|
12.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/55 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/9/UE
tal-11 ta’ Marzu 2013
li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE u li jikkonċernaw l-adattament tal-Annessi II sa IX ta’ dik id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 29(4) tad-Direttiva 2008/57/KE. |
|
(2) |
Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, li l-Unjoni Ewropea hija parti għaliha (2), fl-Artikolu 3 tistabilixxi l-aċċessibbiltà bħala wieħed mill-prinċipji ġenerali tagħha u fl-Artikolu 9 teħtieġ li l-Istati Partijiet jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw aċċess lill-persuni b’diżabbiltà fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-identifikazzjoni u l-eliminazzjoni tad-diffikultajiet u l-ostakli għall-aċċessibbiltà u għandhom japplikaw fost l-oħrajn għat-trasport. Skont l-Artikolu 216(2) tat-TFUE, ftehimiet konklużi mill-Unjoni huwa vinkolanti fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u d-Direttiva 2008/57/KE – bħala strument ta’ leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni Ewropea – hija suġġetta għall-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (3), fil-Premessa 10 jgħid li l-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa għandhom l-istess dritt bħaċ-ċittadini l-oħra kollha għall-moviment liberu, il-libertà tal-għażla u n-nondiskriminazzjoni u għandhom ikollhom opportunitajiet għall-ivvjaġġar bil-ferrovija paragunabbli ma’ dawk ta’ ċittadini oħra. L-Artikolu 21 tar-Regolament jesiġi li l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jiżguraw, permezz tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni teknika tal-interoperabbiltà (TSI) għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa, li l-istazzjonijiet, il-pjattaformi, il-vetturi ferrovjarji u faċilitajiet oħra jkunu aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ adattament tal-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE sabiex fih tiġi inkluża referenza espliċita għall-aċċessibbiltà. L-aċċessibbiltà hija rekwiżit essenzjali li hija kemm rekwiżit ġenerali għall-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja kif ukoll tapplika speċifikament għall-infrastruttura, il-vetturi ferrovjarji, l-operazzjonijiet u l-applikazzjonijiet telematiċi tas-sottosistemi tal-passiġġieri. L-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva bl-ebda mod ma jaffettwaw il-prinċipju tal-implimentazzjoni gradwali stabbilit fid-Direttiva 2008/57/KE, partikolarment li s-sottosistemi fil-mira indikati f’TSI jistgħu jintlaħqu gradwalment f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u li kull TSI għandha tindika strateġija ta’ implimentazzjoni sabiex twettaq it-tranżizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni finali li fiha l-konformità mat-TSIs se tkun in-norma. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konsistenti ma’ approċċ bil-għan li jikseb aċċess fuq bażi ugwali billi jiġu applikati soluzzjonijiet tekniċi jew miżuri operazzjonali jew it-tnejn. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE, li jistabbilixxi Rekwiżiti Essenzjali, qiegħed jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu fit-Taqsima 1: “1.6. Aċċessibbiltà
|
|
2. |
Il-paragrafu li ġej jiżdied mas-sottoparagrafu 1 tat-Taqsima 2: “2.1.2. Aċċessibbiltà
|
|
3. |
Il-paragrafu li ġej jiżdied mas-sottoparagrafu 4 tat-Taqsima 2: “2.4.5. Aċċessibbiltà
|
|
4. |
Il-paragrafu li ġej jiżdied mas-sottoparagrafu 6 tat-Taqsima 2: “2.6.4. Aċċessibbiltà
|
|
5. |
Il-paragrafu li ġej jiżdied mas-sottoparagrafu 7 tat-Taqsima 2: “2.7.5. Aċċessibbiltà
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
3. L-obbligi għat-traspożizzjoni u l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għar-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika ta’ Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.
Artikolu 3
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).