24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 226/1


DIRETTIVA 2013/39/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Awwissu 2013

li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika dwar l-ilma

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz ta’ att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

It-tniġġis kimiku tal-ilma tal-wiċċ jippreżenta theddida għall-ambjent akkwatiku, b’effetti bħal tossiċità akuta u kronika f’organiżmi akkwatiċi, akkumulazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu fl-ekosistema u telf ta’ ħabitats u bijodiversità, u jippreżenta wkoll theddida għas-saħħa tal-bniedem. Bħala kwistjoni ta’ prijorità, il-kawżi tat-tniġġis għandhom jiġu identifikati u l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għandhom jiġu ttrattati fl-oriġini tagħhom, bl-aktar mod effettiv ekonomikament u ambjentalment.

(2)

Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità, tissewwa f’ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas.

(3)

It-trattament tal-ilma mormi jista’ jkun proċess li jqum ħafna flus. Sabiex ikun faċilitat trattament irħas u aktar kosteffettiv, jista’ jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi ta’ trattament tal-ilma.

(4)

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (4) tistabbilixxi strateġija kontra t-tniġġis tal-ilma. Dik l-istrateġija tinvolvi l-identifikazzjoni ta’ sustanzi prijoritarji fost dawk li jippreżentaw riskju sinifikanti lill-ambjent akkwatiku fil-livell tal-Unjoni jew permezz tiegħu. Id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2001 li tistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika tal-ilma (5) u tistabbilixxi l-ewwel lista ta’ 33 sustanza jew grupp ta’ sustanzi li ġew prijoritizzati fil-livell tal-Unjoni għall-inklużjoni fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE.

(5)

Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma (6) tistabbilixxi standards tal-kwalità ambjentali (EQS - environmental quality standards), f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE, għat-33 sustanza prijoritarja identifikati fid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE u tmien sustanzi oħra li jniġġsu li kienu diġà ġew regolati fil-livell tal-Unjoni.

(6)

Skont l-Artikolu 191(3) TFUE, fil-preparazzjoni tagħha tal-politika dwar l-ambjent, l-Unjoni għandha tieħu inkonsiderazzjoni data xjentifika u teknika eżistenti, il-kondizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni differenti tal-Unjoni, il-vantaġġi u l-piżijiet li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni inġenerali u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha. Għandhom jiġu kkunsidrati fatturi xjentifiċi, ambjentali u soċjoekonomiċi, inklużi konsiderazzjonijiet dwar is-saħħa tal-bniedem fl-iżvilupp ta’ politika kosteffettiva u proporzjonata dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ tniġġis kimiku tal-ilmijiet tal-wiċċ, inkluż fir-reviżjoni tal-lista ta’ sustanzi prijoritarji skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE. Għal dan il-għan, il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” li hu abbażi tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi applikat b’mod konsistenti.

(7)

Il-Kummissjoni wettqet reviżjoni tal-lista ta’ sustanzi prijoritarji skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/105/KE u waslet għall-konklużjoni li huwa xieraq li temenda l-lista ta’ sustanzi prijoritarji permezz tal-identifikazzjoni ta’ sustanzi ġodda għal azzjoni prijoritarja fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li tistabbilixxi EQS għal dawk is-sustanzi identifikati ġodda, tirrevedi l-EQS għal ċerti sustanzi eżistenti skont il-progress xjentifiku, u tistabbilixxi l-EQS tal-bijota għal ċerti sustanzi prijoritarji eżistenti u identifikati ġodda.

(8)

Ir-reviżjoni tal-lista ta’ sustanzi prijoritarji ġiet appoġġata minn konsultazzjoni estensiva mal-esperti mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-partijiet interessati u l-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa u r-Riskji Ambjentali.

(9)

L-EQS riveduti għal sustanzi ta’ prijorità eżistenti għandhom jiġu meqjusa għall-ewwel darba fil-pjani ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar li jkopru l-perijodu 2015 sa 2021. Is-sustanzi prijoritarji li għadhom kif ġew identifikati u l-EQS tagħhom, għandhom jiġu meqjusa fl-istabbliment ta’ programmi ta’ monitoraġġ supplementari u fil-programmi preliminari ta’ miżuri li għandhom jiġu ppreżentati sal-aħħar tal-2018. Bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ, l-EQS riveduti għal sustanzi prijoritarji għandhom jintlaħqu sal-aħħar tal-2021 u l-EQS għal sustanzi prijoritarji identifikati ġodda sal-aħħar tal-2027, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(4) sa (9) tad-Direttiva 2000/60/KE, li jinkludi fost l-oħrajn dispożizzjonijiet għall-estenzjoni tal-iskadenza biex jintlaħaq status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiżż jew il-kisba ta’ objettivi ambjentali inqas riġidi għal korpi speċifiċi tal-ilma fuq il-bażi ta’ spejjeż sproporzjonati u/jew ħtiġijiet soċjoekonomiċi, dment li ma jkunx hemm aktar deterjorazzjoni fl-istatus tal-korpi tal-ilma affettwati. Għaldaqstant, id-determinazzjoni tal-istatus kimiku tal-ilma tal-wiċċ sal-iskadenza tal-2015 stipulata fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE għandha tkun ibbażata biss fuq is-sustanzi u l-EQS stabbiliti fid-Direttiva 2008/105/KE fil-verżjoni fis-seħħ fit-13 ta’ Jannar 2009 ħlief jekk dawk l-EQS ikunu iktar riġidi mill-EQS riveduti taħt din id-Direttiva, fejn f’dak il-każ għandhom jiġu applikati l-EQS riveduti.

(10)

Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, ġew adottati ħafna atti tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 16(6) ta’ dik id-Direttiva, li jikkostitwixxu miżuri ta’ kontroll tal-emissjonijiet għal sustanzi prijoritarji individwali. Barra minn hekk, ħafna miżuri ta’ protezzjoni ambjentali diġà jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ liġijiet eżistenti oħra tal-Unjoni. Fejn l-objettivi stipulati fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/60/KE jistgħu jinkisbu b’mod effettiv mill-istrumenti eżistenti, għandha tingħata prijorità għall-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-istrumenti eżistenti minflok l-istabbiliment ta’ miżuri ġodda. L-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7).

(11)

Sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni aħjar bejn id-Direttiva 2000/60/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (8), u l-leġisltazzjoni settorjali rilevanti, għandhom jiġu esplorati sinerġiji potenzjali bil-għan li jiġu identifikati oqsma possibbli fejn data miġbura permezz tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE tista’ tintuża biex tappoġġa lir-REACH u proċeduri rilevanti oħra ta’ valutazzjoni tas-sustanzi u, min-naħa l-oħra, oqsma fejn data ġġenerata għall-fini ta’ valutazzjonijiet ta’ sustanzi taħt ir-REACH u leġislazzjoni settorjali rilevanti tista’ tintuża biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, inkluż il-prijoritizzazzjoni deskritta fl-Artikolu 16(2) ta’ dik id-Direttiva.

(12)

It-tnaqqis progressiv tat-tniġġis mis-sustanzi prijoritarji u l-waqfien jew l-eliminazzjoni gradwali tar-rilaxxi, tal-emissjonijiet u tat-telf ta’ sustanzi perikolużi prijoritarji, kif meħtieġ mid-Direttiva 2000/60/KE, jistgħu spiss jinkisbu bl-aktar mod kosteffettiv permezz ta’ miżuri tal-Unjoni speċifiċi għas-sustanzi fis-sors pereżempju skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1907/2006, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 528/2012 (9) jew id-Direttivi, 2001/82/KE (10), 2001/83/KE (11) jew 2010/75/UE (12). Għalhekk, għandha tissaħħaħ il-koerenza bejn dawk l-atti legali, id-Direttiva 2000/60/KE, u leġislazzjoni oħra rilevanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni xierqa ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll mis-sors. Fejn l-eżitu tar-reviżjoni regolari tal-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE, u data ta’ monitoraġġ disponibbli, juru li l-miżuri fis-seħħ fil-livell tal-Unjoni jew l-Istat Membru mhumiex biżżejjed biex jinkisbu l-EQS għal ċerti sustanzi prijoritarji jew l-objettiv ta’ waqfien jew l-eliminazzjoni gradwali għal ċerti sustanzi perikolużi prijoritarji, għandha tittieħed azzjoni adatta fil-livell tal-Unjoni jew l-Istat Membru bil-għan li jinkisbu l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE, b’kont meħud tal-evalwazzjonjiet tar-riskju, l-analiżi soċjoekonomika u dik tal-benefiċċji b’paragun mal-kost imwettqin skont il-leġislazzjoni rilevanti, kif ukoll id-disponibbiltà ta’ alternattivi.

(13)

Minn meta saret id-derivazzjoni tal-EQS għat-33 sustanza prijoritarja inklużi fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE, ġew konklużi għadd ta’ valutazzjonijiet tar-riskju skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (13), sostitwit aktar tard bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Sabiex jiġi żgurat livell adatt ta’ protezzjoni u jiġu aġġornati l-EQS skont l-aħħar għarfien xjentifiku u tekniku fir-rigward tar-riskji għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu, l-EQS għal uħud mis-sustanzi eżistenti għandhom jiġu riveduti.

