|
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/49 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 35/2013
tat-18 ta’ Jannar 2013
li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għad-dimetomorf, l-indoksakarb, il-piraklostrobin u t-trifloksistrobin f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Għall-indoksakarb, il-piraklostrobin u t-trifloksistrobin, il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għad-dimetomorf, l-MRLs ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva dimetomorf fil-brassika bil-weraq, fl-iscarole, fil-krexxuni u fil-krexxuni tal-art, tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex jiġu modifikati l-MRLs eżistenti. |
|
(3) |
Fil-każ tal-indoksakarb, din l-applikazzjoni tressqet fil-każ tal-frawli, il-lampun, il-kaboċċa Ċiniża, il-valerjanella, l-iscarole, il-witloof, il-fażola bl-imżiewed, il-kardun, il-bużbież, ir-rabarbru u l-fażola tas-soja. Fil-każ tal-piraklostrobin, din l-applikazzjoni tressqet fil-każ tal-brassika bil-weraq, il-qamħirrum ħelu, il-qamħirrum, il-millieġ u s-sorgu. Fil-każ tat-trifloksitrobin, din l-applikazzjoni tressqet fil-każ tal-basal aħdar u l-qaqoċċ. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tressqet applikazzjoni għad-dimetomorf fuq il-brassika bil-fjuri, il-ġidra, il-ħass, il-karfus it-tewm, il-basal u xorta oħra ta' basal. L-applikant isostni li l-użu awtorizzat tad-dimetomorf fuq dawn il-prodotti tar-raba' fl-Istati Uniti u fil-Kanada jwassal għal residwi li jaqbżu l-MRLs stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u hemm bżonn ta' MRLs ogħla sabiex jiġu evitati l-ostakli kummerċjali għall-importazzjoni ta' dawn il-prodotti tar-raba'. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet kienu evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta' evalwazzjoni tressqu lill-Kummissjoni. |
|
(6) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità", evalwat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta' evalwazzjoni fejn, b'mod partikolari, eżaminat ir-riskji għall-konsumatur u fejn rilevanti għall-annimali, u tat opinjonijiet raġunati fuq l-MRLs proposti (2). Għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku. |
|
(7) |
Fl-opinjonijiet motivati tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li, rigward l-użu tad-dimetomorf fuq il-brassika bil-fjuri, id-dejta ppreżentata hija biżżejjed sabiex tistabbilixxi MRL ġdid għall-brokkoli biss. Fil-każ tal-indoksakarb fuq l-iscarole u l-fażola tas-soja, id-dejta ppreżentata ma turix bżonn li jiġi mmodifikat l-MRL eżistenti. Għall-witloof, id-dejta ppreżentata m'hijiex biżżejjed sabiex tistabbilixxi MRL ġdid. Fil-każ tal-użu tal-piraklostrobin fuq il-qamħirrum ħelu, id-dejta mressqa mhix biżżejjed biex jinħareġ MRL ġdid. |
|
(8) |
Dwar l-użu tad-dimetomorf fuq il-krexxun u l-krexxun tal-art, ma hi meħtieġa ebda modifika fl-MRLs u dan minħabba li l-MRLs stipulati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma identiċi għal dawk mitluba. Dwar l-użu tal-piraklostrobin fuq il-qamħirrum, il-millieġ u s-sorgu, m'hemm bżonn ta' ebda modifika fl-MRLs u dan minħabba li l-MRLs stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma identiċi għal dawk mitluba. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet l-oħra kollha, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta ntlaħqu u li t-tibdil fl-MRLs mitlub mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur fuq bażi tal-assessjar tal-esponiment tal-konsumatur għas-27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawn is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għall-perjodu qasir minħabba konsum estrem tal-prodotti rilevanti tal-għelieqi ma wrew li kien hemm riskju li jinqabżu l-konsum aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) jew id-doża ta’ referenza akuta (ARfD). |
|
(10) |
Fuq il-bażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità, u b'kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti għas-suġġett li qed jiġi kkunsidrat, l-emendi rilevanti fl-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA jinsab fis-sit: http://www.efsa.europa.eu:
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for dimethomorph in several vegetable crops. EFSA Journal 2012; 10(7):2845 [35 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2845.
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for indoxacarb in various crops. EFSA Journal 2012;10(7):2833 [33 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2833.Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for pyraclostrobin in leafy brassica and various cereals. EFSA Journal 2012;10(3):2606 [36 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2606.
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for trifloxystrobin in spring onions and globe artichokes. EFSA Journal 2012; 10(9):2873 [25 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2873.
ANNESS
L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonna għall-indoksakarb, il-piraklostrobin u t-trifloksistrobin tinbidel kif ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fil-Parti A ta' Anness III, il-kolonni għad-dimetomorf jinbidlu kif ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
(1) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*1) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(*2) Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalihom japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.
(2) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*3) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika”