|
23.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 20/44 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 52/2013
tat-22 ta’ Jannar 2013
li jimmodifika l-Anness XI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna l-inbid semifrizzanti, l-inbid semifrizzanti bil-gass u most tal-għeneb konċentrat rettifikat
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u partikolarment it-tieni paragrafu, tal-Artikolu 113(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Anness XI tar-Regolament imsemmi jelenka l-kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli li jistgħu jiġu użati fl-Unjoni għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott li jikkonforma mal-kundizzjonijiet elenkati f’dak l-Anness. |
|
(2) |
Fir-rigward tal-inbid semifrizzanti u l-inbid semifrizzanti bil-gass, il-punti 8 u 9 tal-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipulaw li dawn l-inbejjed għandhom jinkisbu mill-inbid. Madankollu, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (2) fil-punti 17 u 18 tal-Anness I, jipprevedi wkoll li dawn il-prodotti jinkisbu minn prodotti oħra adattati għall-produzzjoni tal-inbid. Ir-riforma tas-settur tal-inbid li ġiet introdotta permezz tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 tal-Kunsill (3) ma kellhiex il-ħsieb li temenda l-lista tal-prodotti biex tikseb inbid semifrizzanti u nbid semifrizzanti bil-gass. Hemm għalhekk lok li jiġi previst mill-ġdid li l-inbid semifrizzanti u l-inbid semifrizzanti bil-gass ikunu jistgħu jinkisbu wkoll minn inbid ġdid li għadu fl-istadju tal-fermentazzjoni, minn most tal-għeneb jew minn most tal-għeneb parzjalment iffermentat. |
|
(3) |
Il-proċessi ġodda tal-produzzjoni tal-most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat jippermettu li jinkiseb most ikkonċentrat, rettifikat u kristallizzat. Id-definizzjoni tal-most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat imsemmija fil-punt 14 tal-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tipprevdi biss forma likwida. Jeħtieġ li d-definizzjoni tal-most tal-għeneb ikkonċentrat u rettfikat tiġi emendata sabiex tinkludi l-forma kristallizzata tiegħu. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiġi emendat. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Regolamentazzjoni stabbilit bit-tielet paragrafu tal-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 qed jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt 8a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
2. |
Il-punt 9a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
3. |
Il-punt 14 huwa sostitwit b’dan li ġej: “14. Most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat B’“most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat” nifhmu:
Qawwa alkoħolika reali tal-most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat ta’ mhux aktar minn 1 % vol. hija permessa.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.