(14)

Sustanzi addizzjonali li jimponu riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku fil-livell tal-Unjoni jew permezz tiegħu ġew identifikati u prijoritizzati bl-użu tal-approċċi speċifikati fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE u għandhom jiżdiedu mal-lista tas-sustanzi prijoritarji. L-aħħar informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli ġiet ikkunsidrata fid-derivazzjoni tal-EQS għal dawk is-sustanzi.

(15)

It-tniġġis tal-ilma u l-ħamrija b’residwi farmaċewtiċi huwa problema ambjentali emerġenti. Fl-evalwazzjoni u l-kontroll tar-riskju għall-ambjent akkwatiku, jew permezz tiegħu, mill-prodotti mediċinali, għandha tingħata attenzjoni adegwata lill-objettivi ambjentali tal-Unjoni. Sabiex jiġi indirizzat dak it-tħassib, il-Kummissjoni għandha tistudja r-riskji tal-effetti ambjentali mill-prodotti mediċinali u tipprovdi analiżi tar-rilevanza u l-effettività tal-qafas leġislattiv attwali għall-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-ambjent akkwatiku.

(16)

Id-derivazzjoni tal-EQS għal sustanzi perikolużi prijoritarji normalment tinvolvi livelli ogħla ta’ inċertezza milli huwa l-każ għas-sustanzi prijoritarji, iżda l-EQS xorta jistabbilixxu parametru referenzjarju għall-valutazzjoni tal-konformità mal-objettiv ta’ stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ, kif definit fl-Artikolu 2(24) u l-punti (ii) u (iii) tal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60/KE. Madankollu, sabiex jiġi żgurat livell adatt ta’ protezzjoni għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, għandu jkun hemm ukoll il-mira, skont il-punt (iv) tal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60/KE, tal-waqfien jew l-eliminazzjoni gradwali tal-emissjonijiet, ir-rilaxxi u t-telf ta’ sustanzi perikolużi prijoritarji.

(17)

L-għarfien xjentifiku dwar id-destin u l-effetti tas-sustanzi li jniġġsu fl-ilma evolva b’mod sinifikanti dawn l-aħħar snin. Jeżisti aktar għarfien dwar liema taqsima tal-ambjent akkwatiku (ilma, sediment jew bijota, minn hawn ‘il quddiem “matriċi”) huwa probabbli li fih tkun tinstab is-sustanza, u għalhekk fejn huwa l-aktar probabbli li l-konċentrazzjoni tagħha tkun tista’ titkejjel. Ċerti sustanzi idrofobiċi ħafna jakkumulaw fil-bijota u huwa diffiċli ħafna li jiġu skoperti fl-ilma inkluż bl-użu tat-tekniki analitiċi l-aktar avvanzati. Għal dawn is-sustanzi, l-EQS għandhom jiġu stabbiliti fil-bijota. Madankollu, sabiex jieħdu vantaġġ mill-istrateġija ta’ monitoraġġ tagħhom u jaddattawha għaċ-ċirkostanzi lokali tagħhom, l-Istati Membri għandu jkollhom il-flessibbiltà li japplikaw EQS għal matriċi alternattiva jew, fejn rilevanti, taxon tal-bijota alternattiv, pereżempju il-Krustaċji subfilu, ‘ħut’ parafilu, il-klassi taċ-Ċefalopodu jew il-klassi tal-Bivalvi (maskli u gandoffli), dment li l-livell ta’ protezzjoni offrut mill-EQS u s-sistema ta’ monitoraġġ applikata mill-istati Membri ikun tajjeb daqs dak ipprovdut mill-EQS u l-matriċi stabbiliti f’din id-Direttiva.

(18)

Metodi ġodda ta’ monitoraġġ bħat-teħid passiv ta’ kampjuni u għodod oħrajn juru potenzjal għal applikazzjoni futura, u l-iżvilupp tagħhom għandu għalhekk jissokta.

(19)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istatus tal-ilma (14), tistabbilixxi kriterji ta’ prestazzjoni minimi għall-metodi analitiċi użati fil-monitoraġġ tal-istatus tal-ilma. Dawk il-kriterji jiżguraw informazzjoni ta’ monitoraġġ sinifikanti u rilevanti billi jitolbu l-użu ta’ metodi analitiċi li huma sensittivi biżżejjed biex jiżguraw li kwalunkwe eċċess tal-EQS jista’ jiġi skopert u mkejjel b’mod affidabbli. L-Istati Membri għandhom ikunu permessi jużaw matriċijiet ta’ monitoraġġ jew taxa tal-bijota minbarra dawk speċifikati permezz ta’ din id-Direttiva biss jekk il-metodu analitiku użat jissodisfa l-kriterji ta’ prestazzjoni minimi stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE għall-EQS u l-matriċi rilevanti jew taxon tal-bijota, jew għandu prestazzjoni tal-inqas tajjeb daqs il-metodu disponibbli għall-EQS u l-matriċi jew t-taxon tal-bijota speċifikati f’din id-Direttiva.

(20)

L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tinvolvi sfidi li jinkludu d-diversità ta’ soluzzjonijet possibbli għal mistoqsijiet xjentifiċi, tekniċi u prattiċi u l-iżvilupp inkomplet tal-metodi ta’ monitoraġġ, kif ukoll limitazzjonijiet fuq riżorsi umani u finanzjarji. Bħala għajnuna biex jiġu indirizzati xi wħud minn dawk l-isfidi, l-iżvilupp ta’ strateġiji u metodi analitiċi ta’ monitoraġġ għandu jiġi appoġġat minn ħidma teknika minn gruppi ta’ esperti taħt l-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni Komuni għad-Direttiva 2000/60/KE.

(21)

Is-sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (PBTs) u sustanzi oħra perikolużi li jaġixxu bħall-PBTs jistgħu jinstabu għal deċennji fl-ambjent akkwatiku fil-livelli li jimponu riskju sinifikanti, minkejja li jkunu diġà ttieħdu miżuri estensivi għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-emissjonijiet. Uħud huma kapaċi wkoll li jinġarru għal distanzi twal u jinstabu kullimkien fl-ambjent. Ħafna mit-tali sustanzi huma fost is-sustanzi perikolużi ta’ prijorità eżistenti u dawk identifikati ġodda. Għal xi wħud minn dawk is-sustanzi hemm evidenza li jkunu ilhom għal żmien twil kullimkien fl-ambjent akkwatiku fil-livell tal-Unjoni, u għalhekk dawk is-sustanzi partikolari jeħtieġu konsiderazzjoni speċjali fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-preżentazzjoni tal-istatus kimiku skont id-Direttiva 2000/60/KE u fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ.

(22)

Rigward il-preżentazzjoni tal-istatus kimiku skont it-Taqsima 1.4.3 tal-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jippreżentaw separatament l-impatt fuq l-istatus kimiku ta’ sustanzi li jaġixxu bħal PBTs li jinsabu kullimkien sabiex dak it-titjib fil-kwalità tal-ilma miksub fir-rigward ta’ sustanzi oħra ma jiġix oskurat. Minbarra l-mappa obbligatorja li tkopri s-sustanzi kollha, jistgħu jiġu pprovduti mapep addizzjonali li jkopru sustanzi li jaġixxu bħal PBTs li jinsabu kullimkien u li jkopru b’mod separat il-bqija tas-sustanzi.

(23)

Il-monitoraġġ għandu jiġi adattat għall-iskala spazjali u temporali tal-varjazzjoni mistennija fil-konċentrazzjonijiet. Minħabba d-distribuzzjoni wiesgħa u ż-żminijiet twal tal-irkupru mistennija għas-sustanzi li jaġixxu bħal PBTs li jinsabu kullimkien, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jnaqqsu n-numru ta’ siti ta’ monitoraġġ u/jew il-frekwenza tal-monitoraġġ għal dawk is-sustanzi għal-livell minimu suffiċjenti għal analiżi affidabbli tat-tendenza fuq perijodu ta’ żmien twil, dment li jkun disponibbli xenarju bażi ta’ monitoraġġ statistikament robust.

(24)

Il-konsiderazzjoni speċjali mogħtija lis-sustanzi li jaġixxu bħal PBTs li jinstabu kullimkien ma teżentax lill-Unjoni jew lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri addizzjonali għal dawk diġà meħudin, inkluż fil-livell internazzjonali, għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-emissjonijiet, ir-rilaxxi u t-telf ta’ dawk is-sustanzi biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.

(25)

Taħt l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2000/60/KE fejn għan ta’ kwalità jew standard ta’ kwalità, imwaqqaf skont dik id-Direttiva, skont id-Direttivi elenkati fl-Anness IX għad-Direttiva 2000/60/KE, jew skont kwalunkwe leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, jeħtieġ kondizzjonijiet aktar stretti minn dawk li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) ta’ dik id-Direttiva, għandhom ikunu stabbiliti kif xieraq kontrolli ta’ emmissjoni aktar stretti. Dispożizzjoni simili ġiet inkluża wkoll fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2010/75/UE. Jirriżulta minn dawk l-Artikoli li l-kontrolli tal-emissjonijiet stabbiliti taħt il-leġislazzjoni elenkata fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2000/60/KE għandhom ikunu l-kontrolli minimi applikati. Fejn tali kontrolli ma jkunux jistgħu jiżguraw li l-EQS jiġu sodisfatti, per eżempju fil-każ ta’ sustanza li taġixxi bħal PBT li tinsab kullimkien, iżda lanqas il-kondizzjonijiet aktar stretti ma setgħu jagħmlu dan, inkluż flimkien ma’ kondizzjonijiet aktar stretti għal emissjonijiet, rilaxxi u telf oħrajn li jaffettwaw il-massa tal-ilma, tali kondizzjonijiet aktar stretti ma jistgħux jitqiesu bħala meħtieġa biex jiġi sodisfatt dak l-EQS.

