11.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Ottubru 2013

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

2013/C 295/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tieghu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2013 kien adottat definittivament fit-12 ta' Diċembru 2012 (2),

fil-25 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni ressqet proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2013,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ġiet adottata fis-7 ta' Ottubru 2013.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BERNATONIS


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 66, 8.3.2013, p. 1, b'Corrigendum fil-ĠU L 134, 18.5.2013, p. 21.