|
24.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 21/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 56/2013
tas-16 ta’ Jannar 2013
li jemenda l-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) fl-annimali. Ir-Regolament japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali u f’ċerti każijiet speċifiċi għall-esportazzjonijiet tagħhom. |
|
(2) |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-għalf lir-ruminanti bi proteina ġejja mill-annimali huwa pprojbit. L-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament jestendi din il-projbizzjoni għal annimali oħrajn li mhumiex ruminanti u jillimita din il-projbizzjoni fejn jirrigwarda t-tagħlif ta’ dawn l-annimali bi prodotti ta’ oriġini mill-annimali, b’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
|
(3) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jestendi l-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 7(1) għat-tagħlif ta’, fost affarijiet oħra, proteini pproċessati tal-annimali (PAP), lil annimali mrobbija li mhumiex ruminanti, minbarra t-tagħlif lil annimali karnivori mrobbijin għall-pil. B’deroga, u f’kundizzjonijiet speċifiċi, l-Anness IV jawtorizza t-tagħlif ta’ annimali mrobbija li mhumiex ruminanti b’ċerta proteini pproċessati tal-annimali. |
|
(4) |
L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (2) jipprojbixxi t-tagħlif ta’ annimali tal-art ta’ kull speċi, ħlief dawk l-annimali mrobbijin għall-pil, bil-proteini pproċessati ta’ annimali tal-istess speċi. Dan l-Artikolu jipprojbixxi wkoll t-tagħlif ta’ ħut imrobbi bi proteini pproċessati tal-annimali meħuda minn ħut jew partijiet tal-ġisem ta’ ħut tal-istess speċi. |
|
(5) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - It-Tieni Pjan Direzzjonali dwar it-TSE - Karta ta’ strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi li Tinxtered għall-2010-2015 (3) ġiet adottata fis-16 ta’ Lulju 2010. Din turi fil-qosor l-oqsma li fihom jista’ jsir tibdil possibbli fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar TSEs. Tenfasizza wkoll li kull reviżjoni tar-regoli dwar it-TSEs għandha tkun immotivata primarjament minn parir xjentifiku u kwistjonijiet tekniċi marbutin mal-kontroll u mal-infurzar tal-miżuri l-ġodda. |
|
(6) |
Fost affarijiet oħra din il-Komunikazzjoni tindirizza r-reviżjoni tar-regoli attwali tal-projbizzjoni tat-tagħlif stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni. Abbażi tal-kontenut ta’ żewġ opinjonijiet xjentifiċi maħruġin mill-Bord dwar il-Perikli Bijoloġiċi (BIOHAZ) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel (EFSA) fl-24 ta’ Jannar 2007 (4) u fl-17 ta’ Novembru 2007 (5) rispettivament, il-Komunikazzjoni tirrikonoxxi li l-ebda TSE ma ġiet identifikata li teżisti f’annimali li mhumiex ruminanti mrobbijin f’kundizzjonijiet naturali, u li r-riskju ta’ trażmissjoni ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) minn annimali mhux ruminanti għal annimali oħrajn mhux ruminanti huwa negliġibbli sakemm jiġi evitat ir-riċiklaġġ intra-speċi. B’konsegwenza ta’ dan, il-Komunikazzjoni tikkonkludi li t-tneħħija tal-projbizzjoni fuq l-użu ta’ proteini pproċessati tal-annimali minn annimali mhux ruminanti fl-għalf ta’ annimali mhux ruminanti tista’ tiġi kkunsidrata, iżda mingħajr it-tneħħija tal-projbizzjoni attwali dwar ir-riċiklaġġ intra-speċi u biss jekk ikun hemm disponibbli tekniki analitiċi vvalidati biex jiddeterminaw mil-liema speċi joriġinaw il-proteini pproċessati tal-annimali u jkun hemm trażmissjoni korretta ta’ proteini pproċessati tal-annimali minn speċijiet differenti. |
