|
22.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/14 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/28/UE
tas-17 ta’ Mejju 2013
li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1), u partikolarment l-Artikolu 4(2)(b) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE jipprojbixxi l-użu ta’ ċomb, merkurju, kadmju jew kromju eżavalenti fil-materjali u l-komponenti tal-vetturi mqiegħda fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2003. |
|
(2) |
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE jelenka l-materjali u komponenti tal-vetturi eżenti mill-projbizzjoni li hemm fl-Artikolu 4(2)(a) tagħha. Il-vetturi mqiegħda fis-suq qabel id-data tal-iskadenza ta’ eżenzjoni partikolari u l-ispare parts għal dawk il-vetturi jistgħu jkollhom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju jew il-kromju eżavalenti fil-materjali u l-komponenti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE. |
|
(3) |
Il-punt 8(i) tal-Anness II jipprevedi eżenzjoni għaċ-ċomb fl-istann fl-applikazzjonijiet elettriċi għall-igglejżjar fuq il-ħġieġ bl-eċċezzjoni tal-issaldjar fl-igglejżjar laminat, li tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2013. |
|
(4) |
Valutazzjoni tal-progress tekniku u xjentifiku wriet li l-użu taċ-ċomb fl-applikazzjoni koperta mill-punt 8(i) ma jistax jiġi evitat, peress li s-sostituti ta’ dan il-materjal għadhom mhumiex disponibbli. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE huwa sostitwit mit-test deskritt fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
“ANNESS II
Il-materjali u l-komponenti eżenti mill-Artikolu 4(2)(a)
|
Materjali u komponenti |
L-ambitu u d-data tal-iskadenza tal-eżenzjoni |
Li għandu jkollu tikketta jew ikun magħmul identifikabbli skont l-Artikolu 4(2)(b)(iv) |
||||||
|
Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar |
||||||||
|
|
|
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005 |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||||||
|
L-1 ta’ Lulju 2011 u l-ispare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2011 |
|
||||||
|
Iċ-ċomb u l-komposti taċ-ċomb fil-komponenti |
||||||||
|
X |
|||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005 |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel il-1 ta Lulju 2006 |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2009 |
|
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (2) |
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2011 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (2) |
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2013 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (2) |
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2015 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (2) |
||||||
|
X (2) |
|||||||
|
X (2) |
|||||||
|
X (2) |
|||||||
|
X (2) |
|||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u wara dik id-data bħala spare parts għal dawn il-vetturi |
X (2) |
||||||
|
X (2) |
|||||||
|
Bħala spare parts għal tipi ta’ magni żviluppati qabel l-1 ta’ Lulju 2003 |
|
||||||
|
|
X (4) (għal komponenti għajr il-piezo fil-magni) |
||||||
|
|
|
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||
|
|
|||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2006 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||
|
Il-kromju eżavalenti |
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2007 |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||||||
|
|
X |
||||||
|
Merkurju |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||
|
Kadmju |
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel il-31 ta’ Diċembru 2008 |
|
||||||
|
Noti:
|
||||||||
(1) Din l-eżenzjoni għandha tiġi riveduta fl-2015.
(2) Iż-żarmar fil-każ li, f’korrelazzjoni mal-entrata 10(a), jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-applikazzjoni ta’ din il-klawżola, ma għandhomx jitqiesu apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni.
(3) Din l-eżenzjoni għandha tiġi riveduta fl-2014.
(4) Iż-żarmar jekk, f’korrelazzjoni mal-entrata 8(a) sa 8(j), jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-applikazzjoni ta’ din il-klawżola, ma għandhomx jitqiesu apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni.
(*1) Din il-klawżola ma għandhiex tapplika għall-piżijiet għall-ibbilanċjar tar-roti, għall-ixkupilji tal-karbonju għall-muturi elettriċi u għall-kisi tal-brejkijiet.”