(26)

Data ta’ monitoraġġ ta’ kwalità għolja, flimkien ma’ data dwar l-effetti ekotossikoloġiċi u tossikoloġiċi, huma meħtieġa għall-valutazzjonijiet tar-riskju li jappoġġaw l-għażla ta’ sustanzi ta’ prijorità ġodda. Id-data ta’ monitoraġġ miġbura mill-Istati Membri, għalkemm tjiebet b’mod sinifikanti matul l-aħħar snin, mhux dejjem hija adegwata għall-iskop f’termini ta’ kwalità u kopertura tal-Unjoni. Id-data ta’ monitoraġġ hija partikolarment nieqsa għal ħafna sustanzi li jniġġsu emerġenti, li jistgħu jiġu definiti bħala sustanzi li jniġġsu li fil-preżent mhumiex inklużi fil-programmi ta’ monitoraġġ ta’ rutina fil-livell tal-Unjoni iżda li jistgħu jirriżultaw f’riskju sinifikanti li jeħtieġ regolamentazzjoni, skont l-effetti ekotossikoloġiċi potenzjali u tossikoloġi tagħhom u l-livelli tagħhom fl-ambjent (akkwatiku).

(27)

Hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ġdid biex jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni ta’ monitoraġġ immirata u ta’ kwalità għolja dwar il-konċentrazzjoni tas-sustanzi fl-ambjent akkwatiku, b’attenzjoni fuq sustanzi li jniġġsu u sustanzi emerġenti li għalihom id-data ta’ monitoraġġ disponibbli mhijiex ta’ kwalità biżżejjed għall-fini tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-mekkaniżmu l-ġdid għandu jiffaċilita l-ġbir ta’ dik l-informazzjoni fil-baċini tax-xmajjar kollha tal-Unjoni u jikkomplementa d-data ta’ monitoraġġ minn programmi taħt l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u sorsi affidabbli oħrajn. Sabiex l-ispejjeż ta’ monitoraġġ jinżammu f’livelli raġonevoli, il-mekkaniżmu għandu jiffoka fuq numru limitat ta’ sustanzi, inklużi temporanjament f’lista ta’ sorveljanza, u numru limitat ta’ siti ta’ monitoraġġ, iżda għandu jagħti data rappreżentattiva li hija xierqa għall-fini tal-proċess ta’ prijoritizzazzjoni tal-Unjoni. Il-lista għandha tkun dinamika u l-validità taż-żmien tagħha għandha tkun limitata, sabiex twieġeb għal informazzjoni ġdida dwar ir-riskji potenzjali imposti mis-sustanzi li jniġġsu emerġenti u tevita l-monitoraġġ ta’ sustanzi għal aktar żmien minn dak li hu neċessarju.

(28)

Sabiex jiġu simplifikati l-obbligi ta’ rappurtar għall-Istati Membri, u tiżdied il-koerenza ma’ aspetti relatati oħrajn tal-immaniġjar tal-ilma, ir-rekwiżiti ta’ notifika fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/105/KE għandhom jingħaqdu mal-obbligi ta’ rapportar ġenerali skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/60/KE.

(29)

Fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-istatus kimiku f’konformità mat-Taqsima 1.4.3 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, għall-finijiet tal-aġġornament tal-programmi ta’ miżuri u tal-pjani ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar li għandhom jitwettqu f’konformità mal-Artikoli 11(8) u 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE rispettivament, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jippreżentaw separatament l-impatt fuq l-istatus kimiku ta’ sustanzi prijoritarji identifikati ġodda u ta’ sustanzi prijoritarji eżistenti b’EQS riveduti, sabiex l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ġodda ma titqisx erronjament bħala indikazzjoni ta’ deterjorament tal-istatus kimiku tal-ilmijiet tal-wiċċ. Minbarra l-mappa obbligatorja li tkopri s-sustanzi kollha, jistgħu jiġu pprovduti mapep addizzjonali li jkopru sustanzi identifikati ġodda u sustanzi eżistenti b’EQS rivedut, u li jkopru b’mod separat il-bqija tas-sustanzi.

(30)

Huwa importanti li informazzjoni u xierqa dwar l-istatus tal-ilmijiet tal-wiċċ tal-Unjoni Ewropea u dwar il-kisbiet tal-istrateġiji kontra t-tniġġis kimiku tiġi magħmula disponibbli lill-pubbliku f’waqtha. Bil-ħsieb li jissaħħu l-aċċessibilità u t-trasparenza, għandu jkun disponibbli elettronikament għall-pubbliku f’kull Stat Membru, portal ċentrali li jipprovdi informazzjoni dwar il-pjani ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar u r-reviżjonijiet u l-aġġornamenti tagħhom.

(31)

Bl-adozzjoni ta’ din il-proposta u l-preżentazzjoni tar-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni kkompletat l-ewwel reviżjoni tagħha tal-lista ta’ Sustanzi Prijoritarji kif meħtieġ bl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/105/KE. Din inkludiet reviżjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III għal dik id-Direttiva, li wħud minnhom ġew identifikati għall-prijoritizzazzjoni. Fil-preżent ma hemmx biżżejjed evidenza biex jiġu prijoritizzati s-sustanzi l-oħra elenkati fl-Anness III. Il-possibbiltà li informazzjoni ġdida dwar dawk is-sustanzi tista’ ssir disponibbli tfisser li dawn mhumiex esklużi mir-reviżjoni fil-ġejjieni, bħalma huwa l-każ għas-sustanzi l-oħra meqjusin iżda mhux prijoritizzati f’din ir-reviżjoni. Għalhekk, l-Anness III għad-Direttiva 2008/105/KE skada u għandu jiġi revokat. L-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva għandu jiġi emendat kif xieraq, ukoll fir-rigward tad-data ta’ rappurtar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(32)

Sabiex tirreaġġixxi għall-progress tekniku u xjentifiku rilevanti fil-qasam kopert minn din id-Direttiva mingħajr dewmien, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġornament tal-metodi għall-applikazzjoni tal-EQS stabbiliti fid-Direttiva. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tkun qed tipprepara u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(33)

Sabiex ikun hemm titjib fil-bażi ta’ informazzjoni għall-identifikazzjoni futura tas-sustanzi prijoritarji, b’mod partikolari fir-rigward tas-sustanzi li jniġġsu emerġenti, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment u l-aġġornament ta’ lista ta’ sorveljanza. Barra minn hekk, sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u għall-formats għar-rapportar lill-Kummissjoni tad-data u l-informazzjoni ta’ monitoraġġ, għandhom jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (15).

(34)

Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2011 dwar dokumenti ta’ spjegazzjoni (16), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f’każijiet iġġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis it-trasmissjoni ta’ dokumenti bħal dawn bħala ġustifikata.

(35)

Minħabba li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-kisba ta’ stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ billi jiġu stabbiliti EQS għas-sustanzi prijoritarji u ċerti sustanzi oħra li jniġġsu, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-ħtieġa li jinżamm l-istess livell ta’ protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ fl-Unjoni kollha, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(36)

Għalhekk, id-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE għandhom jiġu emendati kif xieraq,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2000/60/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 16(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-lista adottata ta’ sustanzi prioritarji mhux aktar tard minn erba’ snin minn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta din id-Direttiva u mill-inqas kull sitt snin wara dik id-data, u tressaq proposti kif xieraq.”.

2.

L-Anness X huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Direttiva 2008/105/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Definijizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma (*).

Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘matriċi’ tfisser taqsima tal-ambjent akkwatiku, jiġifieri ilma, sediment jew bijota;

(2)

‘taxon tal-bijota’ tfisser taxon akkwatiku partikolari fil-klassifikazzjoni tassonomika ‘subfilu’, ‘klassi’ jew ekwivalenti għalihom.

(*)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36.”."

2.

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Standards ta’ kwalità ambjentali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1a, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I għal korpi tal-ilma tal-wiċċ, u għandhom japplikaw dawk l-EQS skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I.

