28.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 354/90 |
DIRETTIVA 2013/53/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Novembru 2013
dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni (3) ġiet adottata fil-kuntest tal-istabbiliment tas-suq intern sabiex jiġu armonizzati l-karatteristiċi ta’ sikurezza tad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni fl-Istati Membri kollha u biex jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ fid-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni bejn l-Istati Membri. |
(2) |
Oriġinarjament, id-Direttiva 94/25/KE kopriet biss id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni li għandhom tul tal-buq minimu ta’ 2,5 m u tul massimu ta’ 24 m. Id-Direttiva 2003/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttiva 94/25/KE (4) estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 94/25/KE biex tinkludi fid-Direttiva emendata l-inġenji tal-ilma personali u r-rekwiżiti integrati għall-protezzjoni tal-ambjent billi jiġu adottati limiti għall-emissjonijiet tal-egżost (CO, HC, NOx u l-partikulati) u l-livelli tal-limiti għall-ħsejjes għal magni tal-propulsjoni, kemm għall-magni li jaqbdu bil-kompressjoni kif ukoll għall-magni li jaqbdu bl-ispark. |
(3) |
Id-Direttiva 94/25/KE hija bbażata fuq il-prinċipji tal-Approċċ il-Ġdid, kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għall-armonizzazzjoni u l-istandards tekniċi (5). Għalhekk, din tistipula biss ir-rekwiżiti essenzjali li japplikaw għad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, filwaqt li d-dettalji tekniċi huma adottati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elektroteknika (Cenelec) skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (6). Il-konformità mal-istandards armonizzati stabbiliti b’dan il-mod, li n-numri ta’ referenza tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tipprovdi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 94/25/KE. L-esperjenza wriet li dawn il-prinċipji bażiċi ħadmu sewwa f’dan is-settur u għandhom jinżammu u anki jiġu promossi aktar. |
(4) |
L-iżviluppi teknoloġiċi fis-suq, madankollu, qajmu kwistjonijiet ġodda fir-rigward tar-rekwiżiti ambjentali tad-Direttiva 94/25/KE. Sabiex jitqiesu dawk l-iżviluppi u biex ikun hemm kjarifika fir-rigward tal-qafas li fih il-prodotti koperti minn din id-Direttiva jistgħu jiġu kkumerċjalizzati, ċerti aspetti tad-Direttiva 94/25/KE għandhom jiġu riveduti u mtejba u, fl-interessi taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi revokata u sostitwita minn din id-Direttiva. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (7) jistipula dispożizzjonijiet orizzontali dwar l-akkreditament tal-korpi li jivvalutaw il-konformità, dwar il-marka CE u dwar il-qafas tal-Unjoni għas-sorveljanza tas-suq, u l-kontrolli ta’ prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, li huma wkoll applikabbli għall-prodotti koperti minn din id-Direttiva. |
(6) |
Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (8) tipprovdi prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza għall-finijiet ta’ leġislazzjoni bbażati fuq il-prinċipji tal-Approċċ il-Ġdid. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza ma’ leġislazzjoni settorjali oħra dwar il-prodotti, jixraq li ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu allinjati ma’ dik id-Deċiżjoni, sakemm l-ispeċifitajiet settorjali ma jirrikjedux soluzzjoni differenti. Għalhekk, ċerti definizzjonijiet, l-obbligi ġenerali tal-operaturi ekonomiċi, il-preżunzjoni tal-konformità, ir-regoli dwar il-marki CE, ir-rekwiżiti għall-korpi li jivvalutaw il-konformità u l-proċeduri ta’ notifika u d-dispożizzjonijiet dwar proċeduri li jittrattaw prodotti li jippreżentaw riskju għandhom jiġu allinjati ma’ dik id-Deċiżjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea (9) jipprevedi proċedura għal oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati fejn dawk l-istandards ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. |
(7) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet tad-Direttiva 94/25/KE għandhom jiġu ċċarati sabiex jiffaċilitaw il-fehim u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva mill-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet nazzjonali. B’mod partikolari, għandu jiġi ċċarat li vetturi anfibji huma esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva. Huwa wkoll neċessarju li jiġi speċifikat liema tip ta’ kenuri u kayaks huma esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva u li jiġi ċċarat li huma biss l-inġenji tal-ilma personali maħsuba għall-isport u d-divertiment li huma koperti minn din id-Direttiva. |
(8) |
Jixraq ukoll li jingħataw definizzjonijiet ta’ “inġenju tal-ilma mibni għall-użu personali”, ta’ “tul tal-buq” u ta’ “importatur privat” li huma speċifiċi għal dan is-settur sabiex jiffaċilitaw il-fehim u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva. Huwa neċessarju li tiġi estiża d-definizzjoni attwali ta’ ‘magni ta’ propulsjoni’ biex tkopri wkoll is-soluzzjonijiet ta’ propulsjoni innovattivi. |
(9) |
Il-prodotti koperti minn din id-Direttiva li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew li jitħaddmu għandhom jikkonformaw mal-leġislazzjoni tal-Unjoni rilevanti, u l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza, u l-ħarsien tal-konsumaturi u tal-ambjent, u biex tiġi garantita kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni. |
(10) |
L-operaturi ekonomiċi li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-prodotti koperti minn din id-Direttiva ma jipperikolawx is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, tal-proprjetà jew tal-ambjent meta mibnija u mantenuti b’mod korrett, u li jagħmlu disponibbli fis-suq dawk il-prodotti biss li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti. Din id-Direttiva għandha tipprovdi tqassim ċar u proporzjonat ta’ obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni. |
(11) |
Billi ċerti kompiti jistgħu jitwettqu mill-manifattur biss, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-manifattur u l-operaturi iktar ‘l isfel fil-katina ta’ distribuzzjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn l-importatur u d-distributur, peress li l-importatur idaħħal prodotti minn pajjiżi terzi fis-suq tal-Unjoni. L-importatur għalhekk għandu jassigura li dawn il-prodotti jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni. |
(12) |
Il-manifattur, li jkollu konoxxenza dettaljata tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha, għalhekk, tibqa’ l-obbligu tal-manifattur biss. |
(13) |
Jeħtieġ li jiġi assigurat li l-prodotti koperti minn din id-Direttiva li jidħlu fis-suq tal-Unjoni minn pajjiżi terzi jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu wettqu l-proċeduri ta’ valutazzjoni xierqa fir-rigward ta’ dawk il-prodotti. Għaldaqstant, għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li l-prodotti li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli u biex dawn ma jqiegħdux fis-suq prodotti li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw riskju. Għall-istess raġuni, għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li jkunu twettqu l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u li l-marka CE u d-dokumentazzjoni magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza. |
(14) |
Fejn id-distributur jagħmel prodott kopert b’din id-Direttiva disponibbli fis-suq wara li dan ikun tqiegħed fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, dan għandu jaġixxi bil-kura dovuta sabiex jassigura li t-trattament tal-prodott min-naħa tiegħu ma jolqotx ħażin il-konformità tiegħu. Iżda kemm l-importaturi kif ukoll id-distributuri huma mistennija li jaġixxu bil-kura dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli meta huma jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli prodotti fis-suq. |
(15) |
Meta jqiegħdu prodott kopert b’din id-Direttiva fis-suq, l-importaturi għandhom jindikaw fuq il-prodott isimhom u l-indirizz fejn ikun jista’ jsir kuntatt magħhom. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet fejn id-daqs jew in-natura ta’ komponent ma jippermettux din l-identifikazzjoni. |
(16) |
Kwalunkwe operatur ekonomiku li jew iqiegħed prodott fis-suq f’ismu stess jew bil-marka kummerċjali tiegħu jew jimmodifika prodott b’tali mod li dan jista’ jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli, għandu jitqies bħala l-manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur. |
(17) |
Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu aktar involuti fil-kompiti ta’ sorveljanza tas-suq li jsiru minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali, u għandhom jitħejjew biex jipparteċipaw b’mod attiv billi jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha neċessarja dwar il-prodott ikkonċernat. |
(18) |
L-importazzjoni tad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni minn pajjiżi terzi għall-Unjoni minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni hija karatteristika speċifika ta’ dan is-settur. Madankollu, id-Direttiva 94/25/KE fiha ftit dispożizzjonijiet li japplikaw jew li jista’ jitqies li japplikaw għall-importaturi privati fir-rigward tat-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità (valutazzjoni ta’ wara l-bini). Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu ċċarati l-obbligi l-oħra tal-importaturi privati li fil-prinċipju għandhom jiġu armonizzati ma’ dawk tal-manifatturi, b’ċerti eċċezzjonijiet relatati man-natura mhux kummerċjali tal-attivitajiet tagħhom. |
(19) |
Meta tkun assigurata t-traċċabbiltà ta’ prodott fil-katina kollha tal-provvista, dan jgħin biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effikaċi. Sistema effikaċi ta’ traċċabbiltà tiffaċilita l-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu għamlu disponibbli fis-suq prodotti mhux konformi. |
(20) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza mad-Direttivi l-oħra dwar l-Approċċ il-Ġdid, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat espliċitament li l-prodotti koperti minn din id-Direttiva jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jitħaddmu biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżit ġenerali li ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, tal-proprjetà jew tal-ambjent, u dan biss jekk jissodisfaw ir-rewkiżiti essenzjali stabbiliti f’din id-Direttiva. |
(21) |
Għall-magni adattati għall-użu fil-baħar bħala magni tal-propulsjoni, fejn il-magna ta’ oriġini diġà jkollha l-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni ta’ kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (10), jew ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (11), il-persuni li jadattaw il-magni għandhom ikunu jistgħu jistrieħu fuq il-prova ta’ konformità maħruġa mill-manifattur oriġinali tal-magna meta dawn l-adattamenti ma jkunux bidlu il-karatteristiċi tal-emissjoni tal-egżost. |
(22) |
L-opzjonijiet biex ikomplu jitnaqqsu l-limiti għall-emissjonijiet tal-egżost tal-magni tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni ġew ivvalutati fir-rapport dwar il-possibilitajiet ta’ aktar titjib fil-karatteristiċi ambjentali tal-magni ta’ dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, imressaq skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/44/KE. Dak ir-rapport ikkonkluda li huwa xieraq li jkun hemm limiti aktar stretti minn dawk stabbiliti fid-Direttiva 2003/44/KE. Il-limiti għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jirrifletti l-iżvilupp tekniku ta’ teknoloġiji tal-magni tal-baħar u li jippermetti progress lejn l-armonizzazzjoni ta’ limiti għall-emissjonijiet tal-egżost madwar id-dinja kollha. Il-limiti tas-CO, madankollu, għandhom jiżdiedu sabiex jippermettu li jkun hemm tnaqqis sinifikanti ta’ inkwinanti tal-arja oħra biex tiġi riflessal-fattibbiltà teknoloġika u biex tinkiseb l-aktar implimentazzjoni rapida filwaqt li jiġi żgurat li l-impatt soċjo-ekonomiku fuq dan is-settur ekonomiku jkun aċċettabbli. |
(23) |
Skont il-kategorija ta’ fjuwil u ta’ qawwa, għandhom jintużaw iċ-ċikli tat-test għall-magni f’applikazzjonijiet tal-baħar deskritti fl-istandard armonizzat rilevanti, u sakemm ikunu disponibbli, dawk deskritti fl-istandard ta’ ISO rilevanti, b’kont meħud tal-valuri stabbiliti fl-Anness I, Parti B, punt 2.3. Iċ-ċikli tat-test għandhom jiġu żviluppati għall-magni kollha ta’ kombustjoni li jkunu parti mis-sistema ta’ propulsjoni, inklużi l-impjanti ibridi. |
(24) |
Il-fjuwils tat-test użati biex tiġi vvalutata l-konformità tad-dgħajjes mal-limiti għall-emissjonijiet tal-egżost għandhom jirriflettu l-kompożizzjoni tal-fjuwils użati fis-suq rilevanti, u għaldaqstant il-fjuwils Ewropej tat-test għandhom jintużaw fl-approvazzjoni tat-tip mill-Unjoni. Madankollu, peress li l-manifatturi minn pajjiżi terzi jista’ ma jkollhomx aċċess għall-fjuwils Ewropej ta’ referenza, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet li jagħtu l-approvazzjoni jitħallew jaċċettaw li l-magni jiġu ttestjati bi fjuwils ta’ referenza oħrajn. L-għażla tal-fjuwils ta’ referenzja għandha madankollu tkun limitata għal dawk l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-istandard ISO rilevanti sabiex tiġi żgurata l-kwalità u l-komparabbiltà tar-riżultati tat-test. |
(25) |
Huwa xieraq li jiġi adottat rekwiżit ġdid li jimponi l-installazzjoni mandatorja għal tankijiet kontenituri għal dgħajjes li għandhom tojlit sabiex ikun hemm aktar ħarsien tal-ambjent tal-baħar. |
(26) |
L-istatistika dwar l-inċidenti turi li r-riskju li dgħajsa abitabbli li tintuża għar-rikreazzjoni u li jkollha aktar minn buq wieħed tinqaleb huwa baxx. Minkejja l-fatt li dan ir-riskju huwa baxx, jixraq li jiġi kkunsidrat li hemm riskju li dgħajsa abitabbli li tintuża għar-rikreazzjoni u li jkollha aktar minn buq wieħed tinqaleb u, li jekk tkun suxxettibli li tinqaleb, hi għandha tibqa’ f’wiċċ l-ilma f’pożizzjoni maqluba u jkun prattikabbli li persuna tinħeles. |
(27) |
F’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jistabilixxu tali rekwiżiti li huma jqisu meħtieġa għan-navigazzjoni f’ċerti ilmijiet għall-iskop tal-ħarsien tal-ambjent, inkluż mit-tniġġis bil-ħsejjes, l-istruttura tal-passaġġi tal-ilma, u l-assigurazzjoni tas-sikurezza fil-passaġġi tal-ilma, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunux jeħtieġu modifika għall-inġenju tal-ilma li tkun konformi ma’ din id-Direttiva u li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu ġustifikati u proporzjonati għall-objettivi li għandhom jinkisbu. |
(28) |
Il-marka CE, li tindika l-konformità ta’ prodott, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni ta’ konformità f’sens wiesa’. Il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Ir-Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE fuq l-inġenju tal-ilma, il-komponenti u l-magni ta’ propulsjoni għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva. Huwa xieraq li l-obbligu biex ikun hemm twaħħil tal-marka CE jitwessa’ biex jinkludi wkoll il-magni interni kollha u l-magni li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat li huma meqjusa li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stipulati f’din id-Direttiva. |
(29) |
Huwa kruċjali li l-manifatturi, l-importaturi privati u l-utenti jkunu jafu b’mod ċar li bit-twaħħil tal-marka CE mal-prodott, il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha applikabbli u jieħu r-responsabbiltà kollha tal-prodott. |
(30) |
Il-marka CE għandha tkun l-unika marka ta’ konformità li tindika li l-prodott kopert b’din id-Direttiva ikun konformi mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Madankollu, għandhom jitħallew jiġu użati marki oħra sakemm dawn jikkontribwixxu biex itejbu l-ħarsien tal-konsumatur u ma jkunux koperti bil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. |
(31) |
Sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti essenzjali, jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri xierqa għall-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu segwiti mill-manifattur. Dawn il-proċeduri għandhom jiġu stabbiliti b’referenza għall-moduli li jivvalutaw il-konformità stipulati fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. Dawn il-proċeduri għandhom jitfasslu fid-dawl tal-livell tar-riskju li jista’ jkun inerenti fl-inġenji tal-ilma, il-magni u l-komponenti. Għaldaqstant, kull kategorija ta’ konformità għandha tiġi supplimentata bi proċedura xierqa jew għażla bejn diversi proċeduri ekwivalenti. |
