|
29.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 79/2013
tat-28 ta’ Jannar 2013
li jagħmel l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġina fl-Arġentina u l-Indoneżja suġġett għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(4) u 14(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni Ewropea (‘il-Kummissjoni’) ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (‘avviż ta’ tnedija’), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina fl-Arġentina u l-Indoneżja (‘il-pajjiżi kkonċernati’) wara lment imressaq fis-17 ta’ Lulju 2012 mill-European Biodiesel Board (‘l-ilmentatur’) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-biodiżil. |
A. PRODOTT IKKONĊERNAT
|
(2) |
Il-prodott ikkonċernat minn din ir-reġistrazzjoni huwa l-istess bħal dak definit fin-notifika ta’ bidu, jiġifieri esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika miksuba b’sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, f’forma pura jew kif inklużi f’taħlita, li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 1516 20 98 , ex 1518 00 91 , ex 1518 00 95 , ex 1518 00 99 , ex 2710 19 43 , ex 2710 19 46 , ex 2710 19 47 , 2710 20 11 , 2710 20 15 , 2710 20 17 , ex 3824 90 97 , 3826 00 10 u ex 3826 00 90 , u li joriġinaw fl-Arġentina u l-Indoneżja. |
B. TALBA
|
(3) |
Wara l-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ bidu, f’Settembru 2012 il-kwerelant talab li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikunu suġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku hekk li l-miżuri jkunu jistgħu jiġu applikati, sussegwentement, fuq dawk l-importazzjonijiet mid-dejta ta’ dik ir-reġistrazzjoni. |
C. RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI
|
(4) |
Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, titlob lill-awtoritajiet tad-dwana jieħdu l-passi meħtieġa għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, hekk li l-miżuri jkunu jistgħu jiġu applikati, sussegwentement, fuq dawk l-importazzjonijiet mid-dejta ta’ dik ir-reġistrazzjoni. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru suġġetti għar-reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din. |
|
(5) |
Il-kwerelant stqarr li r-reġistrazzjoni tkun ġustifikata billi l-prodott ikkonċernat kien l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata miż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping f’medda ta’ żmien relattivament qasira. |
|
(6) |
Fir-rigward tad-dumping il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kkonċernati huma l-oġġett ta’ dumping. Fl-ilment anti-dumping u t-talba għar-reġistrazzjoni, l-evidenza rigward il-prezzijiet ta’ esportazzjoni għaż-żewġ pajjiżi, fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat, ikopri l-perjodu minn April 2011 sa Marzu 2012. L-evidenza rigward il-valur normali, li tinsab fl-ilment anti-dumping u t-talba għar-reġistrazzjoni, tikkonsisti għall-pajjiżi kollha bi prezzijiet domestiċi. Il-kwerelant ipprovda wkoll valur normali kostrutt ibbażat fuq l-ispiża totali tal-produzzjoni flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi u għall-profitti. Tabilħaqq ġie argumentat li t-taxxi tal-esportazzjoni fuq iż-żejt tas-soya jew iż-żejt tal-palm, fl-Arġentina u l-Indoneżja rispettivament, ifixxklu s-suq domestiku billi jbaxxu il-prezzijiet tal-materja prima. Fuq kollox, u meta jitqies l-estent tal-marġini ta’ dumping allegat, din l-evidenza tipprovdi biżżejjed appoġġ f’dan l-istadju li l-esportaturi meqjusa jeżerċitaw id-dumping. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-ħsara, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li l-prattiki ta’ dumping tal-esportaturi qed joħolqu ħsara materjali. Din l-evidenza fiha dejta dettaljata, li tinsab fl-ilment anti-dumping u t-talba għar-reġistrazzjoni u appoġġjati minn tagħrif minn sorsi oħrajn, li jikkonċernaw il-fatturi ewlenin ta’ ħsara stabbiliti fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni għandha wkoll għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie, fl-ilment anti-dumping u t-talba għar-reġistrazzjoni u appoġġjata minn tagħrif minn sorsi oħrajn, li l-importaturi kienu jafu, jew misshom kienu jafu, li l-esportaturi jeżerċitaw dumping dannuż jew li x’aktarx ikun dannuż għall-industrija tal-Unjoni. Bosta artikli fl-istampa speċjalizzata matul żmien estiż issuġġerew li l-industrija tal-Unjoni setgħet kienet iġġarrab ħsara minħabba importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-Arġentina u l-Indoneżja. Fl-aħħar nett, meta jitqies l-estent tad-dumping li jista’ jkun qed jiġri, ikun raġjonevoli li jiġi konkluż li l-importaturi jkunu jafu, jew imisshom ikunu jafu, bis-sitwazzjoni. |