1a.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw skont din id-Direttiva fil-verżjoni fis-seħħ fit-13 ta’ Jannar 2009 u b’mod partikolari l-kisba ta’ status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward tas-sustanzi u l-EQS elenkati fih, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I fir-rigward:

(i)

tas-sustanzi bin-numru 2, 5, 15, 20, 22, 23, 28 fil-Parti A tal-Anness I, li għalihom huma stabbiliti EQS riveduti, b’effett mit-22 ta’ Diċembru 2015 bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi sat-22 ta’ Diċembru 2021 permezz ta’ programmi ta’ miżuri speċifikati fil-pjani ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar tal-2015 prodotti skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE, u

(ii)

tas-sustanzi li għadhom kif ġew identifikati bin-numru 34 sa 45 fil-Parti A tal-Anness I, b’effett mit-22 ta’ Diċembru 2018, bil-għan li jinkiseb stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ rigward dawk is-sustanzi sat-22 ta’ Diċembru 2027 u tiġi evitata d-deterjorazzjoni tal-istatus kimiku ta’ mases tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom, sat-22 ta’ Diċembru 2018, jistabbilixxu u jippreżentaw lill-Kummissjoni programm ta’ monitoraġġ supplementari u programm preliminari ta’ miżuri li jkopru dawk is-sustanzi. Programm finali ta’ miżuri skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi stabbilit sat-22 ta’ Diċembru 2021 u għandu jiġi implimentat u jsir kompletament operazzjonali kemm jista’ jkun malajr wara dik id-data u mhux aktar tard mit-22 ta’ Diċembru 2024.

L-Artikolu 4 (4) sa (9) tad-Direttiva 2000/60/KE għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi elenkati fil-punti (i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu.

2.   Għas-sustanzi bin-numru 5, 15, 16, 17, 21, 28, 34, 35, 37, 43 u 44 fil-Parti A tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS tal-bijota stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I.

Għas-sustanzi l-oħra ħlief dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS tal-ilma stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I.

3.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu, fir-rigward ta’ waħda mill-kategoriji tal-ilma tal-wiċċ jew aktar, li japplikaw EQS għal matriċi differenti minn dik speċifikata fil-paragrafu 2, jew, fejn rilevanti, għal taxa tal-bijota differenti minn dik speċifikata fil-Parti A tal-Anness I.

L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw l-EQS rilevanti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I jew, jekk l-ebda wieħed ma jkun inkluż għall-matriċi jew it-taxon tal-bijota, jistabbilixxu EQS li joffri mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni bħall-EQS stabbilit fil-parti A tal-Anness I.

L-Istati Membri jistgħu jużaw l-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu biss fejn il-metodu ta’ analiżi użat għall-matriċi jew it-taxon tal-bijota magħżula jissodisfa l-kriterji minimi ta’ prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE. Fejn dawk il-kriterji ma jiġu sodisfatti għall-ebda matriċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ jitwettaq bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli li ma jinvolvux spejjeż eċċessivi u li l-metodu ta’ analiżi jaħdem tal-inqas tajjeb daqs dak disponibbli għall-matriċi speċifikata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għas-sustanza rilevanti.

3a.   Fejn riskju potenzjali għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu mill-iskopertura akuta jkun ġie identifikat bħala riżultat ta’ konċentrazzjonijiet jew emissjonijiet ambjentali mkejla jew stmati jew emissjonijiet u fejn qed tiġi applikata EQS tal-bijota jew tas-sediment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li monitoraġġ fl-ilma tal-wiċċ għandu jitwettaq ukoll u għandhom japplikaw l-MAC-EQS stipulat fil-parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva, fejn tali EQS ikunu ġew stabbiliti.

3b.   Jekk, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE, issir referenza għall-valur medju kkalkulat ta’ kejl, meta jitwettaq bl-użu tal-aħjar teknika disponibbli li ma tinvolvix spejjeż eċċessivi, bħala ‘anqas mil-limitu ta’ kwantifikazzjoni’, u l-‘limitu ta’ kwantifikazzjoni’ anki ta’ dik it-teknika jkun aktar mill-EQS, ir-riżultat għas-sustanza li tkun qed titkejjel ma għandux jitqies għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-istatus kimiku ġenerali ta’ dik il-massa tal-ilma.

4.   Għas-sustanzi li għalihom jiġi applikat EQS għas-sediment u/jew għall-bijota, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw is-sustanza fil-matriċi rilevanti mill-inqas darba f’sena, sakemm l-għarfien tekniku u l-ġudizzju tal-esperti ma jiġġustifikax intervall ieħor.

5.   L-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fil-pjani ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar aġġornati, prodotti skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE:

(a)

tabella li tippreżenta l-limiti ta’ kwantifikazzjoni tal-metodi ta’ analiżi applikati, u l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ dawk il-metodi relatata mal-kriterji ta’ prestazzjoni minima stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE;

(b)

għas-sustanzi li għalihom intużat l-alternattiva fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu:

(i)

ir-raġunijiet u l-bażi għall-użu ta’ dik l-alternattiva,

(ii)

fejn rilevanti, l-EQS alternattivi stabbiliti, evidenza li dawk l-EQS joffru tal-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni bħall-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I, inkluż id-data u l-metodoloġija użata għad-derivazzjoni tal-EQS, u l-kategoriji tal-ilma tal-wiċċ li japplikaw għalihom,

(iii)

għal paragun mal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, il-limiti ta’ kwantifikazzjoni tal-metodi tal-analiżi għall-matriċi jew il-matriċijiet speċifikati fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva, inkluż l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ dawk il-metodi fir-rigward tal-kriterji ta’ prestazzjoni minima stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE;

(c)

ġustifikazzjoni għall-frekwenza tal-monitoraġġ applikata f’konformità mal-paragrafu 4, jekk l-intervalli ta’ monitoraġġ huma itwal minn sena.

5a.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar aġġornati prodotti skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE li fihom ir-riżultati u l-impatt tal-miżuri adottati biex jiġi evitat it-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, u r-rapport interim li jiddeskrivi l-progress fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ miżuri ppjanat skont l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, huma pprovduti permezz ta’ portal ċentrali uniku li jkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod elettroniku skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (**).

6.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti għall-analiżi tat-tendenza fit-tul tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi prijoritarji elenkati fil-Parti A tal-Anness I li għandhom tendenza li jakkumulaw fis-sediment u/jew fil-bijota, b’kunsiderazzjoni partikolari tas-sustanzi bin-numru 2, 5, 6, 7, 12, 15, 16, 17, 18, 20, 21, 26, 28, 30, 34, 35, 36, 37, 43 u 44 elenkati fil-Parti A tal-Anness I, abbażi tal-monitoraġġ tal-istatus tal-ilma tal-wiċċ mwettaq skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri mmirati biex jiżguraw, soġġett għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, li tali konċentrazzjonijiet ma jiżdidux b’mod sinifikanti fis-sediment u/jew fil-bijota rilevanti.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-frekwenza ta’ monitoraġġ fis-sediment u/jew fil-bijota sabiex jipprovdu data suffiċjenti għal analiżi tat-tendenza affidabbli għall-perijodu fit-tul. Bħala linja gwida, il-monitoraġġ għandu jsir kull tliet snin, sakemm l-għarfien tekniku u l-ġudizzju espert ma jiġġustifikawx intervall ieħor.

7.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress tekniku u xjentifiku, inkluża l-konklużjoni ta’ valutazzjonijiet tar-riskju kif imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-informazzjoni mir-reġistrazzjoni ta’ sustanzi li jsiru disponibbli pubblikament skont l-Artikolu 119 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u, jekk meħtieġ, tipproponi r-reviżjoni tal-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva li jikkorrispondi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 294 TFUE f’konformità mal-iskeda ta’ żmien prevista fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE.

8.   Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10 fejn meħtieġ biex il-punt 3 tal-Parti B tal-Anness I għal din id-Direttiva jiġi adattat għall-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi.

8a.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu żviluppati, sa fejn possibbli sat-22 ta’ Diċembru 2014, linji gwida tekniċi dwar l-istrateġiji ta’ monitoraġġ u l-metodi analitiċi għas-sustanzi, inkluż it-teħid ta’ kampjuni u l-monitoraġġ tal-bijota, bħala parti mill-proċess ta’ implimentazjoni eżistenti tad-Direttiva 2000/60/KE.

B’mod partikolari, il-linji gwida għandhom ikopru:

(a)

il-monitoraġġ ta’ sustanzi fil-bijota kif previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

fil-każ ta’ sustanzi li għadhom kif ġew identifikati (bin-numri 34 sa 45 fil-Parti A tal-Anness I) u sustanzi li għalihom huma stabbiliti EQSs aktar stretti (bin-numri 2, 5, 15, 20, 22, 23 u 28 fil-Parti A tal-Anness I), metodi analitiċi konformi mal-kriterji ta’ prestazzjoni minimi stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE.

8b.   Fil-każ ta’ sustanzi li għalihom għadhom ma ġewx adottati linji gwida tekniċi sat-22 ta’ Diċembru 2014, l-iskadenza tat-22 ta’ Diċembru 2015 msemmija fil-punt (i) tal-paragrafu(1a) għandha tiġi estiża sat-22 ta’ Diċembru 2018 u l-iskadenza tat-22 ta’ Diċembru 2021 imsemmija f’dak il-punt għandha tiġi estiża sat-22 ta’ Diċembru 2027.

(**)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.”."

3.

L-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 5(6) jitħassru.

4.

