20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 141/2013

tad-19 ta’ Frar 2013

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.

(2)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, huma meħtieġa miżuri implimentattivi biex jispeċifikaw id-dejta u l-metadejta li għandha tiġi pprovduta dwar l-istat tas-saħħa, id-determinanti tas-saħħa u l-kura tas-saħħa koperti mill-Anness I ta’ dak ir-Regolament u biex jistabbilixxu l-perjodi u l-intervalli ta’ referenza biex tiġi pprovduta din id-dejta.

(3)

Dik id-dejta tirrappreżenta sett minimu ta’ dejta statistika li għandha tippermetti monitoraġġ aħjar tal-programmi u l-politiki tas-saħħa tal-Unjoni dwar l-inklużjoni soċjali u l-ħarsien soċjali, l-inugwaljanzi fis-saħħa u t-tixjiħ f’saħħtu.

(4)

Id-dejta kunfidenzjali mibgħuta lill-Kummissjoni (l-Eurostat) mill-Istati Membri għandha tkun ġestita skont il-prinċipju tal-kunfidenzjalità statistika bħalma hu stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (2) u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3).

(5)

Saret analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 u din ġiet evalwata skont l-istess artikolu. Din uriet li d-disponibbiltà ta’ dejta komparabbli fl-Unjoni kollha x’aktarx li tkun ta’ benefiċċju kbir għal deċiżjonijiet ta’ politika soċjali u tas-saħħa u għal skopijiet xjentifiċi, bl-użu ta’ għodod komuni li jippermettu l-konsistenza tad-dejta bejn il-pajjiżi, anki jekk il-kosti relatati jkunu jvarjaw skont il-grad ta’ integrazzjoni tal-varjabbli mitluba u l-metodoloġija fi ħdan l-istħarriġiet nazzjonali eżistenti.

(6)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika Ewropea msejsa fuq l-Istħarriġ Ewropew ta’ Intervisti dwar is-Saħħa (EHIS) għandha tikkonċerna l-istat tas-saħħa, il-kura tas-saħħa u d-determinanti tas-saħħa kif ukoll karatteristiċi soċjodemografiċi tal-popolazzjoni minn 15-il sena ’l fuq.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“unità domestika” tfisser persuna li tgħix waħidha jew grupp ta’ nies li jgħixu flimkien fl-istess abitazzjoni privata u li jaqsmu l-ispejjeż, kif ukoll jikkontribwixxu fil-forniment tal-essenzjali għall-għixien; din id-definizzjoni ma tkoprix l-unitajiet domestiċi kollettivi bħal sptarijiet, djar tal-kura jew residenzjali, ħabsijiet, kwartieri militari, istituzzjonijiet reliġjużi, pensjonijiet jew ħostels;

2.

“residenza abitwali” tfisser il-post li fih persuna normalment tqattal-perjodu tal-mistrieħ tagħha ta’ kuljum, irrispettivament minn assenzi temporanji għal finijiet ta’ rikreazzjoni, vakanzi, żjarat lill-ħbieb u lill-qraba, negozju, kura medika jew pellegrinaġġi reliġjużi; jew, jekk tali dejta ma tkunx disponibbli, il-post tar-residenza legali jew reġistrata.

Il-persuni li ġejjin biss għandhom jiġu kkunsidrati bħala residenti abitwali taż-żona ġeografika kkonċernata:

(a)

dawk li ilhom jgħixu fil-post tar-residenza abitwali tagħhom għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel id-data ta’ referenza; jew

(b)

dawk li jkunu waslu fil-post tar-residenza abitwali tagħhom fit-12-il xahar qabel id-data ta’ referenza bil-ħsieb li joqogħdu hemm mill-inqas għal sena.

Meta ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a) jew (b) ma jistgħux jiġu stabbiliti, “ir-residenza abitwali” għandha tfisser il-post ta’ residenza legali jew reġistrata;

3.

“mikrodejta” tfisser osservazzjonijiet jew miżuri mhux aggregati ta’ karatteristiċi ta’ unitajiet individwali;

4.

“metadejta” tfisser dejta li tiddefinixxi jew tiddeskrivi dejta oħra kif ukoll proċessi statistiċi tan-negozju.

Artikolu 3

Id-dejta meħtieġa

1.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi l-mikrodejta stipulata fl-Anness I lill-Kummissjoni (Eurostat).

2.   Il-mikrodejta għandha tkun ibbażata fuq kampjuni rappreżentattivi nazzjonali tal-probabbiltà.

3.   Bil-għan li jinkiseb livell għoli ta’ armonizzazzjoni fir-riżultati tal-istħarriġ li sar madwar il-pajjiżi, il-Kummissjoni (Eurostat), b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tipproponi rakkomandazzjonijiet u linji gwida metodoloġiċi u prattiċi għall-kampjunar u għall-implimentazzjoni tal-istħarriġ fil-forma ta’ “Manwal tal-Istħarriġ tal-Unjoni Ewropea ta’ Intervisti dwar is-Saħħa” li jinkludi kwestjonarju mudell.

4.   Id-daqs tal-kampjun effettiv minimu, ikkalkulat fuq is-suppożizzjoni ta’ kampjunar każwali sempliċi, huwa stipulat fl-Anness II. Il-fatturi tal-ippeżar għandhom jiġu kkalkulati b’tali mod li jqisu l-probabbiltà tal-unitajiet tal-għażla, tan-nuqqas ta’ risposta u, skont kif ikun xieraq, tal-aġġustament tal-kampjun ma’ dejta esterna marbuta mad-distribuzzjoni tal-persuni fil-popolazzjoni fil-mira.