|
(7) |
Fid-29 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet dwar din il-Komunikazzjoni (6). Dawn il-konklużjonijiet jirrikonoxxu l-importanza fundamentali tal-projbizzjoni fuq l-użu tal-proteini pproċessati tal-annimali fl-għalf tal-annimali mrobbija fil-prevenzjoni tat-tixrid tal-BSE permezz tal-katina alimentari u b’hekk din għandha rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-inċidenza ta’ din il-marda fil-popolazzjoni bovina. Barra minn hekk, dawn il-konklużjonijiet juru l-fehma li għandu jkun prerekwiżit ta’ kull introduzzjoni possibbli mill-ġdid tal-użu ta’ proteini pproċessati tal-annimali mhux ruminanti fl-għalf ta’ speċijiet oħrajn ta’ annimali mhux ruminanti li jkun hemm disponibbli testijiet effettivi u vvalidati li jiddistingwu bejn il-proteini pproċessati tal-annimali li joriġinaw minn speċi differenti u li saret analiżi bir-reqqa tar-riskji ta’ rilassament tar-regoli għas-saħħa tal-annimali u għas-saħħa pubblika. |
|
(8) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2010, il-Bord BIOHAZ tal-EFSA adotta opinjoni xjentifika dwar ir-reviżjoni tal-istima kwantitattiva tar-riskju (QRA) tar-riskju ta’ BSE kkawżat mill-proteini pproċessati tal-annimali (PAPS) (7). Huwa kkonkluda wkoll li “abbażi tad-dejta tas-sorveljanza tal-2009 fuq il-BSE fl-Unjoni, jekk wieħed jassumi li hemm 0,1 % ta’ kontaminazzjoni (il-limitu għad-detezzjoni tal-proteini pproċessati tal-annimali fl-għalf) bi proteini pproċessati tal-annimali mhux ruminanti u skont il-mudell tal-istima kwantitattiva tar-riskju tal-proteini pproċessati tal-annimali, it-total tat-tagħbija medja stmata ta’ infettività bil-BSE li tista’ tidħol fl-għalf tal-bhejjem bovini kull sena fl-Unjoni jkun ekwivalenti għal 0,2 ta’ doża infettiva orali b’50 % għall-bhejjem bovini. Huwa kkalkolat li “dan ifisser li wieħed jistenna li jkun hemm inqas minn annimal wieħed żejjed infettat bil-BSE fis-sena fil-popolazzjoni tal-bhejjem bovini tal-Unjoni, b’ċertezza massima ta’ 95 %”. |
|
(9) |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar id-defiċit ta’ proteini fl-UE: x’soluzzjoni hemm għal problema li ilha teżisti? (8), tistieden lill-Kummissjoni tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament u lill-Kunsill li tawtorizza l-użu ta’ proteini pproċessati tal-annimali mill-intern tal-annimali għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali monogastriċi (ħnieżer u tjur), sakemm l-ingredjenti joriġinaw minn laħam li ġie approvat għall-konsum mill-bniedem, u li tiġi infurzata u kkontrollata l-projbizzjoni tar-riċiklaġġ bejn l-ispeċi u l-kannibaliżmu sfurzat. |
|
(10) |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli (TSE) u dwar kontrolli relatati tal-ikel u tal-għalf – implimentazzjoni u prospettiva (9), issostni, b’mod partikolari minħabba d-defiċit attwali ta’ proteini fl-Unjoni, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li twarrab id-dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni tat-tagħlif fil-leġislazzjoni tal-Unjoni li jipprojbixxu t-tagħlif ta’ proteini pproċessati tal-annimali lil annimali li mhumiex ruminanti, sakemm din tkun tapplika għal annimali li mhumiex erbivori, u skont ċerti kundizzjonijiet. |