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 7a

Koordinazzjoni

1.   Għal sustanzi prijoritarji li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1907/2006, (KE) Nru 1107/2009 (***), (UE) Nru 528/2012 (****), jew id-Direttiva 2010/75/UE (*****), il-Kummissjoni għandha, bħala parti mir-reviżjoni regolari tal-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE skont l-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva, tevalwa jekk il-miżuri fis-seħħ fil-livell tal-Unjoni u fil-livell tal-Istati Membri humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-EQS għas-sustanzi prijoritarji u l-għan tal-waqfien jew l-eliminazzjoni gradwali tar-rilaxxi, tal-emissjonijiet u tat-telf ta’ sustanzi perikolużi prijoritarji skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2000/60/KE.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mat-tabella stabbilita fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE u għandha takkumpanja r-rapport tagħha bi kwalunkwe proposti xierqa inkluż għal miżuri ta’ kontroll.

3.   Meta r-riżultati tar-rapport juru li jistgħu jkunu neċessarji miżuri addizzjonali fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istat Membru sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mad-Direttiva 2000/60/KE rigward sustanza partikolari approvata f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew ir-Regolament (UE) Nr 528/2012, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandhom japplikaw kif adegwat l-Artikoli 21 jew 44 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew l-Artikoli 15 jew 48 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, kif xieraq, għal dik is-sustanza, jew prodotti li fihom dik is-sustanza.

Fil-każ ta’ sustanzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-Kummissjoni għandha tibda, fejn xieraq, il-proċedura msemmija fl-Artikoli 59, 61 jew 69 ta’ dak ir-Regolament.

Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw kwalunkwe valutazzjonijiet ta’ riskju u analiżi soċjoekonomika jew tar-relazzjoni bejn in-nefqa u l-benefiċċju meħtieġa taħt dawk ir-Regolamenti, inkluż fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ alternattivi.

(***)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1)."

(****)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1)."

(*****)  Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).”."

5.

L-Artikoli 8 u 9 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Reviżjoni tal-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tar-reviżjoni regolari tal-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE prevista fl-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġislattivi biex l-Anness X jiġi emendat inkluż, b’mod partikolari, proposti għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi prijoritarji jew sustanzi perikolużi prijoritarji ġodda jew għall-identifikazzjoni ta’ ċerti sustanzi prijoritarji bħala sustanzi perikolużi prijoritarji u għall-istabbiliment ta’ EQS korrispondenti għall-ilma tal-wiċċ, is-sediment jew il-bijota, kif xieraq.

Artikolu 8a

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti sustanzi

1.   Fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar prodotti f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tat-Taqsima 1.4.3 tal-Anness V tagħha rigward il-preżentazzjoni tal-istatus kimiku ġenerali u l-objettivi u l-obbligi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1), il-punt (k) tal-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 16(6) ta’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu mapep addizzjonali li jippreżentaw informazzjoni dwar l-istatus kimiku għal xi wieħed jew aktar mis-sustanzi li ġejjin b’mod separat mill-informazzjoni għall-bqija tas-sustanzi identifikati fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva:

(a)

sustanzi bin-numru 5, 21, 28, 30, 35, 37, 43 u 44 (sustanzi li jaġixxu bħal PBTs li jinsabu kullimkien),

(b)

sustanzi bin-numru 34 sa 45 (sustanzi identifikati reċentement),

(c)

sustanzi bin-numru 2, 5, 15, 20, 22, 23 u 28 (sustanzi li għalihom qegħdin jiġu stabbiliti EQS riveduti aktar stretti).

L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw l-entita ta’ kwalunkwe devjazzjoni mill-valur tal-EQS għas-sustanzi imsemmijin fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu fil-pjani ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar. L-Istati Membri li jipprovdu tali mapep addizzjonali għandhom ifittxu li jiżguraw l-inter-komparabbiltà tagħhom fil-livell ta’ baċin ta’ xmara u dak tal-Unjoni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jissorveljaw is-sustanzi bin-numri 5, 21, 28, 30, 35, 37, 43 u 44 fil-Parti A tal-Anness I b’mod inqas intensiv minn dak meħtieġ għas-sustanzi prijoritarji f’konformità mal-Artikolu 3(4) ta’ din id-Direttiva u l-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE, dment li l-monitoraġġ ikun rappreżentattiv u tkun disponibbli linja bażi statistikament robusta rigward il-preżenza ta’ dawk is-sustanzi fl-ambjent akkwatiku. Bħala linja gwida, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(6) ta’ din id-Direttiva, il-monitoraġġ għandu jsir kull tliet snin, dment li l-għarfien tekniku u l-ġudizzju espert ma jiġġustifikawx intervall ieħor.

Artikolu 8b

Lista ta’ sorveljanza

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għalihom għandha tinġabar data ta’ monitoraġġ minn madwar l-Unjoni għall-finijiet ta’ appoġġ fil-ġejjieni ta’ eżerċizzji ta’ prijoritizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, sabiex jikkumplimentaw data minn, fost l-oħrajn, analiżi u reviżjonijiet skont l-Artikolu 5 u programmi ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva.

L-ewwel lista ta’ sorveljanza għandu jkun fiha mhux aktar minn 10 sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi u għandha tindika l-matriċi ta’ monitoraġġ u l-metodu ta’ analiżi possibbli li ma jinvolvix spejjeż eċċessivi, għal kull sustanza. Soġġett għad-disponibbiltà ta’ metodi ta’ analiżi li ma jinvolvux spejjeż eċċessivi, l-għadd massimu ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi li l-Kummissjoni tista’ tinkludi fil-lista għandu jiżdied b’wieħed għal kull aġġornament tal-lista skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, sal-għadd massimu ta’ 14. Is-sustanzi li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza għandhom jintgħażlu minn fost dawk li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jistgħu jikkawżaw riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu u li għalihom id-data ta’ monitoraġġ mhijiex biżżejjed.

Diclofenak (CAS 15307-79-6), 17-beta-estradiol (E2) (CAS 50-28-2) u 17-alpha-ethinylestradiol (EE2) (CAS 57-63-6) għandhom jiġu inklużi fl-ewwel lista ta’ sorveljanza sabiex tinġabar data ta’ monitoraġġ għall-finijiet li tiffaċilita d-determinazzjoni ta’ miżuri adatti biex jindirizzaw ir-riskju maħluq minn dawk is-sustanzi.

Fl-għażla tas-sustanzi għal-lista ta’ sorveljanza, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha disponibbli inkluż:

(a)

ir-riżultati tar-reviżjoni regolari l-aktar reċenti tal-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE previsti fl-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva,

(b)

proġetti ta’ riċerka,

(c)

rakkomandazzjonijiet mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2000/60/KE,

(d)

il-karatterizzazzjoni ta’ distretti ta’ baċini tax-xmajjar u r-riżultati ta’ programmi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri, skont l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE rispettivament;

(e)

dwar il-volumi ta’ produzzjoni, ix-xejriet tal-użu, il-proprjetajiet intrinsiċi (inkluż, fejn rilevanti, id-daqs tal-partiċelli), il-konċentrazzjonijiet fl-ambjent u l-effetti, inkluża informazzjoni miġbura f’konformità mad-Direttivi 98/8/KE, 2001/82/KE (******) u 2001/83/KE (*******), u mar-Regolamenti (KE) Nru 1907/2006 u (KE) Nru 1107/2009.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ewwel lista ta’ sorveljanza kif imsemmija fil-paragrafu 1 sal-14 ta’ Settembru 2014 u għandha tiġi aġġornata kull 24 xahar minn dakinhar ‘il quddiem. Meta taġġorna l-lista ta’ sorveljanza, il-Kummissjoni għandha tneħħi kwalunkwe sustanza li għaliha tista’ tiġi konkluża valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju msemmija fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE mingħajr data ta’ monitoraġġ addizzjonali. It-tul ta’ żmien ta’ perijodu ta’ monitoraġġ kontinwu ta’ lista ta’ sorveljanza għal kwalunkwe sustanza individwali m’għandux jaqbeż erba’ snin.

3.   L-Istati Membri għandhom jissorveljaw kull sustanza fil-lista ta’ sorveljanza fi stazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi magħżula fuq mill-inqas perijodu ta’ 12-il xahar. Għall-ewwel lista ta’ sorveljanza, il-perijodu ta’ monitoraġġ għandu jibda sal-14 ta’ Settembru 2015 jew fi żmien sitt xhur mill-istabbiliment tal-lista ta’ sorveljanza, liema waħda minnhom tkun l-aktar tard. Għal kull sustanza inkluża fuq il-listi sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jibdew il-monitoraġġ fi żmien sitt xhur mill-inklużjoni tagħha fil-lista.

Kull Stat Membru għandu jagħżel mhux inqas minn stazzjonijiet ta’ monitoraġġ wieħed, iżid stazzjon wieħed jekk ikollu iżjed minn miljun abitant, iżid l-għadd ta’ stazzjonijiet daqs iż-żona ġeografika tiegħu f’ km2 diviża b’60 000 (imqarreb għall-eqreb numru sħiħ), u jżid ukoll l-għadd ta’ stazzjonijiet daqs il-popolazzjoni tiegħu meta diviża b’ħames miljuni(imqarreb għall-eqreb numru sħiħ).

Fl-għażla tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi, il-frekwenza ta’ monitoraġġ u l-ħin għal kull sustanza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ix-xejriet tal-użu u l-okkorrenza possibbli tas-sustanza. Il-frekwenza ta’ monitoraġġ ma għandhiex tkun inqas minn darba fis-sena.