5.   Huma esklużi dawk il-partijiet żgħar tat-territorju nazzjonali li jammontaw għal mhux aktar minn 2 % tal-popolazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri u t-territorji nazzjonali rispettivi elenkati fl-Anness III.

Artikolu 4

Is-sena ta’ referenza u l-popolazzjoni

1.   Is-sena ta’ referenza għandha tkun 2013, 2014 jew 2015

2.   Il-popolazzjoni ta’ referenza għandha tkun individwi li għandhom minn 15-il sena ’l fuq li jgħixu f’unitajiet domestiċi privati li jinsabu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat fil-ħin tal-ġbir tad-data.

3.   Il-ġbir tad-dejta għandu jkun mifrux fuq mill-inqas tliet xhur inkluż mill-inqas xahar tal-ħarifa (Settembru-Diċembru).

Artikolu 5

Il-metadejta ta’ referenza

1.   Il-metadejta ta’ referenza relatata mal-kwalità għandha tiġi pprovduta skont l-istandard tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat) u li dwaru hemm qbil mal-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu din il-metadejta lill-Kummissjoni (Eurostat) mhux aktar tard minn xahrejn wara t-trażmissjoni tal-mikrodejta.

Artikolu 6

Id-dispożizzjoni tal-mikrodejta u l-metadejta ta’ referenza lill-Kummissjoni (Eurostat)

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu mikrodejta li tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u ppeżata u metadejta ta’ referenza relatata mal-kwalità meħtieġa minn dan ir-Regolament skont standard ta’ skambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Il-mikrodejta u l-metadejta ta’ referenza relatata mal-kwalità għandha tiġi pprovduta bl-użu tas-servizzi ta’ Punt ta’ Kuntatt Waħdieni.

2.   Il-mikrodejta għandha ssir disponibbli sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2015 jew disa’ xhur wara tmiem il-perjodu nazzjonali tal-ġbir tad-dejta f’każijiet fejn l-istħarriġ jitwettaq wara Diċembru 2014

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.

(2)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1


ANNESS I

Il-mikrodejta li għandha tinbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat)

IL-VARJABBLI TEKNIĊI TAL-ISTĦARRIĠ

Isem il-varjabbli

Deskrizzjoni

Kategoriji u kodiċijiet tar-risposti

Filtru

PID

In-numru tal-identifikazzjoni tar-rispondent

numru b’10 figuri

– 1

nieqes

Kulħadd

HHID

In-numru tal-identifikazzjoni tal-unità domestika

numru b’10 figuri

– 1

nieqes

Kulħadd

PRIMSTRAT

L-istrati primarji kif użati fl-għażla tal-kampjun

0001 – 9999

– 2

mhux applikabbli (l-ebda stratifikazzjoni)

Kulħadd

PSU

Unitajiet primarji tal-kampjunar kif użati fl-għażla tal-kampjun

0001 – 9999

– 2

mhux applikabbli (l-ebda kampjunar multistadju)

Kulħadd

WGT

Piż finali individwali

numru 5.3

– 1

nieqes

Kulħadd

PROXY

Kien/et il-persuna magħżula li ġiet intervistata, jew kien xi ħadd ieħor?(kienet intervistata persuna li tidher f’isem xi ħadd)

1

Il-persuna stess

2

Membru ieħor tal-unità domestika

3

Xi ħadd ieħor mhux fl-unità domestika

– 1

nieqes

Kulħadd

REFYEAR

Is-sena ta’ referenza tal-intervista

4 figuri

Kulħadd

REFMONTH

Ix-xahar ta’ referenza tal-intervista

1 – 12

– 1

nieqes

Kulħadd

INTMETHOD

Il-metodu użat għall-ġbir tad-dejta

10

Verżjoni postali, mhux elettronika

11

Verżjoni postali, elettronika (e-Mail)

20

Wiċċ imb ‘wiċċ, verżjoni mhux elettronika

21

Wiċċ imb ‘wiċċ, verżjoni elettronika

30

Telefown, verżjoni mhux elettronika

31

Telefown, verżjoni elettronika

40

Użu tal-Internet

50

Ġbir b’modi differenti (pereżempju: kemm dak postali kif ukoll b’intervista biex tinġabar id-dejta

Kulħadd

INTLANG

Il-lingwa użata fl-intervista,

kodiċijiet bi 3 figuri (il-Lista Standard tal-Kodiċijiet tal-Eurostat)

– 1

nieqes

Kulħadd


IL-VARJABBLI SOĊJALI EWLENIN

Isem il-varjabbli

Id-deskrizzjoni

Il-kategoriji u l-kodiċijiet tar-risposti

Filtru

SESS

Is-sess tar-rispondent

1

Maskil

2

Femminil

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

ETÀ

L-età tar-rispondent skont is-snin magħluqa waqt l-intervista

figura

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PAJJIŻ

Il-pajjiż ta’ residenza

2 Figuri bbażati fuq in-NUTS, fl-aktar livell aggregat (livell 0 jew il-livell tal-pajjiż)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

POST TAT-TWELID

Il-pajjiż tat-twelid

10

Mwieled/mwielda fil-post

21

Mwieled/mwielda fi Stat Membru ieħor tal-UE;

