L-Injam u l-Prodotti tal-Injam

2.11.   Li minnu: Il-Kostruzzjoni

2.12.   Li minnu: It-Tessuti u l-Ġilda

2.13.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – L-Industrija

3.   Is-Settur tat-Trasport

3.1.   Li minnu: Il-Ferroviji

3.2.   Li minnu: It-Trasport bit-Triq

3.3.   Li minnu: In-Navigazzjoni Domestika

3.4.   Li minnu: Mhux Speċifikat Band’Oħra – It-Trasport

4.   Setturi Oħrajn

4.1.   Li minnhom: Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

4.2.   Li minnhom: Residenzjali

4.3.   Li minnhom: L-Agrikoltura/il-Forestrija

4.4.   Li minnhom: Is-Sajd

4.5.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra – Oħrajn

5.2.5.   Il-Karatteristiċi Tekniċi tal-Installazzjonijiet

Il-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati kif applikabbli fi tmiem is-sena rrapportata:

1.   L-enerġija mill-ilma

Għandha tiġi rrapportata l-kapaċità għad-daqsijiet ta’ impjanti ta’ < 1 MW, 1 sa < 10 MW, ≥ 10 MW, għall-impjanti mħalltin u għall-ħżin ippompjat pur, kif ukoll għad-daqsijiet kollha kkombinati. Id-daqsijiet tal-impjanti dettaljati għandhom jiġu rrapportati bħala netti mill-ħżin ippompjat.

2.   Ġeotermali

3.   Fotovoltajka mix-xemx

4.   Termali tax-Xemx

5.   Il-Mareat, il-Mewġ, l-Oċean

6.   Ir-Riħ

7.   L-Iskart Industrijali (mhux rinnovabbli)

8.   L-Iskart Muniċipali

9.   Il-bijofjuwils solidi

10.   Il-Bijogassijiet

11.   Il-Bijodiżils

12.   Bijofjuwils Likwidi Oħrajn

Għandha tiġi ddikjarata s-superfiċi totali installata tal-kolletturi tax-xemx.

Għandhom jiġu ddikjarati l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-bijofjuwils li ġejjin:

1.   Il-Bijogażolina

2.   Il-Bijodiżils

3.   Il-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

4.   Bijofjuwils Likwidi Oħrajn

5.2.6.   L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet

L-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni għandhom jiġu ddikjarati għall-prodotti li ġejjin:

1.   Il-Bijogażolina

1.1.   Li minnha: Il-Bijoetanol

2.   Il-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

3.   Il-Bijodiżils

4.   Bijofjuwils Likwidi Oħrajn

5.   Il-gerbub tal-injam

5.2.7.   Il-produzzjoni ta’ bijofjuwils solidi u bijogassijiet

Għandha tiġi ddikjarata l-produzzjoni tal-prodotti li ġejjin:

1.   Bijofjuwils solidi (minbarra l-faħam tal-kannol)

1.1.   Li minnhom: injam li jintuża bħala fjuwils, residwi tal-injam u prodotti sekondarji

1.1.1.   Minn injam li jintuża bħala fjuwils, residwi tal-injam u prodotti sekondarji, li minnhom: gerbub tal-injam

1.2.   Li minnhom: likur iswed

1.3.   Li minnhom: bagasse

1.4.   Li minnhom: skart tal-annimali

1.5.   Li minnhom: residwi u materjali veġetali oħrajn

2.   Bijogassijiet minn fermentazzjoni anerobika

2.1.   Li minnhom: gass mill-miżbliet

2.2.   Li minnhom: gass mill-effluwent imtajjen tad-drenaġġ

2.3.   Li minnhom: bijogassijiet oħrajn minn fermentazzjoni anerobika

3.   Bijogassijiet minn proċessi termali

5.3.   Il-valuri kalorifiċi

Għall-prodotti li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi netti medji:

1.   Il-Bijogażolina

2.   Il-Bijoetanol

3.   Il-Bijodiżil

4.   Il-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

5.   Bijofjuwils likwidi oħrajn

6.   Il-Faħam tal-Kannol

5.4.   Unitajiet tal-kejl

1.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku

MWh

2.

Il-produzzjoni tas-sħana

TJ

3.

Il-prodotti tal-enerġija rinnovabbli

Il-bijogażolina, il-bijodiżils u bijofjuwils likwidi oħrajn: tunnellati

Il-faħam tal-kannol: 1 000 tunnellata

L-oħrajn kollha: TJ (fuq il-bażi tal-valuri kalorifiċi netti).

4.

Is-superfiċi tal-kolletturi tax-xemx

1 000  m2

5.

Il-kapaċità tal-impjanti

Il-bijofjuwils: tunnellati/sena

L-oħrajn kollha: MWe

6.

Il-valuri kalorifiċi

KJ/kg (il-valur kalorifiku nett).

5.5.   Derogi u eżenzjonijiet

Mhux applikabbli.

6.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir tad-dejta kif deskritt fil-kapitoli preċedenti kollha:

1.   Il-perjodu rrapportat:

Sena kalendarja (mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru).

2.   Il-frekwenza

Annwali.

3.   L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-dejta

It-30 ta’ Novembru tas-sena wara l-perjodu rrapportat.

4.   Il-format u l-metodu tat-trasmissjoni

Il-format tat-trasmissjoni għandu jikkonforma ma’ standard ta’ skambju xieraq kif speċifikat mill-Eurostat.

Id-dejta għandha tiġi trasmessa jew tittella’ b’mezzi elettroniċi lill-punt tad-dħul waħdieni għad-dejta fl-Eurostat.