|
(11) |
Din ir-riżoluzzjoni teħtieġ li l-metodi tal-produzzjoni u tal-isterilizzazzjoni użati għall-proteini pproċessati tal-annimali jikkonformaw mal-ogħla standards ta’ sikurezza u mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u li tintuża l-iżjed teknoloġija moderna u sikura. Hi teħtieġ li l-projbizzjonijiet attwali dwar ir-riċiklaġġ intra-speċi jibqgħu jseħħu, li l-mogħdijiet ta’ produzzjoni tal-proteini pproċessati tal-annimali dderivati minn speċijiet differenti jkunu separati kompletament, li s-separazzjoni ta’ dawn il-mogħdijiet ta’ produzzjoni jkunu kkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u vverifikati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, hi tiddikjara li qabel ma tiġi implimentata t-tneħħija tal-projbizzjoni fuq it-tagħlif, ikun hemm stabbilit metodu speċifiku għall-ispeċijiet għall-identifikazzjoni tal-oriġini tal-ispeċi tal-proteina fl-għalf tal-annimali li fih il-proteini pproċessati tal-annimali biex jiġu esklużi r-riċiklaġġ intra-speċi u l-preżenza ta’ proteini pproċessati tal-annimali, li l-produzzjoni ta’ proteini pproċessati tal-annimali minn materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 tkun ipprojbita u li jkun użat biss materjal tal-Kategorija 3 li hu tajjeb għall-konsum mill-bniedem fil-produzzjoni tal-proteini pproċessati tal-annimali. Din ir-riżoluzzjoni tirrifjuta l-użu ta’ proteini pproċessati tal-annimali meħuda minn ruminanti jew minn annimali li mhumiex ruminanti fl-għalf tar-ruminanti. |
|
(12) |
Fid-9 ta’ Marzu 2012, il-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Proteini tal-Annimali fil-prodotti tal-għalf (LRUE-PA) ivvalida metodu ġdid dijanjostiku bbażat fuq id-DNA li huwa kapaċi jidentifika livell baxx ħafna ta’ materjal ta’ oriġini mir-ruminanti li jista’ jkun preżenti fl-għalf (10). Dan il-metodu jista’ jintuża biex jitwettqu l-kontrolli ta’ rutina fuq il-proteini pproċessati tal-annimali u fuq l-għalf kompost li fih il-proteini pproċessati tal-annimali biex jiġi vverifikat li ma fihx proteini li joriġinaw mir-ruminanti. |
|
(13) |
Fil-preżent ma hemmx metodu dijanjostiku vvalidat li huwa kapaċi jidentifika l-preżenza ta’ materjal fl-għalf li jkun ġej mill-qżieqeż jew mit-tjur. Għal din ir-raġuni ma jkunx possibbli li tiġi kkontrollata l-implimentazzjoni korretta tal-projbizzjoni fuq ir-riċiklaġġ intra-speċi f’każ li jerġgħu jiġu awtorizzati l-użu ta’ proteini pproċessati tal-annimali ta’ oriġini mill-qżieqeż fl-għalf tat-tjur u l-użu ta’ proteini pproċessati tal-annimali ta’ oriġini mit-tjur fl-għalf tal-qżieqeż. |
|
(14) |
Il-produzzjoni tal-akkwakultura ma toħloqx tħassib rigward il-konformità mal-projbizzjoni fuq ir-riċiklaġġ intra-speċi billi r-rekwiżiti eżistenti ta’ mogħdijiet għall-użu tal-ħut mitħun fl-għalf tal-annimali tal-akkwakultura diġà wrew li huma effettivi. |
|
(15) |