22

Mwieled/mwielda f’pajjiż mhux fl-UE,

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

ĊITTADIN

Il-pajjiż taċ-ċittadinanza fil-ħin tal-ġbir tad-dejta

10

Nazzjonal/għandu jew għandha ċ-ċittadinanza tal-pajjiż li qed jirrapporta

21

Mhux/mhix nazzjonal/ma għandux jew ma għandhiex iċ-ċittadinanza tal-pajjiż li qed jirrapporta iżda hu/hi nazzjonal ta’ Stat Membru ieħor tal-UE

22

Mhux/mhix nazzjonal/ma għandux jew ma għandhiex iċ-ċittadinanza tal-pajjiż li qed jirrapporta iżda għandu/għandha nazzjonalità ta’ pajjiż mhux fl-UE

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

REĠJUN

Ir-reġjun ta’ residenza

Kodiċjar skont in-NUTS fil-livell ta’ 2 figuri

– 1

nieqes

Kulħadd

DEG_URB

Il-grad ta’ urbanizzazzjoni

1

Żona popolata ħafna

2

Żona popolata f’livell intermedju

3

Żona popolata ftit

– 1

nieqes

Kulħadd

MARSTALEGAL

L-istat ċivili legali

1

Qatt ma kien/et miżżeweġ/miżżewġa u qatt ma kienet fi sħubija rreġistrata

2

Miżżewweġ/miżżewġa jew qiegħed/qiegħda fi sħubija rreġistrata

3

Armel/armla jew fi sħubija rreġistrata li spiċċat mal-mewt tas-sieħeb/sieħba (mhux miżżewweġ/miżżewġa mill-ġdid jew fi sħubija rreġistrata ġdida)

4

Iddivorzjat/a jew fi sħubija rreġistrata li ġiet xolta legalment (mhux miżżewweġ/miżżewġa mill-ġdid jew fi sħubija rreġistrata ġdida)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MARSTADEFACTO

L-istat ċivili de facto

1

Il-persuna tgħix f’unjoni konsenswali

2

Il-persuna ma tgħixx f’unjoni konsenswali

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HATLEVEL

L-ogħla livell ikkompletat ta’ edukazzjoni (kisba edukattiva)

Ibbażat fuq il-klassifikazzjoni ISCED-2011

0

żvilupp fit-tfulija minn kmieni, edukazzjoni qabel il-primarja

1

Edukazzjoni primarja

2

Edukazzjoni sekondarja baxxa

3

Edukazzjoni sekondarja għolja

4

Edukazzjoni post-sekondarja izda mhux terzjarja

5

Edukazzjoni terzjarja; ċiklu qasir

6

Edukazzjoni terzjarja; livell ta’ Baċellerat jew ekwivalenti

7

Edukazzjoni terzjarja; livell ta’ Master jew ekwivalenti

8

Edukazzjoni terzjarja; Dottorat jew ekwivalenti

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MAINSTAT

L-istat awtodikjarat tax-xogħol

10

Il-persuna għandha impjieg jew professjoni, inkluż xogħol mhux bi ħlas għal xi negozju jew azjenda tal-familja, inkluż apprendistat jew taħriġ bi ħlas, eċċ.

20

Qiegħda;

31

Student żgħir, student, taħriġ avvanzat, esperjenza ta’ xogħol bla ħlas

32

Rtirata jew irtirat kmieni jew refgħet minn negozju

33

Diżabbli b’mod permanenti;

34

F’servizz komunitarju jew militari obbligatorju;

35

Twettaq xogħol tad-dar;

36

Persuna inattiva oħra

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

FT_PT

Xogħol full-time jew part-time

1

full-time

2

part-time

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

MAINSTAT = 10

JOBSTAT

L-istat fl-impjieg

10

Iimpjegat indipendenti

21

Impjegat b’xogħol permanenti jew kuntratt ta’ xogħol għal żmien illimitat

22

Impjegat b’kuntratt ta’ xogħol temporanju/għal żmien limitat

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

MAINSTAT = 10

JOBISCO

L-okkupazzjoni fix-xogħol

ISCO-08 ikkodifikat fil-livell ta’ 2 figuri

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

MAINSTAT = 10

LOCNACE

Is-settur ekonomiku fl-impjieg

It-taqsimiet tan-NACE Rev. 2

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

MAINSTAT = 10

HHNBPERS

L-għadd ta’ persuni li jgħixu fl-unità domestika, inkluż ir-rispondent;

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHNBPERS_0_4

L-għadd ta’ persuni ta’ 4 snin jew iżgħar

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHNBPERS_5_13

L-għadd ta’ persuni minn 5 snin sa 13-il sena

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHNBPERS_14_15

L-għadd ta’ persuni minn 14 sa 15-il sena

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHNBPERS_16_24

L-għadd ta’ persuni minn 16 sa 24 sena

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHNBPERS_25_64

L-għadd ta’ persuni minn 25 sa 64 sena

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHNBPERS_65plus

L-għadd ta’ persuni minn 65 sena ’l fuq

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHTYPE

It-tip ta’ unità domestika

10

Unità domestika b’persuna waħda

21

Ġenitur waħdu b’wild/ulied taħt il-25 sena

22

Koppja mingħajr ulied taħt il-25 sena

23

Koppja b’wild/ulied taħt il-25 sena

24

Koppja jew ġenitur waħdu b’wild/ulied taħt il-25 sena u persuni oħra li jgħixu fl-unità domestika

25

Tip ieħor ta’ unità domestika

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HH_ACT

L-għadd ta’ persuni bejn is-16 u l-64 sena fl-unità domestika li huma impjegati

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HH_INACT

L-għadd ta’ persuni bejn is-16 u l-64 sena fl-unità domestika li huma qiegħda jew huma ekonomikament inattivi