“ANNESS C

L-ISTATISTIKA DWAR L-ENERĠIJA TA’ KULL XAHAR

Dan l-anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rrapportat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet tat-trasmissjoni għall-ġabra ta’ kull xahar tal-istatistika dwar l-enerġija.

L-Anness A japplika għal spjegazzjonijiet tat-termini li għalihom mhijiex ipprovduta spjegazzjoni speċifika f’dan l-anness.

1.   IL-FJUWILS SOLIDI

1.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

Ħlief jekk jiġi speċifikat mod ieħor, din il-ġabra ta’ dejta tapplika għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġejjin:

Il-Prodott tal-Enerġija

Definizzjoni

1.

Il-faħam iebes

It-terminu ‘faħam iebes’ jirreferi għall-faħam ta’ valur kalorifiku gross ugwali għal jew akbar minn 20 000 kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja u b’riflessività (il-proporzjon tal-intensità tar-radjazzjoni riflessa għal dak tar-radjazzjoni inċidenti għal superfiċi) medja bl-addoċċ tal-vitrinite ta’ mill-inqas 0,6 %.

2.

Il-Linjite

Faħam li ma jagħqadx b’valur kalorifiku gross ta’ inqas minn 20 000 kJ/kg u akbar minn 31 % ta’ materja volatili fuq bażi ħielsa minn materja minerali xotta.

3.

Il-Pit

Depożitu sedimentarju li jinħaraq, li huwa artab, poruż jew ikkompressat, li ġej minn pjanti b’kontenut għoli ta’ ilma (sa 90 % meta mhux ipproċessat), li jitqatta’ malajr, b’kulur li jvarja mill-kannella ċar għall-kannella skur. Il-pit li jintuża għal skopijiet mhux ta’ enerġija ma għandux jiġi inkluż hawnhekk. Il-pit mitħun huwa inkluż hawnhekk.

4.

Il-Fjuwil bi Privattiva

Fjuwil kompost manifatturat minn trab fin tal-faħam iebes biż-żieda ta’ aġent li jgħaqqad.

5.

Il-BKB

(il-mattunelli tal-faħam kannella)

Il-BKB huwa fjuwil kompost manifatturat mil-linjite jew minn faħam sub-bituminuż, prodott billi jingħata l-forma ta’ mattunelli taħt pressjoni għolja mingħajr iż-żieda ta’ aġent li jgħaqqad, inkluż it-trab fin u t-trab tal-linjite niexef.

6.

Il-Kokk

Il-prodott solidu miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam, primarjament tal-faħam għall-kokk, f’temperatura għolja, għandu livell baxx ta’ umdità u ta’ materja volatili. Il-kokk tal-ifran tal-kokk jintuża primarjament fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar fejn jaġixxi bħala sors ta’ enerġija u bħala aġent kimiku. Ir-riħ tal-kokk u l-kokk tal-funderija huma inklużi f’din il-kategorija. Is-semi-kokk (prodott solidu miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam f’temperatura baxxa) għandu jiġi inkluż f’din il-kategorija. Is-semi-kokk jintuża bħala fjuwil domestiku jew mill-impjant tat-trasformazzjoni nnifsu. Din l-intestatura tinkludi wkoll il-kokk, ir-riħ tal-kokk, il-kokk tal-gass u s-semi-kokk magħmul mil-linjite.

1.2.   Lista tal-aggregati

Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti għandha tiġi ddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja, ħlief jekk jiġi speċifikat mod ieħor.

L-Anness A japplika għal spjegazzjonijiet tat-termini li għalihom mhijiex ipprovduta spjegazzjoni speċifika f’dan l-anness.

1.2.1.   Is-Settur tal-Provvista

L-aggregati li ġejjin japplikaw għall-faħam iebes, għal-linjite u għall-pit:

1.   Il-Produzzjoni

2.   Il-prodotti rkuprati (tapplika għall-faħam iebes biss)

Is-slurries u x-xejl tal-munzelli tal-iskart irkuprati mill-minjieri.

3.   L-importazzjonijiet totali

4.   L-esportazzjonijiet totali

5.   L-istokks:

Il-bidu tal-perjodu

Tmiem il-perjodu

Il-bidliet fl-istokk

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma mill-minjieri u mill-importaturi.

Jeskludu l-istokks tal-konsumaturi (eż. dawk miżmuma fl-impjanti tal-enerġija u fl-impjanti għall-kokk) ħlief l-istokks miżmuma mill-konsumaturi li jimportaw direttament.

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

6.   Il-Konsenji Interni Kkalkolati.

L-ammont totali tal-prodott ikkalkolat bħala li ġie kkonsenjat għal konsum intern. Jiġi definit bħala:

Formula

7.   Id-Differenza Statistika.

Din hija ugwali għall-kunsinni interni kkalkolati mingħajr dawk osservati.

Dan japplika għall-faħam iebes biss.

8.   Il-Konsenji Interni Osservati.

Il-kwantitajiet ikkunsinjati lis-suq intern. Ugwali għat-total tal-kunsinni lit-tipi differenti ta’ konsumaturi. Jista’ jkun hemm differenza bejn il-kunsinni kkalkolati u dawk osservati.

Dan japplika għall-faħam iebes biss.

8.1.   Li minnhom: kunsinni għall-impjanti tal-enerġija ta’ produtturi tal-attività ewlenija

8.2.   Li minnhom: kunsinni għall-impjanti għall-kokk

8.3.   Li minnhom: kunsinni għall-impjanti tal-fjuwils bi privattiva

Il-kwantitajiet użati għat-trasformazzjoni fl-impjanti tal-fjuwils bi privattiva (fid-dħul għal ġol-minjiera u indipendenti).