|
(9) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li ħsara bħal din qiegħda ssir jew issir minn importazzjonijiet iddampjati fi kwantità fi żmien relattivament qasir li fid-dawl taż-żmien u l-volum tal-importazzjonijiet iddampjati u ċirkostanzi oħrajn (bħal ħolqien malajr ta’ inventarji) x’aktarx li jimmina serjament l-effett ta’ rimedju ta’ kwalunkwe dazji definittivi anti-dumping, sakemm dawn id-dazji ma jiġux applikati retroattivament. Il-livell tal-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina u l-Indoneżja jilħaq il-quċċata matul ir-Rebbiegћa u s-Sajf billi, minħabba il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tiegħu, l-użu ta’ dawn il-prodotti huwa limitat meta t-temperaturi jkunu baxxi. Minħabba l-bidu tal-proċedura kurrenti, huwa probabbli li l-produtturi li jesportaw se jinnegozjaw kuntratti mal-importaturi għall-bejgħ tal-UE ta’ żieda fil-volumi ta’ biodiżil qabel l-adozzjoni tal-miżuri provviżorji, jekk hemm, u l-inventarji se jinbnew malajr minn importaturi. Il-perjodu qabel l-inizjazzjoni wkoll ura żieda qawwija ta’ importazzjonijiet. |
D. PROĊEDURA
|
(10) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-talba tal-kwerelant kien fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat suġġetti għar-reġistrazzjoni, b’konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(11) |
Il-partijiet kollha interessati huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, sakemm jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn dawn għandhom jinstemgħu. |
E. REĠISTRAZZJONI
|
(12) |
Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għandhom isiru suġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex jiġi żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f’sejbiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, dawk id-dazji, ikunu jistgħu, jekk il-kundizzjonijiet neċessarji jiġu sodisfatti, jiġu intaxxati retroattivament skont id-dispożizzjonijiet legali applikabbli. |
|
(13) |
Kull responsabilità għall-ġejjieni tiġi mis-sejbiet tal-investigazzjoni anti-dumping. L-allegazzjonijiet fl-ilment li jitlob il-bidu ta’ investigazzjoni jsemmi marġini tad-dumping li jvarjaw bejn 18 u 29 % għall-Indoneżja, bejn 40 u 50 % għall-Arġentina, u l-marġini ta’ inġurja bejn 28,5 u 29,5 % għall-Arġentina u bejn 35,5 u 37,5 % għall-Indoneżja. |
|
(14) |
Biex ir-reġistrazzjoni tkun biżżejjed effettiva fid-dawl ta’ ġbir retroattiv eventwali ta’ dazju ta’ anti-dumping, il-persuna li tiddikjara għandha tindika fuq id-dikjarazzjoni tad-dwana l-proporzjon fit-taħlit, bil-piż, tal-kontenut totali ta’ esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmija u ta’ nafta paraffinika miksuba b’sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili (kontenut ta’ bijodiżil). |
F. L-IPPROĊESSAR TA’ DEJTA PERSONALI
|
(15) |
Ta’ min wieħed jinnota li kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-awtoritajiet doganali huma hawnhekk ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, biex jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’oriġini mhux mill-fossili, f’forma pura jew kif inklużi f’taħlita, li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516 20 98 21, 1516 20 98 29 u 30) 1516 20 98 , ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518 00 91 21, 1518 00 91 29 u 1518 00 91 30), ex 1518 00 95 (kodiċi TARIC 1518 00 95 10), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518 00 99 21, 1518 00 99 29 u 1518 00 99 30), ex 2710 19 43 (Kodiċi TARIC 2710 19 43 21, 2710 19 43 29 u 2710 19 43 30), ex 2710 19 46 (Kodiċi TARIC 2710 19 46 21, 2710 19 46 29 u 2710 19 46 30), ex 2710 19 47 (Kodiċi TARIC 2710 19 47 21, 2710 19 47 29 u 2710 19 47 30), 2710 20 11 , 2710 20 15 , 2710 20 17 , ex 3824 90 97 (kodiċi TARIC 3824 90 97 01, 3824 90 97 03 u 3824 90 97 04), 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (kodiċijiet TARIC 3826 00 90 11, 3826 00 90 19 u 3826 00 90 30), u li joriġinaw fl-Arġentina u l-Indoneżja. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-dejta tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Il-persuna li tiddikjara għandha tindika fuq id-dikjarazzjoni tad-dwana l-proporzjon fit-taħlita, bil-piż, tal-kontenut totali ta’ esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmija u ta’ nafta paraffinika miksuba b’sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili (kontenut ta’ bijodiżil).
2. Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub, jipprovdu evidenza ta’ sostenn jew jitolbu li jinstemgħu fi żmien 20 jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 373, 22.12.2009, p. 51.