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHINCOME

Dħul nett ekwivalizzat ta’ kull xahar tal-unità domestika

1

Taħt l-ewwel kwintil

2

Bejn l-ewwel u t-t-tieni kwintil

3

Bejn it-tieni u t-tielet kwintil

4

Bejn it-tielet u r-raba’ kwintil

5

Bejn ir-raba’ u l-ħames kwintil

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd


IL-VARJABBLI TAS-SAĦĦA

Isem il-varjabbli

Id-deskrizzjoni

Il-kategoriji u l-kodiċijiet tar-risposti

Filtru

L-istat tas-saħħa – il-Modulu Minimu tas-Saħħa Ewropea

HS1

Is-saħħa inġenerali kif awtoperċepita:

kif tipperċepixxi s-saħħa tiegħek inġenerali

1

Tajba ħafna

2

Tajba

3

Mhux ħażina

4

Ħażina

5

Ħażina ħafna

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HS2

Problema tas-saħħa li ilha:

Tbati minn xi marda jew problema tas-saħħa għal mill-inqas sitt xhur

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HS3

Limitazzjoni f’attivitajiet ġenerali:

Limitazzjoni f’attivitajiet li n-nies jagħmlu normalment minħabba problemi tas-saħħa għal mill-inqas l-aħħar sitt xhur

1

Limitata wisq

2

Limitata iżda mhux wisq

3

Mhux limitata bl-ebda mod

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Mard u kundizzjonijiet kroniċi

CD1a

Ażma f’dawn l-aħħar 12-il xahar (inkluża l-ażma allerġika)

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1b

Bronkite kronika, mard pulmonari ostruttiv kroniku, jew enfisema f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1c

Infart kardijaku (attakk tal-qalb) f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1d

Mard koronarju tal-qalb jew anġina pectoris f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1e

Pressjoni għolja tad-demm f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1f

Puplesija (emorraġija ċerebrali, trombosi ċerebrali) f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1 g

Artrożi (eskluża l-artrite) f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1h

Uġigħ/problema fil-parti t’isfel tad-dahar jew xi difett kroniku ieħor fid-dahar f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1i

Uġigħ/problema fl-għonq jew xi difett kroniku ieħor fl-għonq f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1j

Dijabete f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1k

Allerġija, bħall-hay fever (rinite), infjammazjoni fl-għajnejn, dermatite, allerġija għall-ikel jew oħrajn (eskluża l-ażma allerġika) f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1 l

Ċirrożi tal-fwied f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1 m

Inkontinenza tal-awrina, problemi fil-kontroll tal-bużżieqa tal-awrina f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1n

Problemi tal-kliewi f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1o

Dipressjoni f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Inċidenti u korrimenti

AC1a

L-okkorrenza ta’ inċident tat-traffiku f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AC1b

L-okkorrenza ta’ inċident fid-dar f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AC1c

L-okkorrenza ta’ inċident fil-ħin liberu f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AC2

L-intervent ta’ kura medika l-aktar serju għall-inċident l-aktar serju f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Dħul fi sptar jew kwalunkwe faċilità oħra tas-saħħa

2

Tabib jew infermiera

3

Ma kien meħtieġ l-ebda intervent

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk

AC1a = 1 jew

AC1b = 1 jew

AC1c = 1

Assenza mix-xogħol (minħabba problemi tas-saħħa)

AW1

Assenti mix-xogħol minħabba problemi tas-saħħa personali f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk MAINSTAT = 10

AW2

L-għadd ta’ jiem ta’ assenza mix-xogħol minħabba problemi tas-saħħa personali f’dawn l-aħħar 12-il xahar

L-għadd ta’ jiem

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk AW1 = 1

Limitazzjonijiet funzjonali sensorjali u fiżiċi

PL1

Tilbes nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt

1

Iva

2

Le

3

Għami/għamja jew ma jista’ jara xejn

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PL2

Diffikultà biex tara, anki meta jintlibes nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk PL1 = 1 jew 2

PL3

Tuża apparat għas-smigħ

1

Iva

2

Le

3

Trux/a ħafna

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PL4

Diffikultà biex tisma’ dak li jingħad f’konverżazzjoni ma’ persuna waħda oħra f’kamra kwieta anki meta jintuża apparat għas-smigħ

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk PL3 = 1 jew 2

PL5

Diffikultà biex tisma’ dak li jingħad f’konverżazzjoni ma’ persuna waħda oħra f’kamra aktar storbjuża anki meta jintuża apparat għas-smigħ

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk PL3 = 1 jew 2 u

PL4 = 1 jew 2 jew 3

PL6

Diffikultà biex timxi nofs kilometru fil-wità mingħajr l-użu ta’ kwalunkwe għajnuna

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PL7

Diffikultà biex titla/tinżel 12-il tarġa

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Attivitajiet ta’ kura personali

PC1a

Diffikultà biex tiekol

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

PC1b

Diffikultà tidħol/tpoġġi u tqum mis-sodda jew mis-siġġu

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

PC1c

Diffikultà biex tilbes u tinża

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

PC1d

Diffikultà biex tuża t-tojlit

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

PC1e

Diffikultà biex tieħu banju jew doċċa

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

PC2

Normalment tirċievi għajnuna f’attività waħda jew aktar biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek, tiekol, tidħol/tpoġġi u tqum mis-sodda jew mis-siġġu, tilbes u tinża, tuża t-tojlit, tieħu banju jew doċċa