8.4.   Li minnhom: kunsinni għall-industrija totali

8.5.   Li minnhom: kunsinni oħrajn (servizzi, djar, eċċ.)

Il-kwantitajiet ta’ fjuwils għad-djar (inkluż il-faħam tal-minjiera tal-faħam tal-ħaġra u l-bini tagħha pprovdut lill-ħaddiema fil-minjieri u f’impjanti assoċjati) u s-servizzi (amministrazzjonijiet, ħwienet, eċċ.) kif ukoll lil setturi li mhumiex speċifikati band’oħra.

L-aggregati li ġejjin japplikaw għall-kokk, għall-fjuwils bi privattiva u għall-mattunelli tal-faħam kannella:

1.   Il-Produzzjoni

2.   L-Importazzjonijiet Totali

3.   L-Esportazzjonijiet Totali

4.   L-Istokks:

Il-bidu tal-perjodu

Tmiem il-perjodu

Il-bidliet fl-istokk

Il-kwantitajiet miżmuma fl-impjanti għall-kokk (il-kokk) u fl-impjanti tal-fjuwils bi privattiva (il-fjuwils bi privattiva).

Jeskludu l-istokks tal-konsumaturi ħlief l-istokks miżmuma mill-konsumaturi li jimportaw direttament.

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

5.   Il-Konsenji Interni Kkalkolati.

L-ammont totali tal-prodott ikkalkolat bħala li ġie kkonsenjat għal konsum intern. Jiġi definit bħala:

Formula

6.   Il-Konsenji għall-industrija tal-ħadid u tal-azzar (din tapplika għall-kokk biss)

1.2.2.   L-Importazzjonijiet

L-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni għandhom jiġu ddikjarati għall-faħam iebes.

1.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet tal-prodotti kollha jiġu espressi f’103 tunnellati.

1.4.   Derogi u eżenzjonijiet

Mhux applikabbli.

2.   L-ELETTRIKU

2.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-kapitolu jkopri l-enerġija elettrika.

2.2.   Lista tal-aggregati

Għandha tiġi ddikjarata l-lista ta’ aggregati li ġejja.

2.2.1.   Is-Settur tal-Produzzjoni

Għall-aggregati li ġejjin, għandhom jiġu ddikjarati kemm il-kwantitajiet gross kif ukoll dawk netti:

1.   Il-produzzjoni totali tal-elettriku

1.1.   Li minnha: Nukleari

1.2.   Li minnha: Idro

1.2.1.   Minn 1.2, li minnha: il-parti mill-idro prodotta mill-ħżin ippompjat

1.3.   Li minnha: Ġeotermali

1.4.   Li minnha: Termali konvenzjonali

1.5.   Li minnha: Ir-Riħ

Għandhom jiġu ddikjarati wkoll il-kwantitajiet tal-enerġija elettrika li ġejjin:

2.   L-Importazzjonijiet

2.1.   Li minnhom: L-importazzjonijiet fl-UE

3.   L-Esportazzjonijiet

3.1.   Li minnhom: L-esportazzjonijiet barra l-UE

4.   Użati għall-ħżin ippompjat

5.   Użati għas-suq intern

Dan jiġi kkalkolat bħala:

Formula

Għall-konsum tal-fjuwils fl-impjanti ta’ produtturi tal-attività ewlenija japplikaw l-aggregati li ġejjin (irreferi għall-Anness B għad-definizzjoni tal-linjite u għall-Anness C għad-definizzjoni tal-faħam iebes):

6.   Il-konsum totali tal-fjuwils fl-impjanti ta’ produtturi tal-attività ewlenija

Il-kwantità totali ta’ fjuwils kkonsmati bil-għan li jiġi ġġenerat l-elettriku u wkoll għall-produzzjoni tas-sħana li għandha tinbiegħ lill-partijiet terzi b’mod esklużiv.

6.1.   Li minnu: Il-Faħam Iebes

6.2.   Li minnu: Il-Linjite

6.3.   Li minnu: Il-prodotti taż-żejt

6.4.   Li minnu: Il-Gass Naturali

6.5.   Li minnu: Il-Gass derivat (dawn huma gassijiet manifatturati)

6.6.   Li minnu: Fjuwils oħrajn

2.2.2.   L-istokks tal-fjuwils għand il-produtturi tal-attività ewlenija

Produtturi tal-attività ewlenija tfisser utilitajiet pubbliċi li jiġġeneraw l-elettriku billi jużaw il-fjuwils. Għandhom jiġu ddikjarati l-istokks tal-għeluq li ġejjin (l-istokks fi tmiem ix-xahar irrapportat):

I   Il-Faħam iebes

2.   Il-Linjite

3.   Il-prodotti taż-żejt

2.3.   Unitajiet tal-kejl

1.

Il-kwantitajiet tal-enerġija

L-elettriku: GWh

Il-faħam iebes, il-linjite u l-prodotti taż-żejt: kemm f’103 tunnellati metriċi kif ukoll f’TJ fuq il-bażi tal-valur kalorifiku nett.

Il-gass naturali u l-gassijiet derivati: TJ fuq il-bażi tal-valur kalorifiku gross.

Fjuwils oħrajn: TJ fuq il-bażi tal-valur kalorifiku nett.

Is-sħana nukleari: TJ.

2.

L-istokks

103 tunnellati metriċi

2.4.   Derogi u eżenzjonijiet

Mhux applikabbli.

