|
20.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/20 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/10/UE
tad-19 ta’ Marzu 2013
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers biex id-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-ittikkettar jiġu adattati għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 75/324/KEE tipprovdi għall-klassifikazzjoni tal-aerosol dispensers bħala “mhux fjammabbli”, “fjammabbli” jew “estremament fjammabbli”, skont il-kriterji ta’ klassifikazzjoni stipulati fl-Anness tagħha. Fejn aerosol dispenser huwa kklassifikat bħala “fjammabbli” jew “estremament fjammabbli”, għandu jkollu s-simbolu tal-fjamma u l-frażijiet tas-sigurtà S2 u S16 stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (2). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (3) jipprevedi l-armonizzazzjoni tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanzi u t-taħlitiet fl-Unjoni. Dan jinkorpora fil-livell tal-Unjoni, il-kriterji għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta’ sustanzi u taħlitiet stipulati bis-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi li ġiet adottata fuq livell internazzjonali, fi ħdan l-istruttura tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 se jħassar u jissostitwixxi d-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (4) sa mill-1 ta’ Ġunju 2015. Għalhekk jeħtieġ li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettjar tad-Direttiva 75/324/KEE għal dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, għandha ssir distinzjoni bejn d-data tal-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tat-traspożizzjoni nazzjonali għall-aerosol dispensers li jkun fihom sustanza waħda u d-data tal-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tat-traspożizzjoni nazzjonali għall-aerosol dispensers li jkun fihom taħlitiet. Madankollu, il-manifatturi tal-aerosol dispensers li jkun fihom taħlitiet għandhom jitħallew japplikaw ir-rekwiżiti tal-ittikkettjar ta’ din id-Direttiva minn qabel, fuq bażi volontarja. |
|
(5) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, u biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ piżijiet żejda fuq l-intrapriżi, hemm dispożizzjoni għal perjodu tranżizzjonali għall-aerosol dispensers li jkun fihom taħlitiet, ittikkettati skont id-dispożizzjonijiet applikabbli qabel l-1 ta’ Ġunju 2015 u li jitqiegħdu fis-suq sa dik id-data, li jippermettilhom jitqiegħdu fis-suq mingħajr ittikkettar mill-ġdid. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament għall-Progress Tekniku tad-Direttiva dwar l-aerosol dispensers; |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 75/324/KEE
Id-Direttiva 75/324/KEE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1), l-aerosol dispensers li jkun fihom taħlitiet jistgħu jiġu ttikkettjati skont l-Artikolu 1 qabel l-1 ta’ Ġunju 2015.
2. B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1), l-aerosol dispensers li jkun fihom taħlitiet u jitqegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Ġunju 2015 mhumiex meħtieġa li jiġu tikkettjati mill-ġdid skont l-Artikolu 1 sal-1 ta’ Ġunju 2017.
Artikolu 3
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-19 ta’ Marzu 2014, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-19 ta’ Ġunju 2013, fir-rigward tal-aerosol dispensers li jkun fihom sustanza.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ġunju 2015 fir-rigward tal-aerosol dispensers li jkun fihom taħlitiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40.