Fejn Stat Membru jipprovdi data ta’ monitoraġġ suffiċjenti, komparabbli, rappreżentattiva u reċenti għal sustanza partikolari mill-programmi jew studji ta’ monitoraġġ eżistenti, jista’ jiddeċiedi li ma jwettaqx monitoraġġ addizzjonali taħt il-mekkaniżmu tal-lista ta’ sorveljanza għal dik is-sustanza, dment ukoll li s-sustanza tkun ġiet sorveljata bl-użu ta’ metodoloġija li tissodisfa r-rekwiżiti tal-linji gwida tekniċi żviluppati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 8b(5).

4.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 3 lill-Kummissjoni. Għall-ewwel lista ta’ sorveljanza, ir-riżultat tal-monitoraġġ għandu jkun rappurtat fi żmien 15-il xahar mill-14 ta’ Settembru 2015 jew fi żmien 21 xahar mill-istabbiliment tal-lista ta’ sorveljanza, liema taħbat l-iżjed tard, u kull 12-il xahar minn hemm ‘il quddiem sakemm is-sustanza tinżamm fuq il-lista. Għal kull sustanza inkluża f’listi sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw ir-riżultati tal-monitoraġġ lill-Kummissjoni fi żmien 21 xahar mill-inklużjoni tas-sustanza fil-lista ta’ sorveljanza, u kull 12-il xahar minn hemm ‘il quddiem sakemm is-sustanza tinżamm fuq il-lista. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-rappreżentattività tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ u l-istrateġija ta’ monitoraġġ.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu u jaġġornaw il-lista ta’ sorveljanza kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2. Hija tista’ tadotta wkoll formati tekniċi għar-rappurtar lill-Kummissjoni tar-riżultati ta’ monitoraġġ u l-informazzjoni relatata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 9(2).

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi, bil-ħsieb li tiffaċilita l-monitoraġġ tas-sustanzi fil-lista ta’ sorveljanza u hi mistiedna tippromwovi l-koordinazzjoni ta’ tali monitoraġġ.

Artikolu 8c

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal sustanzi farmaċewtiċi

Skont l-Artikolu 16(9) tad-Direttiva 2000/60/KE, u fejn adatt abbażi tal-eżitu tal-istudju tagħha tal-2013 dwar ir-riskji kkawżati minn prodotti mediċinali fl-ambjent u ta’ studji u rapporti rilevanti oħrajn, il-Kummissjoni għandha, sa fejn possibbli fi żmien sentejn mit-13 ta’ Settembru 2013, u wara l-Komunikazzjoni ppjanata tagħha dwar il-kwistjoni, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa approċċ strateġiku għat-tniġġis tal-ilma minn sustanzi farmaċewtiċi. Dak l-approċċ strateġiku għandu, fejn xieraq, jinkludi proposti li jippermettu, sa fejn meħtieġ, li jittieħed kont b’mod aktar effettiv tal-impatti ambjentali tal-mediċini fil-proċedura tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali. Fil-qafas ta’ dak l-approċċ strateġiku il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, sal-14 ta’ Settembru 2017 tipproponi miżuri li għandhom jittieħdu fil-livell tal-Unjoni u/jew tal-Istat Membru, kif xieraq, biex jiġu indirizzati l-impatti possibbli fuq l-ambjent ta’ sustanzi farmaċewtiċi, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 8b(1), bil-għan li jitnaqqsu r-rilaxxi, l-emissjonijiet u t-telf ta’ tali sustanzi fl-ambjent akkwatiku, b’kont meħud tal-ħtiġijiet ta’ saħħa pubblika u l-kost-effettività tal-miżuri proposti.

Artikolu 9

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2000/60/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (********).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 9a

Twettiq tad-delega

1.   Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati qiegħda tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(8) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ sitt snin mit-13 ta’ Settembru 2013.Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ sitt snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(8) tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att ddelegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(8) għandu jidħol fis-seħħ biss meta ma jkun ġie espress l-ebda obbligu la lill-Parlament Ewropew u lanqas lill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(******)  Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1)."

(*******)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67)."

(********)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”."

6.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Parti A għandha tiġi sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness II għal din id-Direttiva;

(b)

il-Punti 2 u 3 tal-Parti B huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.

Il-kolonni 6 u 7 tat-tabella: Għal kwalunkwe massa tal-ilma tal-wiċċ partikolari, l-applikazzjoni tal-MAC-EQS tfisser li l-konċentrazzjoni mkejla fi kwalunkwe punt ta’ monitoraġġ rappreżentattiv fil-massa tal-ilma, ma taqbiżx l-istandard.

Madankollu, f’konformità mat-Taqsima 1.3.4 tal-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu metodi ta’ statistika, bħal kalkolu perċentwali, sabiex jiġi żgurat livell aċċettabbli ta’ fiduċja u preċiżjoni għad-determinazzjoni ta’ konformità mal-MAC-EQS. Fejn l-Istati Membri jagħmlu hekk, dawn il-metodi ta’ statistika għandhom ikunu konformi mar-regoli dettaljati stabbiliti f’konformità mal-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 9(2) ta’ din id-Direttiva.

3.

L-EQS tal-ilma stabbiliti f’dan l-Anness huma espressi bħala konċentrazzjonijiet totali fil-kampjun kollu tal-ilma.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ tal-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju u n-nikil (minn hawn ‘il quddiem il-‘metalli’), l-EQS tal-ilma jirreferi għall-konċentrazzjoni maħlula, jiġifieri l-fażi maħlula ta’ kampjun tal-ilma miksuba b’filtrazzjoni permezz ta’ filter 0,45 μm jew kwalunkwe pretrattament ekwivalenti, jew, fejn ikun indikat speċifikament, għall-konċentrazzjoni bijodisponibbli.

L-Istati Membri jistgħu, fil-valutazzjoni tar-riżultati ta’ monitoraġġ kontra l-EQS rilevanti, jieħdu kont ta’:

(a)

konċentrazzjonijiet naturali tal-isfond għal metalli u l-komposti tagħhom fejn tali konċentrazzjonijiet jimpedixxu l-konformità mal-EQS rilevanti,

(b)

l-ammont ta’ ġebla fl-ilma, il-valur tal-pH tal-karbun organiku maħlul jew parametri oħra tal-kwalità tal-ilma li jaffettwaw il-bijodisponibbiltà tal-metalli, fejn il-konċentrazzjonijiet bijodisponibbli jiġu determinati bl-użu ta’ mudellar adegwat ta’ bijodisponibbiltà.”

7.

L-Annessi II u III għandhom jitħassru.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Settembru 2015. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU C 229, 31.7.2012, p. 116.

(2)  ĠU C 17, 19.1.2013, p. 91.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Lulju 2013 (għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2013.

(4)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84.

(7)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(8)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(9)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(10)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).

(11)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(12)  Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(13)  ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1.

(14)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36.

(15)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(16)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


ANNESS I

“ANNESS X

LISTA TA’ SUSTANZI PRIJORITARJI FIL-QASAM TAL-POLITIKA DWAR L-ILMA

Numru

Numru CAS (1)

Numru tal-UE (2)

Isem tas-sustanza prijoritarja (3)

Identifikat bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(1)

15972-60-8

240-110-8

Alaklor

 

(2)

120-12-7

204-371-1

Antraċina

X

(3)

1912-24-9

217-617-8

Atrażina

 

(4)

71-43-2

200-753-7

Benżen

 

(5)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Eteri tad-difenil bromurati

X (4)

(6)

7440-43-9

231-152-8

Kadmju u l-komposti tiegħu

X

(7)

85535-84-8

287-476-5

Kloroalkani, C10-13

X

(8)

470-90-6

207-432-0

Klorfenvinfos

 

(9)

2921-88-2

220-864-4

Klorpirifos (Klorpirifosetil)

 

(10)

107-06-2

203-458-1

1,2-dikloroetan

 

(11)

75-09-2

200-838-9

Diklorometan

 

(12)

117-81-7

204-211-0

Di(2–etileżil)ftalat (DEHP)

X

(13)

330-54-1

206-354-4

Dijuron

 

(14)

115-29-7

204-079-4

Endosulfan

X

(15)

206-44-0

205-912-4

Fluworanten

 

(16)

118-74-1

204-273-9

Eżaklorobenżen

X

(17)

87-68-3

201-765-5

Eżaklorobutadjen

X

(18)

608-73-1

210-168-9

Eżakloroċikloeżan

X

(19)

34123-59-6

251-835-4

Isoproturon

 

(20)

7439-92-1

231-100-4

Ċomb u l-komposti tiegħu

 

(21)

7439-97-6

231-106-7

Merkurju u l-komposti tiegħu

X

(22)

91-20-3

202-049-5

Naftalina

 

(23)

7440-02-0

231-111-4

Nikil u l-komposti tiegħu

 

(24)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Nonilfenoli

X (5)

(25)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Ottilfenoli (6)

 

(26)

608-93-5

210-172-0

Pentaklorobenżen

X

(27)

87-86-5

201-778-6

Pentaklorofenol

 

(28)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Idrokarburi poliaromatiċi (PAH) (7)

X

(29)

122-34-9

204-535-2

Simażina

 

(30)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Komposti tat-tributiltin

X (8)

(31)

12002-48-1

234-413-4

Triklorobenżen

 

(32)

67-66-3

200-663-8

Triklorometan (kloroform)

 

(33)

1582-09-8

216-428-8

Trifluralin

X

(34)

115-32-2

204-082-0

Dikofol

X

(35)

1763-23-1

217-179-8

Aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan u d-derivattivi tiegħu (PFOS)

X

(36)

124495-18-7

mhux applikabbli

Kinossifen

X

(37)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Diossini u komposti simili tad-diossini

X (9)

(38)

74070-46-5

277-704-1

Aklonifen

 

(39)

42576-02-3

255-894-7

Bifenoks

 

(40)

28159-98-0

248-872-3

Ċibutrina

 

(41)

52315-07-8

257-842-9

Ċibermetrina (10)

 

(42)

62-73-7

200-547-7

Diklorvos

 

(43)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Eżabromoċiklododekani (HBCDD)

X (11)

(44)

76-44-8/1024-57-3

200-962-3/213-831-0

Ettaklor u epossidu tal-ettaklor

X

(45)

886-50-0

212-950-5

Terbutrin

 


(1)  

CAS: Chemical Abstracts Service.