1

Iva, f’mill-inqas attività waħda

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk (ETÀ >= 65) u

{PC1a ≠ 1 jew PC1b ≠ 1 jew PC1c ≠ 1 jew PC1d ≠ 1 jew PC1e ≠ 1}

PC3

Jeħtieġ li tirċievi għajnuna jew aktar għajnuna f’attività waħda jew aktar biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek: tiekol, tidħol/tpoġġi u tqum mis-sodda jew mis-siġġu, tilbes u tinża, tuża t-tojlit, tieħu banju jew doċċa

1

Iva, f’mill-inqas attività waħda

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk (ETÀ >= 65) u

{PC1a ≠ 1 jew PC1b ≠ 1 jew PC1c ≠ 1 jew PC1d ≠ 1 jew PC1e ≠ 1}

Attivitajiet domestiċi

HA1a

Diffikultà tipprepara l-ikel

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

5

Mhux applikabbli (qatt ma pprova jew ma għandux għalfejn jagħmel dan)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

- 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

HA1b

Diffikultà tuża t-telefown

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

5

Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

HA1c

Diffikultà biex tagħmel ix-xiri

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

5

Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

HA1d

Diffikultà biex tieħu l-mediċini

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

5

Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

HA1e

Diffikultà biex tagħmel xogħol tad-dar ħafif

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

5

Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

HA1f

Diffikultà biex okkażjonalment tagħmel xogħol tad-dar iebes

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

5

Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

HA1 g

Diffikultà biex tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta’ kuljum

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

5

Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

HA2

Normalment tirċievi għajnuna f’attività domestika waħda jew aktar: tipprepara l-ikel, tuża t-telefown, tixtri, timmaniġġja l-mediċini, tagħmel xogħol tad-dar ħafif jew okkażjonalment iebes, tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta’ kuljum

1

Iva, f’mill-inqas attività waħda

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk (ETÀ >= 65) u

{HA1a ≠ 1 jew HA1b ≠ 1 jew HA1c ≠ 1 jew HA1d ≠ 1 jew HA1e ≠ 1 jew HA1f ≠ 1 jew HA1 g ≠ 1}

HA3

Teħtieġ għajnuna jew aktar għajnuna f’attività domestika waħda jew aktar: tipprepara l-ikel, tuża t-telefown, tixtri, timmaniġġja l-mediċini, tagħmel xogħol tad-dar ħafif jew okkażjonalment iebes, tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta’ kuljum

1

Iva, f’mill-inqas attività waħda

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk (ETÀ >= 65) u

{HA1a ≠ 1 jew HA1b ≠ 1 jew HA1c ≠ 1 jew HA1d ≠ 1 jew HA1e ≠ 1 jew HA1f ≠ 1jew HA1 g ≠ 1}

Uġigħ

PN1

L-intensità tal-uġigħ fiżiku matul l-aħħar 4 ġimgħat

1

Xejn

2

Ħafif ħafna

3

Ħafif

4

Moderat

5

Qawwi

6

Qawwi ħafna

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PN2

Kemm dak l-uġigħ interferixxa fix-xogħol normali f’dawn l-aħħar 4 ġimgħat (kemm ix-xogħol barra mid-dar kif ukoll ix-xogħol tad-dar)

1

Xejn

2

Daqsxejn

3

Moderatament

4

Ftit mhux ħażin.

5

Estremament

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Is-saħħa mentali:

MH1a

Kemm kellek nuqqas ta’ interess jew gost fl-affarijiet li għamilt matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MH1b

Kemm ħassejtek imdejjaq, dipress jew bla tama matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MH1c

Kemm sibtha diffiċli torqod jew tibqa’ rieqed, jew kemm kont qed torqod iżżejjed, matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MH1d

Kemm ħassejtek għajjien/a jew li għandek ftit enerġija tul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MH1e

Kemm ħassejtek bla ġuħ jew kilt iżżejjed matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MH1f

Kemm ħassejtek ħażin/a dwarek innifsek, ħassejtek falliment matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MH1 g

Kemm ma stajtx tikkonċentra fuq xi ħaġa, bħal taqra l-gazzetta jew tara t-televiżjoni, matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MH1h

Kemm tant iċċaqlaqt jew tkellimt bil-mod li nies oħra setgħu jinnutaw jew kemm tant kont bla kwiet, matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Kura tas-saħħa

Użu ta’ kura għall-pazjenti li qegħdin l-isptar jew day care

HO1

Dħalt l-isptar bħala pazjent f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HO2

L-għadd ta’ ljieli li qattajt bħala pazjent l-isptar f’dawn l-aħħar 12-il xahar

Numru 1 – 99

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk HO1 = 1

HO3

Dħalt l-isptar għal jum wieħed mingħajr ma rqadt hemm f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HO4

L-għadd ta’ drabi li dħalt l-isptar għal jum wieħed mingħajr ma rqadt hemm f’dawn l-aħħar 12-il xahar

Numru 1 – 300

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk HO3 = 1

Użu ta’ kura ambulatorja u fid-dar

AM1

L-aħħar darba li mort għal vista għand dentist jew ortodontista

(għalik stess)

1

Anqas minn 6 xhur ilu

2

Bejn 6 xhur u 12-il xahar ilu

3

12-il xahar ilu jew aktar

4

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AM2

L-aħħar darba li kkonsultajt tabib ġenerali jew it-tabib tal-familja (għaik stess)