3.   IL-PRODOTTI TAŻ-ŻEJT RAFFINAT U TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT

3.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

Ħlief jekk jiġi speċifikat mod ieħor, din il-ġabra tad-dejta tapplika għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġejjin, li għalihom japplikaw id-definizzjonijiet fil-Kapitolu 4 tal-Anness B: iż-żejt mhux raffinat, l-NGL, il-materja prima tar-raffineriji, idrokarburi oħrajn, il-gass tar-raffineriji (mhux likwifikat), l-etanu, l-LPG, in-nafta, il-gażolina għall-magni, il-gażolina għall-avjazzjoni, fjuwil tal-ġett tat-tip gażolina (fjuwil tal-ġett tat-tip nafta jew JP4), fjuwil tal-ġett tat-tip pitrolju, pitrolju ieħor, iż-żejt tal-gass/tad-diżil (iż-żejt tal-fjuwil distillat), id-diżil tat-trasport, iż-żejt tal-gass għat-tisħin u ieħor, iż-żejt tal-fjuwil (kemm b’kontenut baxx kif ukoll b’kontenut għoli ta’ kubrit), l-ispirtu abjad u l-SBP, il-lubrifikanti, il-bitum, ix-xemgħat tal-paraffin u l-kokk taż-żejt.

Fejn ikun applikabbli, il-gażolina għall-magni għandha tiġi ddikjarata f’żewġ kategoriji, jiġifieri, il-bijogażolina u l-gażolina mhux bijoloġika; il-pitrolju tal-ġett għandu jiġi ddikjarat f’żewġ kategoriji, jiġifieri, il-pitrolju tal-ġett bijoloġiku u l-pitrolju tal-ġett mhux bijoloġiku; iż-żejt tal-gass/tad-diżil għandu jiġi ddikjarat f’erba’ kategoriji, jiġifieri, id-diżil għat-triq, iż-żejt tal-gass għat-tisħin u ieħor, il-bijodiżils u ż-żejt mhux bijoloġiku tal-gass/tad-diżil.

‘Prodotti Oħrajn’ jinkludu kemm il-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-definizzjoni fil-Kapitolu 4 tal-Anness B u minbarra l-kwantitajiet tal-ispirtu abjad u l-SBP, il-lubrifikanti, il-bitum u x-xemgħat tal-paraffin; dawn il-prodotti ma għandhomx jiġu ddikjarati separatament.

3.2.   Lista tal-aggregati

Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti, għandha tiġi ddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja, ħlief jekk jiġi speċifikat mod ieħor.

3.2.1.   Is-Settur tal-Provvista

It-tabella li ġejja tapplika biss għaż-żejt mhux raffinat, għall-NGL, għall-materja prima tar-raffineriji, għall-addittivi/ossiġenati, għall-bijofjuwils u għal idrokarburi oħrajn biss:

I   Il-Produzzjoni Indiġena

Mhux applikabbli għall-materja prima tar-raffineriji.

2.   Minn Sorsi Oħrajn

L-Addittivi, il-Bijofjuwils u idrokarburi oħrajn, li l-produzzjoni tagħhom diġà ġiet koperta f’bilanċi ta’ fjuwils oħrajn.

Mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, għall-NGL u għall-materja prima tar-raffineriji.

3.   Il-Flussi Lura mis-Settur Petrokimiku

Il-prodotti raffinati jew semi-raffinati li jiġu rritornati mill-konsumaturi finali lir-raffineriji għall-ipproċessar, għat-taħlit jew għall-bejgħ. Ġeneralment ikunu prodotti sekondarji tal-manifattura petrokimika. Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

4.   Il-Prodotti Trasferiti

Il-prodotti taż-żejt importati li jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala materja prima għal ipproċessar ulterjuri fir-raffinerija, mingħajr ma jiġu kkunsinjati lill-konsumaturi finali.

Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

5.   L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet

Jinkludu l-kwantitajiet ta’ żejt mhux raffinat u ta’ prodotti importati jew esportati skont ftehimiet dwar l-ipproċessar (jiġifieri raffinar akkont). Iż-żejt mhux raffinat u l-NGLs għandhom jiġu rrapportati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-oriġini aħħarija; il-materja prima tar-raffineriji u l-prodotti raffinati għandhom jiġu rrapportati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-aħħar kunsinna.

Jinkludu kwalunkwe likwidu tal-gass (eż. l-LPG) estratt matul ir-rigassifikazzjoni tal-gass naturali likwifikat importat u tal-prodotti taż-żejt importati jew esportati direttament mill-industrija petrokimika.

Nota: Il-kummerċ kollu tal-bijofjuwils li ma jkunux tħalltu mal-fjuwils użati għat-trasport (jiġifieri fil-forma pura tagħhom) għandu jiġi rrapportat fil-Kwestjonarju dwar l-Enerġiji Rinnovabbli.

6.   L-Użu Dirett

Iż-żejt mhux raffinat, l-NGL u idrokarburi oħrajn użati direttament mingħajr ma jiġu pproċessati fir-raffineriji taż-żejt.

Jinkludi ż-żejt mhux raffinat maħruq għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

7.   Il-bidliet fl-istokk

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

8.   Il-Konsum ikkalkolat tar-Raffinerija

L-ammont totali tal-prodott ikkalkolat bħala li ddaħħal fil-proċess tar-raffinerija. Huwa definit bħala:

Formula

9.   Id-differenzi statistiċi

Definiti bħala l-konsum ikkalkolat tar-raffinerija mingħajr il-konsum osservat tar-raffinerija.

10.   Il-Konsum Osservat tar-Raffinerija

L-ammonti mkejla bħala input għar-raffineriji

11.   It-Telf mir-Raffineriji

Id-differenza bejn il-konsum tar-raffinerija (osservat) u l-produzzjoni gross tar-raffinerija. It-telf jista’ jseħħ waqt il-proċessi tad-distillazzjoni minħabba l-evaporazzjoni. It-telf irrapportat huwa pożittiv. Jista’ jkun hemm żidiet volumetriċi iżda l-ebda żieda fil-massa.