(2)  Numru tal-UE: Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew Lista Ewropea ta’ Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

(3)  Fejn gruppi ta’ sustanzi jkunu ġew magħżula, sakemm mhux innotati speċifikament, ir-rappreżentanti individwali tipiċi huma definiti fil-kuntest tal-istabbiliment ta’ standards tal-kwalità ambjentali.

(4)  Tetra, Penta, Eża u Ettabromodifeniletere biss (Numri CAS 40088-47-9, 32534-81-9, 36483-60-0, 68928-80-3, rispettivament).

(5)  In-nonilfenol (CAS 25154-52-3, UE 246-672-0) inklużi l-isomeri 4-nonilfenol (CAS 104-40-5, UE 203-199-4) u 4-nonilfenol (ramifikat) (CAS 84852-15-3, UE 284-325-5).

(6)  L-ottilfenol (CAS 1806-26-4, UE 217-302-5) inkluż l-isomeru 4-(1,1’,3,3’-tetrametilbutil)-fenol (CAS 140-66-9, UE 205-426-2).

(7)  Inkluż benżo(a)pirene (CAS 50-32-8, UE 200-028-5), benżo(b)fluworantene (CAS 205-99-2, UE 205-911-9), benżo(g,h,i)perilene (CAS 191-24-2, UE 205-883-8), benżo(k)fluworantene (CAS 207-08-9, UE 205-916-6), indeno(1,2,3-cd)pirene (CAS 193-39-5, UE 205-893-2) u minbarra l-antraċina, il-fluworantene u n-naftalina, li huma elenkati separatament.

(8)  Inkluż il-katjonu tat-tributiltin (CAS 36643-28-4).

(9)  Dan jirreferi għall-komposti li ġejjin:

 

7dibenżo-p-diossini poliklorinati (PCDDs): 2,3,7,8-T4CDD (CAS 1746-01-6), 1,2,3,7,8-P5CDD (CAS 40321-76-4), 1,2,3,4,7,8-H6CDD (CAS 39227-28-6), 1,2,3,6,7,8-H6CDD (CAS 57653-85-7), 1,2,3,7,8,9-H6CDD (CAS 19408-74-3), 1,2,3,4,6,7,8-H7CDD (CAS 35822-46-9), 1,2,3,4,6,7,8,9-O8CDD (CAS 3268-87-9)

 

10 dibenżofurani poliklorinati (PCDFs): 2,3,7,8-T4CDF (CAS 51207-31-9), 1,2,3,7,8-P5CDF (CAS 57117-41-6), 2,3,4,7,8-P5CDF (CAS 57117-31-4), 1,2,3,4,7,8-H6CDF (CAS 70648-26-9), 1,2,3,6,7,8-H6CDF (CAS 57117-44-9), 1,2,3,7,8,9-H6CDF (CAS 72918-21-9), 2,3,4,6,7,8-H6CDF (CAS 60851-34-5), 1,2,3,4,6,7,8-H7CDF (CAS 67562-39-4), 1,2,3,4,7,8,9-H7CDF (CAS 55673-89-7), 1,2,3,4,6,7,8,9-O8CDF (CAS 39001-02-0)

 

12 bifenili poliklorinati simili għad-diossini (PCB-DL): 3,3’,4,4’-T4CB (PCB 77, CAS 32598-13-3), 3,3’,4’,5-T4CB (PCB 81, CAS 70362-50-4), 2,3,3’,4,4’-P5CB (PCB 105, CAS 32598-14-4), 2,3,4,4’,5-P5CB (PCB 114, CAS 74472-37-0), 2,3’,4,4’,5-P5CB (PCB 118, CAS 31508-00-6), 2,3’,4,4’,5’-P5CB (PCB 123, CAS 65510-44-3), 3,3’,4,4’,5-P5CB (PCB 126, CAS 57465-28-8), 2,3,3’,4,4’,5-H6CB (PCB 156, CAS 38380-08-4), 2,3,3’,4,4’,5’-H6CB (PCB 157, CAS 69782-90-7), 2,3’,4,4’,5,5’-H6CB (PCB 167, CAS 52663-72-6), 3,3’,4,4’,5,5’-H6CB (PCB 169, CAS 32774-16-6), 2,3,3’,4,4’,5,5’-H7CB (PCB 189, CAS 39635-31-9).

(10)  CAS 52315-07-8 jirreferi għal taħlita ta’ ċipermetrina, alfa-ċipermetrina (CAS 67375-30-8), beta-ċipermetrina (CAS 65731-84-2), teta-ċipermetrina (CAS 71697-59-1) u zeta-ċipermetrina (52315-07-8).

(11)  Dan jirreferi għal 1,3,5,7,9,11-Eżabromoċiklododekan (CAS 25637-99-4), 1,2,5,6,9,10- Eżabromoċiklododekan (CAS 3194-55-6), α-Eżabromoċiklododekan (CAS 134237-50-6), β-Eżabromoċiklododekan (CAS 134237-51-7) u γ- Eżabromoċiklododekan (CAS 134237-52-8).”.


ANNESS II

“ANNESS I

STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI GĦAS-SUSTANZI PRIJORITARJI U ĊERTI KONTAMINANTI OĦRAJN

‘PARTI A:   STANDARDS TAL-KWALITÀ AMBJENTALI (EQS)

AA

:

medja annwali (annual average).

MAC

:

konċentrazzjoni massima permissibbli

Unità

:

[μg/l] għall-kolonni (4) sa (7)

[μg/kg piż imxarrab] għall-kolonna (8)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

Nru

Deskrizzjoni tas-sustanza

Numru CAS (1)

AA-EQS (2)

Ilmijiet tal-wiċċ ‘il ġewwa mill-kosta (3)

AA-EQS (2)

Ilmijiet tal-wiċċ oħra

MAC-EQS (4)

Ilmijiet tal-wiċċ ‘il ġewwa mill-kosta (3)

MAC-EQS (4)

Ilmijiet tal-wiċċ oħra

EQS

Bijota (12)

(1)

Alaklor

15972-60-8

0,3

0,3

0,7

0,7

 

(2)

Antraċina

120-12-7

0,1

0,1

0,1

0,1

 

(3)

Atrażina

1912-24-9

0,6

0,6

2,0

2,0

 

(4)

Benżen

71-43-2

10

8

50

50

 

(5)

Eteri tad-difenil bromurati (5)

32534-81-9

 

 

0,14

0,014

0,0085

(6)

Kadmju u l-komposti tiegħu

(skont il-klassijiet tal-alkalinità tal-ilma) (6)

7440-43-9

≤ 0,08 (Klassi 1)

0,08 (Klassi 2)

0,09 (Klassi 3)

0,15 (Klassi 4)

0,25 (Klassi 5)

0,2

≤ 0,45 (Klassi 1)

0,45 (Klassi 2)

0,6 (Klassi 3)

0,9 (Klassi 4)

1,5 (Klassi 5)

≤ 0,45 (Klassi 1)

0,45 (Klassi 2)

0,6 (Klassi 3)

0,9 (Klassi 4)

1,5 (Klassi 5)

 

(6a)

Tetraklorur tal-karbonju (7)

56-23-5

12

12

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(7)

C1013 Kloroalkani (8)

85535-84-8

0,4

0,4

1,4

1,4

 

(8)

Klorfenvinfos

470-90-6

0,1

0,1

0,3

0,3

 

(9)

Klorpirifos (Klorpirifos-etil)

2921-88-2

0,03

0,03

0,1

0,1

 

(9a)

Pestiċidi miċ-ċiklodien:

 

Aldrin (7)

 

Dieldrin (7)

 

Endrin (7)

 

Isodrin (7)

309-00-2

60-57-1

72-20-8

465-73-6

Σ = 0,01

Σ = 0,005

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(9b)

Total DDT (7)  (9)

mhux applikabbli

0,025

0,025

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

para-para-DDT (7)

50-29-3

0,01

0,01

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(10)

1,2-dikloroetan

107-06-2

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(11)

Diklorometan

75-09-2

20

20

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(12)

Di(2–etileżil)ftalat (DEHP)