1

Anqas minn 12 il-xahar ilu

2

12-il xahar ilu jew aktar

3

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AM3

L-għadd ta’ konsultazzjonijiet ma’ tabib ġenerali jew mat-tabib tal-familja matul l-aħħar erba’ ġimgħat (għalik stess)

Numru 0 – 99

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk AM2 = 1

AM4

L-aħħar darba li kellek vistà għand speċjalista jew kirurgu mediku (għalik stess)

1

Anqas minn 12 il-xahar ilu

2

12-il xahar ilu jew aktar

3

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AM5

L-għadd ta’ konsultazzjonijiet ma’ tabib jew kirurgu speċjalista matul l-aħħar erba’ġimgħat (għalik stess)

Numru 0 – 99

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk AM4 = 1

AM6a

Konsultazzjoni ma’ fiżjoterapista jew kinesiterapista f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AM6b

Konsultazzjoni ma’ psikologu jew psikoterapista f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AM7

Użu ta’ kwalunkwe servizz tal-kura fil-komunità għal ħtiġijiet personali matul l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

L-użu tal-mediċina

MD1

Użu ta’ kwalunkwe mediċini preskritti mit-tabib matul l-aħħar ġimagħtejn

(eskluża l-kontraċezzjoni)

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MD2

Użu ta’ kwalunkwe mediċini, mediċini veġetali jew vitamini mhux preskritti mit-tabib matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Servizzi preventivi

PA1

L-aħħar darba li tlaqqamt kontra l-influwenza

Xahar/sena (XXSSSS)

Qatt jew ilu ħafna (0)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PA2

L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalek il-pressjoni tad-demm

1

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Bejn sena u inqas minn 3snin ilu

3

Bejn 3 snin u inqas minn 5 snin ilu

4

Aktar minn 5 snin ilu

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PA3

L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalek il-kolesterol fid-demm

1

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Bejn sena u inqas minn 3 snin ilu

3

Bejn 3 snin u inqas minn 5 snin ilu

4

Aktar minn 5 snin ilu

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PA4

L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalek iz-zokkor fid-demm

1

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Bejn sena u inqas minn 3 snin ilu

3

Bejn 3 snin u inqas minn 5 snin ilu

4

Aktar minn 5 snin ilu

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PA5

L-aħħar darba li sarlek test tad-demm fl-ippurgar

1

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Minn sena sa inqas minn sentejn ilu

3

Minn sentejn sa inqas minn 3 snin ilu

4

Aktar minn 3 snin ilu

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PA6

L-aħħar darba li saritlek kolonoskopija

1

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Minn sena sa inqas minn 5 snin ilu

3

Minn 5 snin sa inqas minn 10 snin ilu

4

Aktar minn 10 snin ilu

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PA7

L-aħħar darba li saritlek mammografija (X-ray tas-sider tal-mara)

1

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Minn sena sa inqas minn sentejn ilu

3

Minn sentejn sa inqas minn 3 snin ilu

4

Aktar minn 3 snin ilu

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk SESS = 2

PA8

L-aħħar darba li sarlek smear test tal-għonq tal-utru

1

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Minn sena sa inqas minn sentejn ilu

3

Minn sentejn sa inqas minn 3 snin ilu

4

Aktar minn 3 snin ilu

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk SESS = 2

Ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa mhux sodisfatti

UN1a

Ħtieġa tal-kura tas-saħħa li ma ġiex sodisfatt f’dawn l-aħħar 12-il xahar minħabba lista/i ta’ stennija twila/twal

1

Iva

2

Le

3

Ma kinitx meħtieġa kura tas-saħħa

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

UN1b

Ħtieġa tal-kura tas-saħħa li ma ġiex sodisfatt f’dawn l-aħħar 12-il xahar kaġun tad-distanza jew minħabba problemi ta’ trasport

1

Iva

2

Le

3

Ma kinitx meħtieġa kura tas-saħħa

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

UN2a

Ma stajtx taffordja eżami jew trattament mediku f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

3

Ma kienx hemm bżonn

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

UN2b

Ma stajtx taffordja eżami jew trattament dentali f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

3

Ma kienx hemm bżonn

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

UN2c

Ma stajtx taffordja mediċini preskritti f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

3

Ma kienx hemm bżonn

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

UN2d

Ma stajtx taffordja kura tas-saħħa mentali (minn psikologu jew psikjatra pereżempju) f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

3

Ma kienx hemm bżonn

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Fatturi li jiddeterminaw is-saħħa

Il-piż u t-tul

BM1

It-tul mingħajr iż-żarbun

Numru f’ċm

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

BM2

Il-piż mingħajr il-ħwejjeġ u ż-żarbun

Numru f’kg

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

L-attività/eżerċizzju fiżika/u

PE1

Sforz fiżiku tad-dmirijiet tiegħek(inklużi attivitajiet ta’ xogħol imħallsa kif ukoll mhux imħallsa)

1

L-aktar bil-qiegħda jew bil-wieqfa

2

L-aktar mixi jew kompiti ta’ sforz fiżiku moderat

3

L-aktar xogħol tqil jew fiżikament eżiġenti

4

Ma jitwettqu l-ebda dmirijiet

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PE2

L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika fejn timxi għal mill-inqas 10 minuti kontinwament biex tasal jew tmur x’imkien

l-għadd ta’ ġranet 1 – 7

0

Jiena qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PE3

Il-ħin li tqatta’ timxi biex tasal jew tmur x’imkien f’ġurnata tipika

1

10 – 29 minuti/a kuljum

2

30 – 59 minuta kuljum

3

Bejn siegħa u inqas minn sagħtejn kuljum

4

Bejn sagħtejn u anqas minn 3 sigħat kuljum

5

3 sigħat jew aktar kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk PE2 ≠ 0

