|
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 102/2013
tal-4 ta’ Frar 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-annotazzjoni għall-Istati Uniti fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni ta’ annimali ungulati ħajjin fl-Unjoni, il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “POR-X” u l-protokolli għall-ittestjar għall-istomatite vesikulari
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-tranżitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 3(1), l-ewwel subpragrafu tal-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(e), l-Artikolu 9(d), u l-Artikolu 13(1)(e) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2004/68/KE tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-tranżitu fl-Unjoni ta’ ċerti annimali ungulati ħajjin. Hija tistipula li dispożizzjonijiet speċifiċi, inklużi mudelli ta’ ċertifikati veterinarji, jistgħu jiġu stabbiliti għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ annimali ungulati ħajjin tal-ispeċi elenkati fl-Anness I tiegħu minn pajjiżi terzi awtorizzati. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (2) jistipula, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali bid-difer mifruq ħajjin tal-ispeċi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2004/68/KE. L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, li minnhom jistgħu jiġu introdotti dawk il-kunsinni fl-Unjoni. Dan jipprovdi wkoll mudelli taċ-ċertifikati veterinarji li jakkumpanjaw dawk il-kunsinni. |
|
(3) |
Bħalissa, l-ungulati jistgħu jiġu importati biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew fil-każ ta’ partijiet reġjonalizzati ta’ pajjiżi terzi, li huma ħielsa mill-istomatite vesikulari għal mill-inqas sitt xhur qabel id-dispaċċ tal-annimali. |
|
(4) |
L-Istati Uniti talbu li jkunu awtorizzati għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħnieżer ħajjin għat-tgħammir u l-produzzjoni. |
|
(5) |
Tifqigħat tal-istomatite vesikulari ġew notifikati mill-Istati Uniti. Madankollu, dawn it-tifqigħat huma sporadiċi u limitati għal ċerti żoni. Ir-riskju tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-istomatite vesikulari permezz tal-importazzjoni ta’ ħnieżer ħajjin minn dak il-pajjiż terz huwa negliġibbli, jekk il-miżuri ta’ bijosigurtà li huma deskritti fil-Kapitolu 8.15.6. tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) jiġu applikati, li jinkludu l-kwarantina tal-ħnieżer matul iż-żmien ta’ residenza ta’ qabel l-esportazzjoni fi stabbilimenti ħielsa mill-marda, il-protezzjoni ta’ vettur matul il-kwarantina ta’ qabel l-esportazzjoni u t-trasport għall-post tat-tagħbija u l-ittestjar tal-annimali kollha li jiġu esportati. |
|
(6) |
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha għalhekk tiġi emendata biex iżżid l-Istati Uniti mal-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom minn fejn kunsinni ta’ annimali ungulati ħajjin jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni li jindikaw il-garanziji xierqa fir-rigward tal-ittestjar għall-istomatite vesikulari. L-implimentazzjoni ta’ dawk il-garanziji għandhom jiġu kkonfermati fiċ-ċertifikat veterinarju għall-ħnieżer ħajjin għat-tgħammir u l-produzzjoni li jakkumpanja l-annimali fiż-żmien tal-introduzzjoni fl-Unjoni. |
|
(7) |
Iċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-importazzjoni ta’ annimali porċini domestiċi ħajjin, “POR-X”, stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, għandu għalhekk jiġi emendat kif inhu xieraq biex ikunu introdotti l-kondizzjonijiet għar-residenza u l-kwarantina ta’ qabel l-esportazzjoni kif ukoll ir-rekwiżiti tat-test tal-laboratorju. |
|
(8) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistipula li fejn it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar ikunu meħtieġa permezz ta’ ċertifikati veterinarji stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, dawn għandhom isiru skont il-protokolli għall-istandardizzazzjoni ta’ materjali u proċeduri għall-ittestjar stabbilit fil-Parti 6 ta’ dan l-Anness. Huwa għalhekk meħtieġ illi tiġi emendata l-Parti 6 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 sabiex jiżdiedu l-protokoll rilevanti u l-proċedura tal-ittestjar tal-istomatite vesikulari. It-test għandu jitwettaq u jiġi interpretat skont il-protokolli għat-testijiet seroloġiċi għall-istomatite vesikulari stipulata għall-kummerċ internazzjonali fil-Kapitolu 2.1.19 tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-OIE. |
|
(9) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Parti 1, tiżdied l-entrata li ġejja għall-Istati Uniti:
|
|
(2) |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
Fil-Parti 6, jiżdied il-punt li ġej: “ It-test tan-newtralizzazzjoni tal-vajrus (VN) għandu jsir skont il-protokolli għall-ittestjar għall-istomatite vesikulari stabbiliti fil-Kapitolu 2.1.19 tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-OIE. Is-sera li tipprevjeni l-effett ċitopatiku (CPE) b’dilwiz’zjonijiet ta’ 1 fi 32 jew aktar għandha tiġi kkunsidrata li fiha l-antikorpi għall-vajrus tal-istomatite vesikulari tal-ħnieżer.” |