It-tabella li ġejja ma tapplikax għall-materja prima tar-raffineriji u lanqas għall-addittivi/ossiġenati:

I   L-Irċevuti tal-Prodotti Primarji

Jinkludu l-kwantitajiet ta’ żejt mhux raffinat indiġenu jew importat (inkluż il-kondensat) u l-NGL indiġenu użati direttament mingħajr ma jkunu ġew ipproċessati f’raffineriji taż-żejt u l-kwantitajiet tal-Flussi lura mill-industrija Petrokimika li, għalkemm mhumiex fjuwils primarji, jintużaw direttament.

2.   Il-Produzzjoni Gross tar-Raffinerija

Il-produzzjoni tal-prodotti raffinati f’raffinerija jew f’impjant tat-taħlit.

Teskludi t-telf mir-raffineriji, iżda tinkludi l-fjuwil tar-raffinerija.

3.   Il-Prodotti Riċiklati

Il-prodotti raffinati li jgħaddu għat-tieni darba min-netwerk tat-tqegħid fis-suq, wara li jkunu ġew ikkunsinjati darba lill-konsumaturi finali (eż. lubrifikanti li jiġu pproċessati mill-ġdid). Dawn il-kwantitajiet għandhom jingħarfu mill-Flussi lura petrokimiċi.

4.   Il-Fjuwil tar-Raffineriji

Il-prodotti taż-żejt ikkunsmati b’appoġġ għat-tħaddim ta’ raffinerija.

Jeskludi l-prodotti użati mill-kumpaniji taż-żejt barra mill-proċess tar-raffinar, eż. il-bunkers jew it-tankers taż-żejt.

Jinkludi l-fjuwils użati għall-produzzjoni fir-raffineriji tal-elettriku u tas-sħana mibjugħa.

5.   L-Importazzjonijiet u l-Esportazzjonijiet

6.   Il-Bunkers Marittimi Internazzjonali

7.   It-Trasferimenti tal-Interprodotti

Il-kwantitajiet li ġew ikklassifikati mill-ġdid jew minħabba li l-ispeċifikazzjoni tagħhom inbidlet jew minħabba li tħalltu fi prodott ieħor.

Annotazzjoni negattiva għal prodott wieħed tiġi kkompensata b’annotazzjoni pożittiva (jew b’diversi annotazzjonijiet) għal prodott wieħed jew għal diversi prodotti u viċi versa; l-effett nett totali għandu jkun ta’ żero.

8.   Il-Prodotti Trasferiti

Il-prodotti taż-żejt importati li jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala materja prima għall-ipproċessar ulterjuri fir-raffinerija, mingħajr ma jiġu kkunsinjati lill-konsumaturi finali.

9.   Il-Bidliet fl-Istokk

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

10.   Il-Konsenji Interni Gross Ikkalkolati

Dawn jiġu definiti bħala:

Formula

11.   Id-Differenza Statistika

Definita bħala l-kunsinna interna gross ikkalkolata mingħajr dik osservata.

12.   Il-Konsenji Interni Gross Osservati

Il-kunsinna osservata tal-prodotti taż-żejt raffinati minn sorsi primarji (eż. ir-raffineriji, l-impjanti tat-taħlit, eċċ.) għas-suq intern.

Din il-figura tista’ tkun differenti mill-figura kkalkolata minħabba, pereżempju, id-differenzi fil-kopertura u/jew id-differenzi fid-definizzjoni fis-sistemi differenti tar-rapportaġġ.

12.1.   Li minnhom: Il-Konsenji lill-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

12.2.   Li minnhom: Il-Konsenji lill-Impjanti tal-Enerġija ta’ Produtturi tal-Attività Ewlenija

12.3.   Li minnhom: Il-Konsenji tal-LPG Awtomottiv

12.4.   Li minnhom: Il-Konsenji (gross) lis-settur Petrokimiku

13.   Il-Flussi Lura mis-settur Petrokimiku lir-raffineriji

14.   Il-kunsinni interni netti totali

3.2.2.   L-istokks

L-istokks tal-ftuħ u tal-għeluq li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għall-prodotti tal-enerġija inkluż għall-addittivi/ossiġenati kollha, iżda ħlief għall-gass tar-raffineriji:

1.   L-istokks fit-territorju nazzjonali

L-istokks fil-postijiet li ġejjin: it-tankijiet tar-raffineriji, it-terminali li jżommu kwantitajiet kbar ta’ materjal (bulk terminals), it-tankijiet tal-pipelines, iċ-ċattri u t-tankers kostali (meta l-port tat-tluq u tad-destinazzjoni jkunu qegħdin fl-istess pajjiż), it-tankers f’port ta’ pajjiż membru (jekk il-merkanzija tagħhom għandha tinħatt fil-port), il-bunkers interni tal-bastimenti. Jeskludu l-istokks taż-żejt miżmuma fil-pipelines, fil-vaguni tat-tankijiet tal-ferrovija, fil-vaguni tat-tankijiet tat-trakkijet, fil-bunkers tal-bastimenti li jbaħħru, fl-istazzjonijiet tal-petrol, fil-ħwienet kbar tal-bejgħ bl-imnut u fil-bunkers fuq il-baħar.

2.   L-istokks miżmuma għal pajjiżi oħrajn skont ftehimiet governattivi bilaterali

L-istokks fit-territorju nazzjonali li jappartjenu lil pajjiż ieħor u li l-aċċess għalihom huwa ggarantit minn ftehim bejn il-gvernijiet rispettivi.