PE4

L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika fejn tuża r-rota għal mill-inqas 10 minuti kontinwament biex tasal jew tmur x’imkien

l-għadd ta’ ġranet 1 – 7

0

Jiena qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PE5

Il-ħin li tqatta’ fuq ir-rota biex tasal jew tmur x’imkien f’ġurnata tipika

1

10 – 29 minuti/a kuljum

2

30 – 59 minuta kuljum

3

Bejn siegħa u inqas minn sagħtejn kuljum

4

Bejn sagħtejn u anqas minn 3 sigħat kuljum

5

3 sigħat jew aktar kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk PE4 ≠ 0

PE6

L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika meta tagħmel attivitajiet sportivi, tal-fitness jew attivitajiet fiżiċi rikreattivi (għall-gost) għal mill-inqas 10 minuti kontinwament li jikkawżaw mill-inqas żieda żgħira fir-rata tan-nifs jew tat-taħbit tal-qalb

l-għadd ta’ ġranet 1 – 7

0

Jiena qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PE7

Il-ħin li tqatta’ tagħmel attivitajiet sportivi, tal-fitness, jew attivitajiet fiżiċi rikreattivi (għall-gost) f’ġimgħa tipika

SSMM (sigħat/minuti)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk PE6 ≠ 0

PE8

L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika fejn tagħmel attivitajiet li jsaħħu l-muskoli

l-għadd ta’ ġranet 1 – 7

0

Jiena qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Il-konsum ta’ frott u ħaxix

FV1

Kemm il-darba tiekol frott, eskluż meraq ta’ frott magħsur

1

Darba jew aktar kuljum

2

bejn 4 u 6 darbiet fil-ġimgħa

3

bejn darba u 3 darbiet fil-ġimgħa

4

Inqas minn darba fil-ġimgħa

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

FV2

L-għadd ta’ porzjonijiet ta’ frott kull ġurnata, eskluż meraq ta’ frott magħsur

Numru 1 – 99

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk FV1 = 1

FV3

Kemm il-darba tiekol ħaxix jew insalata, esklużi meraq ta’ frott magħsur u patata

1

Darba jew aktar kuljum

2

bejn 4 u 6 darbiet fil-ġimgħa

3

bejn darba u 3 darbiet fil-ġimgħa

4

Inqas minn darba fil-ġimgħa

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

FV4

L-għadd ta’ porzjonijiet ta’ ħxejjex jew insalata kull ġurnata, esklużi meraq ta’ frott magħsur u patata

Numru 1 – 99

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk FV3 = 1

It-tipjip

SK1

It-tip ta’ mġieba fir-rigward tat-tipjip

1

Tpejjep kuljum

2

Tpejjep okkażjonalment

3

Ma tpejjipx

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

SK2

It-tip ta’ prodott tat-tabakk ikkunsmat

1

Sigaretti (manifatturati u/jew mibruma bl-idejn)

2

Sigarri

3

Tabakk tal-pipa

4

Oħrajn

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk SK1 = 1 jew 2

SK3

L-għadd medju ta’ sigaretti kuljum

Numru 1 – 99

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk SK1 = 1 u

SK2 = 1

SK4

Kemm il-darba tkun espost għad-duħħan tat-tabakk fuq ġewwa

1

Qatt jew kważi qatt

2

Inqas minn 1 siegħa kuljum

3

Siegħa jew aktar kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Il-konsum tal-alkoħol

AL1

Il-frekwenza tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku ta’ kull tip (birra, inbid, ċidru, spirti, cocktails, pretaħlitiet, likwori, alkoħol magħmul id-dar…) f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Kuljum jew kważi

2

5 – 6 ijiem fil-ġimgħa

3

3 – 4 ijiem fil-ġimgħa

4

Jum - jumejn fil-ġimgħa

5

Jumejn - 3 ijiem f’xahar

6

Darba fix-xahar

7

Anqas minn darba fix-xahar

8

Mhux f’dawn l-aħħar 12-il xahar, għaliex jien m’għadnix nixrob alkoħol

9

Qatt, jew ftit belgħat biss jew ippruvajt biss, f’ħajti kollha

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AL2

Il-frekwenza tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku bejn it-Tnejn u l-Ħamis

1

F’dawk l–4 ijiem kollha

2

Fi 3 ijiem minn dawk l–4

3

F’jumejn minn dawk l–4

4

F’jum minn dawk l–4

5

Fl-ebda jum minn dawk l–4 ijiem

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk AL1 = 1, 2, 3 jew 4

AL3

Il-medja tal-għadd ta’ drinks alkoħoliċi (standard) f’jum wieħed (mit-Tnejn sal-Ħamis)

1

16-il drink jew aktar kuljum

2

10 – 15-il drink kuljum

3

6 – 9 drinks kuljum

4

4 – 5 drinks kuljum

5

3 drinks kuljum

6

Żewġ drinks kuljum

7

Drink wieħed kuljum

8

l-ebda drink

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk (AL1 = 1, 2, 3 jew 4) u (AL2 = 1, 2, 3 jew 4)

