5.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 105/2013

tal-4 ta’ Frar 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 fir-rigward ta’ isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Taminco N.V. ressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla f’isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 (2) rigward l-awtorizzazzjoni għal 10 snin tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina, li huwa parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”.

(2)

L-applikant iddikjara li huwa bidel il-forma legali tiegħu f’kumpanija privata b’responsabbiltà limitata b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2012. L-applikant ressaq dejta rilevanti li tappoġġa t-talba tiegħu.

(3)

Il-bidla proposta fit-termini tal-awtorizzazzjoni għandha natura purament amministrattiva u ma tinvolvix valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa b’din l-applikazzjoni.

(4)

Sabiex l-applikant ikun jista’ jisfrutta d-drittijiet tiegħu tal-kummerċjalizzazzjoni taħt l-isem ta’ Taminco BVBA, hemm bżonn li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emenda li dan ir-Regolament għamel lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011, huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 il-kelmiet “Taminco N.V.” jinbidlu bil-kelmiet “Taminco BVBA”.

Artikolu 2

Il-ħażniet eżistenti tal-addittiv li huma konformi mad-dispożizzjonijiet li japplikaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 102, 16.4.2011, p. 6.