10.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/376


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/26/UE

tat-8 ta’ Frar 2013

li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika tas-sikurezza tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 50 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50 tal-Att ta’ Adeżjoni, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrekjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma kinux previsti fl-Att ta’ Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kummissjoni, jekk l-att oriġinali kien adottat mill-Kummissjoni, għal dan il-għan, tadotta l-atti meħtieġa.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta’ Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta’ adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif meħtieġ biex jitqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(3)

Id-Direttivi tal-Kummissjoni 1999/21/KE (1) u 2006/141/KE (2) għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi tal-Kummissjoni 1999/21/KE u 2006/141/KE huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw l-aktar tard sad-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma mill-ewwel jibagħtu t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummisjoni.

Huma japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ soġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja.

Artikolu 4

Id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29.

(2)  ĠU L 401, 30.12.2006 p. 1.


ANNESS

POLITIKA DWAR IS-SIKUREZZA TAL-IKEL, VETERINARJA U FITOSANITARJA

IL-LEĠIŻLAZZJONI DWAR IS-SIKUREZZA TAL-IKEL

1.

31999 L 0021: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta’ Marzu 1999 fuq ikel dijetetiku għal skopijiet mediċi speċifiċi (ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29):

Fl-Artikolu 4(1), il-lista li tibda “bil-Bulgaru” u li tintemm bil-kliem “medicinska ändamål”se tiġi sostitwita bil-lista li ġejja:

“—

bil-Bulgaru:

‘Диетични храни за специални медицински цели’

bl-Ispanjol:

‘Alimento dietético para usos médicos especiales’

biċ-Ċek:

‘Dietní potravina určená pro zvláštní lékařské účely’

bid-Daniż:

‘Levnedsmiddel/Levnedsmidler til særlige medicinske formål’

bil-Ġermaniż:

‘Diätetisches/Diätetische Lebensmittel für besondere medizinische

Zwecke (Bilanzierte Diäten)’

bl-Estonjan:

‘Toit meditsiinilisel näidustusel kasutamiseks’

bil-Grieg:

‘Διαιτητικά τρόφιμα για ειδικούς ιατρικούς σκοπούς’

bl-Ingliż:

‘Food(s) for special medical purposes’

bil-Franċiż:

‘Aliment(s) diététique(s) destiné(s) a des fins médicales spéciales’

bil-Kroat:

‘Hrana za posebne medicinske potrebe’

bit-Taljan:

‘Alimento dietetico destinato a fini medici speciali’

bil-Latvjan:

‘Diētiskā pārtika cilvēkiem ar veselības traucējumiem’

bil-Litwen:

‘Specialios medicininės paskirties maisto produktai’

bl-Ungeriż:

‘Speciális – gyógyászati célra szánt – tápszer’

bil-Malti:

‘Ikel dijetetiku għal skopijiet mediċi speċifiċi’

bl-Olandiż:

‘Dieetvoeding voor medisch gebruik’

bil-Pollakk:

‘Dietetyczne środki spożywcze specjalnego przeznaczenia medycznego’

bil-Portugiż:

‘Produto dietético de uso clínico’

bir-Rumen:

‘Alimente dietetice pentru scopuri medicale speciale’

bis-Slovakk:

‘dietetická potravina na osobitné lekárske účely’

bis-Sloven:

‘Dietno (dietetično) živilo za posebne zdravstvene namene’

bil-Finlandiż:

‘Kliininen ravintovalmiste/kliinisiä ravintovalmisteita’

bl-Isvediż:

‘Livsmedel för speciella medicinska ändamål’.

2.

32006 L 0141: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formulae tat-trabi u formulae ta’ prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1):

(a)

Fl-Artikolu 11 fil-lista li tibda b’ “— bil-Bulgaru” u tispiċċa bi “Tillskottsnäring”, l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal wara l-annotazzjoni għall-Franċiż:

“—

bil-Kroat: ‘početna hrana za dojenčad’ and ‘prijelazna hrana za dojenčad’,”

(b)

Fl-Artikolu 12 fil-lista li tibda b’ “— bil-Bulgaru” u tispiċċa bi “Tillskottsnäring uteslutande baserad på mjölk”, l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal wara l-annotazzjoni għall-Franċiż:

“—

bil-Kroat: ‘početna mliječna hrana za dojenčad’ and ‘prijelazna mliječna hrana za dojenčad’.”