Bl-eċċezzjoni tal-ħut mitħun u l-għalf kompost li fih il-ħut mitħun, li diġà huwa permess li jintużaw fit-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti, il-proteini pproċessati tal-annimali minn annimali mhux ruminanti u l-għalf li fih dawn il-proteini pproċessati tal-annimali għaldaqstant għandhom jiġu awtorizzati mill-ġdid għat-tagħlif ta’ annimali tal-akkwakultura. Għandhom japplikaw kundizzjonijiet stretti waqt il-ġbir, it-trasport u l-ipproċessar ta’ dawn il-prodotti biex ikun evitat kull riskju ta’ kontaminazzjoni minn prodott għal ieħor bil-proteina tar-ruminanti. Barra minn hekk għandhom isiru fuq bażi regolari l-kampjunar u l-analiżi tal-proteini pproċessati tal-annimali u tal-għalf kompost li fih il-proteini pproċessati tal-annimali biex ikun ivverifikat li ma hemmx kontaminazzjoni bejn prodott u ieħor bil-proteini tar-ruminanti. |
|
(16) |
Għaldaqstant, il-projbizzjoni fuq it-tagħlif ta’ annimali tal-akkwakultura bi proteini pproċessati minn annimali mhux ruminanti kif stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandha titħassar. Għall-fini taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jixraq li l-Anness IV kollu kemm hu jiġi sostitwit mill-Anness IV stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(17) |
Il-Punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jirreferi għad-definizzjonijiet ta’ oġġetti tal-għalf u prodotti sekondarji tal-annimali li mhumiex maħsubin għall-konsum mill-bniedem stipulati f’atti legali tal-Unjoni li minn dak iż-żmien ‘l hawn ġew irrevokati. Għall-fini taċ-ċarezza tal-leġislazzjoni tal-Unjoni, dawn ir-referenzi għandhom jinbidlu b’referenzi għad-definizzjonijiet rispettivi li hemm fl-atti legali li qegħdin fis-seħħ. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għalhekk għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(18) |
Billi l-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi tas-settur tat-tagħlif jeħtieġu biżżejjed żmien biex jaddattaw il-proċeduri tagħhom tal-kontroll għar-rekwiżiti mdaħħlin minn dan ir-Regolament, dan ir-Regolament ma għandux ikun japplika minnufih wara li jidħol fis-seħħ. |
|
(19) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(20) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(3) COM/2010/0384.
(4) Opinion of the Scientific Panel on Biological Hazards on a request from the European Parliament on the assessment of the health risks of feeding of ruminants with fishmeal in relation to the risk of TSE (L-opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi fuq talba mill-Parlament Ewropew dwar l-istima tal-perikli għas-saħħa tat-tagħlif ta’ annimali ruminanti bil-laħam mitħun tal-ħut b’rabta mar-riskju tat-TSE), The EFSA Journal (2007), 443, p. 1.
(5) Opinion of the Scientific Panel on Biological Hazards on a request from the European Parliament on Certain Aspects related to the Feeding of Animal Proteins to Farm Animals (L-opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi fuq talba tal-Parlament Ewropew dwar Ċerti Aspetti marbutin mat-Tagħlif tal-Proteina tal-Annimali lil Annimali Mrobbija), The EFSA Journal (2007) Nru 576, 1.
(6) http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/10/st13/st13889-ad01re01.en10.pdf
(7) Opinion of the Scientific Panel on Biological Hazards on a revision of the quantitative risk assessment (QRA) of the BSE risk posed by processed animal protein (PAPs) (Opinjoni xjentifika dwar ir-reviżjoni tal-istima kwantitattiva tar-riskju (QRA) tar-riskju ta’ BSE kkawżat mill-proteini pproċessati tal-annimali), EFSA Journal 2011;9(1):1947.
(8) Testi adottati, P7_TA(2011)0084.
(9) Testi adottati, P7_TA(2011)0328.
