|
25.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 64/2013
tal-24 ta’ Jannar 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa tad-WTO għall-ġobon u l-butir tan-New Zealand
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148(c), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-Taqsima 1 tal-Kapitolu III tat-Titolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (2), jistabbilixxi r-regoli dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tal-importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness III.B ta’ dak ir-Regolament. Dawk ir-regoli jipprovdu għall-ħruġ ta’ liċenzja tal-importazzjoni meta jiġi ppreżentat ċertifikat ta’ arranġament ta’ sorveljanza minn ġewwa korrispondenti (IMA 1). |
|
(2) |
L-esperjenza fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa għall-ġobon tan-New Zealand (in-numri tal-kwota 09.4514 u 09.4515) tat prova li amministrazzjoni daqstant effiċjenti ta’ dawk il-kwoti tista’ tintlaħaq ukoll permezz ta’ sistema li tinvolvi anqas piż amministrattiv għall-importaturi u għall-korpi tal-ħruġ tal-liċenzji tal-Istati Membri. Skont dik is-sistema l-funzjonijiet taċ-ċertifikat l-IMA1 għall-prova tal-oriġni u għall-eliġibilità tal-oġġetti waqt l-importazzjoni huma miżmuma iżda l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni m’għadux soġġett għall-preżentazzjoni ta’ dak iċ-ċertifikat. Għalhekk jixraq li dawk il-kwoti jiġu sottomessi għar-regoli tal-Kapitolu I tat-Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001. |
|
(3) |
Bil-għan li tiġi evitata l-ispekulazzjoni filwaqt li tiġi żgurata l-utilizzazzjoni massima tal-kwoti tat-tariffa għall-ġobon tan-New Zealand, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom ikunu limitati għal 25 % tal-kwota rilevanti disponibbli. |
|
(4) |
Meta titqies l-istaġonalità fuq il-produzzjoni tal-ħalib fin-New Zealand, l-evoluzzjoni tal-prezzijiet u ż-żmien meħtieġ biex il-prodotti kkonċernati jinġarru lejn l-Unjoni, huwa xieraq li jkun hemm it-tielet rawnd ta’ allokazzjoni ta’ liċenzji tal-importazzjoni f”Settembru għall-kwoti msemmija fil-Parti K tal-Anness I u fil-Parti A tal-Anness III. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Sabiex jingħata żmien biżżejjed biex l-applikanti, l-awtoritajiet kompetenti u lill-Istati Membri jikkonformaw mar-regoli l-ġodda, huwa xieraq li dawk ir-regoli japplikaw mis-sena tal-kwota 2014. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 5, jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej: “L-Anness I jistipula l-kwoti tat-tariffa, id-dazji li għandhom jiġu applikati, il-kwantitajiet massimi li għandhom jiġu importati kull sena, il-perjodi tal-kwoti tat-tariffa tal-importazzjoni u t-tqassim tagħhom f’subperjodi.” |
|
(3) |
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 13 jinbidel b’dan li ġej: “2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom ikunu għal tal-anqas 10 tunnellati u għal mhux aktar mill-kwantità disponibbli fl-ambitu tal-kwota tas-subperjodu kif imsemmi fl-Artikolu 6. Madankollu, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom ikunu:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 14, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej: “1a. Għall-kwoti msemmija fil-Parti K tal-Anness I, l-applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu jiġu ddepożitati biss:
|
|
(5) |
Fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Għall-kwoti msemmija fil-Parti K tal-Anness I, ir-rata tad-dazju mnaqqsa għandha tkun applikata fuq:
|
|
(6) |
Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 34 jinbidel b’dan li ġej: “4. L-Anness III.A jistipula l-kwoti tat-tariffa, id-dazji li għandhom jiġu applikati, il-kwantitajiet massimi li għandhom jiġu importati kull sena, il-perjodi tal-kwoti tat-tariffa tal-importazzjoni u t-tqassim tagħhom f’subperjodi.” |
|
(7) |
L-Artikolu 34a jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 34a 1. Il-kwoti għandhom jiġu mqassma f’żewġ partijiet kif imsemmija fl-Anness III.A:
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni jistgħu jiġu ddepożitati biss:
3. Biex ikunu ammissibbli, l-applikazzjoniet għal-liċenzji tal-importazzjoni jistgħu jkopru, għal kull applikant:
4. L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni jistgħu jiġu ddepożitati biss fl-Istat Membru fejn ingħatat l-approvazzjoni skont l-Artikolu 7, u għandu jkollhom in-numru tal-approvazzjoni tal-importatur. 5. Il-provi msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom jingħataw skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. Dawn il-provi għandhom ikunu sottomessi fil-ħin li jiġu ddepożitati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u għandhom ikunu validi għas-sena tal-kwota rilevanti.” |
|
(8) |
Fl-Anness I, tiżdied il-Parti K ġdida, li t-test tagħha huwa stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Il-Parti A tal-Anness III tinbidel bit-test li jidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Fil-Parti B tal-Anness III, jitħassru l-entrati li jikkonċernaw in-numri tal-kwota 09.4514 u 09.4515. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-sena tal-kwota li tibda mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
“I.K
KWOTI TAT-TARIFFA SKONT IL-FTEHIMIET GATT/WTO SPEĊIFIKATI SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI: IN-NEW ZEALAND
|
Numru tal-kwota |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Pajjiż tal-oriġini |
Kwota annwali mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru (f’tunnellati) |
Kwantità mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju (f’tunnellati) |
Kwantità mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru (f’tunnellati) |
Kwantità mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru (f’tunnellati) |
Dazju tal-importazzjoni (EUR/100 kg piż nett) |
|
09.4515 |
0406 90 01 |
Ġobon għall-ipproċessar (1) |
In-New Zealand |
4 000 |
4 000 |
— |
— |
17,06 |
|
09.4514 |
ex 0406 90 21 |
Ġobniet taċ-Cheddar sħaħ (tal-forma konvenzjonali ċatta ċilindrika ta’ piż nett ta’ mhux inqas minn 33 kg iżda mhux iktar minn 44 kg u ġobniet fi blokok kubiċi jew f’forma ġeometrika magħmula minn sitt parallelogrammi (parallelepiped), ta’ piż nett ta’ 10 kg jew iktar) ta’ kontenut ta’ xaħam ta’ 50 % jew iktar tal-piż fil-materjal niexef, immaturat għal mill-inqas tliet xhur |
In-New Zealand |
7 000 |
7 000 |
— |
— |
17,06 |
(1) L-utilizzazzjoni għal dan l-iskop partikolari se tkun sorveljata permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni stabbiliti dwar is-suġġett. Il-ġobniet konċernati huma kkunsidrati bħala proċessati meta dawn ikunu ġew ipproċessati fi prodotti li jaqgħu taħt is-subintestatura 040630 tan-Nomenklatura Magħquda. L-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 japplikaw.”
ANNESS II
“ΙII.A
KWOTA TAT-TARIFFA SKONT IL-FTEHIMIET GATT/WTO SPEĊIFIKATI SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI: BUTIR TAN-NEW ZEALAND
|
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Pajjiż tal-oriġini |
Kwota annwali mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru (f’tunnellati) |
Kwantità mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju (f’tunnellati) |
Kwantità mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru (f’tunnellati) |
Kwantità mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru (f’tunnellati) |
Dazju tal-importazzjoni (EUR/100 kg piż nett) |
|
ex 0405 10 11 ex 0405 10 19 |
Butir, li għandu mill-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85 % immanifatturat diretattament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess uniku, awtonomu u mingħajr interruzzjoni |
In-New Zealand |
74 693 |
Kwota 09.4195 Parti A: 20 540,5 |
Kwota 09.4195 Parti A: 20 540,5 |
Kwota 09.4195 Parti A: — |
70,00 ” |
|
ex 0405 10 30 |
Butir, li għandu mill-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85 %, immanifatturat direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess fi proċess uniku, awtonomu u mingħajr interruzzjoni, li jista’ jinvolvi li l-krema tgħaddi minn stadju li fih, ix-xaħam tal-butir jiġi kkonċentrat u/jew maqsum fi frazzjonijiet (il-proċessi magħrufin bħala “Ammix” u “Spreadable)” |
Kwota 09.4182 Parti B: 16 806 |
Kwota 09.4182 Parti B: 16 806 |
Kwota 09.4182 Parti B: — |