3.   L-istokks b’destinazzjoni barranija magħrufa

L-istokks li mhumiex inklużi fil-punt 2 fit-territorju nazzjonali li jappartjenu lil u huma destinati għal pajjiż ieħor. Dawn l-istokks jistgħu jkunu jinsabu ġewwa jew barra żoni riżervati.

4.   Stokks oħrajn miżmuma f’żoni riżervati

Jinkludu stokks li mhumiex inklużi fil-punt 2 jew 3, irrispettivament minn jekk irċevewx awtorizzazzjoni doganali jew le.

5.   Stokks miżmuma mill-konsumaturi ewlenin

Jinkludu l-istokks li huma soġġetti għal kontroll governattiv. Din id-definizzjoni ma tinkludix stokks oħrajn tal-konsumaturi.

6.   L-istokks miżmuma abbord bastimenti tal-oċean li deħlin fil-port jew fl-irmiġġ

L-istokks irrispettivament minn jekk ingħatawx awtorizzazzjoni doganali jew le. Din il-kategorija teskludi l-istokks abbord bastimenti f’nofs l-ibħra.

Jinkludu ż-żejt f’tankers kostali jekk kemm il-port tat-tluq kif ukoll tad-destinazzjoni tagħhom jinsabu fl-istess pajjiż. Fil-każ tal-bastimenti li jkunu deħlin b’aktar minn port ta’ ħatt wieħed, irrapporta biss l-ammont li għandu jinħatt fil-pajjiż li jkun qiegħed jirrapporta.

7.   L-istokks miżmuma mill-gvern fit-territorju nazzjonali

Jinkludu l-istokks mhux militari miżmuma fit-territorju nazzjonali mill-gvern, li huma l-proprjetà tal-gvern jew li huma kkontrollati u miżmuma esklużivament għal finijiet ta’ emerġenza.

Jeskludu l-istokks miżmuma minn kumpaniji taż-żejt statali jew minn utilitajiet elettriċi jew l-istokks miżmuma direttament minn kumpaniji taż-żejt f’isem il-gvernijiet.

8.   L-istokks miżmuma minn organizzazzjoni li żżomm l-istokks fit-territorju nazzjonali

L-istokks miżmuma kemm mill-korporazzjonijiet pubbliċi kif ukoll minn dawk privati li ġew stabbiliti sabiex iżommu l-istokks esklużivament għal finijiet ta’ emerġenza.

Jeskludu l-istokks mandatorji miżmuma minn kumpaniji privati.

9.   L-istokks l-oħrajn kollha miżmuma fit-territorju nazzjonali

L-istokks l-oħrajn kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-punt 1 aktar ‘il fuq.

10.   L-istokks miżmuma barra mill-pajjiż skont ftehimiet governattivi bilaterali

L-istokks li jappartjenu lil pajjiż li jkun qiegħed jirrapporta iżda li jinżammu f’pajjiż ieħor, li l-aċċess għalihom huwa garantit permezz ta’ ftehim bejn il-gvernijiet rispettivi.

10.1.   Li minnhom: L-istokks governattivi

10.2.   Li minnhom: L-istokks tal-organizzazzjoni possedenti

10.3.   Li minnhom: Stokks oħrajn

11.   L-istokks miżmuma barra mill-pajjiż magħżula definittivament bħala stokks ta’ importazzjoni

L-istokks li mhumiex inklużi fil-kategorija 10 li jappartjenu lill-Istat tar-rapportaġġ iżda li jinżammu fi Stat ieħor u li qegħdin jistennew li jiġu importati hemmhekk.

12.   Stokks oħrajn f’żoni riżervati

Stokks oħrajn fit-territorju nazzjonali li mhumiex inklużi fil-kategoriji msemmija aktar ‘il fuq.

13.   Il-kontenut tal-pipelines

Iż-żejt (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt) li jinsabu fil-pipelines, li huma meħtieġa sabiex jinżamm il-fluss fil-pipelines.

Barra minn hekk, għandu jkun hemm dikjarazzjoni għall-analiżi statistika tal-kwantitajiet skont il-pajjiż korrispondenti:

l-istokks tal-għeluq miżmuma għal pajjiżi oħrajn skont ftehim uffiċjali, skont il-benefiċjarju;

l-istokks tal-għeluq miżmuma għal pajjiżi oħrajn skont ftehim uffiċjali, li minnhom hemm dawk miżmuma bħala biljetti tal-istokk, skont il-benefiċjarju;

l-istokks tal-għeluq b’destinazzjoni barranija magħrufa, skont il-benefiċjarju;

l-istokks tal-għeluq miżmuma barra mill-pajjiż skont ftehim uffiċjali, skont il-post;

l-istokks tal-għeluq miżmuma barra mill-pajjiż skont ftehim uffiċjali, li minnhom hemm dawk miżmuma bħala biljetti tal-istokk, skont il-post;

l-istokks tal-għeluq miżmuma barra mill-pajjiż u magħżula definittivament għall-importazzjoni fil-pajjiż tad-dikjarant, skont il-post.

Stokks tal-ftuħ tfisser l-istokks fl-aħħar jum tax-xahar ta’ qabel dak irrapportat. Stokks tal-għeluq tfisser l-istokks fl-aħħar jum tax-xahar irrapportat.

3.2.3.   L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet

L-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni.

3.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet tal-enerġija: 103 tunnellati

3.4.   Noti ġeografiċi

Għal finijiet ta’ rapportaġġ statistiku biss, japplikaw il-kjarifiki tal-Kapitolu 1 fl-Anness A bl-eċċezzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

1.

Id-Danimarka tinkludi l-Gżejjer Faeroe u lil Greenland.

2.

L-Isvizzera tinkludi l-Liechtenstein.

3.5.   Derogi u eżenzjonijiet

Mhux applikabbli.