(32) |
L-esperjenza wriet li huwa xieraq li jkun hemm varjetà akbar ta’ moduli li jivvalutaw il-konformità għall-komponenti. Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità tal-emissjoni tal-egżost u r-rekwiżiti tal-emissjoni tal-ħsejjes, għandha issir distinzjoni bejn il-każijiet fejn l-istandards armonizzati ġew użati u l-każijiet fejn dawn ma ġewx użati, peress li f’dawn tal-aħħar jagħmel sens li tintalab proċedura li tivvaluta l-konformità li tkun aktar stretta. Barra minn hekk, il-possibbiltà li tintuża d-data ta’ referenza dwar id-dgħajjes għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-ħsejjes għandha titqies superfluwa, peress li ma ntużatx fil-prattika. |
(33) |
Sabiex tingħata informazzjoni ċara dwar l-ambjent operattiv aċċettabbli tal-inġenji tal-ilma, it-titoli tal-kategoriji tad-disinn tal-inġenji tal-ilma għandhom ikunu bbażati biss fuq il-kundizzjonijiet ambjentali essenzjali għan-navigazzjoni, jiġifieri il-forza tar-riħ u għoli sinifikanti tal-mewġ. L-erba’ kategoriji ta’ disinn, A, B, C u D, jispeċifikaw meded tal-forza tar-riħ u tal-għoli sinifikanti tal-mewġ għall-iskop ta’ disinn b’noti ta’ spjegazzjoni. |
(34) |
Id-Direttiva 94/25/KE tinkludi regoli dwar il-valutazzjoni ta’ wara l-bini ta’ dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni li titwettaq minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed il-prodott fis-suq jew tużah f’każijiet, fejn il-manifattur ma jwettaqx ir-responsabbiltajiet għall-konformità tal-prodott mad-Direttiva. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, huwa xieraq li l-ambitu tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini jiġi estiż biex ikopri mhux biss dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni imma wkoll inġenji tal-ilma personali. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandu jiġi speċifikat f’liema sitwazzjonijiet tista’ tintuża l-valutazzjoni ta’ wara l-bini. Barra minn hekk, fir-rigward tal-importazzjoni, l-użu tiegħu għandu jkun ristrett għal każijiet ta’ importazzjoni mhux kummerċjali minn importaturi privati biex jevitaw l-abbuż tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini għal skopijiet kummerċjali. Tinħass ukoll il-ħtieġa li l-obbligi tal-persuna li titlob valutazzjoni ta’ wara l-bini jitwessgħu biex il-persuna tintalab tipprovdi dokumenti lill-korp innotifikat sabiex tiġi żgurata valutazzjoni affidabbli tal-konformità tal-prodott mill-korp innotifikat. |
(35) |
Billi jinħtieġ li jiġi żgurat livell għoli b’mod uniformi ta’ rendiment mill-korpi li jwettqu l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti koperti minn din id-Direttiva madwar l-Unjoni, u billi dawn l-entitajiet kollha għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fl-istess livell u f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi li jivvalutaw il-konformità li jkunu jixtiequ li jiġu nnotifikati sabiex jipprovdu servizzi ta’ valutazzjoni tal-konformità skont din id-Direttiva. |
(36) |
Sabiex ikun żgurat livell konsistenti ta’ kwalità fir-rendiment tal-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti koperti minn din id-Direttiva, jeħtieġ mhux biss li jiġu konsolidati r-rekwiżiti li għandhom jissodisfaw l-entitajiet li jivvalutaw il-konformità li jixtiequ jiġu nnotifikati, imma wkoll, b’mod parallel, li jkunu stabbiliti r-rekwiżiti li għandhom jissodisfaw l-awtoritajiet li jinnotifikaw u korpi oħra involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u fil-monitoraġġ ta’ korpi nnotifikati. |
(37) |
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jikkomplementa u jsaħħaħ il-qafas eżistenti għas-sorveljanza tas-suq ta’ prodotti koperti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, inklużi l-prodotti koperti minn din id-Direttiva. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq ta’ dawk il-prodotti b’konformità ma’ dak ir-Regolament, u fejn applikabbli, b’konformità mad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (12). |
(38) |
Sabiex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar, jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura ta’ salvagwardja eżistenti li tippermetti lill-Kummissjoni li teżamina l-ġustifikazzjoni għall-miżura meħuda minn Stat Membru kontra prodotti li huwa jikkunsidra li mhumiex konformi, bil-għan li ssir aktar effiċjenti u biex jintużaw il-ħiliet esperti disponibbli fl-Istati Membri. |
(39) |
Is-sistema eżistenti għandha tkun ikkomplementata bi proċedura li tħalli partijiet interessati li jkunu infurmati b’miżuri meħuda fir-rigward ta’ prodotti koperti minn din id-Direttiva li jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni jew għal aspetti oħra ta’ ħarsien tal-interess pubbliku. Għandha tippermetti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta’ dawn il-prodotti. |
(40) |
Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, mhux meħtieġ l-involviment ulterjuri tal-Kummissjoni. |
(41) |
Sabiex jitqies il-progress tal-għarfien tekniku u evidenza xjentifika ġdida, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda l-punti 2.3, 2.4 u 2.5 kif ukoll it-Taqsima 3 tal-Parti B u t-Taqsima 3 tal-Parti C tal-Anness I, u l-Annessi V, VII and IX. Fil-futur, dan ser jippermetti lill-Kummissjoni tinkludi ċikli tat-test għal magni ibridi u tintroduċi fjuwils tat-test mħallta mal-bijofjuwils fit-tabella tal-fjuwils tat-test ladarba dawk il-fjuwils tat-test ikunu aċċettati internazzjonalment. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill. |
(42) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan id-Direttiva, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (13). |
(43) |
Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jitolbu lill-Istat Membru notifikanti biex jieħu l-miżuri korettivi meħtieġa fir-rigward tal-korpi nnotifikati li ma jissodisfawx jew li ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti għan-notifika tagħhom. |
(44) |
Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jiżguraw li din id-Direttiva tkun applikata b’mod uniformi, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet supplimentari stipulati fl-Artikolu 25 dwar il-proċeduri li jivvalutaw il-konformità, u fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-kategoriji tad-disinn tal-inġenji tal-ilma, l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma, il-pjanċa ta’ min jibni, il-manwal tal-proprjetarju, is-sistema tal-gass, il-prevenzjoni tal-iskariki, il-kwestjonarju dwar ir-rappurtar u d-dwal ta’ navigazzjoni. |
(45) |
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u, minħabba n-natura speċjali tagħhom, filwaqt li taġixxi barra l-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiddetermina jekk il-miżuri meħudin mill-Istati Membri fir-rigward tal-prodott li jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, tal-proprjetà jew tal-ambjent humiex iġġustifikat. |
(46) |
Il-Kummissjoni għandha immedjatament tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli fejn, f’każijiet debitament iġġustifikati relatati mal-valutazzjoni tal-konformità, il-kategoriji tad-disinn tal-inġenji tal-ilma, id-dwal tan-navigazzjoni, il-prevenzjoni tal-iskariki u l-apparat li jaħdem bil-gass li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent, dan hu meħtieġ minħabba raġunijiet imperattivi ta’ urġenza. |
(47) |
F’konformità mal-prattika stabbilita, il-kumitat stabbilit b’din id-Direttiva jista’ jkollu rwol utli fl-eżaminazzjoni ta’ materji rigward l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva li jkunu tqajmu jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu. |
(48) |
Sabiex jiġu infurzati l-monitoraġġ u l-effiċjenza ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jimlew kwestjonarju dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tfassal u tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(49) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet li japplikaw għall-ksur ta’ din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawn il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(50) |
Sabiex il-manifatturi u operaturi ekonomiċi oħra jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti stabbiliti b’din id-Direttiva, jeħtieġ li jiġi previst perijodu transizzjonali suffiċjenti wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva li matulhom il-prodotti li jkunu konformi mad-Direttiva 94/25/KE xorta jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq. |
(51) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva minn manifatturi żgħar u ta’ daqs medju ta’ magni tal-propulsjoni ta’ fuq barra li jaqbdu bl-ispark b’saħħa ekwivalenti jew għal 15 kW jew inqas minn hekk u biex ikunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda, jixraq li jiġi previst perijodu transizzjonali speċifiku għal dawk il-manifatturi. |
(52) |
Peress li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem u l-ħarsien tal-ambjent filwaqt li jkun garantit il-funzjonament tas-suq intern billi jiġu stabbiliti rekwiżiti armonizzati għall-prodotti koperti b’din id-Direttiva u rekwiżiti minimi għas-sorveljanza tas-suq, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda li jista’, minħabba fl-iskala u l-effett tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv. |
(53) |
Id-Direttiva 94/25/KE għandha għaldaqstant tiġi rrevokata, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn u l-manifattura tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1) u r-regoli dwar il-moviment liberu tagħhom fl-Unjoni.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti li ġejjin:
(a) |
dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni parzjalment kompletati; |
(b) |
inġenji tal-ilma personali u inġenji tal-ilma personali parzjalment kompletati; |
(c) |
il-komponenti elenkati fl-Anness II meta jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni separatament, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “komponenti”; |
(d) |
magni ta’ propulsjoni li huma installati jew speċifikament maħsuba għal installazzjoni fuq inġenji tal-ilma jew fihom; |
(e) |
magni ta’ propulsjoni installati fuq l-inġenji tal-ilma jew fihom li huma soġġetti għal modifika kbira fil-magna; |
(f) |
inġenji tal-ilma li huma soġġetti għal konverżjoni kbira tal-inġenju tal-ilma. |
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-prodotti li ġejjin:
(a) |
fir-rigward tar-rekwiżiti tad-disinn u l-bini stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I:
|
(b) |
fir-rigward tar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I:
|
(c) |
fir-rigward tar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-ħsejjes imsemmija fil-Parti C tal-Anness I:
|
3. Il-fatt li l-istess inġenji tal-ilma jistgħu jintużaw ukoll għall-kiri jew għat-taħriġ sportiv u ta’ divertiment ma għandux iżommhom milli jkunu koperti minn din id-Direttiva meta jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni għal finijiet ta’ rikreazzjoni.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“inġenju tal-ilma” tfisser kwalunkwe inġenju għar-rikreazzjoni jew inġenju tal-ilma personali; |
(2) |
“dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ilma ta’ kwalunkwe tip, esklużi inġenji tal-ilma personali, maħsub għal finijiet ta’ sports u divertiment, li l-buq tiegħu jkun twil bejn 2,5 m u 24 m, irrispettivament mill-mezzi ta’ propulsjoni; |
(3) |
“inġenju tal-ilma personali” tfisser inġenju tal-ilma maħsub għal finijiet ta’ sports u divertiment li t-tul tal-buq tiegħu jkun inqas minn 4 m li juża magna ta’ propulsjoni li għandha pompa bil-ġett tal-ilma bħala s-sors primarju ta’ propulsjoni tagħha u maħsub biex jitħaddem minn persuna jew persuni bilqiegħda, bilwieqfa jew għarkopptejhom fuq il-buq, minflok ġewwa fih; |
(4) |
“inġenju tal-ilma mibni għall-użu personali” tfisser inġenju tal-ilma mibni b’mod predominanti mill-utent futur tiegħu għall-użu proprju tiegħu; |
(5) |
“magna ta’ propulsjoni” tfisser kwalunkwe magna ta’ kombustjoni interna, li tistartja bl-ispark jew bil-kompressjoni, użata direttament jew indirettament għal finijiet ta’ propulsjoni; |
(6) |
“modifika kbira tal-magna“ tfisser il-modifika ta’ magna ta’ propulsjoni li tista’ potenzjalment twassal biex il-magna taqbeż il-limiti ta’ emissjonijiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I jew iżżid is-saħħa nominali b’aktar minn 15 %; |
(7) |
“konverżjoni kbira tal-inġenju tal-ilma” tfisser konverżjoni ta’ inġenju tal-ilma li tbiddel il-mezz ta’ propulsjoni tal-inġenju tal-ilma, tinvolvi modifika kbira tal-magna, jew tbiddel l-inġenju tal-ilma sa tali punt li ma jkunx jista’ jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli tas-sikurezza u tal-ambjent li huma stipulati f’din id-Direttiva; |
(8) |
“mezz ta’ propulsjoni” tfisser il-metodu li bih jitmexxa l-inġenju tal-ilma; |
(9) |
“familja tal-magna” tfisser ir-raggruppament tal-magni mill-manifattur, li, permezz tad-disinn tagħhom, ikollhom karatteristiċi simili ta’ emissjonijiet tal-egżost jew tal-ħsejjes; |
(10) |
“tul tal-buq” tfisser it-tul tal-buq imkejjel skont l-istandard armonizzat, |
(11) |
“isir disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas u kemm jekk bla ħlas; |
(12) |
“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li prodott ikun disponibbli fis-suq tal-Unjoni; |
(13) |
“it-tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu ta’ prodott kopert minn din id-Direttiva fl-Unjoni mill-utent aħħari tiegħu; |
(14) |
“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha tali prodott iddisinjat jew immanifatturat, u li tikkumerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew il-marka kummerċjali tagħha; |
(15) |
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li rċeviet mandat bil-miktub mill-manifattur biex taġixxi f’ismu fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi; |
(16) |
“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni; |
(17) |
“importatur privat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li matul attività mhux kummerċjali, timporta fl-Unjoni prodott minn pajjiż terz, bil-ħsieb li tqiegħdu fis-servizz għall-użu tagħha stess; |
(18) |
“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta’ provvista, li mhijiex il-manifattur jew l-importatur, li tagħmel il-prodott disponibbli fis-suq; |
(19) |
“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur; |
(20) |
“standard armonizzat” tfisser standtard armonizzat kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, |
(21) |
“akkreditazzjoni” tfisser akkreditazzjoni kif definita fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008; |
(22) |
“korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni” tfisser korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008; |
(23) |
“valutazzjoni ta’ konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva marbuta ma’ prodott ikunux ġew sodisfatti; |
(24) |
“korp tal-valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni; |
(25) |
“teħid lura” tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex jittieħed lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari; |
(26) |
“irtirar” tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex ma tħallix li prodott fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq; |
(27) |
“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni u li dawn ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza jew kwalunkwe aspett ieħor ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku; |
(28) |
“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha; |
(29) |
“leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti. |
Artikolu 4
Rekwiżiti essenzjali
1. Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1) jistgħu biss isiru disponibbli jew jitqiegħdu fis-servizz biss jekk ma jipperikolawx is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent meta jinżammu b’mod korrett u jintużaw f’konformità mal-fini maħsub tagħhom, u biss bil-kondizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1) ma jkunux disponibbli fis-suq jew ma jintużawx sakemm ma jkunux konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet nazzjonali dwar in-navigazzjoni
Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi li l-Istati Membri jadottaw dispożizzjonijiet dwar in-navigazzjoni f’ċerti ilmijiet bl-għan li jitħarsu l-ambjent, l-istruttura tal-passaġġi fuq l-ilma, u jiżguraw is-sikurezza tal-passaġġi fuq l-ilma, dment li dawk id-dispożizzjonijiet ma jeħtiġux il-modifika tal-inġenji tal-ilma li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu ġustifikati u proporzjonati.