(10) http://eurl.craw.eu/index.php?page=24&id=10
ANNESS
L-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati kif ġej:
|
1. |
Fl-Anness I, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1." (*2) ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1." (*3) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1." |
|
2. |
L-Anness IV huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS IV IT-TAGĦLIF TAL-ANNIMALI KAPITOLU I L-estensjonijiet tal-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 7(1) Skont l-Artikolu 7(2), il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 7(1) għandha tiġi estiża għat-tagħlif:
KAPITOLU II Derogi mill-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(1) u fil-Kapitolu I Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 7(3), il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(1) u fil-Kapitolu I ma għandhomx japplikaw għat-tagħlif ta:
KAPITOLU III Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni ta’ ċerti derogi stipulati fil-Kapitolu II TAQSIMA A It-trasport ta’ materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li huma maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin
TAQSIMA B Il-produzzjoni ta’ għalf kompost maħsub għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin
TAQSIMA C L-importazzjoni ta’ materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li huma maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra annimali tal-pil Qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, l-importaturi għandhom jiżguraw li kull konsenja tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jidhru hawn taħt, li huma maħsubin għall-użu fit-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin, barra mill-annimali tal-pil, skont il-Kapitolu II ta’ dan l-Anness, tkun analizzata skont il-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stabbiliti fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 biex jiġi vverifikat li dan ma fihx kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali mhux awtorizzati:
TAQSIMA D L-użu u l-ħżin ta’ għalf li hu maħsub għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin
KAPITOLU IV Il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ derogi stipulati fil-Kapitolu II TAQSIMA A Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u l-użu ta’ ħut mitħun u għalf kompost li fih il-ħut mitħun maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-użu ta’ ħut mitħun u għalf kompost li fih il-ħut mitħun maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil:
TAQSIMA B Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-użu ta’ fosfat tad-dikalċju u fosfat tat-trikalċju ta’ oriġini mill-annimali u tal-għalf kompost li fih dawn il-fosfati maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil Id-dokument kummerċjali jew, skont ir-rilevanza, iċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanjaw il-fosfat tad-dikalċju jew il-fosfat tat-trikalċju ta’ oriġini mill-annimali, l-għalf kompost li fih dawn il-fosfati u kull imballaġġ ta’ dawn il-prodotti għandu jkun immarkat biċ-ċar bil-kliem “fih il-fosfat tad-dikalċju/trikalċju ta’ oriġini mill-annimali – m’għandux jintgħalef lir-ruminanti”. TAQSIMA C Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u l-użu ta’ prodotti tad-demm idderivati minn annimali mhux ruminanti u għalf kompost li fih dawn il-prodotti maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-użu ta’ prodotti tad-demm meħud minn annimali mhux ruminanti u ta’ għalf kompost li fih dawn il-prodotti tad-demm maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil:
TAQSIMA D Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u l-użu ta’ proteina pproċessata tal-annimali minbarra l-ħut mitħun, meħuda minn annimali mhux ruminanti, u ta’ għalf kompost li fih din il-proteina pproċessata tal-annimali maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali tal-akkwakultura Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u għall-użu ta’ proteina pproċessata tal-annimali minbarra l-ħut mitħun, meħuda minn annimali mhux ruminanti, u ta’ għalf kompost li fih din il-proteina maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali tal-akkwakultura:
TAQSIMA E Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni, għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta’ sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun, għat-tagħlif ta’ ruminanti mhux miftuma Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni, għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta’ sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun, għat-tagħlif ta’ annimali ruminanti mrobbija mhux miftuma:
KAPITOLU V Ir-rekwiżiti ġenerali TAQSIMA A Listi L-Istati Membri għandhom iżommu aġġornati u disponibbli għall-pubbliku listi ta’:
TAQSIMA B Il-ġarr ta’ materjali tat-tagħlif u ta’ għalf kompost li fihom il-prodotti dderivati mir-ruminanti
TAQSIMA C Il-produzzjoni tal-għalf kompost li jkun fih prodotti dderivati mir-ruminanti L-għalf kompost li jkun fih il-prodotti dderivati mir-ruminanti minbarra dawk elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ma għandux jiġi mmanifatturat fi stabbilimenti li jipproduċu l-għalf għall-annimali mrobbijin li mhumiex l-annimali tal-pil:
TAQSIMA D L-użu u l-ħżin fl-azjendi ta’ materjali tal-għalf u ta’ għalf kompost għall-annimali mrobbijin li fihom il-prodotti li joriġinaw mir-ruminanti L-użu u l-ħżin ta’ materjali tal-għalf u tal-għalf kompost għall-annimali mrobbijin li jkun fih il-prodotti dderivati mir-ruminanti minbarra dawk elenkati fil-punti (a), (b) u (c) għandhom ikunu projbiti fi stabbilimenti fejn jinżammu annimali mrobbijin li mhumiex annimali tal-pil:
TAQSIMA E L-esportazzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali u ta’ prodotti li fihom din il-proteina
TAQSIMA F Kontrolli uffiċjali
|
(*1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(*2) ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.
(*4) ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.
(*5) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.” ”