4.   IL-GASS NATURALI

4.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

Il-gass naturali huwa ddefinit fil-Kapitolu 2 tal-Anness B.

4.2.   Lista tal-aggregati

Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti, għandha tiġi ddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja, ħlief jekk jiġi speċifikat mod ieħor.

4.2.1.   Is-Settur tal-Provvista

1.   Il-Produzzjoni Indiġena

Il-produzzjoni niexfa kollha li tista’ titqiegħed fis-suq fi ħdan il-fruntieri nazzjonali, inkluża l-produzzjoni lil hinn mix-xtut. Il-produzzjoni titkejjel wara l-purifikazzjoni u l-estrazzjoni tal-NGLs u tal-kubrit.

Teskludi t-telf mill-estrazzjoni u l-kwantitajiet li ġew injettati mill-ġdid, li tħallew joħorġu minn fetħa jew li ġew ivvampjati.

Tinkludi l-kwantitajiet użati fl-industrija tal-gass naturali; fl-estrazzjoni tal-gassijiet, fis-sistemi tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar.

2.   L-Importazzjonijiet

3.   L-Esportazzjonijiet

4.   Il-Bidliet fl-Istokk

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

5.   Il-Konsenji Interni Gross Ikkalkolati

Dawn jiġu definiti bħala:

Formula

6.   Id-Differenza Statistika

Definita bħala l-kunsinna interna gross ikkalkolata mingħajr dik osservata.

7.   Il-Konsenji Interni Gross Osservati

Jinkludu l-gass użat mill-industrija tal-gass għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat (jiġifieri, il-konsum fl-estrazzjoni tal-gass, fis-sistema tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar) u t-telf mid-distribuzzjoni.

8.   Il-livelli tal-istokks tal-ftuħ u tal-għeluq miżmuma fit-territorju nazzjonali

Il-kwantitajiet maħżuna f’faċilitajiet ta’ ħażna speċjali (faċilità żvojtata tal-gass u/jew taż-żejt, akwiferu, kavità tal-melħ, kaverni mħalltin jew oħrajn) kif ukoll ħażna tal-gass naturali likwifikat. Stokks tal-ftuħ tfisser l-istokks fl-aħħar jum tax-xahar ta’ qabel dak irrapportat. Stokks tal-għeluq tfisser l-istokks fl-aħħar jum tax-xahar irrapportat.

9.   L-użu minnhom stess u t-telf tal-industrija tal-gass naturali

Il-kwantitajiet tal-użu mill-industrija tal-gass stess għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat tagħha (jiġifieri l-konsum fl-estrazzjoni tal-gass, fis-sistema tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar).

Jinkludi t-telf mid-distribuzzjoni.

4.2.2.   L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet

Kuntrarju għad-definizzjonijiet fl-Anness A, f’dan il-każ, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet għandhom jiġu ddikjarati mill-pajjiż tal-viċinat.

4.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet għandhom jiġu ddikjarati f’żewġ unitajiet:

fil-kwantità fiżika, f’106 m3 jekk wieħed jassumi l-kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet

(15 °C, 101,325 kPa),

f’kontenut ta’ enerġija, jiġifieri f’TJ, ibbażat fuq il-valur kalorifiku gross.

4.4.   Derogi u eżenzjonijiet

Mhux applikabbli.

5.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir tad-dejta kif ġie deskritt fil-kapitoli preċedenti kollha:

1.   Il-perjodu rrapportat:

Xahar kalendarju.

2.   Il-frekwenza

Kull xahar.

3.   L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-dejta

Id-dejta kollha deskritta taħt § 3 (il-prodotti taż-żejt raffinat u taż-żejt mhux raffinat) u taħt § 4 (il-gass naturali): fi żmien 55 jum wara x-xahar irrapportat.

Id-dejta l-oħra kollha: fi żmien tliet xhur wara x-xahar irrapportat.

4.   Il-format u l-metodu tat-trasmissjoni

Il-format tat-trasmissjoni għandu jikkonforma ma’ standard adattat ta’ skambju speċifikat mill-Eurostat.

Id-dejta għandha tintbagħat jew tittella’ b’mezzi elettroniċi għall-punt tad-dħul waħdieni għad-dejta fl-Eurostat.

“ANNESS D

L-ISTATISTIKA TA’ KULL XAHAR TUL MEDDA QASIRA TA’ ŻMIEN

Dan l-anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rrapportat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet tat-trasmissjoni għall-ġbir ta’ kull xahar tul medda qasira ta’ żmien tad-dejta statistika.

L-Anness A japplika għal spjegazzjonijiet tat-termini li għalihom mhijiex ipprovduta spjegazzjoni speċifika f’dan l-anness.

1.   IL-GASS NATURALI

1.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-kapitolu jkopri l-gass naturali biss. Il-gass naturali huwa definit fil-Kapitolu 2 tal-Anness B.

1.2.   Lista tal-aggregati

Għandha tiġi ddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja.

1.   Il-Produzzjoni

2.   L-Importazzjonijiet

3.   L-Esportazzjonijiet

4.   Il-bidla fl-istokk

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

5.   Il-Provvista

Din tiġi kkalkolata bħala:

Formula

6   L-istokks fl-aħħar tax-xahar

1.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet ta’ gass naturali għandhom jiġu ddikjarati f’TJ, fuq il-bażi tal-valur kalorifiku gross.

1.4.   Dispożizzjonijiet applikabbli oħrajn

1.   Il-perjodu rrapportat:

Xahar kalendarju.

2.   Il-frekwenza

Kull xahar.

3.   L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-dejta

Fi żmien xahar wara x-xahar irrapportat.