AL4

Il-frekwenza tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd

1

F’dawk it-3 ijiem kollha

2

F’jumejn minn dawk it-3

3

F’jum minn dawk it-3

4

Fl-ebda jum minn dawk it-3 ijiem

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk AL1 = 1, 2, 3 jew 4

AL5

Il-medja tal-għadd ta’ drinks alkoħoliċi (standard) f’jum wieħed (mill-Ġimgħa sal-Ħadd)

1

16-il drink jew aktar kuljum

2

10 – 15-il drink kuljum

3

6 – 9 drinks kuljum

4

4 – 5 drinks kuljum

5

3 drinks kuljum

6

Żewġ drinks kuljum

7

Drink wieħed kuljum

8

L-ebda drink

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk (AL1 = 1, 2, 3 jew 4) u (AL4 = 1, 2 jew 3)

AL6

Il-frekwenza ta’ drabi fejn xrobt ħafna alkoħol f’jum wieħed (ekwivalenti għal 60 g ta’ etanol pur jew aktar) matul l-aħħar 12-il xahar

1

Kuljum jew kważi

2

5 – 6 ijiem fil-ġimgħa

3

3 – 4 ijiem fil-ġimgħa

4

Jum jew jumejn fil-ġimgħa

5

2 – 3 ijiem f’xahar

6

Darba fix-xahar

7

Anqas minn darba fix-xahar

8

Mhux f’dawn l-aħħar 12-il xahar

9

Qatt f’ħajti kollha

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk AL1 = 1, 2, 3, 4, 5, 6 jew 7

Appoġġ soċjali

SS1

Kemm hemm nies qrib tiegħi li nista’ nserraħ fuqhom f’każ ta’ problemi personali serji

1

Xejn

2

1 jew 2

3

Bejn 3 u 5

4

6 jew aktar

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

SS2

Il-grad ta’ tħassib muri minn nies oħra rigward dak li l-persuna qed tagħmel

1

Ħafna tħassib u interess

2

Xi tħassib u interess

3

Inċert

4

Ftit tħassib u interess

5

L-ebda tħassib u interess

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

SS3

Kemm huwa faċli li ssib għajnuna prattika mill-ġirien f’każ ta’ bżonn

1

Faċli ħafna

2

Faċli

3

Possibbli

4

Diffiċli

5

Diffiċli ħafna

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Il-forniment ta’ kura informali jew assistenza

IC1

Il-forniment ta’ kura jew għajnuna lil xi persuna jew aktar persuni li jbatu minn xi problema marbuta mal-età, kundizzjoni tas-saħħa jew infermità kronika, mill-inqas darba fil-ġimgħa

(attivitajiet professjonali esklużi)

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

IC2

Ir-relazzjoni prevalenti tal-persuna(i) li tbati/jbatu minn kwalunkwe kundizzjoni jew infermità kronika jew minħabba l-età anzjana li qed tingħata kura jew għajnuna mill-inqas darba fil-ġimgħa mir-rispondent

1

Membru(i) tal-familja tar-rispondent

2

Mhux membru(i) tal-familja tar-rispondent

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk IC1 = 1

IC3

L-għadd ta’ sigħat fil-ġimgħa li fihom ir-rispondent jipprovdi kura jew għajnuna lill-persuna(i) li jbati/u minn kwalunkwe kundizzjoni jew infermità kronika jew kaġun tal-età anzjana

1

Inqas minn 10 sigħat fil-ġimgħa

2

Mill-inqas 10 sigħat iżda inqas minn 20 siegħa fil-ġimgħa

3

20 siegħa fil-ġimgħa jew aktar

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk IC1 = 1


ANNESS II

Id-daqs tal-kampjuni finali li jridu jinkisbu

 

Persuni minn 15-il sena ’l fuq jew aktar li jridu jiġu intervistati

L-Istati Membri tal-UE

il-Belġju

6 500

il-Bulgarija

5 920

ir-Repubblika Ċeka

6 510

id-Danimarka

5 350

il-Ġermanja

15 260

l-Estonja

4 270

l-Irlanda

5 057

il-Greċja

6 667

Spanja

11 620

Franza

13 110

l-Italja

13 180

Ċipru

4 095

il-Latvja

4 555

il-Litwanja

4 850

il-Lussemburgu

4 000

l-Ungerija

6 410

Malta

3 975

il-Pajjiżi l-Baxxi

7 515

l-Awstrija

6 050

il-Polonja

10 690

il-Portugall

6 515

ir-Rumanija

8 420

is-Slovenja

4 486

is-Slovakkja

5 370

il-Finlandja

5 330

l-Isvezja

6 200

ir-Renju Unit

13 085

it-Total tal-Istati Membri tal-UE

194 990

l-Isvizzera

5 900

l-Islanda

3 940

in-Norveġja

5 170

it-Total li jinkludi l-Isvizzera, l-Islanda u n-Norveġja

210 000


ANNESS III

It-territorji nazzjonali li huma esklużi mill-istħarriġ

Pajjiż

Territorji nazzjonali

Franza

Id-dipartimenti u t-territorji Franċiżi mhux kontinentali

Ċipru

Iż-żona li mhix ikkontrollata mill-gvern

il-Pajjiżi l-Baxxi

Il-Gżejjer tal-Karibew (Bonaire, St. Eustatius u Saba), il-Gżejjer Frisian tal-Punent ħlief Texel

l-Irlanda

Il-gżejjer kollha ħlief Achill, Bull, Cruit, Gorumna, Inishnee, Lettermore, Lettermullan u Valentia

ir-Renju Unit

L-Iskozja mit-tramuntana tal-Kanal ta’ Caledonia, il-Gżejjer Scilly