2.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 94/2013

tal-1 ta’ Frar 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 162/2011 fir-rigward taċ-ċentri tal-intervent għar-ross fi Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 162/2011 tal-21 ta’ Frar 2011 li jiddetermina ċ-ċentri tal-intervent għar-ross (2) jistipula, fl-Anness tiegħu, iċ-ċentri tal-intervent għar-ross.

(2)

B’konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 55 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3), Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni l-lista emendata taċ-ċentri tal-intervent għar-ross tagħha, kif ukoll il-lista tal-postijiet tal-ħżin (4) ta’ dawn iċ-ċentri li kienu ġew approvati bħala konformi mal-istandards minimi meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 162/2011 jiġi emendat skont dan, u li tiġi ppubblikata fuq l-Internet il-lista tal-postijiet tal-ħżin tagħhom bl-informazzjoni neċessarja kollha meħtieġa mill-operaturi kkonċernati mill-intervent pubbliku.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 162/2011 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 47, 22.2.2011, p. 11.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.

(4)  L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri tal-intervent huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet EUROPA/agriculture de la Commission européenne http://ec.europa.eu/agriculture/cereals/legislation/index_en.htm


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 162/2011, it-Taqsima intitolata “SPANJA” qed tinbidel b’dan li ġej:

“SPANJA

 

Andalucía

 

Aragón

 

Castilla y León

 

Castilla-La Mancha

 

Extremadura

 

Navarra”