4.   Il-format u l-metodu tat-trasmissjoni

Il-format tat-trasmissjoni għandu jikkonforma ma’ standard adattat ta’ skambju speċifikat mill-Eurostat.

Id-dejta għandha tintbagħat jew tittella’ b’mezzi elettroniċi għall-punt tad-dħul waħdieni għad-dejta fl-Eurostat.

1.5.   Derogi u eżenzjonijiet

Il-Ġermanja għandha deroga minn dan il-ġbir tad-dejta sat-30 ta’ Settembru 2014.

2.   L-ELETTRIKU

2.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-kapitolu jkopri l-elettriku biss.

2.2.   Lista tal-aggregati

Għandha tiġi ddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja.

1.   Il-produzzjoni totali tal-elettriku

Il-kwantità gross totali tal-elettriku ġġenerat.

Tinkludi l-konsum tal-impjanti tal-enerġija stess.

2.   L-Importazzjonijiet

3.   L-Esportazzjonijiet

4.   Il-Provvista Gross tal-Elettriku

Din tiġi kkalkolata bħala:

Formula

2.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet tal-enerġija għandhom jiġu espressi f’GWh

2.4.   Dispożizzjonijiet applikabbli oħrajn

1.   Il-perjodu rrapportat:

Xahar kalendarju.

2.   Il-frekwenza

Kull xahar.

3.   L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-dejta

Fi żmien xahar wara x-xahar irrapportat.

4.   Il-format u l-metodu tat-trasmissjoni

Il-format tat-trasmissjoni għandu jikkonforma ma’ standard adattat ta’ skambju speċifikat mill-Eurostat.

Id-dejta għandha tintbagħat jew tittella’ b’mezzi elettroniċi għall-punt tad-dħul waħdieni għad-dejta fl-Eurostat.

2.5.   Derogi u eżenzjonijiet

Il-Ġermanja hija eżentata minn dan il-ġbir tad-dejta.

3.   IL-PRODOTTI TAŻ-ŻEJT RAFFINAT U TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT

Din il-ġabra tad-dejta hija magħrufa b’mod komuni bħala l-‘Kwestjonarju JODI’.

3.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

Ħlief jekk jiġi speċifikat mod ieħor, din il-ġabra tad-dejta tapplika għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġejjin, li għalihom japplikaw id-definizzjonijiet fil-Kapitolu 4 tal-Anness B: iż-żejt mhux raffinat, l-LPG, il-gażolina (li hija s-somma tal-gażolina għall-magni u tal-gażolina għall-avjazzjoni), il-pitrolju (li huwa s-somma ta’ fjuwil tal-ġett tat-tip pitrolju u ta’ pitrolju ieħor), iż-żejt tal-gass/tad-diżil u ż-żejt tal-fjuwil (kemm b’kontenut baxx kif ukoll b’kontenut għoli ta’ kubrit).

Minbarra dan, din il-ġabra tad-dejta tapplika wkoll għaż-‘żejt totali’, li jfisser is-somma ta’ dawn il-prodotti kollha ħlief iż-żejt mhux raffinat, u li għandha tinkludi wkoll prodotti oħrajn taż-żejt, bħall-gass tar-raffineriji, l-etanu, in-nafta, il-kokk taż-żejt, l-ispirtu abjad u l-SBP, ix-xemgħat tal-paraffin, il-bitum, il-lubrifikanti u oħrajn.

3.2.   Lista tal-aggregati

Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti, għandha tiġi ddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja, ħlief jekk jiġi speċifikat mod ieħor.

3.2.1.   Is-Settur tal-Provvista

It-tabella li ġejja tapplika biss għaż-żejt mhux raffinat:

1.   Il-Produzzjoni

2.   L-Importazzjonijiet

3.   L-Esportazzjonijiet

4.   L-Istokk tal-Għeluq

5.   Il-Bidla fl-Istokk

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

6.   Il-Konsum tar-Raffinerija

L-ammont ta’ materjal ipproċessat mir-raffinerija li ġie osservat.

It-tabella li ġejja tapplika għaż-żejt mhux raffinat, għal-LPG, għall-gażolina, għall-pitrolju, għaż-żejt tal-gass/tad-diżil, għaż-żejt tal-fjuwils u għaż-żejt totali:

1.   Il-Produzzjoni tar-Raffinerija

Il-produzzjoni gross, inkluż il-fjuwil tar-raffineriji.

2.   L-Importazzjonijiet

3.   L-Esportazzjonijiet

4.   L-Istokk tal-Għeluq

5.   Il-Bidla fl-Istokk

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

6.   Id-Domanda

Il-kunsinni jew il-bejgħ lis-suq intern (il-konsum domestiku) flimkien mal-Fjuwil tar-Raffineriji flimkien mal-Bunkers Marittimi u tal-Avjazzjoni Internazzjonali. Id-Domanda għaż-Żejt Totali tinkludi ż-Żejt Mhux Raffinat.

3.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet tal-enerġija: 103 tunnellati

3.4.   Dispożizzjonijiet applikabbli oħrajn

1.   Il-perjodu rrapportat:

Xahar kalendarju.

2.   Il-frekwenza

Kull xahar.

3.   L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-dejta

Fi żmien 25 jum wara x-xahar irrapportat.

4.   Il-format u l-metodu tat-trasmissjoni

Il-format tat-trasmissjoni għandu jikkonforma ma’ standard adattat ta’ skambju speċifikat mill-Eurostat.

Id-dejta għandha tintbagħat jew tittella’ b’mezzi elettroniċi għall-punt tad-dħul waħdieni għad-dejta fl-Eurostat.

3.5.   Derogi u eżenzjonijiet

Mhux applikabbli.


(1)   ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.