117-81-7

1,3

1,3

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(13)

Dijuron

330-54-1

0,2

0,2

1,8

1,8

 

(14)

Endosulfan

115-29-7

0,005

0,0005

0,01

0,004

 

(15)

Fluworanten

206-44-0

0,0063

0,0063

0,12

0,12

30

(16)

Eżaklorobenżen

118-74-1

 

 

0,05

0,05

10

(17)

Eżaklorobutadin

87-68-3

 

 

0,6

0,6

55

(18)

Eżaklorokloeżanan

608-73-1

0,02

0,002

0,04

0,02

 

(19)

Isoproturon

34123-59-6

0,3

0,3

1,0

1,0

 

(20)

Ċomb u l-komposti tiegħu

7439-92-1

1,2  (13)

1,3

14

14

 

(21)

Merkurju u l-komposti tiegħu

7439-97-6

 

 

0,07

0,07

20

(22)

Naftalina

91-20-3

2

2

130

130

 

(23)

Nikil u l-komposti tiegħu

7440-02-0

4 (13)

8,6

34

34

 

(24)

Nonilfenoli

(4-Nonilfenol)

84852-15-3

0,3

0,3

2,0

2,0

 

(25)

Ottilfenoli

((4-(1,1′,3,3′-tetrametilbutil)-fenol)

140-66-9

0,1

0,01

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(26)

Pentaklorobenżen

608-93-5

0,007

0,0007

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(27)

Pentakloro-fenol

87-86-5

0,4

0,4

1

1

 

(28)

Idrokarburi poliaromatiċi (PAH) (11)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(Benzo(a)piren)

50-32-8

1,7 × 10–4

1,7 × 10–4

0,27

0,027

5

Benżo(b)fluworanten

205-99-2

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

0,017

0,017

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

Benżo(k)fluworanten

207-08-9

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

0,017

0,017

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

(Benzo(g,h,i)-perilen)

191-24-2

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

8,2 × 10–3

8,2 × 10–4

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

(Indeno(1,2,3-cd)-piren)

193-39-5

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

mhux applikabbli

mhux applikabbli

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

(29)

Simażina

122-34-9

1

1

4

4

 

(29a)

Tetrakloroetilen (7)

127-18-4

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(29b)

Trikloroetilen (7)

79-01-6

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(30)

Komposti tat-tributiltin (Katjoni tat-tributiltin)

36643-28-4

0,0002

0,0002

0,0015

0,0015

 

(31)

Triklorobenżen

12002-48-1

0,4

0,4

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(32)

Triklorometan

67-66-3

2,5

2,5

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(33)

Trifluralin

1582-09-8

0,03

0,03

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(34)

Dikofol

115-32-2

1,3 × 10–3

3,2 × 10–5

mhux applikabbli (10)

mhux applikabbli (10)

33

(35)

Aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan u d-derivattivi tiegħu (PFOS)

1763-23-1

6,5 × 10–4

1,3 × 10–4

36

7,2

9,1

(36)

Kinossifen

124495-18-7

0,15

0,015

2,7

0,54

 

(37)

Diossini u komposti simili tad-diossini

Ara n-nota 10 f’qiegħ il-paġna fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE

 

 

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Somma ta’ PCDD + PCDF + PCB-DL

0,0065 μg.kg–1 TEQ (14)

(38)

Aklonifen

74070-46-5

0,12

0,012

0,12

0,012

 

(39)

Bifenoks

42576-02-3

0,012

0,0012

0,04

0,004

 

(40)

Ċibutrina

28159-98-0

0,0025

0,0025

0,016

0,016

 

(41)

Ċipermetrina

52315-07-8

8 × 10–5

8 × 10–6

6 × 10–4

6 × 10–5

 

(42)

Diklorvos

62-73-7

6 × 10–4

6 × 10–5

7 × 10–4

7 × 10–5

 

(43)

Eżabromoċiklododekani(HBCDD)

Ara n-nota 12 f’qiegħ il-paġna fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE

0,0016

0,0008

0,5

0,05

167

(44)

Ettaklor u epossidu tal-ettaklor

76-44-8/1024-57-3

2 × 10–7

1 × 10–8

3 × 10–4

3 × 10–5

6,7 × 10–3

(45)

Terbutrin

886-50-0

0,065

0,0065

0,34

0,034

 


(1)  CAS: Chemical Abstracts Service.

(2)  Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala valur medju annwali (AA-EQS). Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan japplika għall-konċentrazzjoni totali tal-isomeri kollha.

(3)  L-ilmijiet tal-wiċċ ‘il ġewwa mill-kosta jkopru xmajjar u lagi u mases tal-ilma relatati li jkunu artifiċjali jew modifikati ħafna.

(4)  Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala konċentrazzjoni massima permissibbli (MAC-EQS). Fejn l-MAC-EQS hija mmarkata bħala ‘mhux applikabbli’, il-valuri AA-EQS jitqiesu bħala protettivi kontra l-intensitajiet ta’ tniġġis fuq perijodu qasir fir-rilaxxi kontinwi minħabba li dawn huma ferm aktar baxxi mill-valuri derivati abbażi tat-tossiċità akuta.

(5)  Għall-grupp ta’ sustanzi prijoritarji kopert mid-difenileteri brominati (Nru 5), l- EQS jirreferi għas-somma tal-konċentrazzjonijiet tan-numri konġeneri 28, 47, 99, 100, 153 u 154.

(6)  Għall-Kadmju u l-komponenti tiegħu (Nru 6) il-valuri EQS ivarjaw skont l-ammont ta’ ġebla fl-ilma kif speċifikat f’ħames kategoriji ta’ klassi (il-Klassi 1: < 40 mg CaCO3/l, Klassi 2: 40 to < 50 mg CaCO3/l, Klassi 3: 50 to < 100 mg CaCO3/l, Klassi 4: 100 to < 200 mg CaCO3/l u Klassi 5: ≥ 200 mg CaCO3/l).

(7)  Din is-sustanza mhijiex sustanza prijoritorja iżda waħda mis-sustanzi li jniġġsu l-oħrajn li għalihom l-EQS huma identiċi għal dawk stabbiliti fil-leġislazzjoni li kienet tapplika qabel it-13 ta’ Jannar 2009.

(8)  Ma huwa pprovdut ebda parametru indikattiv għal dan il-grupp ta’ sustanzi. Il-parametru/i indikattiv(i) għandhom jiġu definiti permezz tal-metodu analitiku.

(9)  It-total ta’ DDT jikkonsisti mis-somma tal-isomeri 1,1,1 -trikloro2.2 bis (p-klorofenil) etan (Numru CAS 50293; numru UE 200-024-3); 1,1,1-trikloro-2 (o-klorofenil)-2-(p-klorofenil) etan (Numru CAS 789-02-6; Numru tal-UE 212-332-5); Numru UE 212-332-5); 1,1-dikloro-2,2 bis (p-klorofenil) etilen (Numru CAS 72-55-9; Numru UE 200-784-6); u 1,1-dikloro2,2 bis (p-klorofenil) etan (Numru CAS 72-54-8; Numru UE 200-783-0).

(10)  Ma hemmx biżżejjed informazzjoni disponibbli biex jiġu stabbiliti l-MAC-EQS għal dawn is-sustanzi.

(11)  Għall-grupp ta’ sustanzi prijoritarji ta’ idrokarburi poliaromatiċi (PAH) (Nru 28), l-EQS tal-bijota u l-AA-EQS korrispondenti fl-ilma jirreferu għall-konċentrazzjoni ta’ benzo(a)piren, fuq liema tossiċità huma bbażati. Il-benzo(a)piren jista’ jitqies bħala markatur għal PAHs oħrajn, għalhekk huwa biss il-benzo(a) piren li jeħtieġ li jiġi ssorveljat għal tqabbil mal-EQS tal-bijota jew l-AA-EQS korrispondenti fl-ilma.

(12)  Dment li ma jkunx indikat mod ieħor, l-EQS tal-bijota jirreferu għall-ħut. Minflok, jistgħu jiġu ssorveljati t-taxon tal-bijota alternattiva, jew xi matriċi oħra, dment li l-EQS applikati jipprovdu livell ekwivalenti ta’ protezzjoni. Għal sustanzi bin-numru 15 (Fluworanten) u 28 (PAHs), l-EQS tal-bijota tirreferi għall-krustaċji u l-molluski. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-istatus kimiku, il-monitoraġġ tal-Fluworanten u l-PAHs fil-ħut mhuwiex adatt. Għas-sustanza bin-numru 37 (Diossini u komposti simili għad-diossini), l-EQS tal-bijota tirreferi għal ħut, krustaċji u molluski, f’konformità mat-taqsima 5.3 tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1259/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward ta’ livelli massimi għad-diossini, PCBs simili għad-diossini u PCBs mhux simili għad-diossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 320, 3.12.2011, p. 18).

(13)  Dawn l-EQS jirreferu għall-konċentrazzjonijiet bijodisponibbli tas-sustanzi.

(14)  PCDD: dibenżo-p-diossini poliklorinati; PCDF: dibenżofurani poliklorinati; PCB-DL: bifenili poliklorinati simili għad-diossini; TEQ: ekwivalenti tossiċi skont il-Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika tal-2005 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.”