Artikolu 6
Libertà ta’ moviment
1. L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, it-tqegħid fis-servizz fit-territorju tagħhom ta’ inġenji tal-ilma li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta’ inġenji tal-ilma parzjalment kompletati fejn il-manifattur jew l-importatur jiddikjara, skont l-Anness III, li dawn huma maħsuba biex jiġu kompletati minn oħrajn.
3. L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ komponenti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, li huma maħsuba biex jiġu inkorporati fl-inġenji tal-ilma, skont id-dikjarazzjoni tal-manifattur jew l-importatur, kif imsemmija fl-Artikolu 15.
4. L-Istati Membri ma għandhom jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz tal-ebda waħda mill-magni ta’ propulsjoni li ġejjin:
(a) |
magni, kemm jekk installati fl-inġenji tal-ilma kemm jekk le, li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva; |
(b) |
magni installati f’inġenji tal-ilma u tat-tip approvat skont id-Direttiva 97/68/KE li huma konformi mal-istadju III A, l-istadju III B jew l-istadju IV tal-limiti ta’ emissjoni għall-magni CI użati f’applikazzjonijiet oħra għajr il-propulsjoni ta’ bastimenti fuq passaġġi tal-ilma interni, lokomottivi u vaguni tal-ferrovija kif previst fil-punt 4.1.2. tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva, skont din id-Direttiva, bl-esklużjoni tar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I; |
(c) |
magni installati f’inġenji tal-ilma u tat-tip approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009, li huma konformi ma’ din id-Direttiva, bl-esklużjoni tar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost stabbiliti fil-Barti B tal-Anness I. |
Il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw soġġett għall-kondizzjoni li meta magna tiġi adattata għall-installazzjoni f’inġenju tal-ilma, il-persuna li twettaq l-adattament għandha tiżgura li jittieħed kont b’mod sħiħ tad-data u ta’ informazzjoni oħra disponibbli mill-manifattur tal-magna sabiex jiġi żgurat li, meta tiġi installata f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti mill-persuna li tadatta l-magna, dik il-magna ser tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost jew tad-Direttiva 97/68/KE jew tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, kif iddikjarat mill-manifattur tal-magna. Il-persuna li tadatta l-magna għandha tiddikjara, kif imsemmi fl-Artikolu 15, li l-magna tkompli tissodisfa r-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost jew tad-Direttiva 97/68/KE jew tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, kif iddikjarat mill-manifattur tal-magna meta tiġi installata f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-installazzjoni forniti mill-persuna li tadatta l-magna.
5. F’fieri kummerċjali, wirjiet, dimostrazzjonijiet u avvenimenti oħra simili, l-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1) li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva, dment li jkun hemm sinjal viżibbli li jindika b’mod ċar li dawn il-prodotti ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva u mhumiex ser ikunu disponibbli jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni qabel ma jkunu konformi magħha.
KAPITOLU II
OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI U L-IMPORTATURI PRIVATI
Artikolu 7
Obbligi tal-manifatturi
1. Meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti4 stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I.
2. Il-manifatturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 25 u jwettqu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità applikabbli, jew jiżguraw li din titwettaq skont l-Artikoli 19 sa 22 u l-Artikolu 24.
Fejn ikun intwera, permezz ta’ dik il-proċedura, li prodott ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15 u jimmarkaw u jwaħħlu l-marka CE, kif stabbilit fl-Artikoli 17 u 18.
3. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika kif ukoll kopja tad-dikjarazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15, għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq.
4. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni tas-serje tibqa’ konformi. It-tibdil fid-disinn jew fil-karatteristiċi tal-prodott u t-tibdil fl-istandards armonizzati li b’referenza għalihom il-konformità ta’ prodott tiġi ddikjarata, għandhom jitqiesu b’mod xieraq.
Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn prodott, il-manifatturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ prodotti1 disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ prodotti mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.
5. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom fuqhom in-numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew kull element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, jekk id-daqs jew in-natura tal-komponenti ma tagħmilx dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.
6. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur.
7. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza fil-manwal tas-sid pprovduti b’lingwa jew b’lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat.
8. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
9. Il-manifatturi għandhom, wara talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li jkunu qiegħdu fis-suq.
Artikolu 8
Rappreżentanti awtorizzati
1. Manifattur, permezz ta’ mandat bil-miktub, jista’ jaħtar rappreżentant awtorizzat.
2. L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u t-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jifformaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.
3. Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat mogħti lilu mill-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat biex jagħmel mill-inqas dan li ġej:
(a) |
li jżomm kopja tad-dikjarazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15, u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq; |
(b) |
fuq talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, huwa għandu jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ prodott; |
(c) |
jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati riskji ppreżentati minn prodotti koperti mill-mandat tagħhom. |
Artikolu 9
Obbligi tal-importaturi
1. L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq tal-Unjoni biss dawk il-prodotti li jkunu konformi.
2. Qabel ma prodott jitqiegħad fis-suq, l-importatur għadu jiżgura li l-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità tkun twettqet mill-manifattur. Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-prodott ikollu fuqu l-marka CE, kif imsemmi fl-Artikolu 17, u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 15 u l-punt 2.5 tal-Parti A tal-Anness I, il-punt 4 tal-Parti B tal-Anness I u l-punt 2 tal-Parti C tal-Anness I u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6).
Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I, dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importatur għandu jgħarraf lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.
3. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-prodott jew, fil-każ tal-komponenti, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.
4. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza fil-manwal tas-sid pprovduti b’lingwa jew b’lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat.
5. L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kondizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I.
6. Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn prodott, l-importaturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ prodotti li jsiru disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ prodotti mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar tali monitoraġġ.
7. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri fejn ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dak il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
8. L-importaturi, għal perijodu ta’ 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha.
9. L-importaturi għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li jkunu qiegħdu fis-suq.
Artikolu 10
Obbligi tad-distributuri
1. Meta jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b’rabta mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
2. Qabel ma jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu fuqu l-marka CE, kif imsemmi fl-Artikolu 17, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(7), l-Artikolu 15 u l-punt 2.5 tal-Parti A tal-Anness I, il-punt 4 tal-Parti B tal-Anness I u l-punt 2 tal-Parti C tal-Anness I kif ukoll minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa jew b’lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra fl-Istat Membru li fih il-prodott irid isir disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) u l-Artikolu 9(3).
Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I, dan ma għandux jagħmel il-prodott disponibbli fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn prodott jippreżenta riskju, id-distributur għandu jgħarraf lill-manifattur jew l-importatur, kif ukoll lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, dwar dan.
3. Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kondizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I.
4. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-prodott li jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli fis-suq għal dak il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
5. Id-distributuri għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdu lil dik l-awtorità, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott. Dawm għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq.
Artikolu 11
Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri
Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 7, fejn ikun qiegħed prodott fis-suq taħt ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika prodott li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 12
Obbligi tal-importaturi privati
1. Jekk il-manifattur ma jissodisfax ir-responsabbiltajiet marbuta mal-konformità tal-prodott ma’ din id-Direttiva, qabel ma jqiegħed il-prodott fis-servizz, l-importatur privat għandu jiżgura li dan ġie ddisinjat u manifatturat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Anness I u jwettaq jew jitlob li jitwettqu l-obbligi tal-manifattur stabbiliti fl-Artikolu 7(2), (3), (7) u (9).
2. Jekk id-dokumentazzjoni teknika rikjesta ma tkunx disponibbli mill-manifattur, l-importatur privat għandu jagħmel mod li titħejja billi tintuża kompetenza esperta adatta.
3. L-importatur privat għandu jiżgura li l-isem u l-indirizz tal-korp innotifikat li jkun wettaq il-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott ikun immarkat fuq il-prodott.
Artikolu 13
Identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi
1. L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:
(a) |
kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom bi prodott; |
(b) |
kwalunkwe operatur ekonomiku li huma jkunu fornew bi prodott. |
L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għal perijodu ta’ 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott u għal perijodu ta’ 10 snin wara li jkunu fornew il-prodott.
2. L-importaturi privati għandhom, meta rikjesti, jidentifikaw lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, l-operatur ekonomiku li jkun fornihom bil-prodott.
L-importaturi privati għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għal perijodu ta’ 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott.
KAPITOLU III
KONFORMITÀ TAL-PRODOTT
Artikolu 14
Preżunzjoni ta’ konformità
Il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Anness I.
Artikolu 15
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u dikjarazzjoni skont l-Anness III
1. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li ntwera li r-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I jew dawk imsemmija fil-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 6(4) ġew sodisfatti.
2. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell speċifikat fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva, għandha tinkludi l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE kif ukoll fl-Anness V għal din id-Direttiva, u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Din għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu l-prodott ikun disponibbli jew imqiegħed fis-servizz.
3. Permezz tat-tfassil tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur jew l-importatur privat jew il-persuna li tadatta l-magna li tissemma fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 6(4) għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott.
4. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE msemmija fil-paragrafu 3 għandha takkumpanja l-prodotti li ġejjin meta dawn ikunu disponibbli fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz:
(a) |
inġenju tal-ilma; |
(b) |
komponenti meta jitqiegħdu fis-suq separatament; |
(c) |
magni ta’ propulsjoni. |
5. Id-dikjarazzjoni mill-manifattur jew l-importatur stabbilita fl-Anness III għall-inġenji tal-ilma parzjalment ikkompletati għandu jkun fiha l-elementi speċifikati f’dak l-Anness u għandha takkumpanja l-inġenji tal-ilma parzjalment ikkompletati. Din għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn il-prodott ikun disponibbli fis-suq tiegħu.
Artikolu 16
Prinċipji ġenerali tal-immarkar CE
Il-marka CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
Artikolu 17
Prodotti soġġetti għall-immarkar CE
1. Il-prodotti li ġejjin għandu huma soġġetti għall-immarkar CE meta jsiru disponibbli fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz:
(a) |
inġenji tal-ilma; |
(b) |
komponenti; |
(c) |
magni ta’ propulsjoni. |
2. L-Istati Membri għandhom jassumu li l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li jkollhom il-marka CE jkunu konformi ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 18
Regoli u kondizzjonijiet għat-twaħħil tal-immarkar CE
1. Il-marka CE għandha titwaħħal b’mod li tkun tidher, tista’ tinqara u ma titħassarx, mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 17(1). Fil-każ tal-komponenti, fejn dan mhuwiex possibbli jew mhuwiex iġġustifikat minħabba d-daqs jew in-natura ta’ dak il-prodott, din għandha titwaħħal mal-imballaġġ jew mad-dokumenti ta’ akkumpanjament. Fil-każ tal-inġenji tal-ilma, l-immarkar CE għandu jitwaħħal fuq il-plakka tal-bennej tal-inġenju tal-ilma, li titwaħħal separatament min-numru ta’ identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma. Fil-każ ta’ magni ta’ propulsjoni, l-immarkar CE għandu jitwaħħal fuq il-magna.
2. Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz. Il-marka CE u n-numru ta’ identifikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, jistgħu jiġu segwiti minn pittogramma jew kwalunkwe marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.
3. Taħt il-marka CE għandu jkun hemm in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat, fejn dak il-korp ikun involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni jew fil-valutazzjoni ta’ wara l-bini.
In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, taħt struzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentattiv awtorizzat tiegħu, jew mill-persuna msemmija fl-Artikolu 19(2), (3) jew (4).
KAPITOLU IV
VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Artikolu 19
Proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità
1. Il-manifattur għandu japplika l-proċeduri stabbiliti fil-moduli msemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22 qabel ma jqiegħed fis-suq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1).
2. L-importatur privat għandu japplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 qabel ma jqiegħed fis-servizz il-prodott imsemmi fl-Artikolu 2(1) jekk il-manifattur ma jkunx wettaq il-valutazzjoni ta’ konformità għall-prodott ikkonċernat.
3. Kwalunkwe persuna li tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz magna ta’ propulsjoni jew inġenju tal-ilma wara modifikazzjoni jew konverżjoni kbira tagħhom jew kwalunkwe persuna li tbiddel l-iskop maħsub ta’ inġenju tal-ilma mhux kopert b’din id-Direttiva b’mod li jaqa’ fl-ambitu tagħha, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 qabel ma tqiegħed il-prodott fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz.
4. Kwalunkwe persuna li tqiegħed fis-suq inġenju tal-ilma mibni għall-użu proprju qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin imsemmi fil-punt (vii) tal-punt (a) tal-Artikolu 2(2) għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 qabel ma tqiegħed il-prodott fis-suq.
Artikolu 20
Disinn u bini
1. Fir-rigward tad-disinn u l-bini ta’ dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE li ġejjin:
(a) |
Għall-kategoriji ta’ disinn A u B imsemmija fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness I:
|
(b) |
Għall-kategorija ta’ disinn C imsemmija fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness I:
|
(c) |
Għall-kategorija ta’ disinn D imsemmija fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness I: għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni bit-tul tal-buq minn 2,5 m sa 24 m, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:
|
2. Fir-rigward tad-disinn u l-bini ta’ inġenji tal-ilma personali, għandha tapplika kwalunkwe waħda mill-proċeduri li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:
(a) |
il-Modulu A (kontroll intern tal-produzzjoni); |
(b) |
il-Modulu A1 (kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma’ ttestjar b’superviżjoni tal- prodott); |
(c) |
il-Modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-Modulu C, D, E jew F; |
(d) |
il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità); |
(e) |
il-Modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa). |
3. Fir-rigward tad-disinn u l-bini ta’ komponenti, għandha tapplika kwalunkwe waħda mill-proċeduri li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II għad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:
(a) |
il-Modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-Modulu C, D, E jew F; |
(b) |
il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità); |
(c) |
il-Modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa). |
Artikolu 21
Emissjonijiet tal-egżost
Fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost, għall-prodotti msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 2(1), il-manifattur tal-magna għandu japplika l-proċeduri li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:
(a) |
meta t-testijiet jitwettqu bl-użu tal-istandard armonizzat, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:
|
(b) |
meta t-testijiet jitwettqu bl-użu tal-istandard armonizzat, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:
|
Artikolu 22
Emissjonijiet tal-ħsejjes
1. Fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħsejjes għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni mgħammra b’magni ta’ propulsjoni li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat jew installazzjonijiet ta’ magni ta’ propulsjoni interni u għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni mgħammra b’magni ta’ propulsjoni li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat jew b’magni ta’ propulsjoni interni, li huma soġġetti għal konverżjoni kbira tal-inġenju u sussegwentement imqiegħda fis-suq fi żmien ħames snin mill-konverżjoni, il-manifattur għandu japplika l-proċeduri li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:
(a) |
meta t-testijiet jitwettqu bl-użu tal-istandard armonizzat biex jitkejlu l-ħsejjes, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:
|
(b) |
Meta t-testijiet jitwettqu mingħajr l-użu tal-istandard armonizzat biex jitkejlu l-ħsejjes, il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità); |
(c) |
Meta għall-valutazzjoni jintużaw in-numru Froude u l-metodu tal-proporzjon tas-saħħa u taċ-ċilindrata, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:
|
2. Fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħsejjes għall-inġenji tal-ilma personali kif ukoll il-magni ta’ propulsjoni li jitqiegħdu fuq barra tad-dgħajsa u magni ta’ propulsjoni li jinsaqu mill-poppa bl-egżost integrat biex jiġu installati fuq dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, il-manifattur tal-inġenju tal-ilma personali jew tal-magna għandu japplika l-proċeduri li ġejjin stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:
(a) |
Meta t-testijiet jitwettqu bl-użu tal-istandard armonizzat biex jitkejlu l-ħsejjes, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:
|
(b) |
Meta t-testijiet jitwettqu mingħajr l-użu tal-istandard armonizzat biex jitkejlu l-ħsejjes, il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità). |
Artikolu 23
Valutazzjoni ta’ wara l-bini
Il-valutazzjoni ta’ wara l-bini msemmija fl-Artikolu 19(2), (3) u (4) għandha titwettaq kif stabbilit fl-Anness V.
Artikolu 24
Rekwiżiti supplimentari
1. Meta jintuża l-Modulu B tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, l-eżaminazzjoni tat-tip tal-UE għandha titwettaq bil-mod speċifikat fit-tieni inċiż tal-punt 2 ta’ dak il-modulu.
Tip ta’ produzzjoni msemmi fil-Modulu B jista’ jkopri diversi verżjonijiet tal-prodott bil-kondizzjoni li:
(a) |
id-differenzi bejn il-verżjonijiet ma jaffettwawx il-livell ta’ sikurezza u r-rekwiżiti l-oħra rigward il-prestazzjoni tal-prodott; u |
(b) |
il-verżjonijiet tal-prodott huma msemmija fiċ-ċertifikat tal-eżaminazzjoni tat-tip tal-UE korrispondenti, jekk neċessarju permezz ta’ emendi għaċ-ċertifikat oriġinali. |
2. Meta jintuża l-Modulu A1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, il-kontrolli tal-prodotti għandhom jitwettqu fuq wieħed jew diversi inġenji tal-ilma, li jirrappreżentaw il-produzzjoni tal-manifattur u għandhom japplikaw ir-rekwiżiti supplimentari stabbiliti fl-Anness VI ta’ din id-Direttiva.
3. Il-possibbiltà li jintużaw korpi interni akkreditati msemmija fil-Moduli A1 u C1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE ma għandhiex tkun applikabbli.
4. Meta jintuża l-Modulu F tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, il-proċedura deskritta fl-Anness VII ta’ din id-Direttiva għandha tapplika għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost.
5. Meta jintuża l-Modulu C tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost ta’ din id-Direttiva u jekk il-manifattur ma jkunx qed jaħdem taħt sistema ta’ kwalità rilevanti kif deskritt fil-Modulu H tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, il-korp innotifikat magħżul mill-manifattur għandu jwettaq il-kontrolli tal-prodott jew jassigura li dawn jitwettqu f’intervalli mhux regolari determinati minn dak il-korp, sabiex tiġi verifikata l-kwalità tal-kontrolli interni fuq il-prodott. Meta l-livell ta’ kwalità jidher mhux sodisfaċenti jew meta jidher neċessarju li tiġi verifikata l-validità tad-data ppreżentata mill-manifattur, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Anness VIII ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 25
Dokumentazzjoni teknika
1. Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7(2) għandha tinkludi d-data u d-dettalji rilevanti kollha tal-mezzi użati mill-manifattur biex jiġi żgurat li l-prodott jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I. Din għandha, b’mod partikolari, tinkludi d-dokumenti rilevanti fl-Anness IX.
2. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tiżgura li d-disinn, il-bini, l-operazzjoni u l-valutazzjoni tal-konformità jistgħu jinftiehmu b’mod ċar.
KAPITOLU V
NOTIFIKA TAL-KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Artikolu 26
Notifika
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi awtorizzati li jwettqu kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità minn partijiet terzi, skont din id-Direttiva.
Artikolu 27
Awtoritajiet tan-notifika
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità tan-notifika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, u għall-monitoraġġ tal-korpi nnotifikati, inkluża l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32.
2. l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u f’konformità miegħu.
3. Fejn l-awtorità tan-notifika tiddelega jew b’xi mod ieħor tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28. Barra minn hekk, dak il-korp għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-reponsabbiltajiet li jiġu mill-attivitajiet tiegħu.
4. L-awtorità tan-notifika għandha tieħu r-responsabbiltà sħiħa għall-kompiti mwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.
Artikolu 28
Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet tan-notifika
1. L-awtorità tan-notifika għandha tkun stabbilita b’mod li ma jseħħ l-ebda konflitt ta’ interess ma’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
2. L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata u tiffunzjona b’mod li tissalvagwardja l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.
3. L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni marbuta man-notifika tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità, tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu wettqu l-valutazzjoni.
4. L-awtorità tan-notifika ma għandha toffri jew tipprovdi l-ebda attività li titwettaq minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, jew servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.
5. L-awtorità tan-notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tkun kisbet.
6. L-awtorità tan-notifika għandu jkollha numru biżżejjed ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex iwettqu l-kompiti tagħha b’mod adegwat.
Artikolu 29
Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ ta’ korpi tan-notifika, u dwar kull tibdil fihom.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 30
Rekwiżiti marbuta mal-korpi nnotifikati
1. Għall-finijiet tan-notifika skont din id-Direttiva, il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 11.
2. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformitá għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollhom personalità ġuridika.
3. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodott li jivvaluta.
Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta intrapriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, l-assemblaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ prodotti li huwa jivvaluta, jista’, bil-kundizzjoni li jintwerew l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kull konflitt ta’ interess, jitqies bħala tali korp.
4. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli mill-manutenzjoni tal-prodotti li huma jivvalutaw, u lanqas ir-rappreżentant ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti vvalutati li jinħtieġu għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tali prodotti għal għanijiet personali.
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu involuti direttament fid-disinn jew il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-prodotti, jew jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f’dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem fl-ebda attività li tista’ toħloq konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.
Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tagħhom.
5. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tentazzjonijiet, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.
6. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 19 sa 24 u li għalihom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnifsu u kemm jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija ta’ prodotti li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu in-neċessitajiet li ġejjin:
(a) |
persunal b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità; |
(b) |
deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li skonthom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri. Dan għandu jkollu l-politiki u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp innotifikat u attivitajiet oħra; |
(c) |
il-proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u n-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni. |
Għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.
7. Il-persunal responsabbli mit-twettiq tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu:
(a) |
taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha tal-valutazzjoni tal-konformità li għalih il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat; |
(b) |
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet imwettqa minnu u awtorità adegwata biex iwettaq dawk il-valutazzjonijiet; |
(c) |
għarfien u komprensjoni xierqa tar-rekwiżiti essenzjali, tal-istandards armonizzati applikabbli, tal-leġislazzjoni tal-Unjoni tal-armonizzazzjoni rilevanti u tal-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti; |
(d) |
il-kapaċità meħtieġa biex jifformula ċ-ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-evalwazzjonijiet ikunu saru. |
8. L-imparzjalità tal-korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità, tal-persunal tal-ogħla livell ta’ amministrazzjoni u tal-evalwazzjoni tagħhom għandha tkun iggarantita.
Ir-remunerazzjoni tal-ogħla livell ta’ amministrazzjoni u tal-persunal tal-valutazzjoni ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet imwettqa, u lanqas mir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.
9. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jaraw li tinħarġilhom polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma jeħodhiex l-Istat Membru skont il-liġijiet nazzjonali tiegħu, jew l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.
10. Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jwettaq il-kompiti tiegħu skont l-Artikoli 19 sa 24 jew kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħlu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet proprjetarji għandhom jitħarsu.
11. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u fl-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbilit skont l-Artikolu 42, jew jiżguraw li l-persunal ta’ valutazzjoni tagħhom ikun informat dwar dan, u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tal-ħidma ta’ dak il-grupp.
Artikolu 31
Preżunzjoni ta’ konformità
Fejn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 32
Sussidjarji ta’ u sottokuntrattar ta’ korpi nnotifikati
1. Meta korp innotifikat jagħti b’sottokuntratt xogħlijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30 u għandhu jinforma lill-awtorità tan-notifiki dwar dan.
2. Il-korpi nnotifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-kompiti li jkunu twettqu mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.
3. L-attivitajiet jistgħu jiġu mogħtija b’sottokuntratt jew imwettqa minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-klijent.
4. Il-korpi nnotifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika d-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol imwettaq minnhom skont l-Artikoli 19 sa 24.
Artikolu 33
Applikazzjoni għal notifika
1. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew moduli ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-prodott jew prodotti li għalihom dak il-korp jiddikjara li huwa kompetenti, kif ukoll b’ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, jekk ikun hemm, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni li jafferma li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30.
3. Jekk il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jkunx jista’ jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, dan għandu jipprovdi lill-awtorità tan-notifika bl-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30.
Artikolu 34
Proċedura ta’ notifika
1. L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30.
2. L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra permezz tal-għodda ta’ notifika elettronika żviluppata u mmexxija mill-Kummissjoni.
3. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità, il-prodott jew prodotti kkonċernati u l-attestament tal-livell ta’ kompetenza.
4. Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 33(2), l-awtorità tan-notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’evidenza dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru biex ikun żgurat li dak il-korp ikun monitorjat b’mod regolari u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30.
5. Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp tan-notifika biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn min-notifika fejn ikun intuża ċertifikat ta’ akkreditazzjoni jew fi żmien xahrejn min-notifika meta ma tkunx intużat akkreditazzjoni.
Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp innotifikat għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.
6. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu notifikati dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika.
Artikolu 35
Numru ta’ identifikazzjoni u lista ta’ korpi nnotifikati
1. Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil kull korp innotifikat.
Hi għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anki fil-każ fejn il-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jassenjaw kodiċi ta’ identifikazzjoni lil korp innotifikat li jkun ġie awtorizzat minn awtorità tan-notifika biex iwettaq il-valutazzjonijiet tal-konformità wara l-bini.
2. Il-Kummissjoni għandha toħroġ għall-pubbliku l-lista ta’ korpi nnotifikati skont din id-Direttiva, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni u, jekk applikabbli, kodiċijiet li ġew allokati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ġew notifikati.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.
Artikolu 36
Tibdil fin-notifiki
1. Fejn awtorità tan-notifika taċċerta ruħha jew tkun informata li korp innotifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30, jew li jkun qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti u tal-obbligi li jridu jiġu sodisfatti. Din għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kif meħtieġ.
2. Fik-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp innotifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru notifikanti għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jassigura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp innotifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità tan-notifika u għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, soġġetti għat-talba tagħhom.
Artikolu 37
Kontestazzjoni tal-kompetenza tal-korpi nnotifikati
1. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubji jew fejn jinġiebu dubji għall-attenzjoni tagħha dwar il-kompetenza ta’ korp innotifikat jew dwar l-issoktar tal-konformità ta’ korp innotifikat mar-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li huwa soġġett għalihom.
2. L-Istat Membru tan-notifika għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp ikkonċernat.
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha sensittiva miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.
4. Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp innotifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, din għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jitlob lill-Istat Membru tan-notifika biex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifikazzjoni, jekk ikun meħtieġ.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 50(2).
Artikolu 38
Obbligi operattivi tal-korpi nnotifikati
1. Il-korpi nnotifikati għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet tal-konformità skont il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stipulati fl-Artikoli 19 sa 24.
2. Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom jitwettqu b’mod proporzjonat, billi jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi u importaturi privati. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.
B’dan il-mod huma għandhom, madankollu, jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġa biex il-prodott jikkonforma ma’ din id-Direttiva.
3. Meta korp innotifikat isib li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 (1) u l-Anness I jew fl-istandards armonizzati korrispondenti ma ġewx sodisfatti mill-manifattur jew l-importatur privat, dan għandu jirrikjedi li l-manifattur jew l-importatur privat jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u ma għandux joħroġ ċertifikat ta’ konformità.
4. Meta, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat, korp innotifikat isib li prodott ma jkunx għadu konformi, dan għandu jirrikjedi li l-manifattur jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċerifikat jekk ikun meħtieġ.
5. Fejn ma jittieħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp innotifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kwalunkwe ċertifikat, kif xieraq.
Artikolu 39
Proċedura ta’ appell
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi nnotifikati.
Artikolu 40
Obbligi ta’ informazzjoni dwar korpi nnotifikati
1. Il-korpi nnotifikati għandhom jinformaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:
(a) |
kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat; |
(b) |
kull ċirkustanza li jkollha effett fuq l-ambitu u l-kundizzjonijiet għan-notifika; |
(c) |
kull talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità; |
(d) |
fuq talba, l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li twettqu fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar. |
2. Il-korpi nnotifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħra notifikati skont din id-Direttiva, li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità u jkopru l-istess prodotti, bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta mar-riżultati negattivi u, fuq talba, mar-riżultati pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Artikolu 41
Skambji ta’ esperjenza
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għal politika tan-notifiki.
Artikolu 42
Koordinazzjoni ta’ korpi nnotifikati
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifikati skont din id-Direttiva u li dawn jiġu implimentati u jitħaddmu f’forma ta’ grupp jew gruppi settorjali ta’ korpi nnotifikati.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nnotifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak il-grupp jew dawk il-gruppi, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.
KAPITOLU VI
SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, KONTROLL TAL-PRODOTTI LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U PROĊEDURI TA’ SALVAGWARDJA
Artikolu 43
Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni
L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għall-prodotti koperti b’din id-Direttiva.
Artikolu 44
Proċedura fir-rigward ta’ prodotti li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali
1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikollhom raġuni suffiċjenti biex jaħsbu li prodott kopert b’din id-Direttiva jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, tal-proprjetà jew tal-ambjent, huma għandhom iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-prodott ikkonċernat li tkun tkopri r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti jew l-importatur privat għandu jikkoopera kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Fil-każ tal-operatur ekonomiku, fejn, matul dik il-valutazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjoni korrettivi adatta biex il-prodott isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jiġi irtirat mis-suq jew jittieħed lura f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistgħu jippreskrivu.
Fil-każ ta’ importatur privat, fejn, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq ikunu tal-fehma li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, l-importatur privat għandu jiġi informat mingħajr dewmien bl-azzjoni korrettiva adatta li għandha tittieħed biex il-prodott ikun konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, biex it-tqegħid fis-servizz tal-prodott jiġi sospiż jew biex jiġi sospiż l-użu tal-prodott, b’mod li jkun jaqbel man-natura tar-riskju.
L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-entità notifikata rilevanti kif meħtieġ.
L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu.
2. Fejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas tal-konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzzjoni u bl-azzjonijiet li esiġew li jieħu l-operatur ekonomiku rilevanti.
3. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kollha konċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.
L-importatur privat għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-prodott li importa fl-Unjoni għall-użu tiegħu stess.
4. Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perijodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jillimitaw li l-prodott isir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom jew biex il-prodott jiġi irtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.
Fejn l-importatur privat ma jiħux azzjoni korrettiva adatta, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji adatti kollha biex jipprojbixxu it-tqegħid fis-servizz tal-prodott, jew jipprojbixxu jew jillimitaw l-użu tal-prodott fit-territorju tagħhom.
L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.
5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodott li mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u l-perijodu tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti jew l-importatur privat. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex minħabba:
(a) |
in-nuqqas tal-prodott li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-saħħa jew is-sikurezza ta’ persuni, il-protezzjoni tal-proprjetà jew l-ambjent stabbiliti f’din id-Direttiva; jew |
(b) |
nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 14 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità. |
6. L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kull miżura adottata u dwar kull informazzjoni addizzjonali li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-prodott konċernat, u, jekk ma jkunx hemm qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.
7. Fejn, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-prodott konċernat, bħall-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.
Artikolu 45
Proċedura ta’ salvagwardja segwita mill-Unjoni
1. Fejn, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 44(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali ta’ Stat Membru jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali tkun kontra l-leġislazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti jew l-importatur privat u għandha tagħmel evalwazzjoni tal-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti jew l-importatur privat.
2. Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-prodott li ma jkunx konformi jiġi irtirat mis-swieq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skont il-każ. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru interessat għandu jirtira l-miżura.
3. Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott jkun attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati kif imsemmi fil-punt(b) tal-Artikolu 44(5) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha għandha tapplika l-proċedura tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
Artikolu 46
Nuqqas ta’ konformità formali
1. Bla ħsara għall-Artikolu 44, meta Stat Membru jsib waħda minn dawn is-sitwazzjonijet, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jew l-importatur privat ma jkomplix bin-nuqqas ikkonċernat fir-rigward tal-konformità:
(a) |
il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 16, l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 18; |
(b) |
il-marka CE, kif imsemmija fl-Artikolu 17, ma tkunx twaħħlet; |
(c) |
id-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità jew id-dikjarazzjoni msemmija fl-Anness III ma tkunx tfasslet; |
(d) |
id-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità jew id-dikjarazzjoni msemmija fl-Anness III ma tkunx tfasslet b’mod korrett; |
(e) |
id-dokumentazzjoni teknika jew ma tkunx disponibbli jew inkella ma tkunx kompluta; |
(f) |
l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 7(6) jew l-Artikolu 9(3) tkun nieqsa, falza jew mhux kompluta; |
(g) |
kwalukwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 7 jew l-Artikolu 9 ma jkunx ġie ssodisfat. |
2. Fejn jippersisti n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jillimita jew jipprojbixxi li l-prodott isir disponibbli fis-suq jew jiżgura li dan jittieħed lura jew jiġi irtirat mis-suq, jew fil-każ ta’ prodott importat minn importatur privat għall-użu tiegħu stess, li l-użu tiegħu jkun projbit jew limitat.
KAPITOLU VII
ATTI DDELEGATI U ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI
Article 47
Setgħa ddelegata
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 48 biex jiġi emendat dan li ġej:
(a) |
sabiex jittieħed kont tal-progress tal-għarfien tekniku u l-evidenza xjentifika ġdida:
|
(b) |
l-Anness V sabiex jittieħed kont tal-progress tal-għarfien tekniku, l-adegwatezza li tiġi żgurata konformità ekwivalenti u evidenza xjentifika ġdida. |
Artikolu 48
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 47 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-17 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi ta’ tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 47 tista’ tiġi rrevokata f’kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni dwar ir-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hi għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 47 għandu jidħol biss fis-seħħ jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.
Artikolu 49
Atti ta’ implimentazzjoni
1. Sabiex jittieħed kont tal-progress tal-għarfien tekniku u biex jiġi żgurat li din id-Direttiva tiġi applikata b’mod uniformi, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu linji gwida dwar dawn li ġejjin:
(a) |
proċeduri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 24, b’kont meħud tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti koperti b’din id-Direttiva; |
(b) |
l-applikazzjoni dettaljata tal-kategoriji tad-disinn tal-inġenji tal-ilma stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness I, inkluż linji gwida dwar l-użu tat-terminoloġija tat-temp u l-iskali tal-kejl użati fiha; |
(c) |
proċeduri dettaljati għall-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma stabbiliti fil-punt 2.1 tal-Parti A tal-Anness I, inkluż kjarifika tat-terminoloġija, u allokazzjoni u amministrazzjoni tal-kodiċijiet tal-manifattur mogħtija lill-manifatturi stabbiliti barra mill-Unjoni; |
(d) |
l-informazzjoni fuq il-plakka tal-bennej stabbilita fil-punt 2.2 tal-Parti A tal-Anness I; |
(e) |
l-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar id-dwal tan-navigazzjoni stabbiliti fil-punt 5.7 tal-Parti A tal-Anness I; |
(f) |
arranġamenti għall-prevenzjoni tal-iskarika, b’mod partikolari t-tħaddim tat-tankijiet kontenituri, stabbiliti fil-punt 5.8 tal-Parti A tal-Anness I; |
(g) |
l-installazzjoni u l-ittestjar tal-apparat li jaħdem bil-gass u s-sistemi tal-gass installati b’mod permanenti fuq l-inġenji tal-ilma; |
(h) |
il-format u l-kontenut tal-manwali tas-sid; |
(i) |
il-format u l-kontenut tal-kwestjonarju ta’ rappurtar li għandu jintmela mill-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 51. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 50(3).
2. Għal raġunijiet ta’ urġenza debitament iġġustifikati, meta prodott jippreżenta riskju serju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent, fir-rigward tal-punti (a), (b), (e), (f) u (g) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 50(4).
Artikolu 50
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
5. Il-Kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni rigward kwalunkwe materja li fir-rigward tagħha tkun meħtieġa konsultazzjoni mal-esperti settorjali mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew minn kwalunkwe leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.
6. Barra minn hekk, il-Kumitat jista’ jeżamina kwalunkwe materja oħra rigward l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva li titqajjem jew mill-president tagħha jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tagħha.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI SPEĊIFIĊI
Artikolu 51
Rappurtar
Sat-18 ta’ Jannar 2021 u kull ħames snin wara dik id-data, l-Istati Membri għandhom jimlew kwestjonarju maħruġ mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Sat-18 ta’ Jannar 2022 u kull ħames snin wara dik id-data, b’referenza għat-tweġibiet tal-Istati Membri għall-kwestjonarju msemmi fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni ser tfassal u tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 52
Reviżjoni
Sat-18 ta’ Jannar 2022 il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan li ġej:
(a) |
il-fattibbiltà teknika biex ikomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-magni tal-baħar bi propulsjoni u l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti għal emissjonijiet evaporattivi u sistemi ta’ fjuwils li japplikaw għall-magni u s-sistemi ta’ propulsjoni filwaqt li jittieħed kont tal-kosteffiċjenza tat-teknoloġiji u l-bżonn li jkun hemm qbil dwar valuri globalment armonizzati għas-settur, b’kont meħud ta’ kwalunkwe inizjattiva fis-suq u |
(b) |
l-impatt fuq l-informazzjoni tal-konsumaturi u fuq il-manifatturi, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, tal-kategoriji tad-disinn tal-inġenji tal-ilma imniżżla fl-Anness I, li huma bbażati fuq ir-reżistenza għall-forza tar-riħ u għal għoli sinifikanti tal-mewġ, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fl-istandardizzazzjoni internazzjonali. Dak ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni dwar jekk il-kategoriji tad-disinn tal-inġenji tal-ilma jeħtiġux speċifikazzjonijiet jew suddiviżjonijiet addizzjonali, u għandu jissuġġerixxi subkategoriji addizzjonali, kif adatt. |
Ir-rapporti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu għandhom, fejn adatt, jiġu akkumpanjati minn proposti leġislattivi.
Artikolu 53
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali li jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu implimentati.
Is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jiżdiedu jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jew l-importatur privat ikun wettaq ksur simili ta’ din id-Direttiva qabel.
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANSIZZJONALI
Artikolu 54
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-18 ta’ Jannar 2016 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-18 ta’ Jannar 2016. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 55
Perijodu transizzjonali
1. L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu d-disponibbiltà fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ prodotti koperti mid-Direttiva 94/25/KE li huma konformi ma’ dik id-Direttiva u li tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz qabel it-18 ta’ Jannar 2017.
2. L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu d-disponibbiltà fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ magni SI ta’ propulsjoni ta’ fuq barra b’saħħa ekwivalenti għal jew inqas minn 15-il kW li jikkonformaw mal-limiti ta’ emissjonijiet tal-egżost tal-istadju I stabbiliti fil-punt 2.1 tal-Parti B tal-Anness I u li ġew manifatturati minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (14) u tqiegħdu fis-suq qabel it-18 ta’ Jannar 2020.
Artikolu 56
Tħassir
Id-Direttiva 94/25/KE titħassar b’effett mit-18 ta’ Jannar 2016. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva.
Artikolu 57
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 58
Destinatarji
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Novembru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
V. LEŠKEVIČIUS
(1) ĠU C 43, 15.2.2012, p. 30.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ottubru 2013 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013.
(3) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15.
(4) ĠU L 214, 26.8.2003, p. 18.
(6) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
(7) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.
(8) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.
(9) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(10) ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.
(11) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.
(12) ĠU L 11, 15,1,2002, p. 4. (Edizzjoni Speċjali tal-Malti Kapitolu 15, Volum 6 p. 447).
(13) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(14) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
ANNESS I
REKWIŻITI ESSENZJALI
A. Rekwiżiti essenzjali għad-disinn u l-bini tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1)
1. KATEGORIJI TAD-DISINN TAL-INĠENJI TAL-ILMA
Kategorija tad-disinn |
Forza tar-riħ (Skala Beaufort) |
L-għoli sinifikanti tal-mewġ (H ⅓, metri) |
A |
aktar minn 8 |
aktar minn 4 |
B |
sa u li jinkludi 8 |
sa u li jinkludi 4 |
C |
sa u li jinkludi 6 |
sa u li jinkludi 2 |
D |
sa u li jinkludi 4 |
sa u li jinkludi 0,3 |
Noti ta’ spjegazzjoni:
A. |
Dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni li tingħata l-kategorija tad-disinn A titqies li tkun iddisinjata għall-irjieħ li jistgħu jaqbżu r-riħ forza 8 (skala Beaufort) u għoli sinifikanti tal-mewġ ta’ 4 m u aktar imma esklużi kundizzjonijiet anormali, bħal tempesta, tempesta qawwija, uragan, tromba u kundizzjonijiet tal-baħar estremi jew mewġiet anomali. |
B. |
Dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni li tingħata l-kategorija tad-disinn B titqies li hija ddisinjata għall-forza tar-riħ sa, u li tinkludi, 8, u għoli sinifikanti tal-mewġ sa, u li jinkludi, 4 m. |
C. |
Inġenju tal-ilma li jingħata l-kategorija tad-disinn C jitqies li huwa ddisinjat għall-forza tar-riħ sa, u li jinkludi, 6, u għoli sinifikanti tal-mewġ sa, u li jinkludi, 2 m. |
D. |
Inġenju tal-ilma li jingħata l-kategorija tad-disinn D jitqies li huwa ddisinjat għall-forza tar-riħ sa, u li jinkludi, 4, u għoli sinifikanti tal-mewġ sa, u li jinkludi, 0,3 m, b’mewġ okkażjonali ta’ għoli massimu ta’ 0,5 m. L-inġenji tal-ilma f’kull kategorija ta’ disinn għandhom jiġu ddisinjati u jinbnew sabiex jifilħu dawn il-parametri fir-rigward tal-istabbilità, u l-kapaċità li jżommu f’wiċċ l-ilma, u rekwiżiti essenzjali oħra rilevanti elenkati f’dan l-Anness, u li jkollhom karatteristiċi tajbin tal-immaniġġjar. |
2. REKWIŻITI ĠENERALI
2.1. Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma
Kull inġenju tal-ilma għandu jkun immarkat b’numru ta identifikazzjoni li jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(1) |
il-kodiċi tal-pajjiż tal-manifattur, |
(2) |
il-kodiċi uniku tal-manifattur assenjat mill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru, |
(3) |
in-numru tas-serje li huwa uniku, |
(4) |
ix-xahar u sena tal-produzzjoni, |
(5) |
is-sena tal-mudell. |
Ir-rekwiżiti dettaljati għan-numru ta’ identifikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu huma stabbiliti fl-istandard armonizzat rilevanti.
2.2. Il-plakka tal-bennej tal-inġenju tal-ilma
Kull inġeju tal-ilma għandu jġorr plakka mwaħħla b’mod permanenti li titwaħħal separatament min-numru tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma, li tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-isem tal-manifattur, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata, kif ukoll l-indirizz ta’ kuntatt; |
(b) |
l-immarkar CE kif previst fl-Artikolu 18; |
(c) |
il-kategorija tad-disinn tal-inġenju tal-ilma skont it-Taqsima 1, |
(d) |
it-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur derivata mill-punt 3.6 eskluż il-piż tal-kontenuti tat-tankijiet fissi meta jkunu mimlija; |
(e) |
in-numru ta’ persuni rakkomandat mill-manifattur li għalihom ikun ġie ddisinjat l-inġenju tal-ilma. |
Fil-każ ta’ valutazzjoni ta’ wara l-bini, id-dettalji tal-kuntatt u r-rekwiżiti msemmija fil-punt (a) għandhom jinkludu dawk tal-korp innotifikat li jkun wettaq il-valutazzjoni tal-konformità.
2.3. Il-protezzjoni mill-waqgħat minn fuq id-dgħajsa fl-ilma u l-mezzi tat-tlugħ lura.
L-inġenju tal-ilma għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jitnaqqsu għal minimu r-riskji li wieħed jaqa’ fl-ilma u biex jiffaċilita t-tlugħ lura. Il-mezzi ta’ tlugħ lura għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuna li tkun fl-ilma mingħajr għajnuna jew ikun jistgħu jintużaw minnha.
2.4. Il-viżibilità mill-pożizzjoni tas-sewqan prinċipali
Għad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, il-pożizzjoni tas-sewqan prinċipali għandha tagħti lill-operatur, f’kundizzjonijiet tal-użu normali (veloċità u tagħbija), viżibbiltà tajba kullimkien madwaru.
2.5. Manwal tas-sid
Kull prodott għandhom jingħata manwal tas-sid skont l-Artikolu 7(7) u l-Artikolu 9(4). Dak il-manwal għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-użu sikur tal-prodott filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-istabbiliment, il-manutenzjoni, it-tħaddim regolari, il-prevenzjoni tar-riskji u l-ġestjoni tar-riskji.
3. INTEGRITÀ U REKWIŻITI STRUTTURALI
3.1. Struttura
L-għażla u t-tagħqid u t-taħlit flimkien tal-materjali u l-bini għandhom jiżguraw li l-inġenju tal-ilma jkun b’saħħtu biżżejjed minn kull aspett. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kategorija tad-disinn skont it-Taqsima 1, u lit-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur skont it-punt 3.6.
3.2. L-istabbilità u l-freeboard
L-inġenju tal-ilma għandu jkollu biżżejjed stabbilità freeboard meta tiġi kkunsidrata l-kategorija tad-disinn skont it-Taqsima 1 u t-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur skont it-Taqsima 3.6.
3.3. Il-kapaċità li żżomm f’wiċċ l-ilma u l-flotazzjoni
L-inġenju tal-ilma għandu jinbena b’mod li jiġi żgurat li għandu karatteristiċi tal-kapaċità li jinżamm f’wiċċ l-ilma skont il-kategorija tad-disinn tiegħu f’konformità mat-Taqsima 1., u t-tagħbija massima rrakkomandata mill-manifattur skont il-punt 3.6. Kull dgħajsa abitabbli li tintuża għar-rikreazzjoni li jkollha aktar minn buq wieħed u li għandha t-tendenza li tinqaleb għandu jkollha kapaċità biżżejjed biex tibqa’ fil-wiċċ fil-pożizzjoni maqluba.
L-inġenji tal-ilma ta’ inqas minn sitt metri fit-tul li għandhom it-tendenza li jimtlew bl-ilma meta jintużaw fil-kategorija tad-disinn tagħhom għandhom ikunu pprovduti bil-mezzi xierqa ta’ flotazzjoni meta jkunu mimlijin bl-ilma.
3.4. Il-fetħiet fil-buq, fil-gverta u fis-soprastruttura
Il-fetħiet fil-buq, fil-gverta(iet) u fis-soprastruttura ma għandhomx itellfu mill-integrità strutturali tal-inġenju tal-ilma jew l-integrità tiegħu kontra l-maltemp meta jingħalaq.
It-twieqi, it-twieqi żgħar tal-ġenb, il-bibien u l-portelli tal-bokkaporti għandhom jifilħu l-pressjoni tal-ilma illi x’aktarx jagħmel magħhom fil-pożizzjoni speċifika tagħhom, kif ukoll piżijiet speċifiċi applikati bil-piż tal-persuni li jimxu fuq il-gverta.
Tagħmir fil-buq iddisinjat sabiex iħalli l-ilma jgħaddi għal ġewwa l-buq jew joħroġ barra mill-buq, taħt il-linja fejn wicc l-ilma jmiss mal-ġenb li jikkorrispondi mat-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur skont il-punt 3.6, għandu jitwaħħal b’mezzi tal-għeluq illi jkunu aċċessibbli faċilment.
3.5. Għargħar
L-inġenji tal-ilma kollha għandhom jiġu ddisinjati b’mod li jimminimizza r-riskju tal-għarqa.
Fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil:
(a) |
il-cockpits u x-xaftijiet, li għandhom ikunu jitbattlu waħidhom jew ikollhom mezzi oħra li jżommu l-ilma barra mill-ġewwieni tal-inġenju tal-ilma; |
(b) |
it-tagħmir tal-ventilazzjoni; |
(c) |
it-tneħħija tal-ilma permezz ta’ pompi jew mezzi oħra. |
3.6. It-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur
Il-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur (fjuwil, ilma, proviżjonijiet, apparat divers u nies (f’kilogrammi)) li għaliha jkun ġie ddisinjat l-inġenju tal-ilma, għandha tiġi stabbilita skont il-kategorija tad-disinn (Taqsima 1), l-istabbilità u l-freeboard (il-punt 3.2) u l-kapaċità li żżomm f’wiċċ l-ilma u l-flotazzjoni (il-punt 3.3).
3.7. L-istivar taċ-ċattra tas-salvataġġ
Id-dgħajjes kollha li jintużaw għar-rikreazzjoni tal-kategoriji ta’ disinn A u B, u d-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni tal-kategoriji ta’ disinn C u D itwal minn sitt metri għandu jkollhom wieħed jew aktar postijiet għall-istivar ta’ ċattra tas-salvataġġ (ċattri tas-salvataġġ) kbira biżżejjed biex tesa’ n-numru ta’ persuni rakkomandat mill-manifattur li d-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni jkunu ġew iddisinjati jġġorru. Il-post(ijiet) tal-istivar għandu(hom) jkun(u) dejjem aċċessibbli fil-pront.
3.8. Ħelsien mill-periklu
Kull dgħajsa abitabbli li tintuża għar-rikreazzjoni li jkollha aktar minn buq wieħed u li jkollha t-tendenza li tinqaleb għandu jkollha mezzi vijabbli ta’ ħelsien mill-periklu jekk tinqaleb. Fejn ikun hemm mezz ta’ ħelsien mill-periklu pprovdut għall-użu fil-pożizzjoni maqluba, dan m’għandux jikkomprometti l-istruttura (punt 3.1), l-istabbiltà (punt 3.2) jew il-kapaċità li d-dgħajsa tibqa’ fil-wiċċ (punt 3.3) kemm jekk id-dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni tkun wieqfa jew inkella maqluba.
Kull dgħajsa abitabbli li tintuża għar-rikreazzjoni għandu jkollha mezzi vijabbli ta’ ħelsien mill-periklu fil-każ ta’ nar.
3.9. L-ankrar, l-irmiġġ u l-irmunkar
Kull inġenju tal-ilma, b’kont meħud tal-kategorija tad-disinn u l-karatteristiċi tiegħu, għandu jkun mgħammar b’wieħed jew aktar punti b’saħħithom jew mezzi oħra li kapaċi jieħdu b’mod sigur il-piż tal-ankrar, tal-irmiġġ u tal-irmunkar.
4. IL-KARATTERISTIĊI TAL-IMMANIĠĠJAR
Il-manifattur għandu jiżgura li l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tal-inġenju tal-ilma huma sodisfaċenti bil-magna ta’ propulsjoni l-aktar b’saħħitha li għaliha l-inġenju tal-ilma jkun ġie ddisinjat u mibni. Għall-magni kollha ta’ propulsjoni, is-saħħa tal-magna massima kkalkulata għandha tiġi ddikjarata fil-manwal tas-sid.
5. REKWIŻITI TAL-INSTALLAZZJONI
5.1. Il-magni u l-kompartimenti tal-magni
5.1.1. Il-magna fuq ġewwa
Il-magni kollha mmuntati fuq ġewwa għandhom jitqiegħdu fi spazju magħluq separat mill-kwartieri tan-nies u installati b’mod li jimminimizza r-riskju tal-ħruq jew tat-tifrix tan-nirien kif ukoll perikli minn dħaħen tossiċi, sħana, ħsejjes jew vibrazzjonijiet fil-kwartieri fejn joqgħodu n-nies.
Il-partijiet tal-magna u l-aċċessorji li jeħtieġu spezzjoni frekwenti u/jew servizz sabiex jinzammu f’kundizzjoni tajba u jissewwew fejn hemm bżonn għandhom ikunu aċċessibbli malajr.
Il-materjal tal-iżolazzjoni ġewwa l-kompartimenti tal-magni għandu jkun li ma jiħux in-nar.
5.1.2. Il-ventilazzjoni
ll-kompartiment tal-magna għandu jkun ivventilat. Id-dħul tal-ilma ġewwa l-kompartiment tal-magna mill- ftuħ għandu jitnaqqas għal minimu.
5.1.3. Il-partijiet esposti
Sakemm il-magna ma tkunx protetta permezz ta’ għatu jew l-ispazju magħluq tagħha stess, il-partijiet esposti tal-magna li jiċċaqalqu jew li jkunu sħan li jistgħu jikkawżaw dannu personali għandhom jiġu protetti b’mod effettiv.
5.1.4. L-istartjar ta’ magna ta’ propulsjoni li tkun fuq barra
Kull magna ta’ propulsjoni li tkun fuq barra ffittjata fi kwalunkwe inġenju tal-ilma għandu jkollha apparat li ma jħallix il-magna tiġi startjata meta tkun ingranata, ħlief:
(a) |
meta l-magna tipproduċi anqas minn 500 Newton (N) ta’ static thrust; |
(b) |
meta l-magna jkollha apparat li jillimita l-ftuħ tal-valvola li tikkontrolla l-ammont ta’ fjuwil li jidħol fil-magna sabiex jillimita l-imbottatura għal 500 N xħin il-magna tiġi mqabbda. |
5.1.5. Inġenji tal-ilma personali li joperaw mingħajr sewwieq
L-inġenji tal-ilma personali għandhom ikunu ddisinjati jew bi qtugħ awtomatiku tal-magna ta’ propulsjoni jew b’apparat awtomatiku li jipprovdi moviment ċirkolari ‘il quddiem b’veloċità mnaqqsa, meta s-sewwieq jinżel deliberatament jew jaqa’ l-baħar.
5.1.6. Il-magni ta’ propulsjoni fuq barra kkontrollati permezz tal-laċċ tat-tmun għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir li jitfi l-magna f’emerġenza li jkun kollegat mat-tmunier.
5.2. Sistema tal-fjuwil:
5.2.1. Kummenti ġenerali
L-arranġamenti u l-installazzjonijiet għall-mili, il-ħażna, il-ventilazzjoni u l-provvista tal-fjuwil għandhom ikunu ddisinjati u installati b’mod li jimminimizza r-riskju ta’ ħruq u splużjoni.
5.2.2. Tankijiet tal-fjuwil
Tankijiet tal-fjuwil, linji u manek għandhom jintrabtu u jiġu sseparati jew protetti minn kwalunkwe fonti ta’ sħana sinifikanti. Il-materjal li t-tankijiet huma magħmulin minnu u l-metodu tagħhom ta’ bini għandu jkun skont il-kapaċità tagħhom u t-tip ta’ fjuwil.
L-ispazji tat-tankijiet tal-fjuwil għandhom ikunu ventilati.58
It-tankijiet tal-fjuwil li jieħdu l-petrol ma għandhomx ikunu parti mill-buq u għandhom:
(a) |
ikunu protetti kontra n-nar minn kwalunkwe magna u minn kull fonti oħra ta’ injezzjoni; |
(b) |
ikunu separati mill-kwartieri li fihom joqgħodu n-nies. |
It-tankijiet tal-fjuwil li jieħdu d-diżil jistgħu jkunu parti mill-buq.
5.3. Sistema elettrika
Is-sistemi tal-elettriku għandhom ikunu ddisinjati u installati b’mod li jiżguraw l-operazzjoni kif suppost tal-inġenju tal-ilma taħt kundizzjonijiet normali tal-użu u għandhom jimminimizzaw ir-riskju ta’ ħruq jew xokk elettriku.
Iċ-ċirkwiti elettriċi kollha, ħlief iċ-ċirkwiti li jqabbdu l-magna fornuti minn batteriji, għandhom jibqgħu siguri meta esposti għal tagħbija żejda.
Iċ-ċirkuwiti ta’ propulsjoni elettriċi m’għandhomx jinteraġixxu ma’ ċirkwiti oħrajn b’mod li jonqsu milli joperaw kif maħsub.
Għandu jkun hemm ventilazzjoni sabiex ma jakkumulawx il-gassijiet li jistgħu jisplodu, li jistgħu joħorġu mill batteriji. Il-batteriji għandhom ikunu mwaħħla sod u protetti mid-dħul tal-ilma.
5.4. Sistema tal-iggwidar
5.4.1. Kummenti ġenerali
Is-sistemi tal-iggwidar u tal-propulsjoni għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati b’mod li jippermettu t-trasmissjoni tat-tagħbija tal-iggwidar taħt kundizzjonijiet tal-operazzjoni prevedibbli.
5.4.2. L-arranġamenti tal-emerġenza
Kull dgħajsa bil-qlugħ li tintuża għar-rikreazzjoni u kull dgħajsa mingħajr qlugħ u b’magna ta’ propulsjoni unika b’sistema ta’ kontroll mill-boghod tat-tmun għandu jkollha mezzi ta’ emerġenza sabiex tiddirieġi d-dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni b’inqas rapidità.
5.5. Is-sistema tal-gass
Is-sistemi tal-gass għall-użu domestiku għandhom ikunu tal-għamla li jiġbdu l-fwar (vapour-withdrawal) u għandhom jiġu ddisinjati u installati b’mod li ma jkunx hemm tnixxija ta’ gass u riskju ta’ splużjoni u li jkunu jistgħu jiġu ttestjati għat-tnixxija. Il-materjali u l-komponenti għandhom ikunu adattati għall-gass speċifiku użat sabiex ikunu jifilħu l-pressjonijiet u l-kundizzjonijiet li jkunu esposti għalihom fl-ambjent marittimu.
Kull apparat li jaħdem bil-gass maħsub mill-manifattur għall-applikazzjoni li għaliha jintuża għandu jkun installat b’dan il-mod f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur. Kull apparat li jaħdem bil-gass għandu jkun provdut b’fergħa separata tas-sistema tad-distribuzzjoni, u kull apparat għandu jkun ikkontrollat b’sistema tal-għeluq separata. Għandu jkun hemm ventilazzjoni biżżejjed sabiex ma jkunx hemm perikli mit-tnixxija tal-gass u mill-prodotti ta’ kombustjoni.
L-inġenji tal-ilma kollha li jkollhom is-sistema tal-gass installata b’mod permanenti għandhom ikollhom spazju magħluq fejn jinżammu ċ-ċilindri tal-gass kollha. L-ispazju għandu jkun separat mill-kwartieri fejn joqgħodu n-nies, għandu jkun aċċessibbli minn barra biss u jkun ivventilat lejn in-naħa ta’ barra sabiex il-gass li jnixxi jista’ jinżel barra mid-dgħajsa.
B’mod partikolari, kwalunkwe sistema tal-gass installata permanentement għandha tiġi ttestjata wara li tiġi installata.
5.6. Protezzjoni min-nar
5.6.1. Kummenti ġenerali
It-tip ta’ apparat li jiġi installat u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ilma għandhom jikkunsidraw ir-riskju u t-tifrix tan-nar. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-inħawi madwar l-apparat b’fjamma esposta, lil spazji sħan jew magni u magni awżiljarji, lit-tifwir taż-żejt u l-fjuwils, lil pajpijiet taż-żejt u tal-fjuwils mikxufa u li jitgħadda l-elettriku b’mod partikolari ‘l bogħod minn sorsi tas-sħana u l-partijiet sħan.
5.6.2. Tagħmir għat-tifi tan-nar
Id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni għandhom ikunu forniti b’tagħmir għat-tifi tan-nar xieraq għall-perikolu tan-nar, jew il-pożizzjoni u l-kapaċità ta’ tagħmir għat-tifi tan-nar xieraq għall-perikolu tan-nar għandhom jiġu indikati. L-inġenju ma għandux jitqiegħed fis-servizz sakemm ma jkunx qiegħed fil-post it-tagħmir xieraq għat-tifi tan-nar. Il-kompartamenti tal-magni bil-petrol għandhom jiġu protetti b’sistema għat-tifi tan-nar li tevita l-bżonn li jinfetaħ il-kompartament fil-każ ta’ nar. Fejn ikunu pprovduti, it-teffejja tan-nar li jistgħu jinġarru għandhom ikunu aċċessibbli malajr u wieħed minnhom għandu jkun f’pożizzjoni li jista’ jintlaħaq b’mod faċli mill-pożizzjoni prinċipali tat-tmexxija tad-dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni.
5.7. Id-dwal tan-navigazzjoni, l-għamliet u s-sinjali tal-ħoss
Meta jitwaħħlu dwal tan-navigazzjoni, l-għamliet u s-sinjali tal-ħoss dawn għandhom ikunu konformi mar-Regolamenti COLREG tal-1972 (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Kolliżjonijiet fuq il-Baħar) jew CEVNI (Kodiċi Ewropew għan-Navigazzjonijiet Interni għall-Mogħdiji tal-Ilma Interni) kif xieraq.
5.8. Il-prevenzjoni tal-iskarika u l-installazzjonijiet li jiffaċilitaw il-kunsinna fuq l-art tal-iskart
L-inġenji tal-ilma għandhom ikunu mibnija b’mod li ma jkunx hemm ħruġ aċċidentali ta’ sustanzi li jniġġsu (żejt, fjuwil, eċċ.) fil-baħar.
Kwalunkwe tojlit iffitjat f’dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni għandu jkun konness ma’ sistema ta’ tank kontenitur jew sistema għat-trattament tal-ilma.
Id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’tankijiet kontenituri installati għandhom ikunu mgħammra b’konnessjoni standard ta’ skarika sabiex il-pajpijiet tal-faċilitajiet ta’ reċezzjoni ikunu jistgħu jitqabbdu mal-linja tal-iskarika tad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni.
Barra minn dan, kwalunkwe pajp għaddej mill-buq għal skart uman għandu jkollhu valvoli li huma kapaċi jitqiegħdu fil-pożizzjoni magħluqa. B.
B. Rekwiżiti essenzjali għall-emissjonijiet tal-egżost minn magni ta’ propulsjoni
Il-magni ta’ propulsjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali għall-emissjonijiet tal-egżost li huma stabbiliti f’din il-Parti.
1. IDENTIFIKAZZJONI TAL-MAGNA TA’ PROPULSJONI
1.1. |
Kull magna għandha tiġi mmarkata b’mod ċar bl-informazzjoni li ġejja:
|
1.2. |
Il-marki msemmijin fil-punt 1.1 għandhom jibqgħu għall-ħajja normali tal-magna u għandhom jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux. Jekk jintużaw tikketti jew pjanċi għandhom jitwaħħlu b’tali mod li t-twaħħil iservi għall-ħajja normali tal-magna, u t-tikketti/l-pjanċi ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jiġu distrutti jew jitħassrilhom il-wiċċ. |
1.3. |
Il-marki għandhom jitwaħħlu ma’ parti tal-magna neċessarja għall-operazzjoni normali tal-magna u li normalment ma teħtieġx sostituzzjoni tul il-ħajja tal-magna. |
1.4. |
Il-marki għandhom jitwaħħlu f’post li jkunu viżibbli mill-ewwel wara li l-magna tkun inbniet bil-komponenti kollha neċessarji għall-operazzjoni tal-magna. |
2. REKWIŻITI TAL-EMISSJONIJIET TAL-EGŻOST
Il-magni ta’ propulsjoni għandhom jiġu ddisinjati, jinbnew u jiġu armati sabiex meta jkunu installati b’mod korrett u f’użu normali, l-emissjonijiet ma għandhomx jeċċedu l-valuri limiti miksuba mill-punt 2.1, it-Tabella 1 u l-punt 2.2, it-Tabelli 2 u 3:
2.1. Valuri li japplikaw għall-finijiet tal-Artikolu 55(2) u t-Tabella 2 tal-punt 2.2
Tabella 1
(g/kWh) |
||||||||
Tip |
Monossidu tal-karbonju
|
Idrokarboni
|
Ossidi tan-nitroġenu NOx |
Materja partikulata PT |
||||
|
A |
B |
n |
A |
B |
n |
|
|
Tqabbid bi spark b’żewġ strowks |
150,0 |
600,0 |
1,0 |
30,0 |
100,0 |
0,75 |
10,0 |
Mhux applikabbli |
Tqabbid bi spark b’erba’ strowks |
150,0 |
600,0 |
1,0 |
6,0 |
50,0 |
0,75 |
15,0 |
Mhux applikabbli |
Tqabbid bil-kompressjoni |
5,0 |
0 |
0 |
1,5 |
2,0 |
0,5 |
9,8 |
1,0 |
Fejn A, B u n huma kostanti skont it-Tabella, PN huwa s-saħħa tal-magna kkalkulata f’kW.
2.2. Valuri li japplikaw mit-18 ta’ Jannar 2016:
Tabella 2
Limiti tal-emissjoni tal-egżost għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni (CI - compression ignition) (2)
Ċilindrata SV (L/cyl) |
Saħħa tal-Magna kkalkulata PN (kW) |
Materja partikulata PT (g/kWh) |
Idrokarboni u Ossidi tan-Nitroġenu
(g/kWh) |
|
|
Il-valuri msemmijin fit-tabella 1 |
|
(1) |
0,30 |
4,7 |
|
|
0,15 |
5,8 |
|
|
|
0,14 |
5,8 |
|
0,12 |
5,8 |
|
|
0,12 |
5,8 |
|
|
0,11 |
5,8 |
Tabella 3
Limiti tal-emissjoni tal-egżost għall-magni bi tqabbid bi sparks (SI - spark ignition)
Tip ta’ magna |
Saħħa tal-Magna Kkalkulata PN (kW) |
Monossidu tal-karbonju CO (g/kWh) |
Idrokarboni u Ossidi tan-Nitroġenu
(g/kWh) |
Magni fuq ġewwa u stern-drive |
|
75 |
5 |
|
350 |
16 |
|
|
350 |
22 |
|
Magni fuq barra u magni PWC |
|
|
30 |
|
|
|
|
|
300 |
|
2.3. Ċikli ta’ prova:
Ċikli ta’ prova u fatturi ta’ ponderazzjoni li għandhom jiġu applikati:
Għandhom jintużaw ir-rekwiżiti li ġejjin tal-istandard tal-ISO 8178-4:2007 b’kont meħud tal-valuri stabbiliti fit-tabella hawn taħt.
Għall-magni CI b’veloċità varjabbli għandu japplika ċ-ċiklu ta’ prova E1 jew E5 jew alternattivament, iktar minn 130 kW, jista’ jiġi applikat ċiklu ta’ prova E3. Għall-magni SI b’veloċità varjabbli għandu japplika ċ-ċiklu ta’ prova E4.
Ċiklu E1, numru tal-Mod |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
|
Veloċità |
Veloċità kkalkulata |
Veloċità intermedjarja |
Baxxa-mhux igranata |
|||
Torque, % |
100 |
75 |
75 |
50 |
0 |
|
Fattur ta’ ponderanza |
0,08 |
0,11 |
0,19 |
0,32 |
0,3 |
|
Veloċità |
Veloċità kkalkulata |
Veloċità intermedjarja |
Baxxa-mhux igranata |
|||
Ċiklu E3, numru tal-Mod |
1 |
2 |
3 |
4 |
|
|
Veloċità, % |
100 |
91 |
80 |
63 |
|
|
Saħħa, % |
100 |
75 |
50 |
25 |
|
|
Fattur ta’ ponderanza |
0,2 |
0,5 |
0,15 |
0,15 |
|
|
Ċiklu E4, numru tal-Mod |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
|
Veloċità, % |
100 |
80 |
60 |
40 |
Mhux igranata |
|
Torque, % |
100 |
71,6 |
46,5 |
25,3 |
0 |
|
Fattur ta’ ponderanza |
0,06 |
0,14 |
0,15 |
0,25 |
0,40 |
|
Ċiklu E5, numru tal-Mod |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
|
Veloċità, % |
100 |
91 |
80 |
63 |
Mhux igranata |
|
Saħħa, % |
100 |
75 |
50 |
25 |
0 |
|
Fattur ta’ ponderanza |
0,08 |
0,13 |
0,17 |
0,32 |
0,3 |
Il-korpi nnotifikati jistgħu jaċċettaw it-testijiet imwettqin abbażi ta’ ċikli ta’ testijiet oħrajn kif speċifikat fl-istandard armonizzat u kif applikabbli għaċ-ċiklu ta’ rendiment tal-magna.
2.4. Applikazzjoni tal-familja tal-magna ta’ propulsjoni u l-għażla tal-magna ta’ propulsjoni ewlenija
Il-manifattur tal-magna għandu jkun responsabbli li jiddefinixxi dawk il-magni mill-medda li joffri li għandhom jiġu inklużi f’familja ta’ magni.
Għandha tintgħażel magna ewlenija minn familja tal-magna b’tali mod li l-karatteristiċi tal-emissjonijiet tagħha jkunu rappreżentattivi għall-magni kollha f’din il-familja tal-magna. Il-magna li tinkorpora dawk il-karatteristiċi li huma mistennija li jirriżultaw fl-għola emissjonijiet speċifiċi (espressi fi g/kWh), meta jitkejlu fiċ-ċiklu ta’ prova li japplika, normalment għandhom jintgħażlu bħala l-magna ewlenija tal-familja.
2.5. Fjuwils ta’ prova
Il-fjuwil ta’ prova li jintuża għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-egżost għandu jissodisfa l-karatteristiċi li ġejjin:
Fjuwils Petrol |
||||
Proprjetà |
RF-02-99 Mingħajr ċomb |
RF-02-03 Mingħajr ċomb |
||
|
min. |
mass. |
min. |
mass. |
Numru tar-Riċerka tal-Ottanu (RON) |
95 |
— |
95 |
— |
Numru tal-Ottan tal-Mutur (MON) |
85 |
— |
85 |
— |
Densità ta’ 15 °C (kg/m3) |
748 |
762 |
740 |
754 |
It-temperatura inizjali ta’ meta jibda jagħli (°C) |
24 |
40 |
24 |
40 |
Piż skont il-piż tal-kubrit (mg/kg) |
— |
100 |
— |
10 |
Kontenut taċ-ċomb (mg/l) |
— |
5 |
— |
5 |
Pressjoni tal-fwar reid (kPa) |
56 |
60 |
— |
— |
Pressjoni tal-fwar (DVPE) (kPa) |
— |
— |
56 |
60 |
Fjuwils Diżil |
||||
Proprjetà |
RF-06-99 |
RF-06-03 |
||
|
min. |
mass. |
min. |
mass. |
Numru ċetan |
52 |
54 |
52 |
54 |
Densità ta’ 15 °C (kg/m3) |
833 |
837 |
833 |
837 |
It-temperatura finali ta’ meta jibda jagħli (°C) |
— |
370 |
— |
370 |
Il-punt ta’ fjammabbiltà (°C) |
55 |
— |
55 |
— |
Piż skont il-piż tal-kubrit (mg/kg) |
Għandu jiġi rrappurtat |
300 (50) |
— |
10 |
Piż skont il-piż tal-irmied (%) |
Għandu jiġi rrappurtat |
0,01 |
— |
0,01 |
Il-korpi innotifikati jistgħu jaċċettaw testijiet li jkunu twettqu fuq il-bażi ta’ fjuwils ta’ prova oħrajn kif speċifikat fi standard armonizzat.
3. IT-TUL TAŻ-ŻMIEN LI JIBQA’ JAĦDEM
Il-manifattur tal-magna għandu jipprovdi l-installazzjoni tal-magna u l-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni, li jekk applikati għandhom ifissru li l-magna f’użu normali tibqa’ tikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-punti 2.1 u 2.2 tul il-ħajja normali tal-magna u taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu.
Din l-informazzjoni għandha tinkiseb mill-manifattur tal-magna permezz tal-użu ta’ test preċedenti ta’ reżistenza, ibbażat fuq ċikli normali ta’ operazzjoni, u bil-kalkolu tal-għejja tal-komponent sabiex l-istruzzjonijiet neċessarji ta’ manutenzjoni jistgħu jiġu ppreparati mill-manifattur u joħorġu mal-magni l-ġodda kollha meta jitqiegħdu għall-ewwel darba fis-suq.
Il-ħajja normali tal-magna hija kif ġej:
(a) |
Għall-magni CI: 480 siegħa jew 10 snin ta’ tħaddim, kwalunkwe minn dawn iseħħ l-ewwel; |
(b) |
Għall-magni SI fuq ġewwa jew stern drive b’egżost integrali jew mingħajru:
|
(c) |
magni ta’ inġenji tal-ilma personali: 350 siegħa ta’ tħaddim jew ħames snin, skont liema minn dawn iseħħ l-ewwel; |
(d) |
magni fuq barra: 350 siegħa ta’ tħaddim jew 10 snin, skont liema minn dawn iseħħ l-ewwel |
4. IL-MANWAL TAS-SID
Kull magna għandha tiġi pprovduta b’manwal tas-sid b’lingwa jew lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u utenti finali oħrajn, kif determinati mill-Istat Membru li fih l-magna għandha titqiegħed fis-suq.
Il-manwal tas-sid għandu:
(a) |
jipprovdi istruzzjonijiet għall-installazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni meħtieġa għall-iżgurar tat-tħaddim kif suppost tal-magna sabiex tissodisfa r-rekwiziti tat-Taqsima 3 (Tul taż-żmien li jibqa’ jaħdem); |
(b) |
jispeċifika s-saħħa tal-magna meta mkejla skont l-istandard armonizzat. |
C. Rekwiżiti essenzjali għall-emissjonijiet tal-ħsejjes
Id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’magni fuq ġewwa jew stern drive mingħajr egżost integrali, inġenji tal-ilma personali u magni fuq barra u magni stern drive b’egżost integrali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali għall-emissjonijiet tal-ħsejjes stabbiliti f’din il-Parti.
1. LIVELLI TA’ EMISSJONIJIET TAL-ĦSEJJES
1.1. |
Id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’magni fuq ġewwa jew stern drive mingħajr egżost integrali, inġenji tal-ilma personali u magni fuq barra u magni stern drive b’egżost integrali għandhom jiġu ddisinjati, jinbnew u jiġu armati sabiex l-emissjonijiet tal-ħsejjes ma jaqbżux il-valuri limiti fit-tabella li ġejja:
fejn PN = is-saħħa tal-magna kkalkulata f’kW ta’ magna waħda b’veloċità kkalkulata u LpASmax = il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss f’dB. Għall-unitajiet ta’ magna doppja u magna multipla tat-tipi kollha ta’ magna tista’ tiġi applikata konċessjoni ta’ 3 dB. |
1.2. |
Bħala alternattiva għat-testijiet tal-kejl tal-ħoss, id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’konfigurazzjoni ta’ magna fuq ġewwa jew konfigurazzjoni ta’ magna stern drive, mingħajr egżost integrali, għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ħsejjes stabbiliti fil-punt 1.1 jekk għandhom numru Froude ta’ ≤ 1,1 u proporzjon tas-Saħħa meta mqabbla mal-Ispjazzament ta’ ≤ 40 u meta l-magna u s-sistema tal-egżost huma installati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-magna. |
1.3. |
In-“Numru Froude” Fn għandu jiġi kkalkulat billi l-veloċità massima tad-dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni V (m/s) tinqasam bl-isquareroot tat-tul tal-linja fejn il-wicc tal-ilma jmiss mad-dgħajsa lwl (m) multipplikat b’kostanti ta’ aċċellerazzjoni ta’ gravità, g, ta’ 9,8 m/s2.
“Il-proporzjon ta’ Saħħa meta mqabbla mal-Ispjazzament” għandu jiġi kkalkulat billi s-saħħa tal-magna kkalkulata PN (f’kW) tinqasam bl-ispjazzament tad-dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni D (f’tunnellati)
|
2. IL-MANWAL TAS-SID
Għad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’magna fuq ġewwa jew magni stern drive mingħajr egżost integrali u għall-inġenji tal-ilma personali, il-manwal tas-sid meħtieġ skont il-punt 2.5 tal-Parti A, għandu jinkludi l-informazzjoni neċessarja sabiex id-dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni u s-sistema tal-egżost jinżammu f’kundizzjoni li, sa fejn hi prattikabbli, tiżgura l-konformità mal-valuri limiti speċifikati tal-ħsejjes f’użu normali.
Għall-magni fuq barra u magni stern drive b’egżost integrali, il-manwal tas-sid meħtieġ skont it-Taqsima 4 tal-Parti B għandu jipprovdi l-istruzzjonijiet neċessarji sabiex il-magna tinżamm f’kundizzjoni, li sa fejn hi prattikabbli, tiżgura l-konformità mal-valuri limiti speċifikati tal-isotrbju f’użu normali.
3. IT-TUL TAŻ-ŻMIEN LI JIBQA’ JAĦDEM
Id-dispożizzjonijiet dwar it-tul taż-żmien fit-Taqsima 3 tal-Parti B għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-konformità mar-rekwiżiti dwar l-emissjonijiet tal-ħsejjes stabbiliti fit-Taqsima 1 ta’ din il-parti.
+ |
Alternattivament, il-magni bi tqabbid bil-kompressjoni b’saħħa tal-magna kkalkulata ta’ 37 kW jew aktar u inqas minn 75 kW u b’ċilindrata inqas minn 0,9 L/cyl ma għandhomx jaqbżu l-limitu tal-emissjoni tal-PT ta’ 0,20 g/kWh u limitu tal-emissjoni kkombinata tal- ta’ 5,8 g/kWh. |
++ |
Kull magna bi tqabbid bil-kompressjoni ma għandhiex taqbeż il-limitu tal-emissjoni tal-Monossidu tal-karbonju (CO) ta’ 5,0 g/kWh. |
ANNESS II
KOMPONENTI TAL-INĠENJI TAL-ILMA
(1) |
Tagħmir bi protezzjoni kontra t-tqabbid aċċidentali għall-magni fuq ġewwa u l-magni stern drive u l-ispazji għat-tank tal-petrol; |
(2) |
Apparat li jevita li l-magni fuq barra jitqabbdu meta jkunu ingranati; |
(3) |
Roti tat-tmun, mekkaniżmi tat-tmun u immuntar tal-kejbils; |
(4) |
Tankijiet tal-fjuwil maħsuba għall-installazzjonijiet fissi u manek tal-fjuwil; |
(5) |
Sportelli fabbrikati minn qabel u dwal għall-ġenb tad-dgħajsa (port lights). |
ANNESS III
DIKJARAZZJONI TAL-MANIFATTUR JEW L-IMPORTATUR TAL-INĠENJU TAL-ILMA PARZJALMENT LEST (ARTIKOLU 6(2))
Id-dikjarazzjoni mill-manifattur jew l-importatur stabbilit fl-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) għandha tinkludi dan li ġej:
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-manifattur; |
(b) |
l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur stabbilit fl-Unjoni jew, jekk xieraq, tal-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq; |
(c) |
deskrizzjoni tal-inġenju tal-ilma parzjalment lest; |
(d) |
dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ilma parzalment lest jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali li japplikaw f’dan l-istadju ta’ bini; din għandha tinkludi referenzi għall-istandards rilevanti armonizzati użati, jew referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet li fir-rigward tagħhom hija dikjarata l-konformità f’dan l-istadju ta’ bini; barra minn hekk, din hija maħsuba biex tiġi kompluta minn persuni legali jew fiżiċi oħra b’konformità sħiħa ma’ din id-Direttiva. |
ANNESS IV
DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE Nru xxxxx (1)
1. |
Nru xxxxx (Prodott: prodott, lott, tip, jew numru tas-serje): |
2. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu [Ir-rappreżentant awtorizzat għandu wkoll jagħti l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-manifattur] jew l-importatur privat. |
3. |
Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur jew l-importatur privat jew il-persuna msemmija fl-Artikolu 19(3) jew (4) tad-Direttiva 2013/53/UE. |
4. |
L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tal-prodott li tippermetti t-traċċabbiltà. Tista’ tinkludi ritratt, fejn meħtieġ): |
5. |
L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt fil-punt 4 huwa konformi mal-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni: |
6. |
Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti li ntużaw, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħrajn li skonthom qed tiġi ddikjarata l-konformità: |
7. |
Fejn applikabbli, il-korp innotifikat … (isem, numru) wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) u ħareġ iċ-ċertifikat: |
8. |
L-identifikazzjoni tal-persuna mogħtija s-setgħa tiffirma f’isem il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
9. |
Informazzjoni addizzjonali:
|
(1) Huwa fakultattiv li tassenja numru lid-dikjarazzjoni tal-konformità.
ANNESS V
KONFORMITÀ EKWIVALENTI BBAŻATA FUQ IL-VALUTAZZJONI TA’ WARA L-BINI (MODULU PCA)
1. Il-konformità bbażata fuq il-valutazzjoni ta’ wara l-bini hija l-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità ekwivalenti ta’ prodott li għalih il-manifattur ma jkunx ħa r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott ma’ din id-Direttiva, u fejn persuna fiżika jew legali msemmija fl-Artikolu 19(2), (3) jew (4), li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew qed tibda tużah taħt ir-responsabbiltà tagħha, qed tieħu r-responsabbiltà tal-konformità ekwivalenti ta’ dan il-prodott. Din il-persuna għandha tissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 4 u għandha tiżgura u tiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tagħha li l-prodott ikkonċernat, li kien soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3, huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.
2. Il-persuna li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew li qed tibda tużah għandha tressaq applikazzjoni għal valutazzjoni ta’ wara l-bini tal-prodott lil korp innotifikat u għandha tipprovdi id-dokumenti u l-fajl tekniku lill-korp innotifikat biex dan ikun jista’ jivvaluta l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u kull informazzjoni disponibbli dwar l-użu tal-prodott wara l-ewwel użu tiegħu.
Il-persuni li qed tqiegħed tali prodott fis-suq jew tibda tużah għandha żżomm dawn id-dokumenti u l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal 10 snin wara li l-prodott ikun ġie vvalutat fuq il-konformità ekwivalenti tiegħu skont il-proċedura tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini.
3. Il-korp innotifikat għandu jeżamina il-prodott individwali u jwettaq kalkoli, tests u valutazzjonijiet oħrajn, sa fejn ikun meħtieġ biex jiżgura li tintwera l-konformità ekwivalenti tal-prodott mar-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva.
Il-korp innotifikat għandu jfassal u joħroġ ċertifikat u rapport relatat tal-konformità fir-rigward tal-valutazzjoni mwettqa u għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat u tar-rapport relatat tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara jkun ħareġ dawn id-dokumenti.
Il-korp innotifikat għandu jwaħħal in-numru tal-identifikazzjoni tiegħu ħdejn il-marka CE fuq il-prodott approvat jew jgħid lil xi ħadd iwaħħlu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Fil-każ li l-prodott ivvalutat ikun inġenju tal-ilma, il-korp innotifikat għandu wkoll jiżgura li xi ħadd iwaħħal, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, in-numru tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma kif imsemmi fil-punt 2.1 tal-Parti A tal-Anness I, fejn l-ispazju riżervat għall-kodiċi tal-pajjiż tal-manifattur għandu jintuża biex wieħed jindika l-pajjiż ta’ stabbiliment tal-korp innotifikat u l-ispazji riżervati għall-kodiċi uniku tal-manifattur mogħti mill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru jintużaw biex wieħed jindika l-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini li jkun ġie allokat lill-korp innotifikat, flimkien man-numru tas-serja taċ-ċertifikat tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini. L-ispazji fin-numru tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma għax-xahar u s-sena tal-produzzjoni u għas-sena tal-mudell għandhom jintużaw biex jiġu indikati x-xahar u s-sena tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini.
4. Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità
4.1. |
Il-persuna li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew qed tibda tużah għandha twaħħal il-marka CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fit-Taqsima 3, in-numru tal-identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar mal-prodott li għalih il-korp innotifikat ivvaluta u ċċertifika l-konformità ekwivalenti tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva. |
4.2. |
Il-persuna li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew qed tibda tużah għandha tfassal dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità u għandha żżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara d-data li fiha jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini. Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-prodott li għalih tkun tfasslet. Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità lill-awtoritajiet rilevanti. |
4.3. |
Fil-każ li l-prodott ivvalutat ikun inġenju tal-ilma, il-persuna li qed tqiegħed l-inġenju tal-ilma fis-suq jew li qed tibda tużah għandha twaħħal il-plakka tal-bennej deskritta fil-punt 2.2 tal-Parti A tal-Anness I fuq l-inġenju tal-ilma, li għandha tinkludi l-kliem “valutazzjoni ta’ wara l-bini”, u n-numru tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma deskritt fil-punt 2.1 tal-Parti A tal-Anness I, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3. |
5. Il-korp innotifikat għandu jgħarraf lill-persuna li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew li qed tibda tużah bl-obbligi tagħha skont din il-proċedura tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini.
ANNESS VI
REKWIŻITI SUPPLIMENTARI META JINTUŻA L-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI INTERNA FLIMKIEN MA’ TESTIJIET TA’ PRODUZZJONI SORVELJATA STABBILITI FIL-MODULU A1 (L-ARTIKOLU 24(2))
Disinn u bini
Wieħed jew aktar mit-testijiet li ġejjin, kalkolu ekwivalenti jew kontroll għandhom isiru mill-manifattur jew għan-nom tiegħu fuq wieħed jew diversi inġenji tal-ilma li jirrapreżentaw il-produzzjoni tal-manifattur:
(a) |
test tal-istabbiltà skont il-punt 3.2 tal-Parti A tal-Anness I; |
(b) |
test tal-karatteristiċi tal-kapaċità li jżommu f’wiċċ l-ilma skont il-punt 3.3 tal-Parti A tal-Anness I. |
Emissjonijiet tal-ħsejjes
Għad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni li huma mgħammra b’magni fuq ġewwa jew magni stern drive mingħajr egżost integrali u għall-inġenji tal-ilma personali, it-testijiet tal-emissjonijiet tal-ħoss stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I għandhom jitwettqu fuq wieħed jew diversi inġenji tal-ilma li jirrapreżentaw il-produzzjoni tal-manifattur tal-inġenji tal-ilma minn dan tal-aħħar, jew f’ismu, taħt ir-responsabbiltà ta’ korp innotifikat magħżul mill-manifattur.
Għall-magni fuq barra u l-magni stern drive b’egżost integrali, it-testijiet tal-emissjonijiet tal-ħoss definiti fil-Parti C tal-Anness I għandhom jitwettqu mill-manifattur tal-magna, jew f’ismu, taħt ir-responsabbiltà ta’ korp innotifikat magħżul mill-manifattur fuq magna waħda jew diversi magni ta’ kull familja ta’ magna li tirrappreżenta l-produzzjoni tal-manifattur tal-magna.
Meta aktar minn magna waħda ta’ familja tal-magna tiġi ttestjata, il-metodu statistiku deskritt fl-Anness VII għandu jiġi applikat sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-kampjun.
ANNESS VII
KONFORMITÀ TAL-VALUTAZZJONI TAL-PRODUZZJONI GĦAL EMISSJONIJIET TA’ EGŻOST U ĦSEJJES
1. |
Għall-verifika tal-konformità ta’ familja ta’ magna, għandu jittieħed kampjun ta’ magni mis-serje. Il-manifattur għandu jiddeċiedi dwar id-daqs (n) tal-kampjun, bi ftehim mal-korp innotifikat. |
2. |
Il-medja aritmetika X tar-riżultati miksuba mill-kampjun għandha tiġi kkalkolata għal kull komponent regolat tal-emissjonijiet tal-egżost u tal-ħsejjes. Il-produzzjoni tas-serja għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti (“deċiżjoni li tkun għaddiet”) jekk tiġi ssodisfata l-kundizzjoni li ġejja:
S hija d-devjazzjoni standard, fejn:
|
ANNESS VIII
PROĊEDURA SUPPLIMENTARI LI GĦANDHA TIĠI APPLIKATA GĦALL-KONFORMITÀ MAT-TIP IBBAŻATA FUQ IL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI INTERNA (MODULU C)
Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 24(5) meta l-livell tal-kwalità jidher li mhuwiex sodisfaċenti, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:
Tittieħed magna mis-serja u tiġi soġġetta għat-test deskritt fil-Parti B tal-Anness I. Il-magni ta’ prova għandu jkun sarilhom it-tħaddim tal-bidu (running in), parzjalment jew kompletament, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. Jekk l-emssjonijiet speċifiċi tal-egżost tal-magna meħuda mis-serje jaqbżu l-valuri limiti skont il-Parti B tal-Anness I, il-manifattur jista’ jitlob li jsir kejl fuq kampjun ta’ magni meħuda mis-serje u inkluż l-magna meħuda fil-bidu. Sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-kampjun tal-magni mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, il-metodu ta’ statistika deskritt fl-Anness VII għandu jiġi applikat.
ANNESS IX
DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA
Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 25, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, għandha tinkludi dan li ġej:
(a) |
Deskrizzjoni ġenerali tat-tip; |
(b) |
Disinn kunċettwali u disinni tal-manifattura u skemi tal-komponenti, sottomontaturi, ċirkuwiti, u data rilevanti oħra; |
(c) |
Deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għall-ftehim tad-disinni u tal-iskemi msemmija u t-tħaddim tal-prodott; |
(d) |
Lista tal-istandards imsemmija fl-Artikolu 14, applikati kompletament jew parzjalment, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali meta l-istandards imsemmija fl-Artikolu 14 ma jkunux ġew applikati; |
(e) |
Ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li twettqu, u data rilevanti oħra; |
(f) |
Ir-rapporti tat-testjiet, jew il-kalkoli jiġifieri dwar l-istabbilità skont il-punt 3.2 tal-Parti A tal-Anness I u dwar il-kapaċità li jżommu f’wiċċ l-ilma skont il-punt 3.3 tal-Parti A tal-Anness I; |
(g) |
Ir-rapporti tat-testijiet dwar l-emissjonijiet tal-egżost li juru l-konformità mat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness I; |
(h) |
Ir-rapporti tat-testijiet dwar l-emissjonijiet tal-ħsejjes li juru l-konformità mat-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness I. |